Is Sistema tat Toroq tal Inka magħrufa wkoll bħala Qhapaq Ñan bil lingwa jiġifieri triq irjali kienet l iżjed sistema ta
Sistema tat Toroq tal Inka

Is-Sistema tat-Toroq tal-Inka, magħrufa wkoll bħala Qhapaq Ñan bil-lingwa , jiġifieri "triq irjali") kienet l-iżjed sistema tat-trasport estensiva u avvanzata fl-Amerka t'Isfel pre-Kolombjana. Kienet twila madwar 40,000 kilometru (25,000 mil). Il-kostruzzjoni tat-toroq kienet teħtieġ ħafna żmien u sforz kbir.
In-network kien magħmul minn toroq formali, li ġew ippjanati, maħduma, mibnija, immarkati u miżmuma b'reqqa kbira; kien hemm pavimentar fejn meħtieġ, b'taraġ biex tinkiseb l-elevazzjoni, b'pontijiet u b'kostruzzjonijiet aċċessorji bħal ħitan tas-sejjieħ u sistemi għad-drenaġġ tal-ilma. Kien ibbażat fuq żewġ toroq mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: waħda tul il-kosta u l-oħra, li kienet l-iżjed importanti, 'il ġewwa u fuq il-muntanji, it-tnejn li huma b'bosta trejqiet oħra li joforqu minnhom. In-network jista' jitqabbel direttament man-network tat-toroq li nbnew matul l-Imperu Ruman, għalkemm is-sistema tat-toroq tal-Inka nbniet elf sena wara. Is-sistema tat-toroq ippermettiet it-trasferiment tal-informazzjoni, tal-oġġetti, tas-suldati u tal-persuni, mingħajr l-użu ta' roti, fi ħdan l- jew Tawantinsuyu u f'territorju sħiħ ta' kważi 2,000,000 km2 (770,000 mil kwadru) li kien abitat minn madwar 12-il miljun ruħ.
It-toroq kienu kkonfinati, f'ċertu intervalli, b'binjiet biex jippermettu l-iżjed użu effettiv: fuq distanza qasira kien hemm stazzjonijiet għaċ-chasquis, il-messaġġiera; f'intervall ta' jum mixi t-tambos kienu jippermettu l-appoġġ għall-utenti tat-toroq u għall-merħliet tal-annimali, fosthom il-llama. Tul it-toroq kien hemm ukoll ċentri amministrattivi bl-imħażen, imsejħa qullqas, għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-oġġetti. Lejn il-konfini tal-Imperu Inka u fiż-żoni li kienu jkunu għadhom kemm inħakmu, kien ikun hemm il-pukaras (fortizzi).
Parti min-network tat-toroq inbena minn kulturi preċedenti għall-Imperu Inka, b'mod partikolari l-kultura Wari fit-Tramuntana tal-Perù ċentrali u l-kultura Tiwanaku fil-Bolivja. Diversi organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNESCO u l- ħadmu flimkien biex in-network tat-toroq jiġi protett, b'kollaborazzjoni mill-gvernijiet u mill-komunitajiet ta' sitt pajjiżi (il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù, il-Bolivja, iċ-Ċilì u l-Arġentina) li minnhom tgħaddi t-Triq il-Kbira tal-Inka.
Fiż-żminijiet moderni, xi fdalijiet tat-toroq jintużaw ħafna mit-turisti, fosthom il-Mogħdija tal-Inka magħrufa ħafna lejn Machu Picchu.
Studju tal-2021 sab li l-effetti tas-sistema tat-toroq ilhom iħallu impatt pożittiv għal iktar minn 500 sena, b'pagi, nutrizzjoni u livelli ta' skola li huma ogħla fost il-komunitajiet li jgħixu sa 20 kilometru mis-sistema tat-toroq tal-Inka, meta mqabbla ma' komunitajiet simili li jgħixu iktar lil hinn.
Kobor
Jiena nemmen li mill-memorja tan-nies, ma tantx qrajna dwar il-kobor ta' din is-sistema tat-toroq, magħmula f'widien fondi u fi qċaċet għoljin, f'muntanji miksija bil-borra, f'imraġ bl-ilma, fil-blat u maġenb xmajjar bi fluss veloċi tal-ilma; f'xi partijiet it-toroq kienu ċatti u pavimentati, fuq ix-xaqlibiet kienu magħmula sew, mal-muntanji ġew ikklerjati, tħaffru fil-blat, max-xmajjar inbnew ukoll il-ħitan, fil-borra nbnew it-taraġ u postijiet għall-mistrieħ; kullimkien it-toroq kienu nodfa, mikinsa mit-trab, mimlijin abitazzjonijiet, imħażen għall-oġġetti ta' valur, tempji tax-Xemx, u stazzjonijiet għall-messaġġiera. — Pedro Cieza de León, El Señorío del Inca. 1553.
It-Tawantinsuyu, li integraw it-territorji attwali tal-Perù, komplew lejn it-Tramuntana fejn illum il-ġurnata hemm l-Ekwador, u laħqu l-limiti l-iktar fit-Tramuntana tal-katina muntanjuża tal- fir-reġjun ta' Los Pastos fil-Kolombja; fin-Nofsinhar, baqgħu neżlin sal-artijiet ta' Mendoza u Atacama, in fl-iżjed artijiet fin-Nofsinhar tal-Imperu, li llum jikkorrispondu għat-territorji tal-Arġentina u taċ-Ċilì. Fuq in-naħa Ċilena, it-toroq jaslu sax-xmara Maipo. Is-sistema tat-toroq tal-Inka kkollegat it-territorji tat-Tramuntana mal-belt kapitali ta' Cusco u t-territorji tan-Nofsinhar. Madwar 5,000 kilometru (3,100 mil), mill-iżjed minn 7,000 kilometru (4,300 mil) tal-muntanji Andes, kienu koperti minn din is-sistema.
Kif indikat minn Hyslop, "Ir-rotta prinċipali tas-sierra (muntanji) li tgħaddi minn Quito, Tumebamba, Huánuco, Cusco, Chucuito, Paria u Chicona sax-xmara Mendoza, għandha tul ta' 5,658 km" (3,516-il mil).
Il-kobor eżatt tan-network tat-toroq mhix magħrufa: il-vjaġġaturi u l-istudjużi pproponew diversi tulijiet, li jvarjaw minn 23,000 kilometru (14,000 mil) għal 40,000 kilometru (25,000 mil) sa 60,000 kilometru (37,000 mil). Ġew definiti żewġ rotot prinċipali: dik tal-Lvant, 'il ġewwa mill-baħar, li tibqa' sejra fil-għoli fil-bwar tal-ħaxix puna, b'superfiċe kbira u mmewġa, estiża 'l fuq minn 4,000 metru (13,000 pied); u dik tal-Punent, li tibda mir-reġjun ta' Tumbes fil-fruntiera attwali tal-Perù u l-Ekwador, u ssegwi l-pjanuri kostali, iżda ma tinkludix id-deżerti kostali, fejn tkompli mal-għoljiet ta' qabel il-muntanji. Din ir-rotta tal-Punent timxi mal-Awtostrada Pan-Amerikana attwali fl-estensjoni Paċifika tal-Amerka t'Isfel.
Investigazzjonijiet reċenti mwettqa fil-qafas tal-Proyecto Qhapaq Ñan, sponsorjati mill-gvern Peruvjan u bbażati wkoll fuq riċerka u stħarriġiet preċendenti, jissuġġerixxu livell kbir ta' probabbiltà li kienet teżisti xi fergħa oħra tas-sistema tat-toroq fin-naħa tal-Lvant tal-katina muntanjuża tal-Andes, li tikkollega ċ-ċentru amministrattiv ta' Huánuco Pampa mal-provinċji tal-Amazzonja b'tul ta' madwar 470 kilometru (290 mil).
Iktar minn għoxrin rotta trasversali kienu jgħaddu minn fuq il-muntanji tal-Punent, filwaqt li oħrajn kienu jaqsmu l-cordillera tal-Lvant fil-muntanji u l-artijiet iktar baxxi, u kienu jikkollegaw iż-żewġ rotot prinċipali u ż-żoni popolati, iċ-ċentri amministrattivi, iż-żoni agrikoli u tal-estrazzjoni, kif ukoll iċ-ċentri ċerimonjali u l-ispazji sagri tat-territorju enormi tal-Inka. Uħud minn dawn it-toroq jilħqu altitudnijiet ta' iktar minn 5,000 metru (16,000 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar.
Erba' rotot
Matul l-Imperu Inka, it-toroq uffiċjalment kienu jinbtu minn Cusco u jmorru lejn l-erba' punti kardinali fid-direzzjoni tal-erba' suyus (provinċji) li fihom kienu maqsuma t-Tawantinsuyu. Cusco kienet iċ-ċentru tal-Perù: il-kronista dwar l-Inka u l-Ispanjoli jistqarr li "Cozco bil-lingwa tal-Inka tfisser żokkra, jiġifieri ż-żokkra tad-Dinja". L-erba' reġjuni kien jisimhom: Chinchaysuyu fit-Tramuntana, Collasuysu fin-Nofsinhar, Antisuyu fil-Lvant u l-widien iktar baxxi tar-reġjun tal-Amazzonja, u Contisuyu fil-Punent u l-widien iktar baxxi tul il-kosta Paċifika.
Ir-rotta lejn it-Tramuntana kienet l-iżjed waħda importanti fl-Imperu Inka, kif jidher ċar mill-karatteristiċi tal-kostruzzjoni tagħha: wisa' li tvarja bejn tliet metri u 16-il metru u d-daqs tal-fdalijiet arkeoloġiċi li jimmarkaw il-mogħdija kemm fil-qrib tagħha kif ukoll fl-inħawi ta' influwenza tagħha. Mhijiex kumbinazzjoni li din il-mogħdija tgħaddi minn u torganizza l-iżjed ċentri amministrattivi importanti tat-Tawantinsuyu barra minn Cusco, fosthom Vilcashuamán, Xauxa, Tarmatambo, Pumpu, Huánuco Pampa, Cajamarca u Huancabamba, fit-territorji attwali tal-Perù; u Ingapirca, Tomebamba jew Riobamba fl-Ekwador. Din kienet titqies mill-Inka bħala l-Qhapaq Ñan ewlenija, jiġifieri t-triq prinċipali jew irjali, li kienet tibda minn Cusco u twassal sa Quito. Minn Quito lejn it-Tramuntana, il-preżenza tal-Inka hija perċepita fl-insedjamenti difensivi li jimmarkaw l-avvanz tal-Imperu mill-provinċji Ekwadorjani ta' Carchi u Imbabura u d-Dipartiment attwali ta' Nariño fil-Kolombja, li fis-seklu 16 kien wasal biex jiġi inkorporat fl-Imperu Inka.
Ir-rotta ta' Qollasuyu titlaq minn Cusco u tibqa' sejra fid-direzzjoni tan-Nofsinhar, u tofroq f'żewġ fergħat tul il-kosta tal-Lvant u tal-Punent tal-Lag ta' Titicaca, li mbagħad jerġgħu jiltaqgħu biex jaqsmu t-territorju tal-Altiplano Bolivjan. Minn hemmhekk it-toroq kienu qed jiżviluppaw f'fergħat differenti lejn l-iktar konfini fin-Nofsinhar tat-Tawantinsuyu. Fergħa minnhom kienet tibqa' sejra lejn ir-reġjun attwali ta' Mendoza tal-Arġentina, filwaqt li fergħa oħra kienet tgħaddi mit-territorji antiki tal-popli Diaguita u Atacama fit-territorji taċ-Ċilì, li diġà kienu żviluppaw networks bażiċi tat-toroq. Minn hemmhekk, ir-rotta ta' Qollasuyu taqsam l-iżjed deżert niexef fid-dinja, id-, u tilħaq ix-xmara Maipo, attwalment fir-reġjun metropolitan ta' Santiago. Minn hemmhekk 'il quddiem ma nstabu l-ebda fdalijiet tal-Inka.
It-toroqo ta' Contisuyu kienu jikkollegaw lil Cusco mat-territorji kostali, f'dawk li issa jikkorrispondu għar-reġjuni attwali ta' Arequipa, Moquegua u Tacna, fin-Nofsinhar estrem tal-Perù. Dawn it-toroq huma rotot trasversali li kienu jiggarantixxu l-komplementarjetà tar-riżorsi naturali, peress li kienu jaqsmu minn artijiet ekoloġiċi varjati ħafna, b'altitudni varjata 'l fuq u 'l isfel mill-għoli tal-cordillera sal-ispazji kostali.
It-toroq tal-Antisuyu huma l-inqas magħrufa u fihom ġew irreġistrati għadd iżgħar ta' fdalijiet. Dawn kienu jippenetraw fit-territorji taċ-Ceja de Jungla jew tal-Andes tal-Amazzonja u kienu jwasslu sal-foresta tropikali tal-Amazzonja, fejn il-kundizzjonijiet huma iktar diffiċli għall-konservazzjoni ta' evidenzi arkeoloġiċi. Il-kobor fiżiku reali tal-Imperu Inka għal dan ir-reġjun ma tantx huwa ċar ħafna.
Skopijiet tat-toroq
L-Inka kienu jużaw is-sistema tat-toroq għal bosta raġunijiet varji, fosthom it-trasport għan-nies li kienu jivvjaġġaw minn post għall-ieħor fl-imperu għal skopijiet militari u reliġjużi. Is-sistema tat-toroq kienet tippermetti l-moviment rapidu tal-persuni minn parti tal-imperu għall-oħra: kemm l-armati kif ukoll il-ħaddiema kienu jużaw it-toroq biex jiċċaqilqu minn post għall-ieħor u kienu jużaw it-tambos biex jistrieħu u jieklu. Is-sistema tat-toroq kienet tippermetti wkoll il-moviment rapidu tal-informazzjoni u tal-oġġetti żgħar ta' valur li kienu jivvjaġġaw permezz taċ-chasquis. L-Inka taw prijorità biex it-toroq ikunu dritti, kull fejn dan kien possibbli, biex jitqassru d-distanzi.
Skont Hyslop it-toroq kienu l-bażi għat-tkabbir tal-Imperu Inka: l-iżjed insedjamenti importanti kienu jinsabu tul it-toroq prinċipali, li kienu nbnew fuq toroq iktar antiki. L-Inka kienu jħobbu jużaw l-Altiplano, jew iż-żoni tal-puna, għall-ispazju bejn il-popolazzjonijiet, biex b'hekk jiġi evitat il-kuntatt mal-popolazzjonijiet insedjati fil-widien, u fl-istess ħin biex jipproġettaw rotta dritta ta' komunikazzjoni rapida. Riċerkaturi oħra indikaw fatturi addizzjonali li kkundizzjonaw il-pożizzjoni tal-insedjamenti u t-toroq tal-Inka, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' kontroll f'pożizzjoni intermedja fir-rigward tal-popolazzjonijiet u l-artijiet produttivi tal-widien, il-ħtieġa ta' oġġetti speċifiċi, u l-ħtiġijiet ta' ħżin, li kienu jiġu ssodisfati faċilment fil-pjanuri għoljin tal-Altiplano, ikkaratterizzati minn temperaturi baxxi u klima niexfa. Pereżempju, iċ-ċentru amministrattiv ta' Huánuco Pampa jinkudi 497 collcas, saħansitra b'total ta' 37,100 metru kubu (1,310,000 pied kubu), u seta' jsostni popolazzjoni ta' bejn 12,000 u 15,000 ruħ. Cotapachi (illum il-ġurnata fir-reġjun Bolivjan ta' Cochabamba) kienet tinkludi grupp ta' 2,400 collcas 'il bogħod minn kwalunkwe villaġġ sinifikanti. Il-collcas kienu binjiet ta' ħżin fit-tul, primarjament għall-ħżin tal-qmuħ u tal-qamħirrum, li kellhom data ta' skadenza estremament twila u b'hekk kienu ideali għall-ħżin fit-tul għall-armata f'każ ta' kunflitti.
Skont Hyslop l-użu tas-sistema tat-toroq tal-Inka kienet riżervata għall-awtoritajiet. Huwa jistqarr: "is-suldati, il-purtinara, u l-karovani tal-llama kienu l-utenti ewlenin, flimkien man-nobbli u individwi oħra li kienu jkunu qed iwettqu xi dmir uffiċjali… Sudditi oħrajn kienu jitħallew jimxu tul it-toroq biss jekk kien ikollhom il-permess biex jagħmlu dan…". Madankollu, huwa jirrikonoxxi li "kien hemm ukoll ammont mhux iddeterminat ta' traffiku privat … li ma tantx nafu dwaru". Xi strutturi lokali (imsejħa ranchillos) jeżistu tul it-toroq u dawn jaf huma evidenza li kien jeżisti wkoll traffiku kummerċjali privat.
L-użu tat-toroq tal-Inka fil-perjodu kolonjali, wara l-konkwista Spanjola ta' Perù, kważi spiċċa għalkollox. Il-Konkwistaturi użaw it-toroq tal-Inka għall-approċċ lejn il-belt kapitali ta' Cusco, iżda kienu jużaw iż-żwiemel u l-karrijiet bil-gniedes, li ma setgħux jintużaw fuq dak it-tip ta' toroq, u f'qasir żmien it-toroq ġew abbandunati. Kważi 25 fil-mija biss minn dak in-network għadu viżibbli llum, u l-kumplament inqered mill-gwerer (il-konkwisti, ir-rewwixti, l-indipendenza jew il-kunflitti bejn in-nazzjonijiet). Dan wassal għal bidla fil-mudell ekonomiku, li kien jinvolvi l-abbandun ta' żoni kbar tat-territorju, u finalment wassal għall-kostruzzjoni ta' infrastruttura moderna matul is-sekli 19 u 20. Din wasslet għas-sovraimpożizzjoni ta' kanali ġodda ta' komunikazzjoni fil-kontorn tat-toroq pre-Ispaniċi.
Trasport
It-trasport kien isir bil-mixi, peress li fl-Amerki pre-Kolombjani, l-użu tar-roti għat-trasport kien għadu mhux magħruf. L-Inka kellhom żewġ użi prinċipali tat-trasport fit-toroq: iċ-chasqui (messaġġiera) li kienu jwasslu l-informazzjoni minn post għall-ieħor (permezz tal-quipus) u l-oġġetti ħfief ta' valur fl-imperu kollu, u l-karovani tal-llamas għat-trasport tal-oġġetti.
Il-llamas kienu jintużaw bħala annimali tal-merħliet kbar. Kienu annimali pjuttost ħfief u ma tantx jifilħu jġorru wisq. Iżda sabiex jiġu ttrasportati ammonti kbar ta' oġġetti fi ħdan l-imperu, kien iktar effiċjenti għall-Inka li jużaw merħliet ta' llamas li kienu jieħdu ħsiebhom xi żewġ jew tliet rgħajja. Ir-rgħajja kienu jiddirezzjonaw lill-annimali bit-tagħbija tul it-toroq muntanjużi weqfin, u b'hekk kienu jżidu l-kapaċità tal-ġarr mingħajr ma jiġu ssograti ħajjiet addizzjonali. Il-llamas għandhom qawqbiet rotob u li jilqgħulhom, u b'hekk iqabbdu tajjeb mas-superfiċe tal-art u l-impatt tagħhom fuqu huwa minimu. Il-llamas tar-razza Q'ara (bil-pil qasir), li jintużaw ukoll fil-karovani kontemporanji, jistgħu jġorru madwar 30 kilogramma (66 libbra) għal distanza ta' 20 kilometru (12-il mil) kuljum, u meta jkun hemm bżonn jistgħu jġorru sa 45 kilogramma (99 libbra) għal vjaġġi qosra. L-għalf tagħhom huwa l-veġetazzjoni naturali.
Kummerċ
It-toroq u l-pontijiet kienu essenzjali għall-koeżjoni politika tal-Imperu Inka u għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-oġġetti fi ħdanu. Ir-riżorsi kollha fl-imperu kienu proprjetà tal-elit fit-tmun. L-iskambji kummerċjali bejn il-manifatturi jew il-produtturi u x-xerrejja ma kinux ipprattikati, peress li l-ġestjoni tal-oġġetti kollha kienet taqa' taħt il-kontroll tal-awtorità ċentrali. Id-distribuzzjoni mill-ġdid tal-oġġetti kienet magħrufa bħala l-arċipelagu vertikali: din is-sistema ffurmat il-bażi għall-kummerċ fl-Imperu Inka kollu. Peress li sezzjonijiet differenti tal-imperu kellhom riżorsi differenti, it-toroq kienu jintużaw għad-distribuzzjoni tal-oġġetti lejn partijiet oħra tal-imperu li kellhom bżonnhom. It-toroq saħħew mill-ġdid il-qawwa tal-Imperu tal-Inka, peress li bis-saħħa tagħhom l-imperu seta' jqassam għadd ta' riżorsi permezz ta' sistema stabbilita biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha tal-imperu kienu sodisfatti. Minkejja dan, xi studjużi nnutaw li jaf kien hemm skambju ta' oġġetti permezz ta' tpartit tul it-toroq bejn il-karovani u ċ-ċittadini r-residenti tal-villaġġi: qisu tip ta' "skambju sekondarju" u "tpartit ta' kuljum".
Militar
Dawn it-toroq kienu jipprovdu rotot faċli, affidabbli u rapidi għall-komunikazzjoni amministrattiva u militari tal-imperu, għaċ-ċaqliq tal-persunal, u għall-appoġġ loġistiku. Wara l-ħakma ta' territorju jew wara li mexxej lokali jiġi konvint biex isir alleat, l-Inka kienu jużaw strateġija militari-politika li tinkludi t-tkabbir tas-sistema tat-toroq fit-territorji dominati ġodda. Għalhekk, il-Qhapaq Ñan saru simbolu permanenti tal-preżenza ideoloġika tad-dominju tal-Inka fil-post il-ġdid li jkun ġie kkonkwistat. Is-sistema tat-toroq ffaċilitat iċ-ċaqliq tat-truppi imperjali u t-tħejjijiet għal konkwisti ġodda, kif ukoll it-trażżin tar-rewwixti u tar-ribelljonijiet. Madankollu, tat lok ukoll għall-kondiviżjoni tal-oġġetti abbundanti mal-popolazzjonijiet il-ġodda li l-Inka kienu jipproduċu u jaħżnu kull sena għad-distribuzzjoni mill-ġdid. L-armata kienet tiċċaqlaq spiss, l-iktar biex tappoġġa l-azzjonijiet militari iżda anke biex tappoġġa x-xogħlijiet ċivili. Il-fortijiet jew il-pukaras kienu jinsabu l-iktar fiż-żoni tal-fruntiera, bħala indikatur spazjali tal-proċess ta' avvanz u ta' annessjoni ta' territorji ġodda mal-imperu. Fil-fatt, l-ikbar għadd ta' pukaras jinsab lejn in-Nofsinhar tat-Tawantinsuyu, bħala xhieda tax-xogħol ta' inkorporazzjoni tat-territorji tat-Tramuntana, li kienu magħrufa għall-mergħat rikki tagħhom. Lejn in-Nofsinhar hemm abbundanza ta' fdalijiet, madwar Mendoza fl-Arġentina u tul ix-xmara Maipo fiċ-Ċilì, fejn il-preżenza tal-fortijiet timmarka l-linja tat-toroq fl-iżjed punt fin-Nofsinhar tal-imperu.
Reliġjon
Is-santwarji f'altitudni għolja kienu marbuta direttament mal-qima tan-natura u speċifikament tal-muntanji, li kienet xi ħaġa tipika ta-soċjetà tal-Inka, li ġiet ifformalizzata permezz tal-kostruzzjoni ta' strutturi reliġjużi fuq il-qċaċet tal-muntanji. Il-muntanji huma l-apus jew id-divinitajiet, u fl-univers tat-twemmin tal-Andes għadhom meqjuma sa llum il-ġurnata; għandhom konnotazzjoni spiritwali mal-futur tal-eżistenza tan-natura u tal-bniedem. L-Inka kienu jagħmlu bosta ritwali, fejn kienu jiġu ssagrifikati t-tfal, l-oġġetti u l-llamas, fil-qċaċet tal-muntanji bħala parti minn dan it-twemmin. Madankollu, mhux il-muntanji kollha kellhom l-istess konnotazzjoni reliġjuża u s-santwarji ma kinux jinbnew fuq kull quċċata. L-unika mod biex jintlaħqu l-qċaċet tal-muntanji għall-qima kien billi jiġu kkollegati ma' mogħdijiet f'altitudni għolja tas-sistema tat-toroq sabiex wieħed ikun jista' l-postijiet sagri. Dawn kienu toroq tar-ritwali li kienu jwasslu sal-qċaċet, bħala punt ta' kuntatt bejn l-ispazju tad-Dinja u l-ispazju sagru. Uħud minnhom kienu jilħqu altitudnijiet għoljin 'il fuq mil-livell tal-baħar, fosthom il-muntanja ta' Chañi, li kellha triq li kienet tibda fil-bażi tagħha u kienet twassal sal-quċċata f'elevazzjoni ta' 5,949 metru (19,518-il pied).
Minbarra s-santwarji f'altitudni għolja, kien hemm ukoll bosta santwarji sagri jew siti reliġjużi, imsejħa wak'a, li kienu parti mis-sistema ta' Zeq'e tul it-toroq jew biswithom, speċjalment madwar il-belt kapitali ta' Cusco. Dawn is-santwarji kienu karatteristiċi naturali jew immodifikati tal-pajsaġġ, kif ukoll binjiet fejn l-Inka kienu jqimu lid-divinitajiet tagħhom.
Xi postijiet importanti għall-qima kienu kkollegati direttament mat-toroq prinċipali tal-Inka. Dan kien il-każ tas-santwarju ta' Pachacamac li minnu kienet tgħaddi t-triq kostali, lejn in-Nofsinhar ta' Lima.
Storja
Imperu Inka
Il-biċċa l-kbira tas-sistema tat-toroq kienet frott l-azzjoni tal-Inka biex ikollhom dritt esklużiv fuq bosta rotot tradizzjonali, li wħud minnhom kienu diġà mibnija qabel, l-iktar mill-imperu Wari fl-artijiet għoljin ċentrali tal-Perù u l-kultura Tiwanaku. Din tal-aħħar kienet żviluppat madwar il-Lag ta' Titicaca, fit-territorji attwali tal-Perù u tal-Bolivja, bejn is-sekli 6 u 12 W.K., u kienet stabbiliet ċivilizzazzjoni kumplessa u avvanzata. Ħafna sezzjonijiet ġodda tat-triq inbnew jew ġew immodernizzati sostanzjalment mill-Inka: żewġ eżempji huma t-triq tul id-deżert ta' Atacama taċ-Ċilì u t-triq tul ix-xatt tal-Punent tal-Lag ta' Titicaca.
Ir-renju tal-Inka oriġina matul il-perjodu Intermedju Aħħari (bejn l-1000 W.K. u l-1450 W.K.), meta dan il-grupp iddomina biss ir-reġjun ta' Cusco. L-Inka ta' Pachakutiq bdew it-trasformazzjoni u t-tkabbir ta' dawk li iktar 'il quddiem saru t-Tawantinsuyu. L-istadju storiku tal-imperu beda għall-ħabta tal-1438 meta, wara li ġew solvuti d-diżgwidi mal-popolazzjonijiet lokali madwar Cusco, l-Inka bdew il-konkwista tal-widien kostali minn Nasca sa Pachacamac u tar-reġjuni l-oħra ta' Chinchaysuyu. L-istrateġija tagħhom kienet tinvolvi l-immodifikar jew il-kostruzzjoni ta' struttura tat-triq li kienet tiżgura l-kollegament tat-territorju inkorporat ma' Cusco u ma' ċentri amministrattivi oħra, u b'hekk l-iskjerament tat-truppi u tal-uffiċjali tal-imperu. L-avvanz militari tal-Inka kien ibbażat l-iktar fuq patti diplomatiċi qabel l-annessjoni tar-reġjuni l-ġodda u l-konsolidazzjoni tad-dominju, u l-gwerra kienet titqies bħala l-aħħar mezz f'każ ta' bżonn. L-istabbiliment tal-bliet u taċ-ċentri amministrattivi kkollegati mas-sistema tat-toroq kienet tiżgura l-kontroll statali tal-gruppi etniċi l-ġodda li kienu jkunu ġew inkorporati. Topa Inca Yupanqui kien is-suċċessur ta' Pachakutiq, u ħakem lil Chimu sar-reġjun l-iktar fit-Tramuntana ta' Quito għall-ħabta tal-1463; iktar 'il quddiem estenda l-konkwisti sar-reġjun tal-ġungla ta' Charcas u lejn in-Nofsinhar saċ-Ċilì.
Era kolonjali
Matul l-ewwel snin tal-kolonja, il-Qhapaq Ñan għaddew minn perjodu ta' telqa u ta' qerda kkawżati min-nuqqas f'daqqa fl-għadd ta' nativi minħabba l-mard u l-gwerer li naqqsu l-popolazzjoni minn 12-il miljun ruħ għal madwar 1.1 miljun ruħ fi żmien 50 sena u li qerdu l-istruttura soċjali li pprovdiet il-ħaddiema għall-manutenzjoni tat-toroq. L-użu tat-toroq tal-Inka sar parzjali u ġie adattat għall-miri politiċi u ekonomiċi ġodda tal-kolonja u iktar 'il quddiem tal-Viċirè, fejn l-istruttura ekonomika kienet ibbażata fuq l-estrazzjoni tal-minerali u l-produzzjoni kummerċjali. Dan kien jimplika bidla drammatika fl-użu tat-territorju. L-integrazzjoni preċedenti tat-territorji lonġitudinali u trasversali ġiet ridotta għal kollegament tal-widien tal-Andes u tal-Altiplano mal-kosta biex jippermetti l-esportazzjoni tal-prodotti, speċjalment id-deheb u l-fidda, li bdew jaslu lejn il-kosta u minn hemm bdew jiġu ttrasportati lejn Spanja. Fattur ewlieni fiż-żarmar tan-network fil-livel subkontinentali kien il-ftuħ ta' rotot ġodda biex jiġu kkollegati ċ-ċentri emerġenti tal-produzzjoni (proprjetajiet u minjieri) mal-portijiet kostali. F'dan il-kuntest, kienu jintużaw dawk ir-rotot biss li kienu jkopru l-ħtiġijiet il-ġodda, u l-kumplament kienu jiġu abbandunati, partikolarment dawk li kienu jikkollegawhom mal-fortijiet li nbnew matul l-avvanz tal-Imperu Inka jew dawk li kienu jikkollegaw l-ispazji agrikoli maċ-ċentri amministrattivi. Minkejja dan, it-toroq tar-ritwali li kienu jippermettu l-aċċess għas-santwarji baqgħu jintużaw fil-qafas tas-sinkretiżmu reliġjuż li kien jikkaratterizza l-mumenti storiċi tal-inħawi tal-Andes mill-ħabta tal-konkwista.
Cieza de Leon fl-1553 innota l-abbandun tat-toroq u stqarr li għalkemm f'bosta postijiet diġà tkissru u jinsabu mitluqa, xorta waħda għadu jista' jiġi apprezzat kemm kienu tal-għaġeb. L-ammirazzjoni tal-kronisti ma kinitx biżżejjed biex tikkonvinċi lill-mexxej Spanjol dwar il-ħtieġa ta' manutenzjoni u ta' konsolidazzjoni tas-sistema tat-toroq minflok jiġu abbandunati u jinqerdu. Il-popolazzjonijiet lokali b'hekk ċkienu u saru insedjamenti ġodda (magħrufa bħala reducciones, qishom kampijiet ta' konċentrament) u din kienet waħda mill-kawżi tal-abbandun tat-toroq tal-Inka u l-bini ta' oħrajn ġodda biex jikkollegaw ir-reducciones maċ-ċentri tal-poter Spanjol. Fattur importanti ieħor kienet l-inadegwatezza tat-toroq għaż-żwiemel u għall-ħmir introdotti mill-konkwistaturi, li saru l-merħliet tal-annimali l-ġodda li bdew jintużaw minflok il-llamas ħfief.
Anke l-agrikoltura l-ġdida, li oriġinat minn Spanja, li kienet tikkonsisti prinċipalment minn ċereali, bidlet id-dehra tat-territorju, li xi kultant ġiet ittrasformata, permezz tal-qtugħ u l-fużjoni ta' diversi andenes (raba' mtarraġ għall-biedja), li mbagħad iddeterjorat il-ħamrija għammiela minħabba l-erożjoni mix-xita. It-teknoloġiji agrikoli pre-Ispaniċi ġew abbandunati jew spustati lejn spazji marġinali u rrelegati mill-kolonizzaturi.
Parti min-network baqa' jintuża, kif ukoll parti mit-tagħmir tiegħu, bħat-tambos, li ġew ittrasformati f'imħażen u fi ħwienet, u ġew aġġustati għat-tradizzjoni ta' Spanja, fejn il-produzzjoni tar-raħħala kienet tittieħed hemmhekk għall-bejgħ. It-tambos daħlu fi stadju ġdid bħala spazji fejn iltaqgħu stili differenti ta' ħajja li mbagħad wasslu għall-integrazzjoni ta' strutturi soċjali u territorjali ġodda.
Era postkolonjali u moderna
Wara l-indipendenza minn Spanja tar-repubbliki Amerikani, tul is-seklu 19, ma kienx hemm bidliet sinifikanti fit-territorju. Fil-każ tal-Perù, l-istruttura territorjali stabbilita mill-kolonja nżammet, filwaqt li r-rabta bejn il-produzzjoni tal-muntanji u l-kosta ġiet ikkonsolidata fil-loġika tal-estrazzjoni u tal-esportazzjoni.
Il-kostruzzjoni ta' toroq u ta' linji ferrovjarji moderni ġiet adattata għal din il-loġika. Tat prijorità lill-komunikazzjoni mal-kosti u ġiet ikkomplementata mill-assi trasversali ta' penetrazzjoni fil-widien bejn l-Andes għat-trasport tal-produzzjoni lejn l-assi kostali u l-portijiet tal-baħar. Lejn l-aħħar tas-seklu 18, ġew żviluppati proprjetajiet kbar għall-provvista ta' materja prima lejn is-swieq internazzjonali, flimkien mal-gwano (ħmieġ tal-għasafar), u għaldaqstant il-portijiet marittimi tal-Perù ngħataw rilevanza speċjali u raw attività intensa u kellhom bżonn aċċessibbiltà adegwata mill-ispazji tal-produzzjoni. Xi partijiet mit-toroq tal-Inka baqgħu jintużaw fin-Nofsinhar tal-Altiplano taw aċċess għaċ-ċentri ewlenin għall-produzzjoni tas-suf tal-alpaka u tal-vikunja, li kien hemm domanda kbira għalih fis-swieq internazzjonali.
L-organizzazzjoni tat-toroq tul l-Andes fis-seklu 20 tat prijorità lill-awtostrada Pan-Amerikana tul il-kosta, u segwiet bejn wieħed u ieħor it-traċċi tat-toroq kostali tal-Inka. Din l-awtostrada mbagħad ġiet ikkollegata mar-rotot mill-Punent għal-Lvant fil-widien, filwaqt li t-toroq tal-Inka mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fil-muntanji bdew jintużaw biss għat-tranżitu tan-nies lokali bil-mixi.
Fl-2014 is-sistema tat-toroq tal-Inka saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Sit ta' Wirt Dinji
Is-Sistema tat-Toroq tal-Inka ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO fl-2014.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Arkitettura u inġinerija tat-toroq tal-Inka
L-Inka bnew is-sistema tat-toroq tagħhom billi kabbru u saħħew diversi networks iżgħat ta' toroq li kienu diġà jeżistu qabilhom, filwaqt li adattaw u tejbu l-infrastrutturi preċedenti, stabbilew sistema ta' toroq formali u pprovdew sistema ta' manutenzjoni biex it-toroq jiġu protetti u jiġu ffaċilitati ċ-ċaqliq u l-iskambju ta' nies, oġġetti u informazzjoni. L-eżitu kien network kbir ta' toroq ta' dimensjonijiet subkontinentali, li minn Cusco kienu jmorru lejn l-erba' punti kardinali li kienu jimmarkaw id-diviżjoni territorjali tat-Tawantinsuyu, u b'hekk l-Inka u l-uffiċjali tagħhom seta' jkollhom l-għarfien dwar kulma kien qed jiċċirkola fit-toroq, għalkemm kienu 'l bogħod ħafna minn xulxin.
L-Inka żviluppaw tekniki biex jibnu t-toroq minkejja t-territorju diffiċli tal-Andes: fuq ix-xaqlibiet weqfin bnew taraġ tal-ġebel, filwaqt li fiż-żoni ta' deżert qrib il-kosta bnew ħitan baxxi biex ir-ramel ma jiġix fuq it-triq.
Kostruzzjoni u manutenzjoni
Il-forza tax-xogħol meħtieġa kemm għall-kostruzzjoni kif ukoll għall-manutenzjoni tat-toroq inkisbet permezz tal-mita: xorta ta' taxxa f'forma ta' xogħol, li kien jiġi pprovdut lill-istat mill-popli maħkuma, u bis-saħħa tagħhom l-Imperu Inka pproduċa l-oġġetti meħtieġa u pprovda s-servizzi neċessarji, fosthom iż-żamma tat-toroq u l-infrastrutturi rilevanti tagħhom (pontijiet, tambos, imħażen, eċċ.).
Ix-xogħol kien jiġi organizzat mill-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb l-iżvilupp, il-kontroll u t-tħaddim tat-toroq u tal-pontijiet, kif ukoll tal-komunikazzjoni. Il-kronista Felipe Guaman Poma de Ayala nnota li dawn l-awtoritajiet kienu jintgħażlu fost il-qrabat nobbli tal-Inka, li kienu jkunu residenti ta' Cusco. Kien hemm tliet uffiċjali prinċipali: dawk li kienu jieħdu ħsieb it-toroq irjali, dawk li kienu jieħdu ħsieb il-pontijiet, u dawk li kienu jieħdu ħsieb iċ-chasquis. Kien hemm ukoll diversi amojonadores jew bennejja tal-istrutturi għeliem.
Komponenti arkitettoniċi
Hyslop innota li ma kien hemm l-ebda standard tal-kostruzzjoni tat-toroq, peress li t-toroq kienu stabbiliti f'pajsaġġi u f'ambjenti tassew differenti minn xulxin.
Toroq u pavimentar
Fil-muntanji u fil-foresti għoljin, kienu jintuża ġebel irranġat apposta għall-pavimentar b'naħa ċata tħares 'il fuq, biex kemm jista' jkun tinħoloq superfiċe uniformi. Minkejja dan, mhux it-toroq kollha ġew pavimentati; fil-puna tal-Andes u fid-deżerti kostali, it-toroq normalment kienu jinbnew bil-ħamrija kkumpattjata, bir-ramel jew sempliċement billi l-bwar tal-ħaxix jitgħattew bil-ħamrija jew bir-ramel. Hemm evidenza wkoll ta' pavimentar bil-fibri tal-ħxejjex, pereżempju fit-triq ta' Pampa Afuera f'Casma (id-dipartiment ta' Áncash, il-Perù).
Il-wisa' tat-toroq kienet tvarja bejn metru u erba' metri (3.3 piedi u 13.1-il pied), għalkemm uħud setgħu jkunu ferm usa', saħansitra sa 25 metru (82 pied), bħat-triq li twassal sa Huánuco Pampa. Il-parti tas-sistema tat-toroq minn Cusco sa Quito, li kienet l-iżjed waħda traffikuża, kienet wiesa' dejjem iktar minn erba' metri (13-il pied), anke fiż-żoni agrikoli fejn l-art kellha valur għoli. Xi partijiet kienu jlaħħqu wisa' ta' 16-il metru (52 pied). Ħdejn iċ-ċentri urbani u amministrattivi hemm evidenza li nbnew żewġ jew tliet toroq paralleli. Il-wisa' massima ġiet irreġistrata fit-triq kostali tat-Tramuntana, ta' saħansitra 35 metru (115-il pied), filwaqt li l-wisa' medja fit-triq kostali tan-Nofsinhar hi ta' 8.5 metri (28 pied).
Ħitan laterali u ringieli tal-ġebel
Il-ġebel u l-ħitan kienu jintużaw biex jimmarkaw u juru l-wisa' tat-toroq. Mal-kosta u fil-muntanji, id-disponibbiltà tal-materjali għall-kostruzzjoni, bħal ġebel, tajn u brikks tat-tajn, kienet tippermetti li jinbnew ħitan fuq iż-żewġ naħat tat-toroq, sabiex jiġu iżolati mill-art agrikola, u b'hekk il-karovani u n-nies bil-mixi setgħu jivvjaġġaw mingħajr ma jaffettwaw l-għelejjel. Fl-artijiet watja u fid-deżerti, dawn il-ħitan x'aktarx kienu jevitaw li r-ramel jgħatti t-triq. Meta ma kinux jinbnew ħitan, it-toroq f'żoni iktar fid-deżert kienu jużaw ukoll ringieli tal-ġebel u arbli tal-injam fir-ramel bħala markaturi tar-rotta. Ir-ringieli tal-ġebel kienu jinbnew b'ġebel ta' daqs u ta' għamliet simili, li kienu jitpoġġew waħda ħdejn l-oħra fuq tarf jew fuq iż-żewġ trufijiet tat-triq, irranġati f'xorta ta' bankina. F'xi każijiet ġie osservat li l-ġnub ta' dan il-ġebel kienu jiġu llixxati.
Raded
Għalkemm fil-verità mhumiex element ta' kostruzzjoni li kien jintuża għad-delimitazzjoni tat-trufijiet tat-toroq, hemm każijiet fejn ir-raded jiddelimitaw it-toroq fuq żewġ naħat. Eżempji ta' dawn ir-raded instabu fiż-żona kostali fin-Nofsinhar tad-distrett ta' Chala f'Arequipa.
Ħitan tas-sejjieħ
Il-ħitan tas-sejjieħ kienu jinbnew bil-ġebel, bil-brikks tat-tajn jew bit-tajn fuq il-ġnub tal-għoljiet. Dawn il-ħitan kienu jiġu livellati bir-radam sabiex jiffurmaw il-pjattaforma tat-toroq jew biex jirfdu l-ħamrija li inkella setgħet tiżżerżaq 'l isfel. Ġeneralment il-ħitan tas-sejjieħ jinsabu fit-toroq trasversali li mill-muntanji jwasslu sal-kosta.
Drenaġġ tal-ilma
Id-drenaġġ permezz ta' fosos kien iżjed frekwenti fil-muntanji u fil-ġungla minħabba x-xita kostanti. Tul sezzjonijiet oħra ta' toroq, id-drenaġġ tal-ilma tax-xita kien isir permezz ta' sistema artikolata bbażata fuq kanali lonġitudinali u spazji iqsar għad-drenaġġ, b'mod trasversali mal-assi tat-toroq. Il-ħitan tas-sejjieħ kienu jintużaw tul ix-xaqlibiet tal-muntanji u huma simili għal dawk li jintużaw biex jirfdu r-raba' mtarraġ. Meta kienu jaqsmu l-artijiet mistagħdra, it-toroq spiss kienu jkunu mirfuda b'ħitan riffieda jew kienu jinbnew fuq irqajja' olzati.
Marki tat-toroq
F'diversi distanzi kienet tiġi mmarkata d-direzzjoni tat-triq permezz ta' munzelli tal-ġebel (mojones bl-Ispanjol) qishom xi plier, li ġeneralment kienu jinsabu fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Dawn kienu jkunu kolonni ta' munzelli ta' ġebel fuq xulxin, b'ġebla kbira fil-quċċata, u spiss kienu jitpoġġew strateġikament fuq biċċiet olzati tal-art sabiex wieħed ikun jista' jilmaħhom mill-bogħod.
L-apachetas (giren tal-Amerka t'Isfel) kienu tumbati tal-ġebel ta' daqsijiet differenti, li kienu jiġu ffurmati permezz tal-akkumulu gradwali tal-ġebel mill-vjaġġaturi, li kienu jiddepożitaw il-ġebel bħala offerta biex ma jkollhomx għawġ matul il-vjaġġ tagħhom u jaslu qawwijin u sħaħ. L-apachetas kienu jinsabu mal-ġenb tat-toroq fi spazji tranżizzjonali bħal mogħdijiet jew "punti ta' interess" għall-vjaġġaturi. Din il-prattika ġiet ikkundannata minħabba n-natura pagana tagħha matul il-Kolonja u l-Viċirenju, meta l-patrijiet ġew ordnati jżarmawhom u minflok ipoġġu xi salib. Minkejja dan, it-tradizzjoni tal-apachetas ma waqfitx u maġenb is-slaleb jew l-artali li nbnew kien ikun hemm munzelli tal-ġebel ta' kull daqs.
Pitturi u emulazzjonijiet
Xi postijiet bħal postijiet imkennija fil-blat jew fl-irdumijiet qrib it-toroq fihom xi tpittir fuqhom, li jista' jiġi interpretat bħala tisħiħ tas-sinjalar. Ir-rappreżentazzjonijiet impittra kienu ġeneralment żoomorfiċi u jikkorrispondu għal kamelidi stilizzati, b'disinn u kuluri tipiċi tal-Inka. Instabu wkoll figuri mnaqqxa direttament fil-ġebel.
Il-blat b'diversi daqsijiet maġenb it-triq xi kultant jirrappreżenta l-għamliet tal-muntanji jew ta' glaċieri importanti tar-reġjun, bħala espressjoni tas-sakralizzazzjoni tal-ġeografija; ġeneralment kien ikun magħmul minn blata waħda jew iktar.
Toroq olzati
Fiż-żoni umdużi kienu jinbnew xtut apposta biex jiffurmaw artijiet olzati. Fejn kien hemm il-blat kien meħtieġ jitħaffer passaġġ fil-blat jew fl-art olzata artifiċjali mirfuda bil-ħitan tas-sejjieħ. Xi artijiet olzati importanti kienu jinbnew pereżempju qrib il-kosta tal-Lag ta' Titicaca sabiex jilqgħu għall-varjazzjoni perjodika fil-livell tal-ilma tal-lag minħabba l-alternanza tal-istaġuni tax-xita u tan-nixfa. Fuqhom kellhom pontijiet tal-ġebel biex il-fluss tal-ilma taħthom ma jkunx ostakolat.
Taraġ
Sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet tal-art imħarbta u l-kundizzjonijiet ambjentali avversi, l-inġiniera tal-Inka ddisinjaw soluzzjonijiet differenti. Fejn kien hemm irqajja' bil-blat, it-triq kienet tidjieq, sabiex tkun adattata għall-orografija b'lilwiet frekwenti, u kienet tkun mirfuda bil-ħitan tas-sejjieħ, iżda fuq ix-xaqlibiet partikolarment weqfin, kienu jinbnew jew jitħaffru fil-blat għadd ta' taraġ jew rampi.
Pontijiet
Kien hemm diversi tipi ta' pontijiet li ntużaw tul is-sistema tat-toroq u xi kultant kienu jinbnew bħala par. Xi pontijiet kienu magħmula bi zkuk paralleli marbuta flimkien bil-ħbula u mgħottija bil-ħamrija u bil-fibbri veġetali, mirfuda bil-ġebel, filwaqt li oħrajn kienu mibnija biċ-ċnagen tal-ġebel li kienu jserrħu fuq munzelli tal-ġebel. Waħda mid-diffikultajiet tal-ħolqien tal-pontijiet tal-injam kienet id-diffikultà li jinstabu z-zkuk. Xi kultant, il-ħaddiema li kienu jibnu l-pontijiet kellhom iġibu l-injam mill-bogħod ħafna. L-injam tal-pontijiet tal-injam kien jiġi sostitwit bejn wieħed u ieħor kull tmien snin.
Il-kostruzzjoni tal-pontijiet kienet issir bl-għajnuna ta' bosta ħaddiema. L-ewwel u qabel kollox kienu jinbnew ir-riffieda tal-ġebel. Dan il-ġebel kien jitpoġġa b'sengħa kbira, tant li xi kultant lanqas kien jintuża tkaħħil. L-Inka, peress li ma kellhomx ħadid, kienu jużaw metodu ta' ħidma bil-ġebel, li kien jinvolvi l-użu ta' għodod sempliċi, bħal ġebel użati bħala mrietel, biex il-blat jitnaqqax b'tali mod li l-kontorni ta' fuq tal-blat jaqbel mal-blat ta' taħt sabiex joqogħdu perfettament flimkien mingħajr l-użu ta' tkaħħil. Għall-pontijiet sempliċi biz-zkuk, il-kostruzzjoni kienet issir billi jitpoġġew sensiela ta' zkuk fuq il-qasab. Il-pontijiet tal-ġebel setgħu ikunu iqsar u kellhom bżonn xmajjar iktar baxxi biex jinbnew. Xi ċnagen kienu jitpoġġew fuq riffieda tal-ġebel u pilastri intermedji tal-ġebel meta kien ikun hemm bżonn. Pont speċjali ħafna tal-ġebel ġie skopert dan l-aħħar fil-Bolivja u jikkonsisti minn fetħa relattivament żgħira biex il-fluss tan-nixxiegħa fil-ġnub tal-wied fil-qrib ma jiġix ostakolat u t-triq tibqa' għaddejja minn fuq in-nixxiegħa.
Sabiex wieħed ikun jista' jaqsam ix-xmajjar bi xtut ċatti, kien jintuża qasab marbut flimkien f'wiċċ l-ilma, li kienu jiffurmaw ringiela ta' dgħajjes totora maġenb xulxin u mgħottija bi pjanċa ta' totora u ħamrija.
Il-pontijiet tal-Inka bil-ħbula kienu jipprovdu aċċess minn naħa għall-oħra tal-widien dojoq. Pont minn naħa għall-oħra tax-xmara Apurímac, fil-Punent ta' Cusco, kien twil 45 metru (148 pied). Il-pontijiet bil-ħbula kellhom jiġu sostitwiti bejn wieħed u ieħor kull sentejn: għalhekk, il-komunitajiet madwar il-qsim tax-xmara kienu kkmandati jwettqu mita għall-kostruzzjoni tal-pont il-ġdid, filwaqt li l-pont l-antik kien jinqata' u jitħalla jaqa' fix-xmara. Dan it-tip ta' pont kien jinbena bil-ħbula ta' fibri tal-ħxejjex, fosthom ichu (Stipa ichu), li hija fibra tipika tal-Altiplano, u dawn kienu jintrabtu flimkien biex jiffurmaw kordi u ħbula li kienu jintużaw bħala kejbils li jżommu l-art tal-pont, u mbagħad kienu jintramaw żewġ poġġamani u l-konnessjonijiet neċessarji ta' bejniethom.
L-irdumijiet qrib ix-xmajjar xi kultant kienu jinqasmu permezz ta' qoffa jew oroya kbira li kienet tiddendel bil-ħbula, fuq distanzi ta' iktar minn 50 metru (160 pied).
Mina
Sabiex wieħed jaċċessa l-pont sospiż famuż bil-ħbula ta' Apurímac, kien meħtieġ li t-triq tilħaq l-iżjed sezzjoni dejqa tal-fondoq: għal dan l-għan, it-triq tħaffret tul xaqq naturali fil-blat wieqaf tal-wied u tħaffret mina biex tiffaċilita l-aċċess. Il-mina kellha sensiela ta' fetħiet laterali biex ikun jista' jidħol id-dawl. Ma hemm l-ebda evidenza li kien hemm xi mini oħra tul it-toroq tal-Inka.
Tagħmir
Garcilaso de la Vega jisħaq dwar il-preżenza tal-infrastruttura tul is-sistema tat-toroq tal-Inka fejn il-binjiet residenzjali tal-imperu għall-uffiċjali statali u għall-messaġġiera chasqui, bi spazji u provvisti abbundanti. L-ikel, il-ħwejjeġ u l-armi kienu maħżuna wkoll hemmhekk u kienu jkunu lesti għall-użu mill-armata tal-Inka fuq it-territorju.
It-tambos kienu l-iżjed numerużi u x'aktarx li kienu l-iżjed binjiet importanti tul in-network tat-toroq. Dawn kienu kostruzzjonijiet ta' arkitettura u daqs varjati, b'funzjoni l-iktar residenzjali tal-vjaġġaturi kif ukoll il-ħżin tal-prodotti għall-provvisti tagħhom. Għal din ir-raġuni, kienu jinsabu f'intervall ta' vjaġġ ta' jum, għalkemm ġew identifikati xi irregolaritajiet fid-distanzi tagħhom, x'aktarx marbuta ma' diversi fatturi, fosthom il-preżenza ta' sorsi tal-ilma, l-eżistenza ta' art għall-produzzjoni agrikola jew il-preżenza ta' ċentri pre-Inka. It-tambos x'aktarx li kienu amministrati mill-popolazzjonijiet lokali peress li bosta minnhom huma assoċjati ma' insedjamenti b'kostruzzjonijiet addizzjonali għal użi differenti, bħall-canchas (strutturi rettangolari kkonfinati b'ħajt, li x'aktarx kienu jintużaw bħala akkomodazzjoni minn dawk li kienu jimxu tul it-toroq), u collcas u kallancas. Dawn tal-aħħar kienu binjiet rettangolari ta' daqs konsiderevoli, li l-Konkwistaturi kienu jsejħulhom matmuri minħabba t-tul tagħhom. Kienu jintużaw għaċ-ċerimonji u għall-akkomodazzjoni ta' membri tal-elit tal-Inka jew lokali, mitimaes jew vjaġġaturi oħra. It-tambos tant kienu frekwenti li bosta ismijiet reġjonali tal-Andes jinkludu l-kelma tambo fihom.
Maġenb it-toroq kienu frekwenti ċ-chasquiwasis jew l-istazzjonijiet tal-messaġġiera tal-Inka, iċ-chasqui. F'dawn il-postijiet, iċ-chasquis kienu jistennew għall-messaġġi li kellhom jieħdu minn post għall-ieħor. Il-fluss rapidu tal-informazzjoni kien importanti għal imperu li kien qed jikber b'mod kostanti. Iċ-chasquiwasis normalment kienu pjuttost żgħar u ma tantx hemm wisq evidenza arkeoloġika u riċerka fuqhom.
Mogħdija tal-Inka lejn Machu Picchu
Machu Picchu stess kienet remota ħafna, u kienet isservi bħala residenza rjali popolata mill-Inka fit-tmun u minn diversi mijiet ta' qaddejja. Kienet teħtieġ infużjonijiet regolari ta' oġġetti u servizzi minn Cusco u partijiet oħra tal-imperu. Dan joħroġ fid-dieher mill-fatt li ma hemm l-ebda faċilità kbira tal-gvern għall-ħżin. Studju tal-1997 ikkonkluda li l-potenzjal agrikolu tas-sit ma kienx biżżejjed biex isostni lir-residenti, anke fuq bażi staġonali.
Referenzi
- ^ D'Altroy, Terence N. (2002). The Incas. Blackwell Publishers Inc. ISBN 0-631-17677-2. p. 242.
- ^ Thompson, Donald E.; John V. Murra (July 1966). "The Inca Bridges in the Huanuco Region". Society for American Archaeology. 5. 31 (1). p. 634.
- ^ History of the Inca realm. Cambridge, England: Cambridge University Press. 1999. p. 60. ISBN 0-521-63759-7.
- ^ Mattos, Ramiro (2015). El Qhapaq Ñan del Tawantinsuyu: reflexiones sobre su significado político y social en el presente andino - Revista de Antropología del Museo de Entre Ríos 12-20 (2015).
- ^ Raffino, Rodolfo et al. Rumichaca: el puente inca en la cordillera de los Chichas (Tarija, Bolivia) – in "Arqueologia argentina en los incios de un nevo siglo", pp. 215-223.
- ^ Perú, Historia del (2014-08-21). "La población en el Virreinato". Historia del Perú (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-06-06.
- ^ "Long-term effects of the Inca Road". CEPR (bl-Ingliż). 2021-07-29. Miġbur 2023-06-06.
- ^ Ministerio de Cultura de Peru (2011). Qhapaq Ñan, el Camino Inca - Lima.
- ^ Hyslop, John (1984). The Inca Road System (Studies in Archaeology) - New York: Institute of Andean Research - Academic Press INC – Harcourt Brace Jovanovich Publishers.
- ^ Incas: lords of gold and glory. New York: Time-Life Books. 1992. pp. 94–97. ISBN 0-8094-9870-7.
- ^ Ministerio de Cultura del Perú (2016). Guía de Identificación y Registro del Qhapaq Ñan – Lima.
- ^ Lumbreras, Luis Guillermo (2004).Presentación. Proyecto Qhapaq Ñan Informe de Campaña 2002-2003. Instituto Nacional de Cultura, Lima.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Qhapaq Ñan, Andean Road System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-07.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Sistema tat Toroq tal Inka, X'inhi Sistema tat Toroq tal Inka? Xi tfisser Sistema tat Toroq tal Inka?
Is Sistema tat Toroq tal Inka magħrufa wkoll bħala Qhapaq Nan bil lingwa jiġifieri triq irjali kienet l izjed sistema tat trasport estensiva u avvanzata fl Amerka t Isfel pre Kolombjana Kienet twila madwar 40 000 kilometru 25 000 mil Il kostruzzjoni tat toroq kienet teħtieġ ħafna zmien u sforz kbir Mappa tas Sistema tat Toroq tal Inka In network kien magħmul minn toroq formali li ġew ippjanati maħduma mibnija immarkati u mizmuma b reqqa kbira kien hemm pavimentar fejn meħtieġ b taraġ biex tinkiseb l elevazzjoni b pontijiet u b kostruzzjonijiet aċċessorji bħal ħitan tas sejjieħ u sistemi għad drenaġġ tal ilma Kien ibbazat fuq zewġ toroq mit Tramuntana għan Nofsinhar waħda tul il kosta u l oħra li kienet l izjed importanti il ġewwa u fuq il muntanji it tnejn li huma b bosta trejqiet oħra li joforqu minnhom In network jista jitqabbel direttament man network tat toroq li nbnew matul l Imperu Ruman għalkemm is sistema tat toroq tal Inka nbniet elf sena wara Is sistema tat toroq ippermettiet it trasferiment tal informazzjoni tal oġġetti tas suldati u tal persuni mingħajr l uzu ta roti fi ħdan l jew Tawantinsuyu u f territorju sħiħ ta kwazi 2 000 000 km2 770 000 mil kwadru li kien abitat minn madwar 12 il miljun ruħ It toroq kienu kkonfinati f ċertu intervalli b binjiet biex jippermettu l izjed uzu effettiv fuq distanza qasira kien hemm stazzjonijiet għaċ chasquis il messaġġiera f intervall ta jum mixi t tambos kienu jippermettu l appoġġ għall utenti tat toroq u għall merħliet tal annimali fosthom il llama Tul it toroq kien hemm ukoll ċentri amministrattivi bl imħazen imsejħa qullqas għad distribuzzjoni mill ġdid tal oġġetti Lejn il konfini tal Imperu Inka u fiz zoni li kienu jkunu għadhom kemm inħakmu kien ikun hemm il pukaras fortizzi Parti min network tat toroq inbena minn kulturi preċedenti għall Imperu Inka b mod partikolari l kultura Wari fit Tramuntana tal Peru ċentrali u l kultura Tiwanaku fil Bolivja Diversi organizzazzjonijiet internazzjonali bħall UNESCO u l ħadmu flimkien biex in network tat toroq jiġi protett b kollaborazzjoni mill gvernijiet u mill komunitajiet ta sitt pajjizi il Kolombja l Ekwador il Peru il Bolivja iċ Ċili u l Arġentina li minnhom tgħaddi t Triq il Kbira tal Inka Fiz zminijiet moderni xi fdalijiet tat toroq jintuzaw ħafna mit turisti fosthom il Mogħdija tal Inka magħrufa ħafna lejn Machu Picchu Studju tal 2021 sab li l effetti tas sistema tat toroq ilhom iħallu impatt pozittiv għal iktar minn 500 sena b pagi nutrizzjoni u livelli ta skola li huma ogħla fost il komunitajiet li jgħixu sa 20 kilometru mis sistema tat toroq tal Inka meta mqabbla ma komunitajiet simili li jgħixu iktar lil hinn KoborJiena nemmen li mill memorja tan nies ma tantx qrajna dwar il kobor ta din is sistema tat toroq magħmula f widien fondi u fi qċaċet għoljin f muntanji miksija bil borra f imraġ bl ilma fil blat u maġenb xmajjar bi fluss veloċi tal ilma f xi partijiet it toroq kienu ċatti u pavimentati fuq ix xaqlibiet kienu magħmula sew mal muntanji ġew ikklerjati tħaffru fil blat max xmajjar inbnew ukoll il ħitan fil borra nbnew it taraġ u postijiet għall mistrieħ kullimkien it toroq kienu nodfa mikinsa mit trab mimlijin abitazzjonijiet imħazen għall oġġetti ta valur tempji tax Xemx u stazzjonijiet għall messaġġiera Pedro Cieza de Leon El Senorio del Inca 1553 It Tawantinsuyu li integraw it territorji attwali tal Peru komplew lejn it Tramuntana fejn illum il ġurnata hemm l Ekwador u laħqu l limiti l iktar fit Tramuntana tal katina muntanjuza tal fir reġjun ta Los Pastos fil Kolombja fin Nofsinhar baqgħu nezlin sal artijiet ta Mendoza u Atacama in fl izjed artijiet fin Nofsinhar tal Imperu li llum jikkorrispondu għat territorji tal Arġentina u taċ Ċili Fuq in naħa Ċilena it toroq jaslu sax xmara Maipo Is sistema tat toroq tal Inka kkollegat it territorji tat Tramuntana mal belt kapitali ta Cusco u t territorji tan Nofsinhar Madwar 5 000 kilometru 3 100 mil mill izjed minn 7 000 kilometru 4 300 mil tal muntanji Andes kienu koperti minn din is sistema Is sistema tat toroq tal Imperu Inka Kif indikat minn Hyslop Ir rotta prinċipali tas sierra muntanji li tgħaddi minn Quito Tumebamba Huanuco Cusco Chucuito Paria u Chicona sax xmara Mendoza għandha tul ta 5 658 km 3 516 il mil Il kobor ezatt tan network tat toroq mhix magħrufa il vjaġġaturi u l istudjuzi pproponew diversi tulijiet li jvarjaw minn 23 000 kilometru 14 000 mil għal 40 000 kilometru 25 000 mil sa 60 000 kilometru 37 000 mil Ġew definiti zewġ rotot prinċipali dik tal Lvant il ġewwa mill baħar li tibqa sejra fil għoli fil bwar tal ħaxix puna b superfiċe kbira u mmewġa estiza l fuq minn 4 000 metru 13 000 pied u dik tal Punent li tibda mir reġjun ta Tumbes fil fruntiera attwali tal Peru u l Ekwador u ssegwi l pjanuri kostali izda ma tinkludix id dezerti kostali fejn tkompli mal għoljiet ta qabel il muntanji Din ir rotta tal Punent timxi mal Awtostrada Pan Amerikana attwali fl estensjoni Paċifika tal Amerka t Isfel Investigazzjonijiet reċenti mwettqa fil qafas tal Proyecto Qhapaq Nan sponsorjati mill gvern Peruvjan u bbazati wkoll fuq riċerka u stħarriġiet preċendenti jissuġġerixxu livell kbir ta probabbilta li kienet tezisti xi fergħa oħra tas sistema tat toroq fin naħa tal Lvant tal katina muntanjuza tal Andes li tikkollega ċ ċentru amministrattiv ta Huanuco Pampa mal provinċji tal Amazzonja b tul ta madwar 470 kilometru 290 mil Iktar minn għoxrin rotta trasversali kienu jgħaddu minn fuq il muntanji tal Punent filwaqt li oħrajn kienu jaqsmu l cordillera tal Lvant fil muntanji u l artijiet iktar baxxi u kienu jikkollegaw iz zewġ rotot prinċipali u z zoni popolati iċ ċentri amministrattivi iz zoni agrikoli u tal estrazzjoni kif ukoll iċ ċentri ċerimonjali u l ispazji sagri tat territorju enormi tal Inka Uħud minn dawn it toroq jilħqu altitudnijiet ta iktar minn 5 000 metru 16 000 pied il fuq mil livell tal baħar Erba rotot Cusco il Peru plakka li tindika l erba direzzjonijiet tal erba reġjuni suyus tal Imperu Inka Matul l Imperu Inka it toroq uffiċjalment kienu jinbtu minn Cusco u jmorru lejn l erba punti kardinali fid direzzjoni tal erba suyus provinċji li fihom kienu maqsuma t Tawantinsuyu Cusco kienet iċ ċentru tal Peru il kronista dwar l Inka u l Ispanjoli jistqarr li Cozco bil lingwa tal Inka tfisser zokkra jiġifieri z zokkra tad Dinja L erba reġjuni kien jisimhom Chinchaysuyu fit Tramuntana Collasuysu fin Nofsinhar Antisuyu fil Lvant u l widien iktar baxxi tar reġjun tal Amazzonja u Contisuyu fil Punent u l widien iktar baxxi tul il kosta Paċifika Ir rotta lejn it Tramuntana kienet l izjed waħda importanti fl Imperu Inka kif jidher ċar mill karatteristiċi tal kostruzzjoni tagħha wisa li tvarja bejn tliet metri u 16 il metru u d daqs tal fdalijiet arkeoloġiċi li jimmarkaw il mogħdija kemm fil qrib tagħha kif ukoll fl inħawi ta influwenza tagħha Mhijiex kumbinazzjoni li din il mogħdija tgħaddi minn u torganizza l izjed ċentri amministrattivi importanti tat Tawantinsuyu barra minn Cusco fosthom Vilcashuaman Xauxa Tarmatambo Pumpu Huanuco Pampa Cajamarca u Huancabamba fit territorji attwali tal Peru u Ingapirca Tomebamba jew Riobamba fl Ekwador Din kienet titqies mill Inka bħala l Qhapaq Nan ewlenija jiġifieri t triq prinċipali jew irjali li kienet tibda minn Cusco u twassal sa Quito Minn Quito lejn it Tramuntana il prezenza tal Inka hija perċepita fl insedjamenti difensivi li jimmarkaw l avvanz tal Imperu mill provinċji Ekwadorjani ta Carchi u Imbabura u d Dipartiment attwali ta Narino fil Kolombja li fis seklu 16 kien wasal biex jiġi inkorporat fl Imperu Inka Ir rotta ta Qollasuyu titlaq minn Cusco u tibqa sejra fid direzzjoni tan Nofsinhar u tofroq f zewġ fergħat tul il kosta tal Lvant u tal Punent tal Lag ta Titicaca li mbagħad jerġgħu jiltaqgħu biex jaqsmu t territorju tal Altiplano Bolivjan Minn hemmhekk it toroq kienu qed jizviluppaw f fergħat differenti lejn l iktar konfini fin Nofsinhar tat Tawantinsuyu Fergħa minnhom kienet tibqa sejra lejn ir reġjun attwali ta Mendoza tal Arġentina filwaqt li fergħa oħra kienet tgħaddi mit territorji antiki tal popli Diaguita u Atacama fit territorji taċ Ċili li diġa kienu zviluppaw networks baziċi tat toroq Minn hemmhekk ir rotta ta Qollasuyu taqsam l izjed dezert niexef fid dinja id u tilħaq ix xmara Maipo attwalment fir reġjun metropolitan ta Santiago Minn hemmhekk il quddiem ma nstabu l ebda fdalijiet tal Inka It toroqo ta Contisuyu kienu jikkollegaw lil Cusco mat territorji kostali f dawk li issa jikkorrispondu għar reġjuni attwali ta Arequipa Moquegua u Tacna fin Nofsinhar estrem tal Peru Dawn it toroq huma rotot trasversali li kienu jiggarantixxu l komplementarjeta tar rizorsi naturali peress li kienu jaqsmu minn artijiet ekoloġiċi varjati ħafna b altitudni varjata l fuq u l isfel mill għoli tal cordillera sal ispazji kostali It toroq tal Antisuyu huma l inqas magħrufa u fihom ġew irreġistrati għadd izgħar ta fdalijiet Dawn kienu jippenetraw fit territorji taċ Ceja de Jungla jew tal Andes tal Amazzonja u kienu jwasslu sal foresta tropikali tal Amazzonja fejn il kundizzjonijiet huma iktar diffiċli għall konservazzjoni ta evidenzi arkeoloġiċi Il kobor fiziku reali tal Imperu Inka għal dan ir reġjun ma tantx huwa ċar ħafna Skopijiet tat toroqVeduta ta triq tal Inka mal ġenb ta għolja qrib il lag ta Mosollaqta il Peru L Inka kienu juzaw is sistema tat toroq għal bosta raġunijiet varji fosthom it trasport għan nies li kienu jivvjaġġaw minn post għall ieħor fl imperu għal skopijiet militari u reliġjuzi Is sistema tat toroq kienet tippermetti l moviment rapidu tal persuni minn parti tal imperu għall oħra kemm l armati kif ukoll il ħaddiema kienu juzaw it toroq biex jiċċaqilqu minn post għall ieħor u kienu juzaw it tambos biex jistrieħu u jieklu Is sistema tat toroq kienet tippermetti wkoll il moviment rapidu tal informazzjoni u tal oġġetti zgħar ta valur li kienu jivvjaġġaw permezz taċ chasquis L Inka taw prijorita biex it toroq ikunu dritti kull fejn dan kien possibbli biex jitqassru d distanzi Skont Hyslop it toroq kienu l bazi għat tkabbir tal Imperu Inka l izjed insedjamenti importanti kienu jinsabu tul it toroq prinċipali li kienu nbnew fuq toroq iktar antiki L Inka kienu jħobbu juzaw l Altiplano jew iz zoni tal puna għall ispazju bejn il popolazzjonijiet biex b hekk jiġi evitat il kuntatt mal popolazzjonijiet insedjati fil widien u fl istess ħin biex jipproġettaw rotta dritta ta komunikazzjoni rapida Riċerkaturi oħra indikaw fatturi addizzjonali li kkundizzjonaw il pozizzjoni tal insedjamenti u t toroq tal Inka fosthom l istabbiliment ta zoni ta kontroll f pozizzjoni intermedja fir rigward tal popolazzjonijiet u l artijiet produttivi tal widien il ħtieġa ta oġġetti speċifiċi u l ħtiġijiet ta ħzin li kienu jiġu ssodisfati faċilment fil pjanuri għoljin tal Altiplano ikkaratterizzati minn temperaturi baxxi u klima niexfa Perezempju iċ ċentru amministrattiv ta Huanuco Pampa jinkudi 497 collcas saħansitra b total ta 37 100 metru kubu 1 310 000 pied kubu u seta jsostni popolazzjoni ta bejn 12 000 u 15 000 ruħ Cotapachi illum il ġurnata fir reġjun Bolivjan ta Cochabamba kienet tinkludi grupp ta 2 400 collcas il bogħod minn kwalunkwe villaġġ sinifikanti Il collcas kienu binjiet ta ħzin fit tul primarjament għall ħzin tal qmuħ u tal qamħirrum li kellhom data ta skadenza estremament twila u b hekk kienu ideali għall ħzin fit tul għall armata f kaz ta kunflitti Skont Hyslop l uzu tas sistema tat toroq tal Inka kienet rizervata għall awtoritajiet Huwa jistqarr is suldati il purtinara u l karovani tal llama kienu l utenti ewlenin flimkien man nobbli u individwi oħra li kienu jkunu qed iwettqu xi dmir uffiċjali Sudditi oħrajn kienu jitħallew jimxu tul it toroq biss jekk kien ikollhom il permess biex jagħmlu dan Madankollu huwa jirrikonoxxi li kien hemm ukoll ammont mhux iddeterminat ta traffiku privat li ma tantx nafu dwaru Xi strutturi lokali imsejħa ranchillos jezistu tul it toroq u dawn jaf huma evidenza li kien jezisti wkoll traffiku kummerċjali privat L uzu tat toroq tal Inka fil perjodu kolonjali wara l konkwista Spanjola ta Peru kwazi spiċċa għalkollox Il Konkwistaturi uzaw it toroq tal Inka għall approċċ lejn il belt kapitali ta Cusco izda kienu juzaw iz zwiemel u l karrijiet bil gniedes li ma setgħux jintuzaw fuq dak it tip ta toroq u f qasir zmien it toroq ġew abbandunati Kwazi 25 fil mija biss minn dak in network għadu vizibbli llum u l kumplament inqered mill gwerer il konkwisti ir rewwixti l indipendenza jew il kunflitti bejn in nazzjonijiet Dan wassal għal bidla fil mudell ekonomiku li kien jinvolvi l abbandun ta zoni kbar tat territorju u finalment wassal għall kostruzzjoni ta infrastruttura moderna matul is sekli 19 u 20 Din wasslet għas sovraimpozizzjoni ta kanali ġodda ta komunikazzjoni fil kontorn tat toroq pre Ispaniċi Trasport Veduta tat triq tal Inka li tikkonfina mal lag ta Titicaca mill mirador ta Chucuito il Peru It trasport kien isir bil mixi peress li fl Amerki pre Kolombjani l uzu tar roti għat trasport kien għadu mhux magħruf L Inka kellhom zewġ uzi prinċipali tat trasport fit toroq iċ chasqui messaġġiera li kienu jwasslu l informazzjoni minn post għall ieħor permezz tal quipus u l oġġetti ħfief ta valur fl imperu kollu u l karovani tal llamas għat trasport tal oġġetti Il llamas kienu jintuzaw bħala annimali tal merħliet kbar Kienu annimali pjuttost ħfief u ma tantx jifilħu jġorru wisq Izda sabiex jiġu ttrasportati ammonti kbar ta oġġetti fi ħdan l imperu kien iktar effiċjenti għall Inka li juzaw merħliet ta llamas li kienu jieħdu ħsiebhom xi zewġ jew tliet rgħajja Ir rgħajja kienu jiddirezzjonaw lill annimali bit tagħbija tul it toroq muntanjuzi weqfin u b hekk kienu jzidu l kapaċita tal ġarr mingħajr ma jiġu ssograti ħajjiet addizzjonali Il llamas għandhom qawqbiet rotob u li jilqgħulhom u b hekk iqabbdu tajjeb mas superfiċe tal art u l impatt tagħhom fuqu huwa minimu Il llamas tar razza Q ara bil pil qasir li jintuzaw ukoll fil karovani kontemporanji jistgħu jġorru madwar 30 kilogramma 66 libbra għal distanza ta 20 kilometru 12 il mil kuljum u meta jkun hemm bzonn jistgħu jġorru sa 45 kilogramma 99 libbra għal vjaġġi qosra L għalf tagħhom huwa l veġetazzjoni naturali Kummerċ It toroq u l pontijiet kienu essenzjali għall koezjoni politika tal Imperu Inka u għad distribuzzjoni mill ġdid tal oġġetti fi ħdanu Ir rizorsi kollha fl imperu kienu proprjeta tal elit fit tmun L iskambji kummerċjali bejn il manifatturi jew il produtturi u x xerrejja ma kinux ipprattikati peress li l ġestjoni tal oġġetti kollha kienet taqa taħt il kontroll tal awtorita ċentrali Id distribuzzjoni mill ġdid tal oġġetti kienet magħrufa bħala l arċipelagu vertikali din is sistema ffurmat il bazi għall kummerċ fl Imperu Inka kollu Peress li sezzjonijiet differenti tal imperu kellhom rizorsi differenti it toroq kienu jintuzaw għad distribuzzjoni tal oġġetti lejn partijiet oħra tal imperu li kellhom bzonnhom It toroq saħħew mill ġdid il qawwa tal Imperu tal Inka peress li bis saħħa tagħhom l imperu seta jqassam għadd ta rizorsi permezz ta sistema stabbilita biex jiġi zgurat li l partijiet kollha tal imperu kienu sodisfatti Minkejja dan xi studjuzi nnutaw li jaf kien hemm skambju ta oġġetti permezz ta tpartit tul it toroq bejn il karovani u ċ ċittadini r residenti tal villaġġi qisu tip ta skambju sekondarju u tpartit ta kuljum Militar Dawn it toroq kienu jipprovdu rotot faċli affidabbli u rapidi għall komunikazzjoni amministrattiva u militari tal imperu għaċ ċaqliq tal persunal u għall appoġġ loġistiku Wara l ħakma ta territorju jew wara li mexxej lokali jiġi konvint biex isir alleat l Inka kienu juzaw strateġija militari politika li tinkludi t tkabbir tas sistema tat toroq fit territorji dominati ġodda Għalhekk il Qhapaq Nan saru simbolu permanenti tal prezenza ideoloġika tad dominju tal Inka fil post il ġdid li jkun ġie kkonkwistat Is sistema tat toroq ffaċilitat iċ ċaqliq tat truppi imperjali u t tħejjijiet għal konkwisti ġodda kif ukoll it trazzin tar rewwixti u tar ribelljonijiet Madankollu tat lok ukoll għall kondivizjoni tal oġġetti abbundanti mal popolazzjonijiet il ġodda li l Inka kienu jipproduċu u jaħznu kull sena għad distribuzzjoni mill ġdid L armata kienet tiċċaqlaq spiss l iktar biex tappoġġa l azzjonijiet militari izda anke biex tappoġġa x xogħlijiet ċivili Il fortijiet jew il pukaras kienu jinsabu l iktar fiz zoni tal fruntiera bħala indikatur spazjali tal proċess ta avvanz u ta annessjoni ta territorji ġodda mal imperu Fil fatt l ikbar għadd ta pukaras jinsab lejn in Nofsinhar tat Tawantinsuyu bħala xhieda tax xogħol ta inkorporazzjoni tat territorji tat Tramuntana li kienu magħrufa għall mergħat rikki tagħhom Lejn in Nofsinhar hemm abbundanza ta fdalijiet madwar Mendoza fl Arġentina u tul ix xmara Maipo fiċ Ċili fejn il prezenza tal fortijiet timmarka l linja tat toroq fl izjed punt fin Nofsinhar tal imperu Reliġjon It triq kostali tal Inka fis Santwarju ta Pachacamac il Peru Is santwarji f altitudni għolja kienu marbuta direttament mal qima tan natura u speċifikament tal muntanji li kienet xi ħaġa tipika ta soċjeta tal Inka li ġiet ifformalizzata permezz tal kostruzzjoni ta strutturi reliġjuzi fuq il qċaċet tal muntanji Il muntanji huma l apus jew id divinitajiet u fl univers tat twemmin tal Andes għadhom meqjuma sa llum il ġurnata għandhom konnotazzjoni spiritwali mal futur tal ezistenza tan natura u tal bniedem L Inka kienu jagħmlu bosta ritwali fejn kienu jiġu ssagrifikati t tfal l oġġetti u l llamas fil qċaċet tal muntanji bħala parti minn dan it twemmin Madankollu mhux il muntanji kollha kellhom l istess konnotazzjoni reliġjuza u s santwarji ma kinux jinbnew fuq kull quċċata L unika mod biex jintlaħqu l qċaċet tal muntanji għall qima kien billi jiġu kkollegati ma mogħdijiet f altitudni għolja tas sistema tat toroq sabiex wieħed ikun jista l postijiet sagri Dawn kienu toroq tar ritwali li kienu jwasslu sal qċaċet bħala punt ta kuntatt bejn l ispazju tad Dinja u l ispazju sagru Uħud minnhom kienu jilħqu altitudnijiet għoljin il fuq mil livell tal baħar fosthom il muntanja ta Chani li kellha triq li kienet tibda fil bazi tagħha u kienet twassal sal quċċata f elevazzjoni ta 5 949 metru 19 518 il pied Minbarra s santwarji f altitudni għolja kien hemm ukoll bosta santwarji sagri jew siti reliġjuzi imsejħa wak a li kienu parti mis sistema ta Zeq e tul it toroq jew biswithom speċjalment madwar il belt kapitali ta Cusco Dawn is santwarji kienu karatteristiċi naturali jew immodifikati tal pajsaġġ kif ukoll binjiet fejn l Inka kienu jqimu lid divinitajiet tagħhom Xi postijiet importanti għall qima kienu kkollegati direttament mat toroq prinċipali tal Inka Dan kien il kaz tas santwarju ta Pachacamac li minnu kienet tgħaddi t triq kostali lejn in Nofsinhar ta Lima StorjaImperu Inka Il kulturi Wari u Tiwanaku Il biċċa l kbira tas sistema tat toroq kienet frott l azzjoni tal Inka biex ikollhom dritt eskluziv fuq bosta rotot tradizzjonali li wħud minnhom kienu diġa mibnija qabel l iktar mill imperu Wari fl artijiet għoljin ċentrali tal Peru u l kultura Tiwanaku Din tal aħħar kienet zviluppat madwar il Lag ta Titicaca fit territorji attwali tal Peru u tal Bolivja bejn is sekli 6 u 12 W K u kienet stabbiliet ċivilizzazzjoni kumplessa u avvanzata Ħafna sezzjonijiet ġodda tat triq inbnew jew ġew immodernizzati sostanzjalment mill Inka zewġ ezempji huma t triq tul id dezert ta Atacama taċ Ċili u t triq tul ix xatt tal Punent tal Lag ta Titicaca Ir renju tal Inka oriġina matul il perjodu Intermedju Aħħari bejn l 1000 W K u l 1450 W K meta dan il grupp iddomina biss ir reġjun ta Cusco L Inka ta Pachakutiq bdew it trasformazzjoni u t tkabbir ta dawk li iktar il quddiem saru t Tawantinsuyu L istadju storiku tal imperu beda għall ħabta tal 1438 meta wara li ġew solvuti d dizgwidi mal popolazzjonijiet lokali madwar Cusco l Inka bdew il konkwista tal widien kostali minn Nasca sa Pachacamac u tar reġjuni l oħra ta Chinchaysuyu L istrateġija tagħhom kienet tinvolvi l immodifikar jew il kostruzzjoni ta struttura tat triq li kienet tizgura l kollegament tat territorju inkorporat ma Cusco u ma ċentri amministrattivi oħra u b hekk l iskjerament tat truppi u tal uffiċjali tal imperu L avvanz militari tal Inka kien ibbazat l iktar fuq patti diplomatiċi qabel l annessjoni tar reġjuni l ġodda u l konsolidazzjoni tad dominju u l gwerra kienet titqies bħala l aħħar mezz f kaz ta bzonn L istabbiliment tal bliet u taċ ċentri amministrattivi kkollegati mas sistema tat toroq kienet tizgura l kontroll statali tal gruppi etniċi l ġodda li kienu jkunu ġew inkorporati Topa Inca Yupanqui kien is suċċessur ta Pachakutiq u ħakem lil Chimu sar reġjun l iktar fit Tramuntana ta Quito għall ħabta tal 1463 iktar il quddiem estenda l konkwisti sar reġjun tal ġungla ta Charcas u lejn in Nofsinhar saċ Ċili Era kolonjali Matul l ewwel snin tal kolonja il Qhapaq Nan għaddew minn perjodu ta telqa u ta qerda kkawzati min nuqqas f daqqa fl għadd ta nativi minħabba l mard u l gwerer li naqqsu l popolazzjoni minn 12 il miljun ruħ għal madwar 1 1 miljun ruħ fi zmien 50 sena u li qerdu l istruttura soċjali li pprovdiet il ħaddiema għall manutenzjoni tat toroq L uzu tat toroq tal Inka sar parzjali u ġie adattat għall miri politiċi u ekonomiċi ġodda tal kolonja u iktar il quddiem tal Viċire fejn l istruttura ekonomika kienet ibbazata fuq l estrazzjoni tal minerali u l produzzjoni kummerċjali Dan kien jimplika bidla drammatika fl uzu tat territorju L integrazzjoni preċedenti tat territorji lonġitudinali u trasversali ġiet ridotta għal kollegament tal widien tal Andes u tal Altiplano mal kosta biex jippermetti l esportazzjoni tal prodotti speċjalment id deheb u l fidda li bdew jaslu lejn il kosta u minn hemm bdew jiġu ttrasportati lejn Spanja Fattur ewlieni fiz zarmar tan network fil livel subkontinentali kien il ftuħ ta rotot ġodda biex jiġu kkollegati ċ ċentri emerġenti tal produzzjoni proprjetajiet u minjieri mal portijiet kostali F dan il kuntest kienu jintuzaw dawk ir rotot biss li kienu jkopru l ħtiġijiet il ġodda u l kumplament kienu jiġu abbandunati partikolarment dawk li kienu jikkollegawhom mal fortijiet li nbnew matul l avvanz tal Imperu Inka jew dawk li kienu jikkollegaw l ispazji agrikoli maċ ċentri amministrattivi Minkejja dan it toroq tar ritwali li kienu jippermettu l aċċess għas santwarji baqgħu jintuzaw fil qafas tas sinkretizmu reliġjuz li kien jikkaratterizza l mumenti storiċi tal inħawi tal Andes mill ħabta tal konkwista Cieza de Leon fl 1553 innota l abbandun tat toroq u stqarr li għalkemm f bosta postijiet diġa tkissru u jinsabu mitluqa xorta waħda għadu jista jiġi apprezzat kemm kienu tal għaġeb L ammirazzjoni tal kronisti ma kinitx bizzejjed biex tikkonvinċi lill mexxej Spanjol dwar il ħtieġa ta manutenzjoni u ta konsolidazzjoni tas sistema tat toroq minflok jiġu abbandunati u jinqerdu Il popolazzjonijiet lokali b hekk ċkienu u saru insedjamenti ġodda magħrufa bħala reducciones qishom kampijiet ta konċentrament u din kienet waħda mill kawzi tal abbandun tat toroq tal Inka u l bini ta oħrajn ġodda biex jikkollegaw ir reducciones maċ ċentri tal poter Spanjol Fattur importanti ieħor kienet l inadegwatezza tat toroq għaz zwiemel u għall ħmir introdotti mill konkwistaturi li saru l merħliet tal annimali l ġodda li bdew jintuzaw minflok il llamas ħfief Anke l agrikoltura l ġdida li oriġinat minn Spanja li kienet tikkonsisti prinċipalment minn ċereali bidlet id dehra tat territorju li xi kultant ġiet ittrasformata permezz tal qtugħ u l fuzjoni ta diversi andenes raba mtarraġ għall biedja li mbagħad iddeterjorat il ħamrija għammiela minħabba l erozjoni mix xita It teknoloġiji agrikoli pre Ispaniċi ġew abbandunati jew spustati lejn spazji marġinali u rrelegati mill kolonizzaturi Parti min network baqa jintuza kif ukoll parti mit tagħmir tiegħu bħat tambos li ġew ittrasformati f imħazen u fi ħwienet u ġew aġġustati għat tradizzjoni ta Spanja fejn il produzzjoni tar raħħala kienet tittieħed hemmhekk għall bejgħ It tambos daħlu fi stadju ġdid bħala spazji fejn iltaqgħu stili differenti ta ħajja li mbagħad wasslu għall integrazzjoni ta strutturi soċjali u territorjali ġodda Era postkolonjali u moderna Wara l indipendenza minn Spanja tar repubbliki Amerikani tul is seklu 19 ma kienx hemm bidliet sinifikanti fit territorju Fil kaz tal Peru l istruttura territorjali stabbilita mill kolonja nzammet filwaqt li r rabta bejn il produzzjoni tal muntanji u l kosta ġiet ikkonsolidata fil loġika tal estrazzjoni u tal esportazzjoni Il kostruzzjoni ta toroq u ta linji ferrovjarji moderni ġiet adattata għal din il loġika Tat prijorita lill komunikazzjoni mal kosti u ġiet ikkomplementata mill assi trasversali ta penetrazzjoni fil widien bejn l Andes għat trasport tal produzzjoni lejn l assi kostali u l portijiet tal baħar Lejn l aħħar tas seklu 18 ġew zviluppati proprjetajiet kbar għall provvista ta materja prima lejn is swieq internazzjonali flimkien mal gwano ħmieġ tal għasafar u għaldaqstant il portijiet marittimi tal Peru ngħataw rilevanza speċjali u raw attivita intensa u kellhom bzonn aċċessibbilta adegwata mill ispazji tal produzzjoni Xi partijiet mit toroq tal Inka baqgħu jintuzaw fin Nofsinhar tal Altiplano taw aċċess għaċ ċentri ewlenin għall produzzjoni tas suf tal alpaka u tal vikunja li kien hemm domanda kbira għalih fis swieq internazzjonali L organizzazzjoni tat toroq tul l Andes fis seklu 20 tat prijorita lill awtostrada Pan Amerikana tul il kosta u segwiet bejn wieħed u ieħor it traċċi tat toroq kostali tal Inka Din l awtostrada mbagħad ġiet ikkollegata mar rotot mill Punent għal Lvant fil widien filwaqt li t toroq tal Inka mit Tramuntana għan Nofsinhar fil muntanji bdew jintuzaw biss għat tranzitu tan nies lokali bil mixi Fl 2014 is sistema tat toroq tal Inka saret Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Sit ta Wirt DinjiIs Sistema tat Toroq tal Inka ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji transnazzjonali tal UNESCO fl 2014 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Arkitettura u inġinerija tat toroq tal InkaManiġer tal pontijiet tal Inka L Inka bnew is sistema tat toroq tagħhom billi kabbru u saħħew diversi networks izgħat ta toroq li kienu diġa jezistu qabilhom filwaqt li adattaw u tejbu l infrastrutturi preċedenti stabbilew sistema ta toroq formali u pprovdew sistema ta manutenzjoni biex it toroq jiġu protetti u jiġu ffaċilitati ċ ċaqliq u l iskambju ta nies oġġetti u informazzjoni L ezitu kien network kbir ta toroq ta dimensjonijiet subkontinentali li minn Cusco kienu jmorru lejn l erba punti kardinali li kienu jimmarkaw id divizjoni territorjali tat Tawantinsuyu u b hekk l Inka u l uffiċjali tagħhom seta jkollhom l għarfien dwar kulma kien qed jiċċirkola fit toroq għalkemm kienu l bogħod ħafna minn xulxin L Inka zviluppaw tekniki biex jibnu t toroq minkejja t territorju diffiċli tal Andes fuq ix xaqlibiet weqfin bnew taraġ tal ġebel filwaqt li fiz zoni ta dezert qrib il kosta bnew ħitan baxxi biex ir ramel ma jiġix fuq it triq Kostruzzjoni u manutenzjoni Il forza tax xogħol meħtieġa kemm għall kostruzzjoni kif ukoll għall manutenzjoni tat toroq inkisbet permezz tal mita xorta ta taxxa f forma ta xogħol li kien jiġi pprovdut lill istat mill popli maħkuma u bis saħħa tagħhom l Imperu Inka pproduċa l oġġetti meħtieġa u pprovda s servizzi neċessarji fosthom iz zamma tat toroq u l infrastrutturi rilevanti tagħhom pontijiet tambos imħazen eċċ Ix xogħol kien jiġi organizzat mill uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb l izvilupp il kontroll u t tħaddim tat toroq u tal pontijiet kif ukoll tal komunikazzjoni Il kronista Felipe Guaman Poma de Ayala nnota li dawn l awtoritajiet kienu jintgħazlu fost il qrabat nobbli tal Inka li kienu jkunu residenti ta Cusco Kien hemm tliet uffiċjali prinċipali dawk li kienu jieħdu ħsieb it toroq irjali dawk li kienu jieħdu ħsieb il pontijiet u dawk li kienu jieħdu ħsieb iċ chasquis Kien hemm ukoll diversi amojonadores jew bennejja tal istrutturi għeliem Maniġer tat toroq irjali Komponenti arkitettoniċi Hyslop innota li ma kien hemm l ebda standard tal kostruzzjoni tat toroq peress li t toroq kienu stabbiliti f pajsaġġi u f ambjenti tassew differenti minn xulxin Toroq u pavimentar Fil muntanji u fil foresti għoljin kienu jintuza ġebel irranġat apposta għall pavimentar b naħa ċata tħares il fuq biex kemm jista jkun tinħoloq superfiċe uniformi Minkejja dan mhux it toroq kollha ġew pavimentati fil puna tal Andes u fid dezerti kostali it toroq normalment kienu jinbnew bil ħamrija kkumpattjata bir ramel jew sempliċement billi l bwar tal ħaxix jitgħattew bil ħamrija jew bir ramel Hemm evidenza wkoll ta pavimentar bil fibri tal ħxejjex perezempju fit triq ta Pampa Afuera f Casma id dipartiment ta Ancash il Peru Il wisa tat toroq kienet tvarja bejn metru u erba metri 3 3 piedi u 13 1 il pied għalkemm uħud setgħu jkunu ferm usa saħansitra sa 25 metru 82 pied bħat triq li twassal sa Huanuco Pampa Il parti tas sistema tat toroq minn Cusco sa Quito li kienet l izjed waħda traffikuza kienet wiesa dejjem iktar minn erba metri 13 il pied anke fiz zoni agrikoli fejn l art kellha valur għoli Xi partijiet kienu jlaħħqu wisa ta 16 il metru 52 pied Ħdejn iċ ċentri urbani u amministrattivi hemm evidenza li nbnew zewġ jew tliet toroq paralleli Il wisa massima ġiet irreġistrata fit triq kostali tat Tramuntana ta saħansitra 35 metru 115 il pied filwaqt li l wisa medja fit triq kostali tan Nofsinhar hi ta 8 5 metri 28 pied Ħitan laterali u ringieli tal ġebel Il ġebel u l ħitan kienu jintuzaw biex jimmarkaw u juru l wisa tat toroq Mal kosta u fil muntanji id disponibbilta tal materjali għall kostruzzjoni bħal ġebel tajn u brikks tat tajn kienet tippermetti li jinbnew ħitan fuq iz zewġ naħat tat toroq sabiex jiġu izolati mill art agrikola u b hekk il karovani u n nies bil mixi setgħu jivvjaġġaw mingħajr ma jaffettwaw l għelejjel Fl artijiet watja u fid dezerti dawn il ħitan x aktarx kienu jevitaw li r ramel jgħatti t triq Meta ma kinux jinbnew ħitan it toroq f zoni iktar fid dezert kienu juzaw ukoll ringieli tal ġebel u arbli tal injam fir ramel bħala markaturi tar rotta Ir ringieli tal ġebel kienu jinbnew b ġebel ta daqs u ta għamliet simili li kienu jitpoġġew waħda ħdejn l oħra fuq tarf jew fuq iz zewġ trufijiet tat triq irranġati f xorta ta bankina F xi kazijiet ġie osservat li l ġnub ta dan il ġebel kienu jiġu llixxati Raded Għalkemm fil verita mhumiex element ta kostruzzjoni li kien jintuza għad delimitazzjoni tat trufijiet tat toroq hemm kazijiet fejn ir raded jiddelimitaw it toroq fuq zewġ naħat Ezempji ta dawn ir raded instabu fiz zona kostali fin Nofsinhar tad distrett ta Chala f Arequipa Ħitan tas sejjieħ Il ħitan tas sejjieħ kienu jinbnew bil ġebel bil brikks tat tajn jew bit tajn fuq il ġnub tal għoljiet Dawn il ħitan kienu jiġu livellati bir radam sabiex jiffurmaw il pjattaforma tat toroq jew biex jirfdu l ħamrija li inkella setgħet tizzerzaq l isfel Ġeneralment il ħitan tas sejjieħ jinsabu fit toroq trasversali li mill muntanji jwasslu sal kosta Drenaġġ tal ilma Id drenaġġ permezz ta fosos kien izjed frekwenti fil muntanji u fil ġungla minħabba x xita kostanti Tul sezzjonijiet oħra ta toroq id drenaġġ tal ilma tax xita kien isir permezz ta sistema artikolata bbazata fuq kanali lonġitudinali u spazji iqsar għad drenaġġ b mod trasversali mal assi tat toroq Il ħitan tas sejjieħ kienu jintuzaw tul ix xaqlibiet tal muntanji u huma simili għal dawk li jintuzaw biex jirfdu r raba mtarraġ Meta kienu jaqsmu l artijiet mistagħdra it toroq spiss kienu jkunu mirfuda b ħitan riffieda jew kienu jinbnew fuq irqajja olzati Marki tat toroq Apacheta fil parti tan Nofsinhar tas sistema tat toroq tal Inka fil provinċja attwali ta Salta l Arġentina F diversi distanzi kienet tiġi mmarkata d direzzjoni tat triq permezz ta munzelli tal ġebel mojones bl Ispanjol qishom xi plier li ġeneralment kienu jinsabu fuq iz zewġ naħat tat triq Dawn kienu jkunu kolonni ta munzelli ta ġebel fuq xulxin b ġebla kbira fil quċċata u spiss kienu jitpoġġew strateġikament fuq biċċiet olzati tal art sabiex wieħed ikun jista jilmaħhom mill bogħod L apachetas giren tal Amerka t Isfel kienu tumbati tal ġebel ta daqsijiet differenti li kienu jiġu ffurmati permezz tal akkumulu gradwali tal ġebel mill vjaġġaturi li kienu jiddepozitaw il ġebel bħala offerta biex ma jkollhomx għawġ matul il vjaġġ tagħhom u jaslu qawwijin u sħaħ L apachetas kienu jinsabu mal ġenb tat toroq fi spazji tranzizzjonali bħal mogħdijiet jew punti ta interess għall vjaġġaturi Din il prattika ġiet ikkundannata minħabba n natura pagana tagħha matul il Kolonja u l Viċirenju meta l patrijiet ġew ordnati jzarmawhom u minflok ipoġġu xi salib Minkejja dan it tradizzjoni tal apachetas ma waqfitx u maġenb is slaleb jew l artali li nbnew kien ikun hemm munzelli tal ġebel ta kull daqs Pitturi u emulazzjonijiet Xi postijiet bħal postijiet imkennija fil blat jew fl irdumijiet qrib it toroq fihom xi tpittir fuqhom li jista jiġi interpretat bħala tisħiħ tas sinjalar Ir rapprezentazzjonijiet impittra kienu ġeneralment zoomorfiċi u jikkorrispondu għal kamelidi stilizzati b disinn u kuluri tipiċi tal Inka Instabu wkoll figuri mnaqqxa direttament fil ġebel Il blat b diversi daqsijiet maġenb it triq xi kultant jirrapprezenta l għamliet tal muntanji jew ta glaċieri importanti tar reġjun bħala espressjoni tas sakralizzazzjoni tal ġeografija ġeneralment kien ikun magħmul minn blata waħda jew iktar Toroq olzati Fiz zoni umduzi kienu jinbnew xtut apposta biex jiffurmaw artijiet olzati Fejn kien hemm il blat kien meħtieġ jitħaffer passaġġ fil blat jew fl art olzata artifiċjali mirfuda bil ħitan tas sejjieħ Xi artijiet olzati importanti kienu jinbnew perezempju qrib il kosta tal Lag ta Titicaca sabiex jilqgħu għall varjazzjoni perjodika fil livell tal ilma tal lag minħabba l alternanza tal istaġuni tax xita u tan nixfa Fuqhom kellhom pontijiet tal ġebel biex il fluss tal ilma taħthom ma jkunx ostakolat Taraġ Sabiex jingħelbu l limitazzjonijiet tal art imħarbta u l kundizzjonijiet ambjentali avversi l inġiniera tal Inka ddisinjaw soluzzjonijiet differenti Fejn kien hemm irqajja bil blat it triq kienet tidjieq sabiex tkun adattata għall orografija b lilwiet frekwenti u kienet tkun mirfuda bil ħitan tas sejjieħ izda fuq ix xaqlibiet partikolarment weqfin kienu jinbnew jew jitħaffru fil blat għadd ta taraġ jew rampi Pontijiet Ezempju tipiku ta pont sospiz tal Inka fuq ix xmara Apurimac qrib Huinchiri il Peru Kien hemm diversi tipi ta pontijiet li ntuzaw tul is sistema tat toroq u xi kultant kienu jinbnew bħala par Xi pontijiet kienu magħmula bi zkuk paralleli marbuta flimkien bil ħbula u mgħottija bil ħamrija u bil fibbri veġetali mirfuda bil ġebel filwaqt li oħrajn kienu mibnija biċ ċnagen tal ġebel li kienu jserrħu fuq munzelli tal ġebel Waħda mid diffikultajiet tal ħolqien tal pontijiet tal injam kienet id diffikulta li jinstabu z zkuk Xi kultant il ħaddiema li kienu jibnu l pontijiet kellhom iġibu l injam mill bogħod ħafna L injam tal pontijiet tal injam kien jiġi sostitwit bejn wieħed u ieħor kull tmien snin Il kostruzzjoni tal pontijiet kienet issir bl għajnuna ta bosta ħaddiema L ewwel u qabel kollox kienu jinbnew ir riffieda tal ġebel Dan il ġebel kien jitpoġġa b sengħa kbira tant li xi kultant lanqas kien jintuza tkaħħil L Inka peress li ma kellhomx ħadid kienu juzaw metodu ta ħidma bil ġebel li kien jinvolvi l uzu ta għodod sempliċi bħal ġebel uzati bħala mrietel biex il blat jitnaqqax b tali mod li l kontorni ta fuq tal blat jaqbel mal blat ta taħt sabiex joqogħdu perfettament flimkien mingħajr l uzu ta tkaħħil Għall pontijiet sempliċi biz zkuk il kostruzzjoni kienet issir billi jitpoġġew sensiela ta zkuk fuq il qasab Il pontijiet tal ġebel setgħu ikunu iqsar u kellhom bzonn xmajjar iktar baxxi biex jinbnew Xi ċnagen kienu jitpoġġew fuq riffieda tal ġebel u pilastri intermedji tal ġebel meta kien ikun hemm bzonn Pont speċjali ħafna tal ġebel ġie skopert dan l aħħar fil Bolivja u jikkonsisti minn fetħa relattivament zgħira biex il fluss tan nixxiegħa fil ġnub tal wied fil qrib ma jiġix ostakolat u t triq tibqa għaddejja minn fuq in nixxiegħa Disinn tar rumichaka fir reġjun ta Tarija il Bolivja Sabiex wieħed ikun jista jaqsam ix xmajjar bi xtut ċatti kien jintuza qasab marbut flimkien f wiċċ l ilma li kienu jiffurmaw ringiela ta dgħajjes totora maġenb xulxin u mgħottija bi pjanċa ta totora u ħamrija Il pontijiet tal Inka bil ħbula kienu jipprovdu aċċess minn naħa għall oħra tal widien dojoq Pont minn naħa għall oħra tax xmara Apurimac fil Punent ta Cusco kien twil 45 metru 148 pied Il pontijiet bil ħbula kellhom jiġu sostitwiti bejn wieħed u ieħor kull sentejn għalhekk il komunitajiet madwar il qsim tax xmara kienu kkmandati jwettqu mita għall kostruzzjoni tal pont il ġdid filwaqt li l pont l antik kien jinqata u jitħalla jaqa fix xmara Dan it tip ta pont kien jinbena bil ħbula ta fibri tal ħxejjex fosthom ichu Stipa ichu li hija fibra tipika tal Altiplano u dawn kienu jintrabtu flimkien biex jiffurmaw kordi u ħbula li kienu jintuzaw bħala kejbils li jzommu l art tal pont u mbagħad kienu jintramaw zewġ poġġamani u l konnessjonijiet neċessarji ta bejniethom L irdumijiet qrib ix xmajjar xi kultant kienu jinqasmu permezz ta qoffa jew oroya kbira li kienet tiddendel bil ħbula fuq distanzi ta iktar minn 50 metru 160 pied Mina Oroya jew qoffa biex wieħed jaqsam ix xmajjar Akkwarelli fuq il karta għall wiri fil muzew MALI ta Lima Sabiex wieħed jaċċessa l pont sospiz famuz bil ħbula ta Apurimac kien meħtieġ li t triq tilħaq l izjed sezzjoni dejqa tal fondoq għal dan l għan it triq tħaffret tul xaqq naturali fil blat wieqaf tal wied u tħaffret mina biex tiffaċilita l aċċess Il mina kellha sensiela ta fetħiet laterali biex ikun jista jidħol id dawl Ma hemm l ebda evidenza li kien hemm xi mini oħra tul it toroq tal Inka Tagħmir Garcilaso de la Vega jisħaq dwar il prezenza tal infrastruttura tul is sistema tat toroq tal Inka fejn il binjiet residenzjali tal imperu għall uffiċjali statali u għall messaġġiera chasqui bi spazji u provvisti abbundanti L ikel il ħwejjeġ u l armi kienu maħzuna wkoll hemmhekk u kienu jkunu lesti għall uzu mill armata tal Inka fuq it territorju It tambos kienu l izjed numeruzi u x aktarx li kienu l izjed binjiet importanti tul in network tat toroq Dawn kienu kostruzzjonijiet ta arkitettura u daqs varjati b funzjoni l iktar residenzjali tal vjaġġaturi kif ukoll il ħzin tal prodotti għall provvisti tagħhom Għal din ir raġuni kienu jinsabu f intervall ta vjaġġ ta jum għalkemm ġew identifikati xi irregolaritajiet fid distanzi tagħhom x aktarx marbuta ma diversi fatturi fosthom il prezenza ta sorsi tal ilma l ezistenza ta art għall produzzjoni agrikola jew il prezenza ta ċentri pre Inka It tambos x aktarx li kienu amministrati mill popolazzjonijiet lokali peress li bosta minnhom huma assoċjati ma insedjamenti b kostruzzjonijiet addizzjonali għal uzi differenti bħall canchas strutturi rettangolari kkonfinati b ħajt li x aktarx kienu jintuzaw bħala akkomodazzjoni minn dawk li kienu jimxu tul it toroq u collcas u kallancas Dawn tal aħħar kienu binjiet rettangolari ta daqs konsiderevoli li l Konkwistaturi kienu jsejħulhom matmuri minħabba t tul tagħhom Kienu jintuzaw għaċ ċerimonji u għall akkomodazzjoni ta membri tal elit tal Inka jew lokali mitimaes jew vjaġġaturi oħra It tambos tant kienu frekwenti li bosta ismijiet reġjonali tal Andes jinkludu l kelma tambo fihom Il Mogħdija tal Inka lejn Machu Maġenb it toroq kienu frekwenti ċ chasquiwasis jew l istazzjonijiet tal messaġġiera tal Inka iċ chasqui F dawn il postijiet iċ chasquis kienu jistennew għall messaġġi li kellhom jieħdu minn post għall ieħor Il fluss rapidu tal informazzjoni kien importanti għal imperu li kien qed jikber b mod kostanti Iċ chasquiwasis normalment kienu pjuttost zgħar u ma tantx hemm wisq evidenza arkeoloġika u riċerka fuqhom Mogħdija tal Inka lejn Machu PicchuMachu Picchu stess kienet remota ħafna u kienet isservi bħala residenza rjali popolata mill Inka fit tmun u minn diversi mijiet ta qaddejja Kienet teħtieġ infuzjonijiet regolari ta oġġetti u servizzi minn Cusco u partijiet oħra tal imperu Dan joħroġ fid dieher mill fatt li ma hemm l ebda faċilita kbira tal gvern għall ħzin Studju tal 1997 ikkonkluda li l potenzjal agrikolu tas sit ma kienx bizzejjed biex isostni lir residenti anke fuq bazi staġonali Referenzi D Altroy Terence N 2002 The Incas Blackwell Publishers Inc ISBN 0 631 17677 2 p 242 Thompson Donald E John V Murra July 1966 The Inca Bridges in the Huanuco Region Society for American Archaeology 5 31 1 p 634 History of the Inca realm Cambridge England Cambridge University Press 1999 p 60 ISBN 0 521 63759 7 Mattos Ramiro 2015 El Qhapaq Nan del Tawantinsuyu reflexiones sobre su significado politico y social en el presente andino Revista de Antropologia del Museo de Entre Rios 12 20 2015 Raffino Rodolfo et al Rumichaca el puente inca en la cordillera de los Chichas Tarija Bolivia in Arqueologia argentina en los incios de un nevo siglo pp 215 223 Peru Historia del 2014 08 21 La poblacion en el Virreinato Historia del Peru bl Ispanjol Miġbur 2023 06 06 Long term effects of the Inca Road CEPR bl Ingliz 2021 07 29 Miġbur 2023 06 06 Ministerio de Cultura de Peru 2011 Qhapaq Nan el Camino Inca Lima Hyslop John 1984 The Inca Road System Studies in Archaeology New York Institute of Andean Research Academic Press INC Harcourt Brace Jovanovich Publishers Incas lords of gold and glory New York Time Life Books 1992 pp 94 97 ISBN 0 8094 9870 7 Ministerio de Cultura del Peru 2016 Guia de Identificacion y Registro del Qhapaq Nan Lima Lumbreras Luis Guillermo 2004 Presentacion Proyecto Qhapaq Nan Informe de Campana 2002 2003 Instituto Nacional de Cultura Lima a b ċ Centre UNESCO World Heritage Qhapaq Nan Andean Road System UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 06 07