It Tempji ta Ħal Tarxien pronunzja bil Malti tɐrˈʃɪːn huma kumpless arkeoloġiku f Ħal Tarxien fir reġjun tal port ta Mal
Tempji ta' Ħal Tarxien

It-Tempji ta' Ħal Tarxien (pronunzja bil-Malti: [tɐrˈʃɪːn]) huma kumpless arkeoloġiku f'Ħal Tarxien, fir-reġjun tal-port ta' Malta. Imorru lura għall-ħabta tat-3150 Q.K. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992 flimkien mat-Tempji Megalitiċi l-oħra ta' Malta u Għawdex.
Deskrizzjoni
It-Tempji ta' Ħal Tarxien jikkonsistu minn tliet strutturi ta' tempji separati iżda mehmuża ma' xulxin. Id-daħla prinċipali hija rikostruzzjoni li tmur lura għall-1956, meta s-sit kollu ġie rrestawrat. Fl-istess żmien, ħafna mill-ħaġar imżejjen li ġie skopert fis-sit ġie rilokat fi ħdan il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta biex jiġi protett. L-ewwel tempju jmur lura għall-ħabta tat-3100 Q.K. u huwa l-iżjed tempju mżejjen b'mod elaborat f'Malta. It-tempju nofsani jmur lura għall-ħabta tat-3000 Q.K., u huwa uniku għaliex għad-differenza tal-bqija tat-tempji f'Malta, fih tliet pari ta' apsidi fil-pjanta tiegħu minflok it-tnejn tas-soltu. It-tempju tal-Lvant imur lura għall-ħabta tat-3100 Q.K. Il-fdalijiet ta' tempju ieħor, iżgħar u eqdem, imorru lura għat-3250 Q.K., u huma viżibbli iktar lejn il-Lvant.
Ta' interess partikolari fis-sit tat-tempji huwa x-xogħol mirqum u rikk fil-ħaġar, li jinkludi t-tinqix u r-riljievi ta' annimali domestiċi, artali u freġji b'disinni spirali u disinni oħra. Bħala turija tal-ħila tal-bennejja tat-tempji hemm kompartiment partikolari fi ħdan il-ħxuna tal-ħajt bejn it-tempji tan-Nofsinhar u Ċentrali, li fih riljiev ta' barri u ta' ħanżira.
Funzjoni fil-preistorja
L-iskavi fis-sit żvelaw li kien jintuża b'mod estensiv għar-ritwali, li x'aktarx kienu jinvolvu l-qtil tal-annimali għas-sagrifiċċji. Ta' interess speċjali fit-Tempji ta' Ħal Tarxien huma l-isferi tal-ġebel 'il barra mit-tempju tan-Nofsinhar li x'aktarx kienu jintużaw għat-trasport tal-ħaġar megalitiku. Barra minn hekk, l-evidenza ta' kremazzjoni nstabet fiċ-ċentru tat-tempju tan-Nofsinhar. Din hija indikatur li s-sit reġa' ntuża bħala ċimiterju tal-kremazzjoni fi Żmien il-Bronż.
Skoperta u storja
Il-ħaġar megalitiku tat-tempji ġie skopert fl-1914 minn bdiewa lokali li kienu qed jaħartu għalqa. Wara l-iskoperta inċidentali 300 metru 'l bogħod mill-Ipoġew ta' Ħal Saflieni fl-1913, sid l-art li taħtha kienu mirdumin it-tempji ħaseb li l-ħaġar megalitiku li spiss kien jintlaqat minn xi moħriet tal-bdiewa jaf kellu wkoll xi valur arkeoloġiku. B'hekk, ikkuntattja lid-direttur tal-Mużew Nazzjonali, Temi Zammit, li beda jiskava diġà fl-ewwel spezzjoni tas-sit, fejn skopra ċ-ċentru tal-kumpless tat-tempji. Ftit żmien wara Zammit sab lilu nnifsu bilwieqfa f'dik li kienet tidher bħala apsida ffurmata minn nofs ċirku ta' ġebel enormi. Fuq perjodu ta' tliet snin, Zammit kiseb l-għajnuna ta' bdiewa lokali u raħħala għal proġett ta' skavi ta' skala bla preċedent f'Malta. Sal-1920, Zammit kien identifika u wettaq xogħol ta' restawr fuq ħames tempji separati iżda interkonnessi, li kollha kien fihom kollezzjoni notevoli ta' artefatti, inkluż l-istatwa famuża tal-"", rappreżentazzjoni ta' divinità femminili jew tal-fertilità (skont il-Mużew Nazzjonali Arkeoloġiku ta' Malta, l-istatwa tal-"Mara l-Ħoxna" ma għandhiex ġeneru, u jaf tirrappreżenta kemm mara kif ukoll raġel), u diversi eżempji uniċi ta' riljievi preistoriċi, inkluż bastimenti.
Fl-1923 kampjun żgħir ta' artefatti mis-sit ġew mogħtija b'donazzjoni minn Zammit lill- (bl-Ingliż: British Museum). It-tempji kienu inklużi fuq il-Lista tal-Antikitajiet tal-1925. Iktar skavi fit-tempji twettqu fi żmien ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija taħt it-tmexxija ta' .
Fl-2015 inbnew tined protettivi, simili għal dawk ta' Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, madwar it-Tempji ta' Ħal Tarxien, u tlestew f'Diċembru ta' dik is-sena.
Importanza
L-iskoperta tal-kumpless kompliet issaħħaħ l-identità nazzjonali ta' Malta, u kkonfermat bil-fatti l-eżistenza ta' kultura tal-qedem li kienet qed tiffjorixxi fuq il-gżira. Barra minn hekk, l-interess ġenerali li tqajjem mis-sejbiet wassal għall-ewwel darba għal tħassib pubbliku għall-protezzjoni tat-teżori storiċi ta' Malta, inkluż il-ħtieġa għall-ġestjoni tas-siti, għall-promulgazzjoni tal-liġijiet, u għal miżuri oħra għall-protezzjoni u għall-preservazzjoni tal-monumenti. Fl-istess żmien, il-metodu rigoruż ta' Temi Zammit fl-iskavi tas-sit witta t-triq għal approċċ xjentifiku ġdid fl-arkeoloġija.
Sit ta' Wirt Dinji
Fl-1980, it-tempji ta' Ġgantija (f'Għawdex) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed tal-UNESCO. Imbagħad, fl-1992, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO estenda dan is-sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra. Dawn huma t-tempji ta' Ħaġar Qim (il-Qrendi, Malta), tal-Imnajdra (il-Qrendi, Malta), Ta' Ħaġrat (l-Imġarr, Malta), ta' Skorba (iż-, Malta) u ta' Ħal Tarxien (Ħal Tarxien, Malta).
L-UNESCO ddeżinjat dawn is-sitt tempji megalitiċi ta' Malta u Għawdex bħala Sit ta' Wirt Dinji wieħed abbażi tal-kriterju (iv) tal-kriterji tal-għażla tal-UNESCO, jiġifieri “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”. It-Tempji Megalitiċi ta' Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l-oriġinalità, il-kumplessità u l-proporzjonijiet enormi tagħhom, iżda anke minħabba l-ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil-kostruzzjoni tagħhom. Is-sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta, filwaqt li s-sjieda tal-art tal-madwar tvarja minn sit għall-ieħor.
Referenzi
- ^ "Tarxien Temples - National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-04-02. Miġbur 2024-10-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Megalithic Temples of Malta - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-10-09.
- ^ "Tarxien". web.infinito.it. Miġbur 2024-10-09.
- ^ ""Megalithic Temples of Malta – UNESCO World Heritage Centre". Whc.unesco.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ ""Malta Temples and The OTS Foundation". Otsf.org". Miġbur 2021-02-01. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|koawturi=
(għajnuna) - ^ David Trump et al., Malta Before History (2004: Miranda Publishers)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tempji ta' Ħal Tarxien, X'inhi Tempji ta' Ħal Tarxien? Xi tfisser Tempji ta' Ħal Tarxien?
It Tempji ta Ħal Tarxien pronunzja bil Malti tɐrˈʃɪːn huma kumpless arkeoloġiku f Ħal Tarxien fir reġjun tal port ta Malta Imorru lura għall ħabta tat 3150 Q K Is sit tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1992 flimkien mat Tempji Megalitiċi l oħra ta Malta u Għawdex It Tempji ta Ħal Tarxien DeskrizzjoniIt Tempji ta Ħal Tarxien jikkonsistu minn tliet strutturi ta tempji separati izda mehmuza ma xulxin Id daħla prinċipali hija rikostruzzjoni li tmur lura għall 1956 meta s sit kollu ġie rrestawrat Fl istess zmien ħafna mill ħaġar imzejjen li ġie skopert fis sit ġie rilokat fi ħdan il Muzew Nazzjonali tal Arkeoloġija fil Belt Valletta biex jiġi protett L ewwel tempju jmur lura għall ħabta tat 3100 Q K u huwa l izjed tempju mzejjen b mod elaborat f Malta It tempju nofsani jmur lura għall ħabta tat 3000 Q K u huwa uniku għaliex għad differenza tal bqija tat tempji f Malta fih tliet pari ta apsidi fil pjanta tiegħu minflok it tnejn tas soltu It tempju tal Lvant imur lura għall ħabta tat 3100 Q K Il fdalijiet ta tempju ieħor izgħar u eqdem imorru lura għat 3250 Q K u huma vizibbli iktar lejn il Lvant Ta interess partikolari fis sit tat tempji huwa x xogħol mirqum u rikk fil ħaġar li jinkludi t tinqix u r riljievi ta annimali domestiċi artali u freġji b disinni spirali u disinni oħra Bħala turija tal ħila tal bennejja tat tempji hemm kompartiment partikolari fi ħdan il ħxuna tal ħajt bejn it tempji tan Nofsinhar u Ċentrali li fih riljiev ta barri u ta ħanzira L iskavi fit Tempji ta Ħal Tarxien Ritratt ta Temi Zammit fl 1915 Funzjoni fil preistorja L iskavi fis sit zvelaw li kien jintuza b mod estensiv għar ritwali li x aktarx kienu jinvolvu l qtil tal annimali għas sagrifiċċji Ta interess speċjali fit Tempji ta Ħal Tarxien huma l isferi tal ġebel il barra mit tempju tan Nofsinhar li x aktarx kienu jintuzaw għat trasport tal ħaġar megalitiku Barra minn hekk l evidenza ta kremazzjoni nstabet fiċ ċentru tat tempju tan Nofsinhar Din hija indikatur li s sit reġa ntuza bħala ċimiterju tal kremazzjoni fi Zmien il Bronz Skoperta u storjaTinda protettiva madwar is sit Il ħaġar megalitiku tat tempji ġie skopert fl 1914 minn bdiewa lokali li kienu qed jaħartu għalqa Wara l iskoperta inċidentali 300 metru l bogħod mill Ipoġew ta Ħal Saflieni fl 1913 sid l art li taħtha kienu mirdumin it tempji ħaseb li l ħaġar megalitiku li spiss kien jintlaqat minn xi moħriet tal bdiewa jaf kellu wkoll xi valur arkeoloġiku B hekk ikkuntattja lid direttur tal Muzew Nazzjonali Temi Zammit li beda jiskava diġa fl ewwel spezzjoni tas sit fejn skopra ċ ċentru tal kumpless tat tempji Ftit zmien wara Zammit sab lilu nnifsu bilwieqfa f dik li kienet tidher bħala apsida ffurmata minn nofs ċirku ta ġebel enormi Fuq perjodu ta tliet snin Zammit kiseb l għajnuna ta bdiewa lokali u raħħala għal proġett ta skavi ta skala bla preċedent f Malta Sal 1920 Zammit kien identifika u wettaq xogħol ta restawr fuq ħames tempji separati izda interkonnessi li kollha kien fihom kollezzjoni notevoli ta artefatti inkluz l istatwa famuza tal rapprezentazzjoni ta divinita femminili jew tal fertilita skont il Muzew Nazzjonali Arkeoloġiku ta Malta l istatwa tal Mara l Ħoxna ma għandhiex ġeneru u jaf tirrapprezenta kemm mara kif ukoll raġel u diversi ezempji uniċi ta riljievi preistoriċi inkluz bastimenti Artal fit tempju tal Lbiċ ta Ħal Tarxien Fl 1923 kampjun zgħir ta artefatti mis sit ġew mogħtija b donazzjoni minn Zammit lill bl Ingliz British Museum It tempji kienu inkluzi fuq il Lista tal Antikitajiet tal 1925 Iktar skavi fit tempji twettqu fi zmien ta wara t Tieni Gwerra Dinjija taħt it tmexxija ta Fl 2015 inbnew tined protettivi simili għal dawk ta Ħaġar Qim u tal Imnajdra madwar it Tempji ta Ħal Tarxien u tlestew f Diċembru ta dik is sena ImportanzaL iskoperta tal kumpless kompliet issaħħaħ l identita nazzjonali ta Malta u kkonfermat bil fatti l ezistenza ta kultura tal qedem li kienet qed tiffjorixxi fuq il gzira Barra minn hekk l interess ġenerali li tqajjem mis sejbiet wassal għall ewwel darba għal tħassib pubbliku għall protezzjoni tat tezori storiċi ta Malta inkluz il ħtieġa għall ġestjoni tas siti għall promulgazzjoni tal liġijiet u għal mizuri oħra għall protezzjoni u għall preservazzjoni tal monumenti Fl istess zmien il metodu rigoruz ta Temi Zammit fl iskavi tas sit witta t triq għal approċċ xjentifiku ġdid fl arkeoloġija Sit ta Wirt DinjiFl 1980 it tempji ta Ġgantija f Għawdex ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed tal UNESCO Imbagħad fl 1992 il Kumitat tal Wirt Dinji tal UNESCO estenda dan is sit billi inkluda ħames tempji megalitiċi oħra Dawn huma t tempji ta Ħaġar Qim il Qrendi Malta tal Imnajdra il Qrendi Malta Ta Ħaġrat l Imġarr Malta ta Skorba iz Malta u ta Ħal Tarxien Ħal Tarxien Malta Riljiev li juri mogħoz u mtaten f wieħed mit Tempji ta Ħal Tarxien L UNESCO ddezinjat dawn is sitt tempji megalitiċi ta Malta u Għawdex bħala Sit ta Wirt Dinji wieħed abbazi tal kriterju iv tal kriterji tal għazla tal UNESCO jiġifieri Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem It Tempji Megalitiċi ta Malta u Għawdex huma notevoli mhux biss minħabba li jispikkaw l oriġinalita il kumplessita u l proporzjonijiet enormi tagħhom izda anke minħabba l ħila teknika konsiderevoli meħtieġa fil kostruzzjoni tagħhom Is sitt tempji jiġu ġestiti minn Heritage Malta filwaqt li s sjieda tal art tal madwar tvarja minn sit għall ieħor Referenzi Tarxien Temples National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2015 04 02 Miġbur 2024 10 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Megalithic Temples of Malta UNESCO whc unesco org Miġbur 2024 10 09 Tarxien web infinito it Miġbur 2024 10 09 Megalithic Temples of Malta UNESCO World Heritage Centre Whc unesco org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna Malta Temples and The OTS Foundation Otsf org Miġbur 2021 02 01 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt koawturi għajnuna David Trump et al Malta Before History 2004 Miranda Publishers