Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Belém Tower bil Portugiż Torre de Belém pronunzjat ˈtoʁ ɨ dɨ bɨˈlɐ ȷ uffiċjalment it Torri ta San Vinċenz bil Portugiż T

Torri ta' Belém

  • Paġna Ewlenija
  • Torri ta' Belém
Torri ta' Belém
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Belém Tower (bil-Portugiż: Torre de Belém, pronunzjat [ˈtoʁ(ɨ) dɨ bɨˈlɐ̃ȷ̃]), uffiċjalment it-Torri ta' San Vinċenz (bil-Portugiż: Torre de São Vicente) huwa fortifikazzjoni tas-seklu 16 li jinsab f'Liżbona li serva bħala punt ta' imbarkazzjoni u ta' żbark għall-esploraturi Portugiżi u bħala daħla ċerimonjali għal Liżbona. Inbena matul il-qofol tar-Rinaxximent Portugiż, u huwa eżempju tal-istil Manwelin Portugiż, iżda jinkorpora wkoll elementi ta' stili arkitettoniċi oħra. L-istruttura nbniet bil-ġebla tal-ġir ta' lioz u hija magħmula minn bastjun u minn torri ta' erba' sulari jew ta' 30 metru (98.4 pied).

Mill-1983, it-torri tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, flimkien mal-Monastero dos Jerónimos jew il-Monasteru tal-Ġlormini. Spiss jitqies bħala simbolu ta' Żmien l-Iskoperti fl-Ewropa u bħala binja ikonika li tirrappreżenta l-Portugall jew Liżbona. Ingħad bi żball li t-torri nbena f'nofs ix-xmara u li issa jinsab qrib ix-xatt minħabba li x-xmara ġiet ridirezzjonata wara t-terremot ta' Liżbona fl-1755. Fil-fatt, it-torri nbena fuq gżira żgħira fix-xmara Tagus qrib ix-xatt ta' Liżbona.

Storja

Lejn l-aħħar tas-seklu 15, ir- ddisinja sistema ta' difiża għall-bokka tax-xmara Tagus li kienet tiddependi fuq il-fortizzi ta' u ta' São Sebastião (jew Torre Velha) f' fin-naħa tan-Nofsinhar tax-xmara. Dawn il-fortizzi ma kinux jipproteġu għalkollox il-bokka tax-xmara, u b'hekk kienet meħtieġa protezzjoni ulterjuri. Fil-"Kronaka ta' Ġwanni II" (bil-Portugiż: Chronica de D. Joao II), fl-1545, l-awtur afferma l-opinjoni tar-re li s-sistema ta' difiża ta' Liżbona ma kinitx adegwata, u li kien insista li jinbnew fortifikazzjonijiet tul id-daħla għax-xmara Tagus bħala suppliment għas-sistema ta' difiża eżistenti. Għal dan l-għan, huwa ordna "li jinbena forti b'saħħtu", iżda laħaq miet qabel tfasslet il-pjanta. Ir-Re tal-Portugall immodifika l-proposta għoxrin sena wara u ordna l-kostruzzjoni ta' fortifikazzjoni militari fuq in-naħa tat-Tramuntana tax-xmara Tagus f'Belém. Fl-1513, kiteb ittra lil xi ħbieb tiegħu u rrefera għall-intenzjoni tar-re li jibni torri qrib Restelo Velho, peress li kien tal-fehma li kien essenzjali.

Il-proġett inbeda fuq gżejra bil-blat bażaltiku ftit 'il bogħod mix-xatt tax-xmara, u ntuża ftit mill-ġebel li nġabar biex jinbena l-Monasteru ta' Santa Marija ta' Belém. It-torri ġie ddisinjat mill-arkitett militari , deskritt bħala "l-Imgħallem tax-xogħlijiet tal-forti ta' Belém" mir-Re Manwel, u fl-1516 huwa beda jirċievi s-763 blokka u l-504 ġebliet għall-kostruzzjoni tiegħu, imwassla minn , it-teżorier tal-proġett. Sakemm il-kostruzzjoni avvanzat, bastiment militari ta' 1,000 tunnellata msejjaħ Grande Nau (Vapur Kbir), armat sa snienu, baqa' jgħasses l-estwarju fil-bokka tax-xmara Tagus sat-tlestija tal-forti.

Il-binja tlestiet fl-1519, sentejn biss qabel il-mewt tar-Re Manwel, u ġie stazzjonat temporanjament hemmhekk bil-kmand tal-fortizza f'idejh; l-istazzjonament tiegħu sar permanenti fil-15 ta' Settembru 1521, meta nħatar bħala l-ewwel Kaptan-Ġeneral, u l-fortizza ssejħet il-Kastell ta' San Vinċenz (bil-Portugiż: Castelo de São Vicente de Belém), f'ġieħ il-qaddis patrun ta' Liżbona.

Fl-1571, ta parir lill-monarka li kien meħtieġ li d-difiżi tax-xatt jittejbu sabiex il-belt kapitali tar-renju tkun imħarsa. Huwa ssuġġerixxa l-kostruzzjoni ta' forti "b'saħħtu u sod" li seta' jiddefendi faċilment lil Liżbona u li t-Torri ta' Belém "kellu jissaħħaħ, jissewwa u jitlesta... u li kien sewa ħafna flus mingħajr lanqas biss kien għadu tlesta". De Holanda ddisinja bastjun rettangolari mtejjeb b'diversi turretti. Fl-1580, wara ftit sigħat ta' battalja, il-gwarniġjon stazzjonat fit-torri arrenda quddiem il-qawwiet Spanjoli taħt il-kmand tad-Duka ta' Alba. Wara din it-telfa, il-pjan ta' taħt l-art tat-torri ntuża bħala ħabs sal-1830. Matul l-aħħar kwart tas-seklu 16 bdiet ukoll il-kostruzzjoni tal-Barrakki Filippini. Spazju rettangolari ta' żewġ sulari nbena fuq il-bastjun, u b'hekk it-torri ngħata l-profil viżiv li għandu attwalment, bi slaleb skolpiti tal-Ordni ta' Kristu u turretti msaqqfa b'qishom koppli żgħar.

Fl-1589, tal-Portugall ordna lill-inġinier Taljan il-Patri jibni forti b'difiża tajba minflok "il-kastell inutli ta' San Vinċenz". L-inġinier bagħat tliet disinji u ppropona li l-bastjun jiġi mdawwar b'bastjun ieħor ikbar, iżda l-proġett qatt ma twettaq.

Kodiċi tal-1633 għall-familja Cadaval iddaħħal f'wieħed mill-artijiet, f'waħda mill-ħnejjiet tal-barrakki, u fl-ikbar erba' ħnejjiet ta' fuq nett tal-faċċata tan-Nofsinhar. B'mod simili, referenza għas-sena 1655 ġiet imnaqqxa fuq plakka li tpoġġiet mal-ħajt tat-Tramuntana tal-kjostru, u li ċċertifikat il-funzjoni tat-torri bħala punt ta' kontroll doganali għan-navigazzjoni tul ix-xmara Tagus; il-bastimenti kienu obbligati jħallsu taxxa malli jidħlu fil-port, li żdiedet maż-żmien.

Bejn l-1780 u l-1782, fir-renju ta' tal-Portugall, il-Ġeneral bena l-Forti ta' Bom Sucesso, b'batterija konnessa b'ħajt fil-Punent f'għamla ta' kuritur mat-torri. Meta l-qawwiet Franċiżi invadew lil Liżbona waqt il-Gwerra Peniżolari, uħud mit-truppi tagħhom ġew stazzjonati fit-torri mill-1808 sal-1814. Wara li l-Franċiżi rtiraw, Lord Beresford ta l-parir li l-batteriji tal-artillerija kostali kellhom jissaħħu tul ix-xmara Tagus, u nnota b'mod speċifiku li batteriji iktar b'saħħithom kellhom jitqiegħdu fuq il-ġnub tal-bastjun tat-torri, b'karrijiet biex jipproteġu aħjar lis-suldati, peress li l-ħitan kienu baxxi ħafna. Ir-Re Manwel I (1828-1834) uża s-sular ta' taħt l-art bħala ħabs għall-avversarj liberali tiegħu, filwaqt li sular ieħor kien jintuża bħala dwana għall-vapuri, sakemm id-dazju fuq il-bastimenti barranin ġie abolit fl-1833. It-torri ġie msaħħaħ militarment fl-1589 u fl-1809-1814. Matul ir-renju ta' , ipprotesta kontra t-telqa tas-sit u taħt il-persważjoni tad-Duka ta' Terceira, saru rinnovazzjonijiet mill-inġinier militari . Huwa ġarraf il-Barrakki Filippini u estenda elementi "revivalisti" fl-1845-1846 (bħall-merluni msaħħa, il-balavostri tal-veranda fil-faċċata tan-Nofsinhar, il-gwarniċ b'qisu bizzilla fil-kjostru u n-niċċa bi xbieha tal-Madonna bil-Bambin).

Fl-1865-1867 arblu tas-sinjalar ġie installat fit-terrazza tax-Xlokk tal-binja u nbeda s-servizz tat-telegrafiku, filwaqt li nbniet fabbrika tal-gass fil-qrib, li kienet tipproduċi ħafna duħħan li wassal għal bosta protesti. L-ewwel tentattivi ta' preservazzjoni u ta' riabilitazzjoni tat-torri bdew fl-aħħar parti tas-seklu 20. L-ewwel, it-torri ġie ttrasferit lill-Ministeru għall-Finanzi fl-1940, li wettaq xogħlijiet żgħar ta' konservazzjoni. Imbagħad il-kwartieri militari fuq l-amberżuni tneħħew u nbena l-kjostru intern. Id-disinjatur tal-pajsaġġ arkitettoniku beda proġett ta' tliet snin fl-1953 biex jintegra t-torri mal-kosta lokali. Fl-1983 is-sit ospita s-17-il Wirja Ewropea tal-Arti, ix-Xjenza u l-Kultura, u twettqu diversi proġetti li jinvolvu l-binja, fosthom wieħed li għatta l-kjostru b'koppla trasparenti tal-plastik. Fl-istess sena t-Torri ta' Belém tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Fis-snin 90 tas-seklu 20, il-binja ġiet ittrasferita lill-Instituto Português do Património Arquitectónico (prekursur ta' IGESPAR), li beda restawr sħiħ tal-binja minn Frar 1997 sa Jannar 1998; ir-restawr kien jinkludi t-tisħiħ tat-torri u tal-bastjun, it-tisħiħ tar-riffieda tal-gallarija tan-Nofsinhar b'vireg tal-azzar inossidabbli u reżina tal-epossi, it-trattament tal-ġonot tat-tkaħħil, u t-tindif strutturali ġenerali. L-istatwi ta' San Vinċenz ta' Saragossa u tal-Arkanġlu Mikiel ingħataw l-istess trattament. Fl-1999 il-proġett ingħata l-premju Europa Nostra għar-restawr estern. It-Torri ta' Belém żdied fir-reġistru tas-Seba' Għeġubijiet tal-Portugall fis-7 ta' Lulju 2007.

Arkitettura

It-Torri ta' Belém jinsab max-xatt tat-Tramuntana tax-xmara Tagus fil-parroċċa ċivili ta' Santa Maria de Belém, muniċipalità ta' Liżbona, aċċessibbli min-naħa tal-Punent tal-Avenida de Brasília permezz ta' pont żgħir. Fil-Lvant tat-torri hemm il-Monasteru tal-Ġlormini u fil-Punent hemm il-Forte do Bom Sucesso, filwaqt li fit-Tramuntana hemm ir-residenza tal-Gvernatur tat-torri, ir-residenza l-antika tal-Gvernatur tal-forti, u l-Kappella ta' San Ġlormu.

It-torri huwa iżolat tul ix-xatt tax-xmara, bejn Bom Sucesso u Pedrouços, fuq gżejra tal-blat bażaltiku tal-kumpless vulkaniku ġeomorfoloġiku ta' Liżbona-. Għalkemm bosta gwidi sostnew li t-torri nbena f'nofs ix-xmara Tagus, u li issa jinsab qrib ix-xatt wara li t-terremot tal-1755 ridirezzjona x-xmara, dawn kienu żbaljati. Il-Ministeru għall-Kultura Portugiż u l-Istitut tal-Wirt Arkitettoniku jindikaw li t-torri nbena fuq gżejra qrib ix-xatt tax-xmara Tagus, fuq in-naħa opposta tax-xatt ta' Restelo. L-iżvilupp estenda l-kosta progressivament, u b'hekk ix-xatt tat-Tramuntana kulma jmur resqet iktar lejn in-Nofsinhar fix-xmara Tagus, u maż-żmien it-torri ġie integrat fix-xatt tax-xmara.

It-Torri ta' Belém inbena bil-ġebla tal-ġir kannella-bajda lokali taż-żona ta' Liżbona u tal-inħawi msejħa lioz. Il-binja hija maqsuma f'żewġ partijiet: il-bastjun u t-torri ta' erba' sulari li jinsab fin-naħa tat-Tramuntana tal-bastjun.

It-torri tas-seklu 16 jitqies bħala wieħed mix-xogħlijiet prinċipali tal-istil Manwelin Portugiż tal-Gotiku Aħħari. Dan joħroġ fid-dieher speċjalment mill-volti elaborati tiegħu, is-slaleb tal-Ordni ta' Kristu, id-disinji ta' sferi nawtiċi u ta' ċimi bl-għeqiedi magħmula fil-ġebel, li huma komuni għall-istil Manwelin organiku ispirat.

Esterna

Il-pjanta tal-binja tikkonsisti minn torri rettangolari u bastjun eżagonali irregolari, bi ġnub ġejjin għat-tul, li joħroġ 'il barra lejn in-Nofsinhar tax-xmara. Bażikament huwa spazju artikolat kbir li jserraħ fuq ġebla orizzontali, mgħottija b'xogħlijiet tal-ġebel. Fl-angolu tal-Grigal tal-istruttura, protett minn ħajt difensiv bl-amberżuni, hemm pont tal-injam li jitla' u jinżel li jagħti aċċess għall-fortifikazzjoni, imżejjen b'motivi ta' pjanti, bl-istemma rjali fuqu u b'kolonni żgħar maġenbu, ikkomplementati bl-isferi nawtiċi. L-isferi nawtiċi Manwelini jidhru wkoll fid-daħla tat-torri, bħala simbolu tal-esplorazzjonijiet nawtiċi tal-Portugall, u kienu jintużaw fuq il-pavaljun personali tar-Re Manwel I biex jirrappreżentaw l-iskoperti Portugiżi matul ir-renju tiegħu. Iċ-ċimi bl-għeqiedi dekorattivi u eleganti jindikaw ukoll l-istorja nawtika tal-Portugall u huma elementi komuni tal-istil Manwelin.

Fuq barra tal-bastjun t'isfel, il-ħitan għandhom spazji jew amberżuni għal 17-il kanun b'veduta għal fuq ix-xmara. Is-sular ta' fuq tal-bastjun fih ħajt żgħir bi strutturi difensivi f'punti strateġiċi, imżejna b'tarki ġejjin għat-tond bis-salib tal-Ordni ta' Kristu mad-dawra tal-pjattaforma. Ir-Re Manwel I kien membru tal-Ordni ta' Kristu, u għalhekk is-salib tal-Ordni ta' Kristu jintuża bosta drabi fuq il-parapetti. Dawn kienu simbolu tas-setgħa militari ta' Manwel, peress li l-kavallieri tal-Ordni ta' Kristu pparteċipaw f'diversi ħakmiet militari f'dik l-epoka. It-turretti ċilindriċi fl-irkejjen li servew bħala torrijiet tal-għassa fihom ġebliet b'ornamenti żoomorfiċi u koppli qishom bil-mewġ mhux tas-soltu fl-arkitettura Ewropea u b'ħafna lavur. Il-bażijiet tat-turretti fihom immaġnijiet ta' annimali, inkluż waħda ta' . Dan ir-rinoċeront huwa meqjus bħala l-ewwel skultura ta' dan l-annimal fl-arti tal-Punent tal-Ewropa u x'aktarx huwa referenza għar-rinoċeront li Manwel I bagħat lill- fl-1515.

Filwaqt li t-torri għandu stil Manwelin b'mod predominanti, jinkorpora fih ukoll karatteristiċi ta' stili arkitettoniċi oħra. Inbena mill-arkitett militari Francisco de Arruda, li diġà kien ħa ħsieb is-superviżjoni tal-kostruzzjoni ta' diversi fortizzi fit-territorji Portugiżi fil-Marokk. L-influwenza tal-arkitettura tal-Għarab fil-Peniżola Iberika toħroġ fid-dieher fit-tiżjin delikat, it-twieqi ġejjin għall-ponta, il-gallariji u l-koppli bil-mewġ tat-torrijiet tal-għassa.

It-torri fih erba' sulari, b'diversi sezzjonijiet, u b'ċisterna bil-volti fil-pjan terran. Fl-ewwel sular, hemm daħla rettangolari tħares lejn in-Nofsinhar, bi twieqi ġejjin għall-ponta fil-Lvant u fit-Tramuntana, u turretti fl-irkejjen tal-Grigal u tal-Majjistral. Il-parti tan-Nofsinhar tat-tieni sular hija ddominata minn veranda msaqqfa b'loġġa (matacães), li tikkonsisti minn sensiela ta' seba' arkati, mirfuda fuq ħitan bil-balavostri. Din is-sezzjoni hija mgħottija b'lavur fil-ġebla biex tidher qisha tal-bizzilla u tifforma zuntier. Is-saqaf skuntrat huwa mżejjen b'ċima mibruma skolpita bl-għeqiedi. Il-ħitan tal-Lvant, tat-Tramuntana u tal-Punent fihom kompartimenti b'arkati doppji, u l-irkejjen tal-Grigal u tal-Majjistral fihom l-istatwi ta' San Vinċenz ta' Saragossa u tal-arkanġlu Mikiel f'niċeċ. It-tielet sular fih twieqi doppji fil-faċċati tat-Tramuntana, tal-Lvant u tal-Punent, bil-balavostri, imżejna b'żewġ sferi nawtiċi u riljiev kbir bl-istemma rjali. Ir-raba' sular huwa mdawwar b'terrazza bit-tarki tal-Ordni ta' Kristu, u fih daħla ġejja għall-ponta fit-Tramuntana u tieqa ġejja għall-pont fil-Lvant. It-terrazza hija mdawra b'ħajt baxxa b'merluni piramidali bil-kolonni bit-turretti fl-erba' rkejjen. Terrazza simili fuq nett toffri veduta tal-pajsaġġ tal-madwar.

Interna

Il-bastjun minn ġewwa fih garigor taraġ ċirkolari fin-naħa tat-Tramuntana u fih żewġ swali kontigwi b'soqfa bil-volti mirfuda minn arkati tal-ġebel, kif ukoll erba' postijiet għall-ħżin u faċilitajiet sanitarji. Fil-pjan terran, l-art hija inklinata 'l barra, filwaqt li s-soqfa huma mirfuda minn pilastri tal-ġebel u sinsliet bil-volti. Is-sistema tal-volta Gotika hija evidenti f'din l-istruttura, il-kmamar tat-torri u l-koppli tat-torrijiet tal-għassa fuq it-terrazza tal-bastjun. Amberżuni periferiċi fit-truf tal-istruttura jħallu spazju għal kanuni individwali, u s-saqaf huwa ddisinjat b'diversi koppli asimetriċi b'għoli differenti. Il-postijiet għall-ħżin anċillari iktar 'il quddiem intużaw bħala ċelel tal-ħabs.

Żewġ arkati jagħtu għall-kjostru prinċipali fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar, filwaqt li sitt arkati mhux kompluti jestendu tul il-partijiet tal-Lvant u tal-Punent tal-kjostru, b'pilastri kwadri fuq ġewwa tal-bastjun bil-gargoyles. Il-kjostru miftuħ, għalkemm dekorattiv, kien iddisinjat biex id-dħaħen tal-kanuni joħorġu minnu. Is-sular ta' fuq huwa kkollegat permezz ta' sensiela ta' slaleb tal-Ordni ta' Kristu, filwaqt li fit-terrazza hemm kolonni bi sferi nawtiċi. Dan l-ispazju seta' jintuża wkoll għas-suldati b'armatura ħafifa. Din kienet l-ewwel fortifikazzjoni Portugiża b'żewġ livelli fejn joqogħdu l-armi tan-nar u timmarka żvilupp ġdid fl-arkitettura militari. Ftit mit-tiżjin imur lura għal żmien ir-rinnovazzjoni tas-snin 40 tas-seklu 19 bi stil Neo-Manwelin, bħat-tiżjin tal-kjostru ż-żgħir fuq il-bastjun.

Fuq in-naħa tan-Nofsinhar tat-terrazza tal-kjostru hemm xbieha tal-Madonna bil-Bambin. L-istatwa tal-Verġni ta' Belém, magħrufa wkoll bħala Nossa Senhora de Bom Successo (Madonna tar-Risq), Nossa Senhora das Uvas (Madonna tal-Għeneb) jew Virgem da Boa Viagem (Madonna tar-Ritorn Sikur) hija skolpita bil-Bambin f'idha l-leminija u għanqud għeneb f'idha x-xellugija.

It-torri huwa wiesa' madwar 12-il metru (39 pied) u għoli 30 metru (98 pied). L-ewwel sular minn ġewwa fih is-Sala do Governador (Sala tal-Gvernatur), li hija spazju ottagonali li jagħti għaċ-ċisterna, filwaqt li fl-irkejja tal-Grigal u tal-Majjistral hemm kurituri li jikkollegaw mat-turretti bil-mewġ. Daħla żgħira tagħti aċċess għas-sulari l-oħra permezz ta' garigor taraġ spirali. Fit-tieni sular, is-Sala dos Reis (Sala tar-Re) tagħti għal-loġġa fuq ix-xmara, filwaqt li fuklar żgħir fir-rokna huwa estiż minn dan is-sular għall-fuklar tat-tielet sular fis-Sala das Audiências (Sala tal-Udjenzi). Is-soqfa tat-tliet sular huma miksija b'ċangaturi vojta tal-konkos. Il-kappella tar-raba' sular għandha sistema ta' volti mrikkbin fuq xulxin b'niċeċ emblematiċi tal-istil Manwelin, mirfuda bil-ġebel imnaqqax.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Monasteru tal-Ġlormini u t-Torri ta' Belém f'Liżbona ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983 b'modifika minuri fiż-żona ta' lqugħ tas-sit fl-2008.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Referenzi

  1. ^ The Dock and Harbour Authority. Foxlow Publications, Limited. 1969. p. 335.
  2. ^ Donald F. Lach (1994). Asia in the making of Europe. University of Chicago Press. pp. 57–64. ISBN 0-226-46730-9.
  3. ^ "Visit Portugal - Torre de Belém". web.archive.org. 2011-07-17. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-17. Miġbur 2022-07-06.
  4. ^ Walter Crum Watson (1908). Portuguese architecture. A. Constable & Co. Ltd. pp. 181–182.
  5. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Monastery of the Hieronymites and Tower of Belém in Lisbon". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-06.
  6. ^ "IGESPAR IP | HERITAGE | Monastery of the Jerónimos and Tower of Belém in Lisbon". web.archive.org. 2010-11-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-11-07. Miġbur 2022-07-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "A Torre de S. Vicente - Torre de Belem". web.archive.org. 2016-08-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-08-02. Miġbur 2022-07-06.
  8. ^ Elisabeth Feist Hirsch (31 July 1967). Damião de Gois: The Life and Thought of a Portuguese Humanist, 1502–1574. Springer Science & Business Media. p. 197. ISBN 978-90-247-0195-7.
  9. ^ "Cronologia - Torre de Belem". web.archive.org. 2016-08-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-08-02. Miġbur 2022-07-06.
  10. ^ Justino Mendes de Almeida (1992). De Olisipo a Lisboa: estudos olisiponenses. Edições Cosmos. pp. 45–46. ISBN 978-972-9170-75-1.
  11. ^ Colum Hourihane (2012). The Grove Encyclopedia of Medieval Art and Architecture. Oxford University Press. p. 277. ISBN 978-0-19-539536-5.
  12. ^ "Tower of Belém". World Monuments Fund (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-06.
  13. ^ "IPPAR - IPPAR Services". web.archive.org. 2007-07-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-07-06. Miġbur 2022-07-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ "New Page 1". archive.ph. 2009-06-24. Miġbur 2022-07-06.
  15. ^ Society for the Diffusion of Useful Knowledge (Great Britain) (1835). The Penny cyclopædia of the Society for the Diffusion of Useful Knowledge. C. Knight. p. 172.
  16. ^ "New Page 1". archive.ph. 2009-06-24. Miġbur 2022-07-06.
  17. ^ João Pais (6 October 2011). The Paleogene and Neogene of Western Iberia (Portugal): A Cenozoic record in the European Atlantic domain. Springer Science & Business Media. p. 35. ISBN 978-3-642-22401-0.
  18. ^ Mark Ellingham; John Fisher; Graham Kenyon (2002). The Rough Guide to Portugal (10th ed.). Rough Guides, Ltd. p. 97. ISBN 1-85828-877-0.
  19. ^ Figueiredo; Aires-Barros; Basto; Graca; Mauricio (2007). R. Přikryl (ed.). Building Stone Decay: From Diagnosis to Conservation. B.J. Smith. Geological Society of London. p. 99. ISBN 978-1-86239-218-2.
  20. ^ "Science in Portugal - Episodes". cvc.instituto-camoes.pt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-16. Miġbur 2022-07-06.
  21. ^ "Estandartes dos reis portugueses". web.archive.org. 2007-02-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-02-23. Miġbur 2022-07-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  22. ^ DK Publishing (2012). Great Buildings. DK Publishing. p. 113. ISBN 978-1-4654-0774-0.
  23. ^ "Catholic Encyclopedia (1913)/Order of the Knights of Christ - Wikisource, the free online library". en.wikisource.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-06.
  24. ^ L. C. Rookmaaker; Marvin L. Jones; Heinz-Georg Klös; Richard J. Reynolds III (1998). The Rhinoceros in Captivity: A List of 2439 Rhinoceroses Kept from Roman Times to 1994. Kugler Publications. p. 80. ISBN 978-90-5103-134-8.
  25. ^ "Images of Belem Tower, Lisbon, Portugal". homepages.bluffton.edu. Miġbur 2022-07-06.
  26. ^ "New Page 1". archive.ph. 2009-06-24. Miġbur 2022-07-06.
  27. ^ "New Page 1". archive.ph. 2009-06-24. Miġbur 2022-07-06.
  28. ^ "New Page 1". archive.ph. 2009-06-24. Miġbur 2022-07-06.
  29. ^ "New Page 1". archive.ph. 2009-06-24. Miġbur 2022-07-06.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 21 Ġun, 2025 / 03:21

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Torri ta' Belém, X'inhi Torri ta' Belém? Xi tfisser Torri ta' Belém?

Belem Tower bil Portugiz Torre de Belem pronunzjat ˈtoʁ ɨ dɨ bɨˈlɐ ȷ uffiċjalment it Torri ta San Vinċenz bil Portugiz Torre de Sao Vicente huwa fortifikazzjoni tas seklu 16 li jinsab f Lizbona li serva bħala punt ta imbarkazzjoni u ta zbark għall esploraturi Portugizi u bħala daħla ċerimonjali għal Lizbona Inbena matul il qofol tar Rinaxximent Portugiz u huwa ezempju tal istil Manwelin Portugiz izda jinkorpora wkoll elementi ta stili arkitettoniċi oħra L istruttura nbniet bil ġebla tal ġir ta lioz u hija magħmula minn bastjun u minn torri ta erba sulari jew ta 30 metru 98 4 pied It Torri ta Belem Mill 1983 it torri tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien mal Monastero dos Jeronimos jew il Monasteru tal Ġlormini Spiss jitqies bħala simbolu ta Zmien l Iskoperti fl Ewropa u bħala binja ikonika li tirrapprezenta l Portugall jew Lizbona Ingħad bi zball li t torri nbena f nofs ix xmara u li issa jinsab qrib ix xatt minħabba li x xmara ġiet ridirezzjonata wara t terremot ta Lizbona fl 1755 Fil fatt it torri nbena fuq gzira zgħira fix xmara Tagus qrib ix xatt ta Lizbona StorjaIt torri ġie kklassifikat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 u ġie inkluz fir reġistru tas Seba Għeġubijiet tal Portugall fl 2007 Lejn l aħħar tas seklu 15 ir ddisinja sistema ta difiza għall bokka tax xmara Tagus li kienet tiddependi fuq il fortizzi ta u ta Sao Sebastiao jew Torre Velha f fin naħa tan Nofsinhar tax xmara Dawn il fortizzi ma kinux jipproteġu għalkollox il bokka tax xmara u b hekk kienet meħtieġa protezzjoni ulterjuri Fil Kronaka ta Ġwanni II bil Portugiz Chronica de D Joao II fl 1545 l awtur afferma l opinjoni tar re li s sistema ta difiza ta Lizbona ma kinitx adegwata u li kien insista li jinbnew fortifikazzjonijiet tul id daħla għax xmara Tagus bħala suppliment għas sistema ta difiza ezistenti Għal dan l għan huwa ordna li jinbena forti b saħħtu izda laħaq miet qabel tfasslet il pjanta Ir Re tal Portugall immodifika l proposta għoxrin sena wara u ordna l kostruzzjoni ta fortifikazzjoni militari fuq in naħa tat Tramuntana tax xmara Tagus f Belem Fl 1513 kiteb ittra lil xi ħbieb tiegħu u rrefera għall intenzjoni tar re li jibni torri qrib Restelo Velho peress li kien tal fehma li kien essenzjali Il proġett inbeda fuq gzejra bil blat bazaltiku ftit il bogħod mix xatt tax xmara u ntuza ftit mill ġebel li nġabar biex jinbena l Monasteru ta Santa Marija ta Belem It torri ġie ddisinjat mill arkitett militari deskritt bħala l Imgħallem tax xogħlijiet tal forti ta Belem mir Re Manwel u fl 1516 huwa beda jirċievi s 763 blokka u l 504 ġebliet għall kostruzzjoni tiegħu imwassla minn it tezorier tal proġett Sakemm il kostruzzjoni avvanzat bastiment militari ta 1 000 tunnellata msejjaħ Grande Nau Vapur Kbir armat sa snienu baqa jgħasses l estwarju fil bokka tax xmara Tagus sat tlestija tal forti Il binja tlestiet fl 1519 sentejn biss qabel il mewt tar Re Manwel u ġie stazzjonat temporanjament hemmhekk bil kmand tal fortizza f idejh l istazzjonament tiegħu sar permanenti fil 15 ta Settembru 1521 meta nħatar bħala l ewwel Kaptan Ġeneral u l fortizza ssejħet il Kastell ta San Vinċenz bil Portugiz Castelo de Sao Vicente de Belem f ġieħ il qaddis patrun ta Lizbona Fl 1571 ta parir lill monarka li kien meħtieġ li d difizi tax xatt jittejbu sabiex il belt kapitali tar renju tkun imħarsa Huwa ssuġġerixxa l kostruzzjoni ta forti b saħħtu u sod li seta jiddefendi faċilment lil Lizbona u li t Torri ta Belem kellu jissaħħaħ jissewwa u jitlesta u li kien sewa ħafna flus mingħajr lanqas biss kien għadu tlesta De Holanda ddisinja bastjun rettangolari mtejjeb b diversi turretti Fl 1580 wara ftit sigħat ta battalja il gwarniġjon stazzjonat fit torri arrenda quddiem il qawwiet Spanjoli taħt il kmand tad Duka ta Alba Wara din it telfa il pjan ta taħt l art tat torri ntuza bħala ħabs sal 1830 Matul l aħħar kwart tas seklu 16 bdiet ukoll il kostruzzjoni tal Barrakki Filippini Spazju rettangolari ta zewġ sulari nbena fuq il bastjun u b hekk it torri ngħata l profil viziv li għandu attwalment bi slaleb skolpiti tal Ordni ta Kristu u turretti msaqqfa b qishom koppli zgħar Fl 1589 tal Portugall ordna lill inġinier Taljan il Patri jibni forti b difiza tajba minflok il kastell inutli ta San Vinċenz L inġinier bagħat tliet disinji u ppropona li l bastjun jiġi mdawwar b bastjun ieħor ikbar izda l proġett qatt ma twettaq Bastimenti Franċizi jisparaw lil xulxin u t torri fil Battalja tat Tagus waqt il Gwerer Liberali 1831 Kodiċi tal 1633 għall familja Cadaval iddaħħal f wieħed mill artijiet f waħda mill ħnejjiet tal barrakki u fl ikbar erba ħnejjiet ta fuq nett tal faċċata tan Nofsinhar B mod simili referenza għas sena 1655 ġiet imnaqqxa fuq plakka li tpoġġiet mal ħajt tat Tramuntana tal kjostru u li ċċertifikat il funzjoni tat torri bħala punt ta kontroll doganali għan navigazzjoni tul ix xmara Tagus il bastimenti kienu obbligati jħallsu taxxa malli jidħlu fil port li zdiedet maz zmien Bejn l 1780 u l 1782 fir renju ta tal Portugall il Ġeneral bena l Forti ta Bom Sucesso b batterija konnessa b ħajt fil Punent f għamla ta kuritur mat torri Meta l qawwiet Franċizi invadew lil Lizbona waqt il Gwerra Penizolari uħud mit truppi tagħhom ġew stazzjonati fit torri mill 1808 sal 1814 Wara li l Franċizi rtiraw Lord Beresford ta l parir li l batteriji tal artillerija kostali kellhom jissaħħu tul ix xmara Tagus u nnota b mod speċifiku li batteriji iktar b saħħithom kellhom jitqiegħdu fuq il ġnub tal bastjun tat torri b karrijiet biex jipproteġu aħjar lis suldati peress li l ħitan kienu baxxi ħafna Ir Re Manwel I 1828 1834 uza s sular ta taħt l art bħala ħabs għall avversarj liberali tiegħu filwaqt li sular ieħor kien jintuza bħala dwana għall vapuri sakemm id dazju fuq il bastimenti barranin ġie abolit fl 1833 It torri ġie msaħħaħ militarment fl 1589 u fl 1809 1814 Matul ir renju ta ipprotesta kontra t telqa tas sit u taħt il perswazjoni tad Duka ta Terceira saru rinnovazzjonijiet mill inġinier militari Huwa ġarraf il Barrakki Filippini u estenda elementi revivalisti fl 1845 1846 bħall merluni msaħħa il balavostri tal veranda fil faċċata tan Nofsinhar il gwarniċ b qisu bizzilla fil kjostru u n niċċa bi xbieha tal Madonna bil Bambin Fl 1865 1867 arblu tas sinjalar ġie installat fit terrazza tax Xlokk tal binja u nbeda s servizz tat telegrafiku filwaqt li nbniet fabbrika tal gass fil qrib li kienet tipproduċi ħafna duħħan li wassal għal bosta protesti L ewwel tentattivi ta preservazzjoni u ta riabilitazzjoni tat torri bdew fl aħħar parti tas seklu 20 L ewwel it torri ġie ttrasferit lill Ministeru għall Finanzi fl 1940 li wettaq xogħlijiet zgħar ta konservazzjoni Imbagħad il kwartieri militari fuq l amberzuni tneħħew u nbena l kjostru intern Id disinjatur tal pajsaġġ arkitettoniku beda proġett ta tliet snin fl 1953 biex jintegra t torri mal kosta lokali Fl 1983 is sit ospita s 17 il Wirja Ewropea tal Arti ix Xjenza u l Kultura u twettqu diversi proġetti li jinvolvu l binja fosthom wieħed li għatta l kjostru b koppla trasparenti tal plastik Fl istess sena t Torri ta Belem tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Fis snin 90 tas seklu 20 il binja ġiet ittrasferita lill Instituto Portugues do Patrimonio Arquitectonico prekursur ta IGESPAR li beda restawr sħiħ tal binja minn Frar 1997 sa Jannar 1998 ir restawr kien jinkludi t tisħiħ tat torri u tal bastjun it tisħiħ tar riffieda tal gallarija tan Nofsinhar b vireg tal azzar inossidabbli u rezina tal epossi it trattament tal ġonot tat tkaħħil u t tindif strutturali ġenerali L istatwi ta San Vinċenz ta Saragossa u tal Arkanġlu Mikiel ingħataw l istess trattament Fl 1999 il proġett ingħata l premju Europa Nostra għar restawr estern It Torri ta Belem zdied fir reġistru tas Seba Għeġubijiet tal Portugall fis 7 ta Lulju 2007 ArkitetturaIt Torri ta Belem jinsab max xatt tat Tramuntana tax xmara Tagus fil parroċċa ċivili ta Santa Maria de Belem muniċipalita ta Lizbona aċċessibbli min naħa tal Punent tal Avenida de Brasilia permezz ta pont zgħir Fil Lvant tat torri hemm il Monasteru tal Ġlormini u fil Punent hemm il Forte do Bom Sucesso filwaqt li fit Tramuntana hemm ir residenza tal Gvernatur tat torri ir residenza l antika tal Gvernatur tal forti u l Kappella ta San Ġlormu It torri huwa izolat tul ix xatt tax xmara bejn Bom Sucesso u Pedroucos fuq gzejra tal blat bazaltiku tal kumpless vulkaniku ġeomorfoloġiku ta Lizbona Għalkemm bosta gwidi sostnew li t torri nbena f nofs ix xmara Tagus u li issa jinsab qrib ix xatt wara li t terremot tal 1755 ridirezzjona x xmara dawn kienu zbaljati Il Ministeru għall Kultura Portugiz u l Istitut tal Wirt Arkitettoniku jindikaw li t torri nbena fuq gzejra qrib ix xatt tax xmara Tagus fuq in naħa opposta tax xatt ta Restelo L izvilupp estenda l kosta progressivament u b hekk ix xatt tat Tramuntana kulma jmur resqet iktar lejn in Nofsinhar fix xmara Tagus u maz zmien it torri ġie integrat fix xatt tax xmara It Torri ta Belem inbena bil ġebla tal ġir kannella bajda lokali taz zona ta Lizbona u tal inħawi msejħa lioz Il binja hija maqsuma f zewġ partijiet il bastjun u t torri ta erba sulari li jinsab fin naħa tat Tramuntana tal bastjun It torri tas seklu 16 jitqies bħala wieħed mix xogħlijiet prinċipali tal istil Manwelin Portugiz tal Gotiku Aħħari Dan joħroġ fid dieher speċjalment mill volti elaborati tiegħu is slaleb tal Ordni ta Kristu id disinji ta sferi nawtiċi u ta ċimi bl għeqiedi magħmula fil ġebel li huma komuni għall istil Manwelin organiku ispirat Terrazza tal bastjun bit turretti bi stil Għarbi msaqqfa b koppli zgħar mill Majjistral Esterna Il pjanta tal binja tikkonsisti minn torri rettangolari u bastjun ezagonali irregolari bi ġnub ġejjin għat tul li joħroġ il barra lejn in Nofsinhar tax xmara Bazikament huwa spazju artikolat kbir li jserraħ fuq ġebla orizzontali mgħottija b xogħlijiet tal ġebel Fl angolu tal Grigal tal istruttura protett minn ħajt difensiv bl amberzuni hemm pont tal injam li jitla u jinzel li jagħti aċċess għall fortifikazzjoni imzejjen b motivi ta pjanti bl istemma rjali fuqu u b kolonni zgħar maġenbu ikkomplementati bl isferi nawtiċi L isferi nawtiċi Manwelini jidhru wkoll fid daħla tat torri bħala simbolu tal esplorazzjonijiet nawtiċi tal Portugall u kienu jintuzaw fuq il pavaljun personali tar Re Manwel I biex jirrapprezentaw l iskoperti Portugizi matul ir renju tiegħu Iċ ċimi bl għeqiedi dekorattivi u eleganti jindikaw ukoll l istorja nawtika tal Portugall u huma elementi komuni tal istil Manwelin Fuq barra tal bastjun t isfel il ħitan għandhom spazji jew amberzuni għal 17 il kanun b veduta għal fuq ix xmara Is sular ta fuq tal bastjun fih ħajt zgħir bi strutturi difensivi f punti strateġiċi imzejna b tarki ġejjin għat tond bis salib tal Ordni ta Kristu mad dawra tal pjattaforma Ir Re Manwel I kien membru tal Ordni ta Kristu u għalhekk is salib tal Ordni ta Kristu jintuza bosta drabi fuq il parapetti Dawn kienu simbolu tas setgħa militari ta Manwel peress li l kavallieri tal Ordni ta Kristu pparteċipaw f diversi ħakmiet militari f dik l epoka It turretti ċilindriċi fl irkejjen li servew bħala torrijiet tal għassa fihom ġebliet b ornamenti zoomorfiċi u koppli qishom bil mewġ mhux tas soltu fl arkitettura Ewropea u b ħafna lavur Il bazijiet tat turretti fihom immaġnijiet ta annimali inkluz waħda ta Dan ir rinoċeront huwa meqjus bħala l ewwel skultura ta dan l annimal fl arti tal Punent tal Ewropa u x aktarx huwa referenza għar rinoċeront li Manwel I bagħat lill fl 1515 Il kjostru intern tat torri bil parti ta wara tan niċċa tal Madonna u zewġ turretti Filwaqt li t torri għandu stil Manwelin b mod predominanti jinkorpora fih ukoll karatteristiċi ta stili arkitettoniċi oħra Inbena mill arkitett militari Francisco de Arruda li diġa kien ħa ħsieb is supervizjoni tal kostruzzjoni ta diversi fortizzi fit territorji Portugizi fil Marokk L influwenza tal arkitettura tal Għarab fil Penizola Iberika toħroġ fid dieher fit tizjin delikat it twieqi ġejjin għall ponta il gallariji u l koppli bil mewġ tat torrijiet tal għassa It torri fih erba sulari b diversi sezzjonijiet u b ċisterna bil volti fil pjan terran Fl ewwel sular hemm daħla rettangolari tħares lejn in Nofsinhar bi twieqi ġejjin għall ponta fil Lvant u fit Tramuntana u turretti fl irkejjen tal Grigal u tal Majjistral Il parti tan Nofsinhar tat tieni sular hija ddominata minn veranda msaqqfa b loġġa matacaes li tikkonsisti minn sensiela ta seba arkati mirfuda fuq ħitan bil balavostri Din is sezzjoni hija mgħottija b lavur fil ġebla biex tidher qisha tal bizzilla u tifforma zuntier Is saqaf skuntrat huwa mzejjen b ċima mibruma skolpita bl għeqiedi Il ħitan tal Lvant tat Tramuntana u tal Punent fihom kompartimenti b arkati doppji u l irkejjen tal Grigal u tal Majjistral fihom l istatwi ta San Vinċenz ta Saragossa u tal arkanġlu Mikiel f niċeċ It tielet sular fih twieqi doppji fil faċċati tat Tramuntana tal Lvant u tal Punent bil balavostri imzejna b zewġ sferi nawtiċi u riljiev kbir bl istemma rjali Ir raba sular huwa mdawwar b terrazza bit tarki tal Ordni ta Kristu u fih daħla ġejja għall ponta fit Tramuntana u tieqa ġejja għall pont fil Lvant It terrazza hija mdawra b ħajt baxxa b merluni piramidali bil kolonni bit turretti fl erba rkejjen Terrazza simili fuq nett toffri veduta tal pajsaġġ tal madwar Interna Il bastjun prinċipali minn ġewwa u n niċeċ bil kanuni Il bastjun minn ġewwa fih garigor taraġ ċirkolari fin naħa tat Tramuntana u fih zewġ swali kontigwi b soqfa bil volti mirfuda minn arkati tal ġebel kif ukoll erba postijiet għall ħzin u faċilitajiet sanitarji Fil pjan terran l art hija inklinata l barra filwaqt li s soqfa huma mirfuda minn pilastri tal ġebel u sinsliet bil volti Is sistema tal volta Gotika hija evidenti f din l istruttura il kmamar tat torri u l koppli tat torrijiet tal għassa fuq it terrazza tal bastjun Amberzuni periferiċi fit truf tal istruttura jħallu spazju għal kanuni individwali u s saqaf huwa ddisinjat b diversi koppli asimetriċi b għoli differenti Il postijiet għall ħzin anċillari iktar il quddiem intuzaw bħala ċelel tal ħabs Zewġ arkati jagħtu għall kjostru prinċipali fit Tramuntana u fin Nofsinhar filwaqt li sitt arkati mhux kompluti jestendu tul il partijiet tal Lvant u tal Punent tal kjostru b pilastri kwadri fuq ġewwa tal bastjun bil gargoyles Il kjostru miftuħ għalkemm dekorattiv kien iddisinjat biex id dħaħen tal kanuni joħorġu minnu Is sular ta fuq huwa kkollegat permezz ta sensiela ta slaleb tal Ordni ta Kristu filwaqt li fit terrazza hemm kolonni bi sferi nawtiċi Dan l ispazju seta jintuza wkoll għas suldati b armatura ħafifa Din kienet l ewwel fortifikazzjoni Portugiza b zewġ livelli fejn joqogħdu l armi tan nar u timmarka zvilupp ġdid fl arkitettura militari Ftit mit tizjin imur lura għal zmien ir rinnovazzjoni tas snin 40 tas seklu 19 bi stil Neo Manwelin bħat tizjin tal kjostru z zgħir fuq il bastjun Veduta mil loġġa tat tieni sular Fuq in naħa tan Nofsinhar tat terrazza tal kjostru hemm xbieha tal Madonna bil Bambin L istatwa tal Verġni ta Belem magħrufa wkoll bħala Nossa Senhora de Bom Successo Madonna tar Risq Nossa Senhora das Uvas Madonna tal Għeneb jew Virgem da Boa Viagem Madonna tar Ritorn Sikur hija skolpita bil Bambin f idha l leminija u għanqud għeneb f idha x xellugija It torri huwa wiesa madwar 12 il metru 39 pied u għoli 30 metru 98 pied L ewwel sular minn ġewwa fih is Sala do Governador Sala tal Gvernatur li hija spazju ottagonali li jagħti għaċ ċisterna filwaqt li fl irkejja tal Grigal u tal Majjistral hemm kurituri li jikkollegaw mat turretti bil mewġ Daħla zgħira tagħti aċċess għas sulari l oħra permezz ta garigor taraġ spirali Fit tieni sular is Sala dos Reis Sala tar Re tagħti għal loġġa fuq ix xmara filwaqt li fuklar zgħir fir rokna huwa estiz minn dan is sular għall fuklar tat tielet sular fis Sala das Audiencias Sala tal Udjenzi Is soqfa tat tliet sular huma miksija b ċangaturi vojta tal konkos Il kappella tar raba sular għandha sistema ta volti mrikkbin fuq xulxin b niċeċ emblematiċi tal istil Manwelin mirfuda bil ġebel imnaqqax Sit ta Wirt DinjiIl Monasteru tal Ġlormini u t Torri ta Belem f Lizbona ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 b modifika minuri fiz zona ta lqugħ tas sit fl 2008 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Referenzi The Dock and Harbour Authority Foxlow Publications Limited 1969 p 335 Donald F Lach 1994 Asia in the making of Europe University of Chicago Press pp 57 64 ISBN 0 226 46730 9 Visit Portugal Torre de Belem web archive org 2011 07 17 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 07 17 Miġbur 2022 07 06 Walter Crum Watson 1908 Portuguese architecture A Constable amp Co Ltd pp 181 182 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Monastery of the Hieronymites and Tower of Belem in Lisbon UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 07 06 IGESPAR IP HERITAGE Monastery of the Jeronimos and Tower of Belem in Lisbon web archive org 2010 11 07 Arkivjat mill oriġinal fl 2010 11 07 Miġbur 2022 07 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link A Torre de S Vicente Torre de Belem web archive org 2016 08 02 Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 08 02 Miġbur 2022 07 06 Elisabeth Feist Hirsch 31 July 1967 Damiao de Gois The Life and Thought of a Portuguese Humanist 1502 1574 Springer Science amp Business Media p 197 ISBN 978 90 247 0195 7 Cronologia Torre de Belem web archive org 2016 08 02 Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 08 02 Miġbur 2022 07 06 Justino Mendes de Almeida 1992 De Olisipo a Lisboa estudos olisiponenses Edicoes Cosmos pp 45 46 ISBN 978 972 9170 75 1 Colum Hourihane 2012 The Grove Encyclopedia of Medieval Art and Architecture Oxford University Press p 277 ISBN 978 0 19 539536 5 Tower of Belem World Monuments Fund bl Ingliz Miġbur 2022 07 06 IPPAR IPPAR Services web archive org 2007 07 06 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 07 06 Miġbur 2022 07 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link New Page 1 archive ph 2009 06 24 Miġbur 2022 07 06 Society for the Diffusion of Useful Knowledge Great Britain 1835 The Penny cyclopaedia of the Society for the Diffusion of Useful Knowledge C Knight p 172 New Page 1 archive ph 2009 06 24 Miġbur 2022 07 06 Joao Pais 6 October 2011 The Paleogene and Neogene of Western Iberia Portugal A Cenozoic record in the European Atlantic domain Springer Science amp Business Media p 35 ISBN 978 3 642 22401 0 Mark Ellingham John Fisher Graham Kenyon 2002 The Rough Guide to Portugal 10th ed Rough Guides Ltd p 97 ISBN 1 85828 877 0 Figueiredo Aires Barros Basto Graca Mauricio 2007 R Prikryl ed Building Stone Decay From Diagnosis to Conservation B J Smith Geological Society of London p 99 ISBN 978 1 86239 218 2 Science in Portugal Episodes cvc instituto camoes pt Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 07 16 Miġbur 2022 07 06 Estandartes dos reis portugueses web archive org 2007 02 23 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 02 23 Miġbur 2022 07 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link DK Publishing 2012 Great Buildings DK Publishing p 113 ISBN 978 1 4654 0774 0 Catholic Encyclopedia 1913 Order of the Knights of Christ Wikisource the free online library en wikisource org bl Ingliz Miġbur 2022 07 06 L C Rookmaaker Marvin L Jones Heinz Georg Klos Richard J Reynolds III 1998 The Rhinoceros in Captivity A List of 2439 Rhinoceroses Kept from Roman Times to 1994 Kugler Publications p 80 ISBN 978 90 5103 134 8 Images of Belem Tower Lisbon Portugal homepages bluffton edu Miġbur 2022 07 06 New Page 1 archive ph 2009 06 24 Miġbur 2022 07 06 New Page 1 archive ph 2009 06 24 Miġbur 2022 07 06 New Page 1 archive ph 2009 06 24 Miġbur 2022 07 06 New Page 1 archive ph 2009 06 24 Miġbur 2022 07 06

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Repubblika Dominikana

  • Ġunju 09, 2025

    Repubblika Dominicana

  • Ġunju 07, 2025

    Repubblika Demokratika tal-Kongo

  • Ġunju 11, 2025

    Repubblika Afrikana Ċentrali

  • Ġunju 10, 2025

    Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq