Tumas Dingli twieled fit 22 ta Diċembru 1591 miet fit 22 ta Jannar 1666 kien bennej tal u fil ġebla Maltija Fiż żewġ oqs
Tumas Dingli

Tumas Dingli (twieled fit-22 ta' Diċembru 1591 – miet fit-22 ta' Jannar 1666) kien bennej tal- u fil-ġebla Maltija. Fiż-żewġ oqsma għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu għaliex minn taħt l-idejn imħarrġa tiegħu ħarġet skultura qisha bizzilla li żżejjen il-knisja l-qadima ta' Birkirkara u dik ta' Ħ'Attard.
Tumas Dingli | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħ'Attard, 22 Diċembru 1591 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | , 22 Jannar 1666 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | arkitett bennej |
Bijografija u Xogħlijiet
Tumas Dingli mexa tista' tgħid fuq il-passi ta' missieru Ġakbu Dingli, kif ukoll iz-ziju, Andrea Dingli. Dingli studja il-matematika u wara ħa s-sengħa ta' arkitett minn Matteo Coglitura. Dingli kien ġej minn familja ta' skalpellini jew naġġara, jiġifieri skulturi fil-ġebla. Ismu huwa ġeneralment marbut ma' tipoloġija ta' knisja fi stil li nistgħu nsejħulu, b'ċerta riżerva, bħala Rinaxximentali. Karatteristiċi ewlenija huma l-proporzjonijiet armonjużi, l-użu tal-pilastri ġganteski bil-panewijiet, l-użu tan-niċċa biex tagħti artikolazzjoni aktar rikka lill-faċċata u lit-tambur tal-koppla, u fuq kollox, l-iskultura fina fil-ġebel, speċjalment fil-prospettivi tal-artali u madwar il-bibien.
Is-sengħa tiegħu fit-tfassil tal-knejjes għandha xhieda ħajja fl-irħula ta' Ħ'Attard, in-Naxxar, Ħal Għargħur, il-Gudja, Ħaż-Żabbar u Birkirkara. Kien ukoll imdaħħal fil-bini tal-Akkwedott, il-Palazz tal-Isqof u Porta Reale fil-Belt Valletta.
Influwenzi
Bħala bennej ta' knejjes jidher li mexa fuq il-passi ta' Vittorio Cassar, it-tifel ta' Ġlormu Cassar. Tgħallem ukoll minn Giovanni Attard, li kiseb fama bħala bennej tal-akkwedott.
Mewt
Tumas Dingli miet ta' 75 sena, fit-22 ta' Jannar 1666 u jinsab midfun fil-knisja ta' Ħ'Attard taħt l-artal tad-Duluri. Sfortunatament iż-żmien ħassar u qered lapida li kienet tfakkar il-post fejn jinsab jistrieħ fil-knisja ta' Ħ'Attard iżda fortunatament għandna traskrizzjoni tagħha.
Referenzi
- ^ Gaul, Simon (2007). Malta, Gozo and Comino. New Holland publishers. p. 325. ISBN 9781860113659.
- ^ "Pullicino, Evelyn (1996). "Tumas Dingli (1591-1666" (PDF) (bil-Malti): 95–99" (PDF).
- ^ "The Many pasts of City Gate - The Malta Independent". web.archive.org. 2016-04-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-17. Miġbur 2022-10-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A–F. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 731–732. ISBN 9789993291329.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tumas Dingli, X'inhi Tumas Dingli? Xi tfisser Tumas Dingli?
Tumas Dingli twieled fit 22 ta Diċembru 1591 miet fit 22 ta Jannar 1666 kien bennej tal u fil ġebla Maltija Fiz zewġ oqsma għamel isem kbir għalih u għal pajjizu għaliex minn taħt l idejn imħarrġa tiegħu ħarġet skultura qisha bizzilla li zzejjen il knisja l qadima ta Birkirkara u dik ta Ħ Attard Tumas DingliĦajjaTwelid Ħ Attard 22 Diċembru 1591Nazzjonalita MaltaMewt 22 Jannar 1666OkkupazzjoniOkkupazzjoni arkitett bennejBijografija u XogħlijietTumas Dingli mexa tista tgħid fuq il passi ta missieru Ġakbu Dingli kif ukoll iz ziju Andrea Dingli Dingli studja il matematika u wara ħa s sengħa ta arkitett minn Matteo Coglitura Dingli kien ġej minn familja ta skalpellini jew naġġara jiġifieri skulturi fil ġebla Ismu huwa ġeneralment marbut ma tipoloġija ta knisja fi stil li nistgħu nsejħulu b ċerta rizerva bħala Rinaxximentali Karatteristiċi ewlenija huma l proporzjonijiet armonjuzi l uzu tal pilastri ġganteski bil panewijiet l uzu tan niċċa biex tagħti artikolazzjoni aktar rikka lill faċċata u lit tambur tal koppla u fuq kollox l iskultura fina fil ġebel speċjalment fil prospettivi tal artali u madwar il bibien Is sengħa tiegħu fit tfassil tal knejjes għandha xhieda ħajja fl irħula ta Ħ Attard in Naxxar Ħal Għargħur il Gudja Ħaz Zabbar u Birkirkara Kien ukoll imdaħħal fil bini tal Akkwedott il Palazz tal Isqof u Porta Reale fil Belt Valletta InfluwenziBħala bennej ta knejjes jidher li mexa fuq il passi ta Vittorio Cassar it tifel ta Ġlormu Cassar Tgħallem ukoll minn Giovanni Attard li kiseb fama bħala bennej tal akkwedott MewtTumas Dingli miet ta 75 sena fit 22 ta Jannar 1666 u jinsab midfun fil knisja ta Ħ Attard taħt l artal tad Duluri Sfortunatament iz zmien ħassar u qered lapida li kienet tfakkar il post fejn jinsab jistrieħ fil knisja ta Ħ Attard izda fortunatament għandna traskrizzjoni tagħha Referenzi Gaul Simon 2007 Malta Gozo and Comino New Holland publishers p 325 ISBN 9781860113659 Pullicino Evelyn 1996 Tumas Dingli 1591 1666 PDF bil Malti 95 99 PDF The Many pasts of City Gate The Malta Independent web archive org 2016 04 17 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 04 17 Miġbur 2022 10 17 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Schiavone Michael J 2009 Dictionary of Maltese Biographies Vol 1 A F Pieta Pubblikazzjonijiet Indipendenza pp 731 732 ISBN 9789993291329