Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Robert Samut 17 ta Ottubru 1869 26 ta Mejju 1934 kien tabib u mużiċist Malti Huwa magħruf l aktar għall kitba tal mużika

Robert Samut

  • Paġna Ewlenija
  • Robert Samut
Robert Samut
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Robert Samut (17 ta’ Ottubru 1869 – 26 ta’ Mejju 1934) kien tabib u mużiċist Malti. Huwa magħruf l-aktar għall-kitba tal-mużika għall-Innu Malti, l-innu nazzjonali ta' Malti.

Robert Samut
Ħajja
Twelid Furjana, 12 Ottubru 1869
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Tas-Sliema, 26 Mejju 1934
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Edinburgu
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
tabib
Xogħlijiet importanti L-Innu Malti
Premjijiet
List
Servizz militari
Fergħa militari (en)
Grad
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi mtejjeb f'xi wħud minn dawn: il-, l-istil u/jew it-ton. Jista' jkun li dan l-artiklu, jew parti/jiet minnu, kienu tradotti b'mod awtomatiku jew b'għodda ta' traduzzjoni mekkanika. Inti tista' tagħti daqqa t'id billi timmodifikah kif meħtieġ.

Ħajja bikrija

Robert Samut twieled fid-Dar tal-Iljun fil-Furjana, Malta, ir-raba iben ta’ Marianna Darmanin u Giuseppe Samut. Studja l-mediċina fl-Università Rjali ta’ Malta u l-, 1890-95, fejn ggradwa b’MB. Ch.B., u rċieva midalja għall-kapaċità eċċezzjonali tiegħu fl-anatomija.

Minn żgħożitu kien wera inklinazzjonijiet mużikali, u ried jistudja l-mużika, iżda missieru ma approvax, u konsegwentement kompla l-karriera tiegħu fil-mediċina, fuq il-passi ta’ żewġ aħwa akbar minnu (Richard u Carmelo), li kienu tobba magħrufa. Ħuh il-kbir, il-Lt Col Achilles Samut, kien fl-Army Ordnance Corps u aktar tard sar Senatur ta’ Malta 1921-29 u serva fil-gvern ta’ Gerald Strickland 1927-29.

Karriera militari

Meta rritorna Malta minn Edinburgh, inħatar Professur tal-Fiżjoloġija u l-Batterjoloġija fl-. Kien ukoll nominat speċjalista tal-Patoloġija fl- fil-Furjana (binja li llum fiha l-KĠ tal-Pulizija tal-Gżira).

Fl-1897 il-Prof. Robert Samut ingħaqad ma' The King's Own Malta Regiment of Militia bħala Logutenent Kirurgu. Huwa ġie promoss għal Kaptan fl-1900 u Maġġur fl-1909.

Immedjatament wara t-terremot f’Messina fl-1908, hu ġera lejn il-belt meqruda biex jagħti l-għajnuna tiegħu. Is-servizz meritjuż tiegħu ġie rikonoxxut mir-Re tal-Italja, li semmieh Cavaliere Ufficiale della Corona d’Italia, u wkoll mill-għoti tad-Diploma tas-Salib l-Aħmar.

Fl-1915, matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, ġie stazzjonat mar-reġiment tiegħu f’Ċipru fejn ingħata l-kmand tal-Isptar Militari tal-Foresti f’Limassol. Ix-xogħol tiegħu kien milqugħ ħafna u kien imsemmi f’diversi despaċċi u rċieva wkoll il-Midalja tas-Servizz Ġenerali.

Karriera medika

Fl-1920 inħatar Professur tal-Patoloġija fl-Università Rjali ta’ Malta mal-mewt ta’ ħuh Carmelo, li kien kien Professur tal-Patoloġija 1894-1920. Kienet din il-pożizzjoni li eventwalment kellha tikkawża l-mewt tiegħu. Huwa kien intalab jagħmel awtopsja fuq mara li kienet mietet b’marda stramba u għal raġunijiet li mhumiex mifhuma sew, kien infettat bil-marda tagħha. Il-Prof Robert Samut kien pijunier fl-ewwel testijiet (għalkemm primittivi) fuq ċertu mard trażmess sesswalment fil-Gżejjer Maltin.

Minkejja li Samut kien okkupat b’din il-kariga, xorta waħda kien iżur lill-pazjenti tiegħu f'darhom. Il-perjodu ta’ wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, u aktar u iktar mal-ġrajjiet li wasslu għall-irvellijiet tas- tal-1919, ħafna mir-residenti Furjaniżi kienu foqra u kien jorhom bla ħlas.

Samut iżżewweġ lil Alice Laferla, bużneputija ta’ , u kellhom sitt itfal.

L-Innu Malti

Waqt li kien qed jistudja Edinburgh darba kien intalab ikanta l-Innu Malti, u l-fatt li Malta ma kellhiex wieħed, wassal biex jagħmel xi ħaġa dwaru.

Kiteb xi noti sempliċi, madankollu l-pressjoni tax-xogħol tiegħu ġegħlitu jinsa minnhom. Imbagħad jum wieħed fil-bidu tas-snin 20 wara li ġie mitlub minn Albert Laferla, ħutu, dak li dak iż-żmien Direttur tal-Iskejjel Elementari, biex jikkomponi innu għat-tfal tal-iskola, ftakar fin-noti tiegħu, u użahom biex jikkomponi l-innu preżenti. B’hekk Samut sar wieħed minn dawk li taw lil Malta l-identità nazzjonali tagħha.

Dr Laferla mbagħad ħa dik il-mużika għand il-Poeta Nazzjonali Dun Karm, li kiteb il-versi. Qed jiġi rrappurtat li Dun Karm kien stqarr li din ma kinitx il-prattika tas-soltu, peress li normalment il-mużika kienet komposta għall-versi u mhux viċi versa. Minkejja dan, talba sabiħa lil Alla mill-poplu Malti rat id-dawl tal-ġurnata.

Sussegwentement l-innu ġie mogħti lill-poplu ta’ Malta.

L-aħħar snin

Fl-1922 Samut ġie promoss għal Lt Kurunell, iżda sa issa kien qed iħoss l-effetti tal-virus li kkuntratta waqt awtopsja u saħħtu kienet sejjra lura. Effett t'hekk kien magħdur u sofra hekk sa mewtu.

Is-Sibt 3 ta’ Frar 1923, indaqq għall-ewwel darba fil-pubbliku l-“Innu Malti” waqt kunċert fit-Teatru Manoel.

Għal numru ta’ snin l-“Innu” indaqq biss waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru. Imbagħad fl-1936, il-Każin tal-Banda King's Own ikkummissjona lil Mro. V. Ciappara biex iħejji partitura sħiħa għall-banda, u daqq dak l-innu fit-8 ta’ Settembru tal-istess sena. Baned oħra malajr segwew l-eżempju tagħhom.

Fl-1938 fit-Times of Malta dehret traduzzjoni bl-Ingliż imħejjija minn Miss M. Butcher. Samut ma kellux jara apprezzament akbar għall-mużika tiegħu f'ħajtu. Huwa ttieħed l-Awstralja bit-tama li vjaġġ twil bil-baħar jista’ jkun ta’ benefiċċju għal saħħtu iżda dan kien pjuttost bil-kuntrarju.

B’hekk wara biss waqfa qasira f’dik il-kolonja reġa’ lura Malta u għex għal numru ta’ snin Tas-Sliema, ma’ waħda minn uliedu l-bniet.

Samut miet fl-eta’ ta’ 64 sena, ftit wara nofsinhar, fis-26 ta’ Mejju 1934, u ndifen fil- fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Legat

Il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964, Kapitlu 1 (L-Istat), Taqsima 4 tgħid li l-Innu Nazzjonali ta’ dawn il-gżejjer għandu jkun l-“Innu Malti”. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-kostituzzjoni tar-Repubblika fl-1974. Għalhekk fl-aħħar, il-mużika, miktuba b’passjoni ta’ patrijott, innu magħmul f’talb minn poeta nazzjonali, ġiet inkurunata bl-ogħla glorja. Eventwalment Att tal-Parlament stabbilixxa l-format eżatt tal-mużika u kif għandha tindaqq.

Fis-26 ta’ Mejju 1968, Ġorġ Borg Olivier, dak iż-żmien Prim Ministru ta’ Malta Indipendenti, fil-preżenza tal-Gvernatur Ġenerali u , l-Archisqof Mikiel Gonzi, u bosta personalitajiet oħra, kixef plakka tal-irħam fuq il-faċċata tad-Dar tal-Iljun. biex tfakkar il-post fejn twieled Samut. Għall-okkażjoni ġie stampat ukoll fuljett, iddisinjat mill-artist Emvin Cremona.

Fil-qrib, fi Triq Sarria, il- l-antika ġiet irranġata u ssemmiet mill-ġdid bħala f’ġieħu.

Referenzi

  1. ^ Ltd, Allied Newspapers. "Neo-Gothic Robert Samut Hall to be restored". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2018-08-02.
  2. ^ a b ċ d e Schiavone, Michael (2023-10-12). "Biography: Robert Samut". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-01-17.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 12 Ġun, 2025 / 09:50

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Robert Samut, X'inhi Robert Samut? Xi tfisser Robert Samut?

Robert Samut 17 ta Ottubru 1869 26 ta Mejju 1934 kien tabib u muziċist Malti Huwa magħruf l aktar għall kitba tal muzika għall Innu Malti l innu nazzjonali ta Malti Robert SamutĦajjaTwelid Furjana 12 Ottubru 1869Nazzjonalita Kolonja ta MaltaMewt Tas Sliema 26 Mejju 1934Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniAlma mater Universita ta EdinburguLingwi Malti InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoni kompozitur tabibXogħlijiet importanti L Innu MaltiPremjijiet ListServizz militariFergħa militari en GradDan l artiklu għandu bzonn jiġi mtejjeb f xi wħud minn dawn il l istil u jew it ton Jista jkun li dan l artiklu jew parti jiet minnu kienu tradotti b mod awtomatiku jew b għodda ta traduzzjoni mekkanika Inti tista tagħti daqqa t id billi timmodifikah kif meħtieġ Ħajja bikrijaRobert Samut twieled fid Dar tal Iljun fil Furjana Malta ir raba iben ta Marianna Darmanin u Giuseppe Samut Studja l mediċina fl Universita Rjali ta Malta u l 1890 95 fejn ggradwa b MB Ch B u rċieva midalja għall kapaċita eċċezzjonali tiegħu fl anatomija Minn zgħozitu kien wera inklinazzjonijiet muzikali u ried jistudja l muzika izda missieru ma approvax u konsegwentement kompla l karriera tiegħu fil mediċina fuq il passi ta zewġ aħwa akbar minnu Richard u Carmelo li kienu tobba magħrufa Ħuh il kbir il Lt Col Achilles Samut kien fl Army Ordnance Corps u aktar tard sar Senatur ta Malta 1921 29 u serva fil gvern ta Gerald Strickland 1927 29 Karriera militariMeta rritorna Malta minn Edinburgh inħatar Professur tal Fizjoloġija u l Batterjoloġija fl Kien ukoll nominat speċjalista tal Patoloġija fl fil Furjana binja li llum fiha l KĠ tal Pulizija tal Gzira Fl 1897 il Prof Robert Samut ingħaqad ma The King s Own Malta Regiment of Militia bħala Logutenent Kirurgu Huwa ġie promoss għal Kaptan fl 1900 u Maġġur fl 1909 Immedjatament wara t terremot f Messina fl 1908 hu ġera lejn il belt meqruda biex jagħti l għajnuna tiegħu Is servizz meritjuz tiegħu ġie rikonoxxut mir Re tal Italja li semmieh Cavaliere Ufficiale della Corona d Italia u wkoll mill għoti tad Diploma tas Salib l Aħmar Fl 1915 matul l Ewwel Gwerra Dinjija ġie stazzjonat mar reġiment tiegħu f Ċipru fejn ingħata l kmand tal Isptar Militari tal Foresti f Limassol Ix xogħol tiegħu kien milqugħ ħafna u kien imsemmi f diversi despaċċi u rċieva wkoll il Midalja tas Servizz Ġenerali Karriera medikaFl 1920 inħatar Professur tal Patoloġija fl Universita Rjali ta Malta mal mewt ta ħuh Carmelo li kien kien Professur tal Patoloġija 1894 1920 Kienet din il pozizzjoni li eventwalment kellha tikkawza l mewt tiegħu Huwa kien intalab jagħmel awtopsja fuq mara li kienet mietet b marda stramba u għal raġunijiet li mhumiex mifhuma sew kien infettat bil marda tagħha Il Prof Robert Samut kien pijunier fl ewwel testijiet għalkemm primittivi fuq ċertu mard trazmess sesswalment fil Gzejjer Maltin Minkejja li Samut kien okkupat b din il kariga xorta waħda kien izur lill pazjenti tiegħu f darhom Il perjodu ta wara l Ewwel Gwerra Dinjija u aktar u iktar mal ġrajjiet li wasslu għall irvellijiet tas tal 1919 ħafna mir residenti Furjanizi kienu foqra u kien jorhom bla ħlas Samut izzewweġ lil Alice Laferla buzneputija ta u kellhom sitt itfal L Innu MaltiWaqt li kien qed jistudja Edinburgh darba kien intalab ikanta l Innu Malti u l fatt li Malta ma kellhiex wieħed wassal biex jagħmel xi ħaġa dwaru Kiteb xi noti sempliċi madankollu l pressjoni tax xogħol tiegħu ġegħlitu jinsa minnhom Imbagħad jum wieħed fil bidu tas snin 20 wara li ġie mitlub minn Albert Laferla ħutu dak li dak iz zmien Direttur tal Iskejjel Elementari biex jikkomponi innu għat tfal tal iskola ftakar fin noti tiegħu u uzahom biex jikkomponi l innu prezenti B hekk Samut sar wieħed minn dawk li taw lil Malta l identita nazzjonali tagħha Dr Laferla mbagħad ħa dik il muzika għand il Poeta Nazzjonali Dun Karm li kiteb il versi Qed jiġi rrappurtat li Dun Karm kien stqarr li din ma kinitx il prattika tas soltu peress li normalment il muzika kienet komposta għall versi u mhux viċi versa Minkejja dan talba sabiħa lil Alla mill poplu Malti rat id dawl tal ġurnata Sussegwentement l innu ġie mogħti lill poplu ta Malta L aħħar sninFl 1922 Samut ġie promoss għal Lt Kurunell izda sa issa kien qed iħoss l effetti tal virus li kkuntratta waqt awtopsja u saħħtu kienet sejjra lura Effett t hekk kien magħdur u sofra hekk sa mewtu Is Sibt 3 ta Frar 1923 indaqq għall ewwel darba fil pubbliku l Innu Malti waqt kunċert fit Teatru Manoel Għal numru ta snin l Innu indaqq biss waqt iċ ċelebrazzjonijiet tat 8 ta Settembru Imbagħad fl 1936 il Kazin tal Banda King s Own ikkummissjona lil Mro V Ciappara biex iħejji partitura sħiħa għall banda u daqq dak l innu fit 8 ta Settembru tal istess sena Baned oħra malajr segwew l ezempju tagħhom Fl 1938 fit Times of Malta dehret traduzzjoni bl Ingliz imħejjija minn Miss M Butcher Samut ma kellux jara apprezzament akbar għall muzika tiegħu f ħajtu Huwa ttieħed l Awstralja bit tama li vjaġġ twil bil baħar jista jkun ta benefiċċju għal saħħtu izda dan kien pjuttost bil kuntrarju B hekk wara biss waqfa qasira f dik il kolonja reġa lura Malta u għex għal numru ta snin Tas Sliema ma waħda minn uliedu l bniet Samut miet fl eta ta 64 sena ftit wara nofsinhar fis 26 ta Mejju 1934 u ndifen fil fiċ Ċimiterju tal Addolorata LegatIl Kostituzzjoni tal Indipendenza tal 1964 Kapitlu 1 L Istat Taqsima 4 tgħid li l Innu Nazzjonali ta dawn il gzejjer għandu jkun l Innu Malti Dan kien ikkonfermat ukoll mill kostituzzjoni tar Repubblika fl 1974 Għalhekk fl aħħar il muzika miktuba b passjoni ta patrijott innu magħmul f talb minn poeta nazzjonali ġiet inkurunata bl ogħla glorja Eventwalment Att tal Parlament stabbilixxa l format ezatt tal muzika u kif għandha tindaqq Fis 26 ta Mejju 1968 Ġorġ Borg Olivier dak iz zmien Prim Ministru ta Malta Indipendenti fil prezenza tal Gvernatur Ġenerali u l Archisqof Mikiel Gonzi u bosta personalitajiet oħra kixef plakka tal irħam fuq il faċċata tad Dar tal Iljun biex tfakkar il post fejn twieled Samut Għall okkazjoni ġie stampat ukoll fuljett iddisinjat mill artist Emvin Cremona Fil qrib fi Triq Sarria il l antika ġiet irranġata u ssemmiet mill ġdid bħala f ġieħu Referenzi Ltd Allied Newspapers Neo Gothic Robert Samut Hall to be restored Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2018 08 02 a b ċ d e Schiavone Michael 2023 10 12 Biography Robert Samut Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2025 01 17

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja

  • Ġunju 11, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol tal-Estonja

  • Ġunju 12, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol tal-Greċja

  • Ġunju 11, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bulgarija

  • Ġunju 08, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq