Bridgetown UN LOCODE BB BGI hija l belt kapitali u l ikbar belt ta Barbados Qabel magħrufa bħala r raħal ta San Mikiel b
Bridgetown

Bridgetown (UN/LOCODE: BB BGI) hija l-belt kapitali u l-ikbar belt ta' Barbados. Qabel magħrufa bħala r-raħal ta' San Mikiel (bl-Ingliż: The Town of Saint Michael), iż-żona estiża ta' Bridgetown tinsab fi ħdan il-parroċċa ta' Saint Michael. Bridgetown xi kultant tissejjaħ lokalment bħala "l-belt", iżda l-iżjed referenza komuni hija sempliċement ir-"raħal". Mill-2014, il-popolazzjoni metropolitana tagħha tammonta għal madwar 110,000 ruħ.
Bridgetown | ||
---|---|---|
Barbados | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Parish of Barbados | Saint Michael (en) | |
Isem uffiċjali | Bridgetown | |
Ismijiet oriġinali | Bridgetown | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 13°05′51″N 59°37′00″W / 13.0975°N 59.6167°WKoordinati: 13°05′51″N 59°37′00″W / 13.0975°N 59.6167°W | |
Bridgetown Bridgetown (Barbados) | ||
Superfiċjenti | 38,849,821 metru kwadru | |
Għoli | 1 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 110,000 abitanti (2014) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1628 | |
bliet ġemellati | (mul) , Bridgetown (en) u (en) | |
barbados.org… |
Il-port ta' Bridgetown jinsab tul il-Bajja ta' Carlisle (13.106°N, 59.632°W) fil-kosta tal-Lbiċ tal-gżira. Partijiet miż-żona estiża ta' Bridgetown (bejn wieħed u ieħor dik madwar ir-Ring Road Bypass, magħrufa aħjar bħala l-Awtostrada ABC) jinsabu qrib il-konfini tal-parroċċi ġirien ta' Christ Church u Saint James. L-Ajruport Internazzjonali ta' għall-Barbados jinsab 16-il kilometru (10 mili) fix-Xlokk taċ-ċentru tal-belt ta' Bridgetown, u jopera titjiriet kuljum lejn bliet ewlenin fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fil-Karibew. Ma għadx hemm gvern muniċipali lokali, iżda hija kostitwenza tal-parlament nazzjonali. Matul is-snin 50 u 60 tas-seklu 20, bħala parti mill-Federazzjoni tat-Territorji Brittaniċi tal-Indji tal-Punent, Bridgetown kienet waħda minn tliet bliet kapitali fi ħdan ir-reġjun li kienu meqjusa bħala bliet kapitali federali tar-reġjun.
Il-pożizzjoni attwali fejn tinsab il-belt ġiet stabbilita mill-insedjaturi Brittaniċi fl-1628; insedjament preċedenti taħt l-awtorità ta' Sir kien jinsab fir-raħal ta' Saint James. Bridgetown hija destinazzjoni turistika ewlenija fl-Indji tal-Punent, u l-belt hija ċentru importanti għall-finanzi, għall-informatika u għall-konvenji, u hija port li jilqa' l-bastimenti tal-kruċieri fir-reġjun tal-Karibew. Fil-25 ta' Ġunju 2011, "Bridgetown Storika u l-Gwarniġjon tagħha" tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Storja
Għalkemm il-gżira ġiet abbandunata għalkollox jew diżabitata mal-wasla tal-Brittaniċi, waħda mill-ftit traċċi ta' eżistenza indiġena qabilhom fuq il-gżira kien pont primittiv mibni fuq l-art bassasa ta' Careenage fil-qalba ta' Bridgetown. Kien maħsub li dan il-pont kien inħoloq minn poplu indiġenu tal-Karibew magħruf bħala t-Tainos. Malli sabu din l-istruttura, l-insedjaturi Brittaniċi bdew isejħu dik li issa hija ż-żona ta' Bridgetown bħala Indian Bridge (litteralment "Pont Indjan"). L-istudjużi b'mod wiesa' jemmnu li t-Tainos ħarbu minn Barbados u marru jgħixu fil-gżira ta' Saint Lucia fil-qrib, matul invażjoni mill-Kalinagos, poplu indiġenu ieħor tar-reġjun. Eventwalment, wara l-1654 meta nbena pont ġdid fl-inħawi ta' Careenage mill-Brittaniċi, iż-żona saret magħrufa bħala r-Raħal ta' Saint Michael u iktar 'il quddiem bħala Bridgetown, bħala ġieħ għal Sir .
Bridgetown hija l-unika belt li George Washington żar barra mill-Istati Uniti. Id-Dar ta' George Washington, id-dar fejn qagħad matul iż-żjara tiegħu, hija inkluża fi ħdan il-konfini taż-Żona Storika tal-Gwarniġjon. Tnejn mill-antenati ta' Washington, Jonathan u Gerrard Hawtaine, kienu sidien ta' pjantaġġuni bikrin fil-gżira. In-nanna tagħhom kienet minn Sulgrave, Northamptonshire, l-Ingilterra. Fl-2011, diversi binjiet storiċi f'Bridgetown ġew iddeżinjati bħala żona protetta mill-UNESCO.
Insedjament bikri
L-insedjament Brittaniku ta' Bridgetown beda nhar il-5 ta' Lulju 1628 taħt , li ġab miegħu 64 insedjatur lejn dawn l-artijiet li qabel kienu taħt is-sjieda ta' , il-Konti ta' Carlisle. Wolverstone kien intbagħad minn grupp ta' merkanti minn Londra, immexxija minn Sir . Kienu ngħataw kirja ta' 10,000 akru (4,000 ettaru) ta' art mill-Konti ta' Carlisle bħala saldu ta' dejn. Wolverstone ta 100 akru (40 ettaru) ta' art fit-Tramuntana ta' Careenage lil kull wieħed mill-insedjaturi bl-iskop ta' insedjament ġenerali. Ix-xatt tan-Nofsinhar fil-Punt ta' Needham ittieħed mill-aġenti ta' Carlisle f'Ottubru 1628. Fl-1631, bosta akri ta' art eżatt faċċata tal-Bajja ta' Carlisle għaddew taħt is-sjieda ta' , il-Gvernatur il-ġdid; iżda wara rapporti ta' mġiba diżonesta huwa ġie arrestat u ġie mġiegħel jirritorna lejn l-Ingilterra fl-1639. Investigazzjoni minn kummissjoni fl-1640 sabet li l-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-art ta' Hawley kienu leġittimi u kienu juru b'mod xieraq li dawn l-artijiet (inkluż is-sit tar-raħal) kienu attribwiti lill-Konti ta' Carlisle. Bridgetown inbniet b'konfigurazzjoni ta' toroq li tixbaħ lil dik tal-irħula tas-swieq jew Medjevali Ingliżi bikrin, bit-toroq dojoq u jserpu u bis-sqaqien. Huwa stmat li bejn l-1627 u l-1807, bejn wieħed u ieħor 387,000 skjav Afrikan intbagħtu lejn Barbados.
Minn raħal għal belt
Fl-1824, Barbados saret is-sede tad-Djoċesi Anglikana ta' Barbados u tal-Gżejjer Leeward. Il-Knisja Parrokkjali ta' San Mikiel saret katidral u Bridgetown saret belt. Fl-1842, Barbados, Trinidad u Tobago, Grenada, Saint Vincent u Saint Lucia ġew maqsuma fi djoċesi separati permezz ta' ittri rjali li stabbilew li r-Raħal ta' Bridgetown għandu jibda jissejjaħ il-Belt ta' Bridgetown.
Mill-1800 sal-1885, Bridgetown kienet is-sede prinċipali tal-gvern għall-eks kolonji Brittaniċi tal-Gżejjer Windward. Matul dan il-perjodu, il-gvernatur residenti ta' Barbados serva bħala l-kap kolonjali tal-Gżejjer Windward. Wara li l-gvern ta' Barbados ħareġ uffiċjalment mill-unjoni tal-Gżejjer Windward fl-1885, is-sede ġiet ittrasferita minn Bridgetown għal fil-gżira ta' Grenada.
F'Diċembru 1925, kumitat ipprova jagħmel petizzjoni kontra r-Re għal Karta Rjali ta' Inkorporazzjoni sabiex il-belt ikollha gvern lokali, u ppropona li jkun jikkonsistit minn sindku, tmien membri anzjani, 12-il kunsillier komuni, skrivan tal-belt, kap ta' distrett jew kuntistabbli kap, u uffiċjali oħra simili skont kif jitqies li jkun meħtieġ. Ġie propost ukoll li l-Kamra tal-Assemblea tal-gżira għandha tipprova tinkorpora l-belt minflok tuża Karta Rjali.
Din il-proposta ma ntlaqgħetx, iżda fl-1958 f'Barbados għadda l-Att dwar il-Gvern Lokali. Dan ipprovda amministrazzjoni separata għall-belt, b'sindku, sitt membri anzjani mill-belt u 12-il kunsillier tal-belt, erba' għal kull wieħed mit-tliet distretti tal-belt.
Fl-20 ta' Settembru 1960, il-Kulleġġ tal-Istemmi f'Londra ta l-istemma lill-Belt ta' Bridgetown. L-istemma ġiet iddisinjata minn , li dak iż-żmien kien id-direttur tal-Mużew u s-Soċjetà Storika ta' Barbados, u minn , is-Segretarju Onorarju tas-Soċjetà.
Il-gvern lokali f'Barbados ma damx wisq. F'April 1967, il-Kunsilli tal-Gvern Lokali ġew xolti u ġew sostitwiti b'Kummissarju Temporanju għall-Gvern Lokali. B'hekk, il-Korporazzjoni ta' Bridgetown ma baqgħetx teżisti iktar, u l-affarijiet kollha relatati magħha ġew depożitati kemm fid-Dipartiment tal-Arkivji tal-gvern kif ukoll fil-Mużew u fis-Soċjetà Storika ta' Barbados. Attwalment, Bridgetown u l-kostitwenzi tal-madwar huma amministrati minn membri parlamentari ta' Barbados.
Ġeografija u klima
Ġeografija
Kif stabbilit fil-bidu tas-seklu 17, iċ-ċentru ta' Bridgetown oriġinarjament kien magħmul minn art bassasa, li f'qasir żmien ġiet imbattla mill-ilma u mimlija bir-radam sabiex titwitta t-triq għall-iżvilupp bikri.
Konfini
L-iżjed konfini bikrin ta' Bridgetown jinsabu deskritti f'Att li għadda fl-4 ta' April 1660 bħala li "jipprevjenu l-perikli possibbli minħabba nirien fil-belt jew qrib l-irħula tal-port marittimu tal-gżira". Il-konfini tan-Nofsinhar ġie ddikjarat li kienet ix-Xmara (Careenage), filwaqt li l-limitu tal-Punent ġie ddikjarat li kien il-konfini tal-Punent kien iz-zuntier tal-Knisja ta' San Mikiel (issa ta' Santa Marija), li jestendi f'linja diretta sax-xatt tal-baħar. Il-limiti l-oħra tal-belt kienu jikkonsistu minn proprjetajiet ta' ċertu ċittadini msemija f'dan l-istatut, għalkemm il-pożizzjoni eżatta tagħhom attwalment ma tistax tiġi ddeterminata b'ċertezza. Il-konfini ma reġgħux ġew definiti qabel l-1822.
Permezz tal-Istrument Statutorju Nru 141 tal-1984, fl-Att dwar it-Traffiku fit-Toroq, fil-Kapitlu 295 imsejjaħ "Regolamenti tat-Traffiku fit-Toroq", u taħt l-Iskeda Sekondarja Nru 6 fejn il-Konfini ta' Bridgetown, , u huma kkwotati kif ġej: 1) "Il-Belt ta' Bridgetown" – "Bridgetown" – "Il-Belt":
Iż-żona kkonfinata mill-Awtostrada Nru 7 fil-limiti ta' Bay Street flimkien ma' Jemmotts Lane; imbagħad f'direzzjoni lejn il-Grigal u t-Tramuntana tul Jemmotts Lane, Martindales Road u Halls Road sal-limiti ta' Halls Road, esklużi t-toroq tal-konfini msemmija; imbagħad f'direzzjoni lejn il-Punent tul Tweedside Road u Roebuck Street sal-limiti ta' Country Road u Roebuck Street; imbagħad f'direzzjoni lejn it-Tramuntana, il-Punent u l-Lbiċ tul Country Road u Passage Road u Westbury Road sal-limiti ta' Westbury Road ma' President Kennedy Drive; imbagħad f'direzzjoni lejn in-Nofsinhar tul President Kennedy Drive sal-limiti ta' Samuel Jackman Prescod Boulevard, eskluż President Kennedy Drive; imbagħad f'direzzjoni lejn in-Nofsinhar u l-Punent tul Samuel Jackman Prescod Boulevard sal-limiti tal-Awtostrada tal-Prinċipessa Alice, eskluż Samuel Jackman Prescod Boulevard; imbagħad f'direzzjoni lejn il-Punent sa punt tul ix-xatt tal-baħar; imbagħad f'direzzjoni lejn ix-Xlokk tul ix-xatt tal-baħar sal-limiti ta' Bay Street u Jemmotts Lane. (traduzzjoni mhux uffiċjali).
Lil hinn mill-konfini deskritti hawn fuq, iż-żona estiża usa' taż-żona metropolitana ta' Bridgetown teknikament tokkupa l-biċċa l-kbira tal-parroċċa ta' Saint Michael, b'erja ta' madwar 39 km2 (15-il mil kwadru). Is-silta ta' hawn fuq mill-Att dwar it-Traffiku fit-Toroq tħalli barra wkoll il-biċċa l-kbira mid-90 akru ta' art ġdida ffurmata oriġinarjament bit-tlestija tal-Port ta' Bridgetown fl-1961.
Careenage
Fil-qalba ta' Bridgetown hemm ix-xmajjar ta' Careenage u tal-Kostituzzjoni. Careenage iktar milli xmara titqies bħala marina għad-dgħajjes li jidħlu u joħorġu mill-baċir intern li jinsab eżatt quddiem il-binjiet tal-Parlament ta' Barbados. Dan il-korp tal-ilma jipprovdi aċċess dirett għall-belt lill-jottijiet ta' daqs medju jew lid-dgħajjes rikreattivi żgħar. Għalkemm hija moderatament baxxa, il-marina ta' Careenage taqsam lil Bridgetown f'żewġ partijiet. Matul l-istaġun tax-xita, ix-xmara tal-Kostituzzjoni tfur fiż-żona ta' Careenage u sservi ta' żbokk għall-ilma min-network tal-ilma mormi u tax-xita mill-parti interna tal-pajjiż. Il-fluss tal-ilma jnixxi fil-Bajja ta' Carlisle tul il-kosta tal-Lbiċ tal-gżira.
Klima
Bridgetown għandha klima ta' savana tropikali (skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Aw), b'temperaturi relattivament kostanti matul is-sena kollha. Filwaqt li t-temperaturi jkunu pjuttost sħan, Bridgetown tiffriska kemxejn permezz tal-irjieħ prevalenti li jaffettwaw it-temp inġenerali f'Barbados. It-temperatura għolja rekord ta' Bridgetown hija 33.1 °C (91.6 °F) f'Settembru 2005 u t-temperatura baxxa rekord hija 16.5 °C (61.7 °F) fit-2 ta' Jannar 1984. Bridgetown għandha staġuni distinti tax-xita u tan-nixfa, bi staġun tax-xita relattivament twil u bi staġun tan-nixfa iqsar. L-istaġun tax-xita tal-pajjiż huwa minn Ġunju sa Diċembru, filwaqt li l-istaġun tan-nixfa huwa fil-kumplament tax-xhur.
Data klimatika għal Bridgetown (l-Ajruport Internazzjonali ta' Grantley Adams) 1991-2020, temp. estremi 1944-preżent | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 32.0 (89.6) | 31.2 (88.2) | 31.9 (89.4) | 32.6 (90.7) | 33.1 (91.6) | 32.7 (90.9) | 32.4 (90.3) | 35.0 (95.0) | 33.3 (91.9) | 33.3 (91.9) | 33.3 (91.9) | 31.3 (88.3) | 35.0 (95.0) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 29.1 (84.4) | 29.2 (84.6) | 29.7 (85.5) | 30.2 (86.4) | 30.6 (87.1) | 30.7 (87.3) | 30.7 (87.3) | 30.9 (87.6) | 31.0 (87.8) | 30.8 (87.4) | 30.3 (86.5) | 29.6 (85.3) | 30.2 (86.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 26.0 (78.8) | 25.9 (78.6) | 26.3 (79.3) | 27.0 (80.6) | 27.7 (81.9) | 27.8 (82.0) | 27.8 (82.0) | 27.9 (82.2) | 27.9 (82.2) | 27.7 (81.9) | 27.2 (81.0) | 26.6 (79.9) | 27.2 (80.9) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 23.3 (73.9) | 23.0 (73.4) | 23.4 (74.1) | 24.2 (75.6) | 25.0 (77.0) | 25.2 (77.4) | 25.1 (77.2) | 24.8 (76.6) | 24.8 (76.6) | 24.7 (76.5) | 24.5 (76.1) | 23.9 (75.0) | 24.3 (75.8) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | 16.5 (61.7) | 18.0 (64.4) | 17.4 (63.3) | 19.0 (66.2) | 19.4 (66.9) | 20.0 (68.0) | 19.3 (66.7) | 19.1 (66.4) | 20.6 (69.1) | 20.6 (69.1) | 18.0 (64.4) | 17.4 (63.3) | 16.5 (61.7) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 68.1 (2.68) | 41.7 (1.64) | 38.9 (1.53) | 58.1 (2.29) | 74.1 (2.92) | 101.2 (3.98) | 121.5 (4.78) | 150.6 (5.93) | 162.6 (6.40) | 179.6 (7.07) | 172.6 (6.80) | 91.0 (3.58) | 1,260 (49.6) |
Medja ta' jiem bix-xita | 11 | 9 | 8 | 8 | 8 | 11 | 15 | 16 | 13 | 15 | 14 | 11 | 139 |
Umdità relattiva medja (%) | 77 | 76 | 75 | 76 | 77 | 79 | 80 | 81 | 81 | 82 | 82 | 78 | 79 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 263.5 | 248.6 | 272.8 | 261.0 | 263.5 | 225.0 | 251.1 | 260.4 | 234.0 | 238.7 | 228.0 | 254.2 | 3,000.8 |
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum | 8.5 | 8.8 | 8.8 | 8.7 | 8.5 | 7.5 | 8.1 | 8.4 | 7.8 | 7.7 | 7.6 | 8.2 | 8.2 |
Sors: Meteo Climat (record highs and lows) |
Il-belt
Fiċ-ċentru tal-belt hemm it-triq prinċipali ta' Bridgetown li hija Broad Street (it-Triq il-Wiesgħa) li tgħaddi direttament tul nofs il-belt. Din it-triq tgħaddi qrib il-binjiet tal-Parlament u sservi bħala ċ-ċentru taż-żona tal-ħwienet tal-belt.
Arterja ewlenija oħra għat-traffiku lejn il-belt hija Bay Street, li tagħti għall-Awtostrada Nru 7 u twassal sal-Kosta tan-Nofsinhar ta' Barbados u sal-Parroċċa ta' Christ Church. Hemm ukoll toroq notevoli oħra fil-belt ta' Bridgetown, fosthom:
- Swan Street – bi dritt Broad Street, lejn it-Tramuntana.
- Roebuck Street – li twassal sal-Park tar-Reġina lejn it-Tramuntana, u l-Lvant ta' Swan Street.
- Tudor Street – li tgħaddi mit-Tramuntana, taqsam minn Swan Street u tibqa' sejra b'mod perpendikolari ma' Broad Street.
- L-Awtostrada tal-Ġnien tar-Rebbiegħa, li tinsab fil-Punent tal-belt, u tospita iktar minn 85,000 persuna, bejn udjenza u parteċipanti, fil-Parata Grandjuża tal- ta' Kadooment.
Kwartieri
- Belleville
- Cat's Castle
- Cheapside
- Fontabelle
- Garden Land
- New Orleans
- Pinelands
- Strathclyde
- Weymouth
- Whitepark
Attrazzjonijiet
- Pjazza l-Eroj Nazzjonali (li qabel kienet Pjazza Trafalgar) u l-Ġnien tal-Funtana
- Pjazza Indipendenza u l-Ħnejja tal-Indipendenza
- Il-Funtana ta' Montefiore
- Il-binjiet tal-Parlament ta' Barbados
- Il-Knisja-Katidral ta' San Mikiel u tal-Anġli Kollha
- Il-Knisja Anglikana ta' Santa Marija
- Il-Katidral Kattoliku Ruman ta' San Patrizju
- Is-Sinagoga ta' Nidhe Israel
- Il-Villaġġ tal-Pelikani u ċ-Ċentru tal-Artiġjanat
- Il-Park tar-Reġina
- Il-Mużew ta' Barbados
- Kensington Oval (il-post fejn saret il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Cricket fl-2007)
- Il-Bajja bir-ramael ta' Carlisle
- Is-suq ta' Cheapside
- Il-Kumpless Finanzjarju ta' Tom Adams
- Is-Sala tal-Arti tal-Ispettaklu ta' Frank Collymore
- Il-Pjazza tal-Katidral
- L-Istabbiliment Kummerċjali ta' Cave Shepherd (10, Broad Street)
- Il-Mutual Building (in-naħa t'isfel ta' Broad Street)
- Il-Ġonna ta' Cheapside
- Pjazza Sagicor
- Is-Savana u ż-Żona Storika Nazzjonali tal-Gwarniġjon
- Il-Lukanda tal-Hilton
- Il-Villa ta' Martineau
- Il-Kumpless tal-Iżvilupp ta' Pierhead
Port
Il-Port ta' Bridgetown (magħruf ukoll bħala "Deep Water Harbour") huwa l-port il-kbir tad-dħul għall-bastimenti tal-kruċieri u tal-merkanzija li jirmiġġaw f'Barbados. Il-port jinsab ftit 'il bogħod mill-Bajja ta' Carlisle Bay lejn il-Majjistral tal-Kanal ta' Careenage. Jinsab tul l-Awtostrada tal-Prinċipessa Alice u fil-Punent taċ-ċentru tal-belt fl-inħawi ta' Fontabelle.
Dan il-port huwa wieħed miċ-ċentri ewlenin tat-trasport marittimu u tat-trażbord minn portijiet internazzjonali għal-Lvant kollu tal-Karibew. Dan l-aħħar, sar proġett ta' tkarkir fil-Port ta' Bridgetown sabiex jiġi żgurat aċċess u rmiġġ sikur għall-bastimenti ġodda tas-superkruċieri. Dan il-proġett ta' tkarkir tlesta fl-2002 u l-belt issa tista' tospita bosta mill-ikbar bastimenti tal-kruċieri fid-dinja.
Mill-port ta' Bridgetown tgħaddi wkoll il-merkanzija għall-ħtiġijiet domestiċi tal-gżira. L-esportazzjoni prinċipali tal-gżira hija fil-biċċa l-kbira prodotti agrikoli li wkoll jużaw il-faċilitajiet tal-port.
Bridgetown għandha wkoll kanal iżgħar fiċ-ċentru tal-belt imsemmi Careenage, magħruf ukoll bħala x-xmara tal-Kostituzzjoni. Ma għandhiex issir konfużjoni bejn ix-xmara tal-Kostituzzjoni u l-Port ta' Barbados. Ix-xmara tal-Kostituzzjoni hija ferm iżgħar u tagħti għall-kosta tal-Punent madwar nofs kilometru fin-Nofsinhar tal-port il-kbir. Il-Kanal ta' Careenage jiflaħ jilqa' dgħajjes rikreattivi jew tas-sajd u għandu żewġ pontijiet prinċipali qrib iċ-ċentru tal-belt min-naħa għall-oħra tal-kanal.
Sit ta' Wirt Dinji
Bridgetown Storika u l-Gwarniġjon tagħha ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Soċjetà u kultura
Bridgetown isservi bħala ċentru prinċipali tal-attività kummerċjali ta' Barbados, kif ukoll bħala ċentru għas-sistema tat-trasport pubbliku tal-gżira. Ħafna mill-ministeri u mid-dipartimenti tal-gvern tal-gżira jinsabu fi ħdan iż-żona estiża ta' Bridgetown. Il-binjiet pubbliċi jew tal-Parlament, li jinsabu fil-qalba tal-belt fit-Tramuntana ta' Pjazza l-Eroj Nazzjonali, jospitaw it-tielet l-eqdem parlament kontinwu fil-Commonwealth Brittanika. Tabilħaqq, f'mument partikolari fl-istorja bikrija tal-belt, Bridgetown kienet l-iżjed belt importanti tat-territorji Brittaniċi kollha fid-Dinja l-Ġdida minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-Lvant tal-Karibew.
Is-sede tas-Servizz tal-Librerija Nazzjonali ta' Barbados jinsab f'Bridgetown. Il-fergħa prinċipali tinsab f'Coleridge Street, f'binja tal-ġebel u tal-qroll, li nbniet bl-istil tar-Rinaxximent Ingliż.
Għal belt tad-daqs tagħha, iż-żona estiża ta' Bridgetown tospita diversi istituzzjonijiet edukattivi prestiġjużi. Il-belt isservi bħala s-sede ta' wieħed mit-tliet kampusijiet tal-Università tal-Indji tal-Punent fis-subborg tat-Tramuntana ta' Cave Hill. Il-kampus jinsab fuq għolja b'veduti panoramiċi ta' Bridgetown u tal-port tagħha. Il-Kulleġġ tal-Komunità ta' Barbados jinsab tliet mili (ħames kilometri) fil-Lvant tad-Distrett Ċentrali tan-Negozju f'subborg magħruf bħala "The Ivy" (litteralment "Il-Liedna"), filwaqt li l-kampus il-kbir tal-Istituzzjoni Politeknika ta' Samuel Jackman Prescod jinsab kemm kemm lil hinn mil-limiti tal-Lvant tal-belt f'subborg magħruf bħala "The Pine" (litteralment "L-Arżnu"). Barra minn hekk, il-belt tospita skejjel sekondarji distinti bħall-Kulleġġ ta' Harrison, Combermere u l-Iskola ta' San Mikiel. L-Iskola tal-Mediċina tal-Università Amerikana ta' Barbados, li tinsab fiż-żona ta' Wildey tal-Parroċċa ta' Saint Michael, tinsab bejn wieħed u ieħor erba' kilometri fil-Lvant ta' Bridgetown, fil-fruntiera mal-Parroċċa ta' Christ Church.
Il-belt ta' Bridgetown ospitat ukoll il-Konferenza Globali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Istati li huma wkoll Gżejjer Żgħar. Bridgetown għandha fergħat ta' wħud mill-ikbar banek fid-dinja u fil-Karibew fejn jiġi mitkellem l-Ingliż, u hija rikonoxxuta b'mod internazzjonali bħala domiċilju finanzjarju emerġenti. Il-belt sarilha żvilupp mill-ġdid konsiderevoli fit-tħejjija għall-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Cricket fl-2007 li saru fil-Kensington Oval storiku. L-istadjum ġie rinnovat għal faċilità mill-aqwa li takkomoda 30,000 spettatur. Ġie stmat li l-ispettaturi f'ħin reali għall-avveniment tal-2007 qabżu l-100 miljun persuna madwar id-dinja.
Servizzi bażiċi u lokali
Attwalment, Bridgetown hija belt moderna u prosperuża, b'aċċess għal bosta servizzi moderni, inkluż provvista tal-ilma mill-katusi (li jingħad li tipprovdi fost l-iżjed ilma safi fid-dinja), elettriku, provvista tal-gass naturali, telekomunikazzjoni l-iktar avvanzata, servizzi bla fili, kafetteriji bis-servizzi tal-internet, u infrastruttura kumplessiva tajba. Il-belt hija moqdija wkoll minn faċilità impressjonanti għall-konferenzi magħrufa bħala ċ-Ċentru tal-Konferenzi ta' Sherbourne.
- Elettriku – Barbados Light and Power Company Ltd. (BL&P)
- Gass Naturali – Korporazzjoni Nazzjonali tal-Petroleum
- Ilma – Awtorità tal-Ilma ta' Barbados (BWA)
- Telekomunikazzjoni – Digicel, FLOW u WIISCOM
- Televiżjoni – CBC TV 8, Multi-Choice TV (Barbados) u DirecTV
- Radju – għadd ta' stazzjonijiet tar-radju f'Barbados
- Mezzi tax-xandir ta' Barbados.
Ekonomija
Il-prodotti prinċipali tal-esportazzjoni ta' Barbados huma z-zokkor, ir-rum u l-melassi. Il-gżira hija involuta wkoll f'industriji oħra, fosthom it-turiżmu u s-settur offshore.
Borża
- Il-Barbados Stock Exchange (BSE) hija l-Borża tal-belt ta' Bridgetown bit-titoli ta' kumpaniji ta' Barbados u tal-Karibew.
Negozju u affarijiet ġenerali
Negozju: il-banek ikunu miftuħin mit-08:00 sat-15:00 mit-Tnejn sal-Ħamis, u mit-08:00 sal-17:00 nhar ta' Ġimgħa.
Il-banek prinċipali huma:
- Bank of Nova Scotia,
- Republic Bank,
- Canadian Imperial Bank of Commerce (CIBC) (see FirstCaribbean International Bank),
- First Citizens, u
- Royal Bank of Canada (RBC).
L-ATMs biex wieħed jiġbed u jiddepożita l-flus huma disponibbli.
Il-ħwienet jiftħu kif ġej:
- mit-08:00 sas-18:00 matul il-ġimgħa u
- mit-08:00 sa 12:00 nhar ta' Sibt.
Il-kards tal-pagamenti huma aċċettati f'bosta postijiet.
Elettriku: 115-il volt AC, 50 ċiklu. Il-biċċa l-kbira tal-lukandi għandhom 220 volt AC.
Telekomunikazzjoni: il-prefiss internazzjonali għal Barbados huwa +1246 segwit minn seba' numri. Fil-gżira wieħed għandu juża s-seba' numri biss mingħajr il-prefiss. Fil-gżira, biex wieħed iċempel numru tal-Istati Uniti jew tal-Kanada, għandu juża l-prefiss +1 (kodiċi taż-żona) u seba' numri oħra.
Numri ta' emerġenza: Pulizija: 211 (emerġenzi biss), Tifi tan-Nar: 311, Ambulanza: 511, Gwardja tal-Kosta u Forza tad-Difiża: +1.246.427.8819.
Trasport
Il-belt għandha aċċess għal titjiriet kuljum mill-ajruport tal-gżira, l-Ajruport Internazzjonali ta' Sir Grantley Adams (GAIA) li jinsab tul l-Awtostrada ABC/Nru 7 f'Seawell, Christ Church. Il-belt ta' Bridgetown u ta' New York fl-Istati Uniti kienu l-uniċi bliet fl-emisferu tal-Punent li kienu moqdija minn titjiriet skedati regolarment bil-Concorde mill-British Airways. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Barbados intgħażel bħala wieħed mill-erba' siti globali għall-wiri ta' dan l-inġenju tal-ajru supersoniku li ma baqax jintuża iktar. L-ajruport jinsab fl-istadji finali ta' proġett ta' tkabbir, li se jinkludi wkoll il-kostruzzjoni ta' mużew tal-avjazzjoni li se jospita wieħed minn dawn l-inġenji tal-ajru.
Is-seba' awtostradi primarji ta' Barbados jibdew qrib il-belt ta' Bridgetown, fil-Parroċċa ta' Saint Michael. Kollha jinfirxu qishom imrewħa lejn it-Tramuntana, in-Nofsinhar u l-Lvant sa partijiet oħra tal-gżira. Is-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug tat-triq b'limitu tal-veloċità ta' 60 km/h (37 mph) fiż-żoni mibnija. Il-limitu tal-veloċità fl-Awtostrada ABC ġeneralment huwa 80 km/h (50 mph) għajr fiż-żoni mibnija. It-trasport fuq l-ilma huwa rregolat mill-Awtorità tal-Port ta' Barbados.
Karozzi tal-linja pubbliċi
Il-karozzi tal-linja pubbliċi li jmorru fit-Tramuntana lejn destinazzjoni bħal Holetown u Speightstown, u lejn xi lokalitajiet f'Saint Michael inkluż il-kampus ta' Cave Hill tal-Università tal-Indji tal-Punent, jitilqu mill-Venda tal-Karozzi tal-Linja tal-Prinċipessa Alice li tinsab fil-Punent taċ-ċentru tal-belt. Il-karozzi tal-linja li jmorru fil-Lvant u fin-Nofsinhar jitilqu mill-Venda tal-Karozzi tal-Linja ta' Fairchild Street, li tinsab fil-Lvant taċ-ċentru tal-belt, ħdejn l-Isptar tar-Reġina Eliżabetta.
Taksis tar-rotta
It-taksis tar-rotta huma vannijiet żgħar b'sjieda privata li joperaw bħala taksis minn post għall-ieħor jew għal jum sħiħ mit-turisti.
Ġemellaġġ
Bridgetown hija ġemellata ma':
- Bridgetown, Nova Scotia, il-Kanada (mid-9 ta' Lulju 2004);
- Wilmington, North Carolina, l-Istati Uniti (mit-28 ta' Ġunju 2004).
Nies notevoli
- Jofra Archer, plejer tal-cricket;
- Stede Bonnet, pirata, xi kultant imsejjaħ "Il-Pirata Ġentlom";
- Richard Clement Moody, il-fundatur ta' British Columbia;
- Gilbert Elliott (1870–mhux magħruf), plejer tal-cricket;
- Anthony Forde, plejer tad-darts;
- Grandmaster Flash, rapper;
- Orlando Greene, atleta tal-ġiri Olimpiku;
- Dawn-Marie Layne, plejer tal-cricket;
- Zane Maloney, sewwieq tal-karozzi tat-tlielaq u ċampjin Brittaniku tal-F4 fl-2019;
- Malcolm Marshall, plejer tal-cricket;
- Jackie Opel, akkreditat bħala ħallieq tal-ġeneru mużikali sperimentali sinkopali msejjaħ Spouge.
- , kantanta/kantawtriċi;
- Kyffin Simpson, sewwieq tal-karozzi tat-tlielaq u ċampjin tal-Formula Reġjonali tal-Amerki fl-2021;
- Sir Garfield Sobers, plejer tal-cricket;
- Sir Clyde Walcott, plejer tal-cricket;
- Sir Everton Weekes, plejer tal-cricket;
- Sir Frank Worrell, plejer tal-cricket;
- Dame Sandra Mason, l-ewwel President ta' Barbados.
Referenzi
- ^ "Trinicenter.com - Dr. Kwame Nantambu - W.I. Federation: Failure From the Start". www.trinicenter.com. Miġbur 2023-02-14.
- ^ Kasperson, Roger E.; Minghi, Julian V. (2011). "Decision Making". The Structure of Political Geography. New Brunswick, NJ: Transaction Publishers. pp. 350–365. ISBN 978-1-4128-1854-4.
- ^ Lewis, Gordon K. (2004). The Growth of the Modern West Indies. pp. 350–365. ISBN 976-637-171-7.
- ^ "The Barbados Advocate - Barbados makes the list!". web.archive.org. 2012-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-26. Miġbur 2023-02-14.
- ^ "Caribbean Broadcasting Corporation – The most credible news source in Barbados" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-14.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Bridgetown and its Garrison". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-14.
- ^ "The Barbados Advocate - Guard our heritage". web.archive.org. 2012-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-26. Miġbur 2023-02-14.
- ^ Alleyne, Warren (1978). "I "The Beginning"". Historic Bridgetown. The Barbados National Trust. pp. 7, 8.
- ^ "Page 2631 | Issue 20146, 30 September 1842 | London Gazette | The Gazette". www.thegazette.co.uk. Miġbur 2023-02-14.
- ^ Alleyne, Warren (1978). Historic Bridgetown. Barbados: The Barbados National Trust.
- ^ "Consultation". web.archive.org. 2018-02-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-18. Miġbur 2023-02-14.
- ^ "Barbados Weather and Climate". barbados.org. Miġbur 2023-02-14.
- ^ "ICC Cricket World Cup draws record viewership". web.archive.org. 2011-08-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-08-28. Miġbur 2023-02-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Sister Cities". www.scawilmington.org. Miġbur 2023-02-14.
- ^ Fox, Scarlett. "Newsome Coach Orlando Greene: From Caribbean To Olympian". flrunners.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-14.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bridgetown, X'inhi Bridgetown? Xi tfisser Bridgetown?
Bridgetown UN LOCODE BB BGI hija l belt kapitali u l ikbar belt ta Barbados Qabel magħrufa bħala r raħal ta San Mikiel bl Ingliz The Town of Saint Michael iz zona estiza ta Bridgetown tinsab fi ħdan il parroċċa ta Saint Michael Bridgetown xi kultant tissejjaħ lokalment bħala l belt izda l izjed referenza komuni hija sempliċement ir raħal Mill 2014 il popolazzjoni metropolitana tagħha tammonta għal madwar 110 000 ruħ Bridgetown BarbadosAmministrazzjoniParish of BarbadosSaint Michael en Isem uffiċjali BridgetownIsmijiet oriġinali BridgetownĠeografijaKoordinati 13 05 51 N 59 37 00 W 13 0975 N 59 6167 W 13 0975 59 6167 Koordinati 13 05 51 N 59 37 00 W 13 0975 N 59 6167 W 13 0975 59 6167BridgetownBridgetown Barbados Superfiċjenti 38 849 821 metru kwadruGħoli 1 mDemografijaPopolazzjoni 110 000 abitanti 2014 Informazzjoni oħraFondazzjoni 1628bliet ġemellati mul Bridgetown en u en barbados org Il port ta Bridgetown jinsab tul il Bajja ta Carlisle 13 106 N 59 632 W fil kosta tal Lbiċ tal gzira Partijiet miz zona estiza ta Bridgetown bejn wieħed u ieħor dik madwar ir Ring Road Bypass magħrufa aħjar bħala l Awtostrada ABC jinsabu qrib il konfini tal parroċċi ġirien ta Christ Church u Saint James L Ajruport Internazzjonali ta għall Barbados jinsab 16 il kilometru 10 mili fix Xlokk taċ ċentru tal belt ta Bridgetown u jopera titjiriet kuljum lejn bliet ewlenin fir Renju Unit fl Istati Uniti fil Kanada u fil Karibew Ma għadx hemm gvern muniċipali lokali izda hija kostitwenza tal parlament nazzjonali Matul is snin 50 u 60 tas seklu 20 bħala parti mill Federazzjoni tat Territorji Brittaniċi tal Indji tal Punent Bridgetown kienet waħda minn tliet bliet kapitali fi ħdan ir reġjun li kienu meqjusa bħala bliet kapitali federali tar reġjun Il pozizzjoni attwali fejn tinsab il belt ġiet stabbilita mill insedjaturi Brittaniċi fl 1628 insedjament preċedenti taħt l awtorita ta Sir kien jinsab fir raħal ta Saint James Bridgetown hija destinazzjoni turistika ewlenija fl Indji tal Punent u l belt hija ċentru importanti għall finanzi għall informatika u għall konvenji u hija port li jilqa l bastimenti tal kruċieri fir reġjun tal Karibew Fil 25 ta Ġunju 2011 Bridgetown Storika u l Gwarniġjon tagħha tnizzlu bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO StorjaL istatwa ta Lord Nelson f Bridgetown Barbados fl 1848 din l istatwa tneħħiet fl 2020 Għalkemm il gzira ġiet abbandunata għalkollox jew dizabitata mal wasla tal Brittaniċi waħda mill ftit traċċi ta ezistenza indiġena qabilhom fuq il gzira kien pont primittiv mibni fuq l art bassasa ta Careenage fil qalba ta Bridgetown Kien maħsub li dan il pont kien inħoloq minn poplu indiġenu tal Karibew magħruf bħala t Tainos Malli sabu din l istruttura l insedjaturi Brittaniċi bdew isejħu dik li issa hija z zona ta Bridgetown bħala Indian Bridge litteralment Pont Indjan L istudjuzi b mod wiesa jemmnu li t Tainos ħarbu minn Barbados u marru jgħixu fil gzira ta Saint Lucia fil qrib matul invazjoni mill Kalinagos poplu indiġenu ieħor tar reġjun Eventwalment wara l 1654 meta nbena pont ġdid fl inħawi ta Careenage mill Brittaniċi iz zona saret magħrufa bħala r Raħal ta Saint Michael u iktar il quddiem bħala Bridgetown bħala ġieħ għal Sir Bridgetown hija l unika belt li George Washington zar barra mill Istati Uniti Id Dar ta George Washington id dar fejn qagħad matul iz zjara tiegħu hija inkluza fi ħdan il konfini taz Zona Storika tal Gwarniġjon Tnejn mill antenati ta Washington Jonathan u Gerrard Hawtaine kienu sidien ta pjantaġġuni bikrin fil gzira In nanna tagħhom kienet minn Sulgrave Northamptonshire l Ingilterra Fl 2011 diversi binjiet storiċi f Bridgetown ġew iddezinjati bħala zona protetta mill UNESCO Insedjament bikri Bridgetown Barbados fl 1848 L insedjament Brittaniku ta Bridgetown beda nhar il 5 ta Lulju 1628 taħt li ġab miegħu 64 insedjatur lejn dawn l artijiet li qabel kienu taħt is sjieda ta il Konti ta Carlisle Wolverstone kien intbagħad minn grupp ta merkanti minn Londra immexxija minn Sir Kienu ngħataw kirja ta 10 000 akru 4 000 ettaru ta art mill Konti ta Carlisle bħala saldu ta dejn Wolverstone ta 100 akru 40 ettaru ta art fit Tramuntana ta Careenage lil kull wieħed mill insedjaturi bl iskop ta insedjament ġenerali Ix xatt tan Nofsinhar fil Punt ta Needham ittieħed mill aġenti ta Carlisle f Ottubru 1628 Fl 1631 bosta akri ta art ezatt faċċata tal Bajja ta Carlisle għaddew taħt is sjieda ta il Gvernatur il ġdid izda wara rapporti ta mġiba dizonesta huwa ġie arrestat u ġie mġiegħel jirritorna lejn l Ingilterra fl 1639 Investigazzjoni minn kummissjoni fl 1640 sabet li l biċċa l kbira tat tranzazzjonijiet tal art ta Hawley kienu leġittimi u kienu juru b mod xieraq li dawn l artijiet inkluz is sit tar raħal kienu attribwiti lill Konti ta Carlisle Bridgetown inbniet b konfigurazzjoni ta toroq li tixbaħ lil dik tal irħula tas swieq jew Medjevali Inglizi bikrin bit toroq dojoq u jserpu u bis sqaqien Huwa stmat li bejn l 1627 u l 1807 bejn wieħed u ieħor 387 000 skjav Afrikan intbagħtu lejn Barbados Minn raħal għal belt L istemma ta Bridgetown Fl 1824 Barbados saret is sede tad Djoċesi Anglikana ta Barbados u tal Gzejjer Leeward Il Knisja Parrokkjali ta San Mikiel saret katidral u Bridgetown saret belt Fl 1842 Barbados Trinidad u Tobago Grenada Saint Vincent u Saint Lucia ġew maqsuma fi djoċesi separati permezz ta ittri rjali li stabbilew li r Raħal ta Bridgetown għandu jibda jissejjaħ il Belt ta Bridgetown Mill 1800 sal 1885 Bridgetown kienet is sede prinċipali tal gvern għall eks kolonji Brittaniċi tal Gzejjer Windward Matul dan il perjodu il gvernatur residenti ta Barbados serva bħala l kap kolonjali tal Gzejjer Windward Wara li l gvern ta Barbados ħareġ uffiċjalment mill unjoni tal Gzejjer Windward fl 1885 is sede ġiet ittrasferita minn Bridgetown għal fil gzira ta Grenada F Diċembru 1925 kumitat ipprova jagħmel petizzjoni kontra r Re għal Karta Rjali ta Inkorporazzjoni sabiex il belt ikollha gvern lokali u ppropona li jkun jikkonsistit minn sindku tmien membri anzjani 12 il kunsillier komuni skrivan tal belt kap ta distrett jew kuntistabbli kap u uffiċjali oħra simili skont kif jitqies li jkun meħtieġ Ġie propost ukoll li l Kamra tal Assemblea tal gzira għandha tipprova tinkorpora l belt minflok tuza Karta Rjali Din il proposta ma ntlaqgħetx izda fl 1958 f Barbados għadda l Att dwar il Gvern Lokali Dan ipprovda amministrazzjoni separata għall belt b sindku sitt membri anzjani mill belt u 12 il kunsillier tal belt erba għal kull wieħed mit tliet distretti tal belt Fl 20 ta Settembru 1960 il Kulleġġ tal Istemmi f Londra ta l istemma lill Belt ta Bridgetown L istemma ġiet iddisinjata minn li dak iz zmien kien id direttur tal Muzew u s Soċjeta Storika ta Barbados u minn is Segretarju Onorarju tas Soċjeta Il gvern lokali f Barbados ma damx wisq F April 1967 il Kunsilli tal Gvern Lokali ġew xolti u ġew sostitwiti b Kummissarju Temporanju għall Gvern Lokali B hekk il Korporazzjoni ta Bridgetown ma baqgħetx tezisti iktar u l affarijiet kollha relatati magħha ġew depozitati kemm fid Dipartiment tal Arkivji tal gvern kif ukoll fil Muzew u fis Soċjeta Storika ta Barbados Attwalment Bridgetown u l kostitwenzi tal madwar huma amministrati minn membri parlamentari ta Barbados Ġeografija u klimaĠeografija Kif stabbilit fil bidu tas seklu 17 iċ ċentru ta Bridgetown oriġinarjament kien magħmul minn art bassasa li f qasir zmien ġiet imbattla mill ilma u mimlija bir radam sabiex titwitta t triq għall izvilupp bikri Konfini L izjed konfini bikrin ta Bridgetown jinsabu deskritti f Att li għadda fl 4 ta April 1660 bħala li jipprevjenu l perikli possibbli minħabba nirien fil belt jew qrib l irħula tal port marittimu tal gzira Il konfini tan Nofsinhar ġie ddikjarat li kienet ix Xmara Careenage filwaqt li l limitu tal Punent ġie ddikjarat li kien il konfini tal Punent kien iz zuntier tal Knisja ta San Mikiel issa ta Santa Marija li jestendi f linja diretta sax xatt tal baħar Il limiti l oħra tal belt kienu jikkonsistu minn proprjetajiet ta ċertu ċittadini msemija f dan l istatut għalkemm il pozizzjoni ezatta tagħhom attwalment ma tistax tiġi ddeterminata b ċertezza Il konfini ma reġgħux ġew definiti qabel l 1822 Permezz tal Istrument Statutorju Nru 141 tal 1984 fl Att dwar it Traffiku fit Toroq fil Kapitlu 295 imsejjaħ Regolamenti tat Traffiku fit Toroq u taħt l Iskeda Sekondarja Nru 6 fejn il Konfini ta Bridgetown u huma kkwotati kif ġej 1 Il Belt ta Bridgetown Bridgetown Il Belt Iz zona kkonfinata mill Awtostrada Nru 7 fil limiti ta Bay Street flimkien ma Jemmotts Lane imbagħad f direzzjoni lejn il Grigal u t Tramuntana tul Jemmotts Lane Martindales Road u Halls Road sal limiti ta Halls Road eskluzi t toroq tal konfini msemmija imbagħad f direzzjoni lejn il Punent tul Tweedside Road u Roebuck Street sal limiti ta Country Road u Roebuck Street imbagħad f direzzjoni lejn it Tramuntana il Punent u l Lbiċ tul Country Road u Passage Road u Westbury Road sal limiti ta Westbury Road ma President Kennedy Drive imbagħad f direzzjoni lejn in Nofsinhar tul President Kennedy Drive sal limiti ta Samuel Jackman Prescod Boulevard eskluz President Kennedy Drive imbagħad f direzzjoni lejn in Nofsinhar u l Punent tul Samuel Jackman Prescod Boulevard sal limiti tal Awtostrada tal Prinċipessa Alice eskluz Samuel Jackman Prescod Boulevard imbagħad f direzzjoni lejn il Punent sa punt tul ix xatt tal baħar imbagħad f direzzjoni lejn ix Xlokk tul ix xatt tal baħar sal limiti ta Bay Street u Jemmotts Lane traduzzjoni mhux uffiċjali Lil hinn mill konfini deskritti hawn fuq iz zona estiza usa taz zona metropolitana ta Bridgetown teknikament tokkupa l biċċa l kbira tal parroċċa ta Saint Michael b erja ta madwar 39 km2 15 il mil kwadru Is silta ta hawn fuq mill Att dwar it Traffiku fit Toroq tħalli barra wkoll il biċċa l kbira mid 90 akru ta art ġdida ffurmata oriġinarjament bit tlestija tal Port ta Bridgetown fl 1961 Careenage Fil qalba ta Bridgetown hemm ix xmajjar ta Careenage u tal Kostituzzjoni Careenage iktar milli xmara titqies bħala marina għad dgħajjes li jidħlu u joħorġu mill baċir intern li jinsab ezatt quddiem il binjiet tal Parlament ta Barbados Dan il korp tal ilma jipprovdi aċċess dirett għall belt lill jottijiet ta daqs medju jew lid dgħajjes rikreattivi zgħar Għalkemm hija moderatament baxxa il marina ta Careenage taqsam lil Bridgetown f zewġ partijiet Matul l istaġun tax xita ix xmara tal Kostituzzjoni tfur fiz zona ta Careenage u sservi ta zbokk għall ilma min network tal ilma mormi u tax xita mill parti interna tal pajjiz Il fluss tal ilma jnixxi fil Bajja ta Carlisle tul il kosta tal Lbiċ tal gzira Klima Bridgetown għandha klima ta savana tropikali skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Aw b temperaturi relattivament kostanti matul is sena kollha Filwaqt li t temperaturi jkunu pjuttost sħan Bridgetown tiffriska kemxejn permezz tal irjieħ prevalenti li jaffettwaw it temp inġenerali f Barbados It temperatura għolja rekord ta Bridgetown hija 33 1 C 91 6 F f Settembru 2005 u t temperatura baxxa rekord hija 16 5 C 61 7 F fit 2 ta Jannar 1984 Bridgetown għandha staġuni distinti tax xita u tan nixfa bi staġun tax xita relattivament twil u bi staġun tan nixfa iqsar L istaġun tax xita tal pajjiz huwa minn Ġunju sa Diċembru filwaqt li l istaġun tan nixfa huwa fil kumplament tax xhur Data klimatika għal Bridgetown l Ajruport Internazzjonali ta Grantley Adams 1991 2020 temp estremi 1944 prezent Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 32 0 89 6 31 2 88 2 31 9 89 4 32 6 90 7 33 1 91 6 32 7 90 9 32 4 90 3 35 0 95 0 33 3 91 9 33 3 91 9 33 3 91 9 31 3 88 3 35 0 95 0 Temp għolja medja f C F 29 1 84 4 29 2 84 6 29 7 85 5 30 2 86 4 30 6 87 1 30 7 87 3 30 7 87 3 30 9 87 6 31 0 87 8 30 8 87 4 30 3 86 5 29 6 85 3 30 2 86 4 Temp medja ta kuljum f C F 26 0 78 8 25 9 78 6 26 3 79 3 27 0 80 6 27 7 81 9 27 8 82 0 27 8 82 0 27 9 82 2 27 9 82 2 27 7 81 9 27 2 81 0 26 6 79 9 27 2 80 9 Temp baxxa medja f C F 23 3 73 9 23 0 73 4 23 4 74 1 24 2 75 6 25 0 77 0 25 2 77 4 25 1 77 2 24 8 76 6 24 8 76 6 24 7 76 5 24 5 76 1 23 9 75 0 24 3 75 8 Temp baxxa rekord f C F 16 5 61 7 18 0 64 4 17 4 63 3 19 0 66 2 19 4 66 9 20 0 68 0 19 3 66 7 19 1 66 4 20 6 69 1 20 6 69 1 18 0 64 4 17 4 63 3 16 5 61 7 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 68 1 2 68 41 7 1 64 38 9 1 53 58 1 2 29 74 1 2 92 101 2 3 98 121 5 4 78 150 6 5 93 162 6 6 40 179 6 7 07 172 6 6 80 91 0 3 58 1 260 49 6 Medja ta jiem bix xita 11 9 8 8 8 11 15 16 13 15 14 11 139 Umdita relattiva medja 77 76 75 76 77 79 80 81 81 82 82 78 79 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 263 5 248 6 272 8 261 0 263 5 225 0 251 1 260 4 234 0 238 7 228 0 254 2 3 000 8 Medja ta sigħat ta xemx kuljum 8 5 8 8 8 8 8 7 8 5 7 5 8 1 8 4 7 8 7 7 7 6 8 2 8 2 Sors Meteo Climat record highs and lows Il beltVeduta panoramika ta Bridgetown Fiċ ċentru tal belt hemm it triq prinċipali ta Bridgetown li hija Broad Street it Triq il Wiesgħa li tgħaddi direttament tul nofs il belt Din it triq tgħaddi qrib il binjiet tal Parlament u sservi bħala ċ ċentru taz zona tal ħwienet tal belt Arterja ewlenija oħra għat traffiku lejn il belt hija Bay Street li tagħti għall Awtostrada Nru 7 u twassal sal Kosta tan Nofsinhar ta Barbados u sal Parroċċa ta Christ Church Hemm ukoll toroq notevoli oħra fil belt ta Bridgetown fosthom Swan Street bi dritt Broad Street lejn it Tramuntana Roebuck Street li twassal sal Park tar Reġina lejn it Tramuntana u l Lvant ta Swan Street Tudor Street li tgħaddi mit Tramuntana taqsam minn Swan Street u tibqa sejra b mod perpendikolari ma Broad Street L Awtostrada tal Ġnien tar Rebbiegħa li tinsab fil Punent tal belt u tospita iktar minn 85 000 persuna bejn udjenza u parteċipanti fil Parata Grandjuza tal ta Kadooment Il Pont ta Chamberlain tul Careenage Bridgetown Kwartieri Belleville Cat s Castle Cheapside Fontabelle Garden Land New Orleans Pinelands Strathclyde Weymouth Whitepark Iċ ċentru ta Bridgetown mill ajru Veduta mill Pjazza l Eroj Nazzjonali Il Binja tal Parlament Attrazzjonijiet Pjazza l Eroj Nazzjonali li qabel kienet Pjazza Trafalgar u l Ġnien tal Funtana Pjazza Indipendenza u l Ħnejja tal Indipendenza Il Funtana ta Montefiore Il binjiet tal Parlament ta Barbados Il Knisja Katidral ta San Mikiel u tal Anġli Kollha Il Knisja Anglikana ta Santa Marija Il Katidral Kattoliku Ruman ta San Patrizju Is Sinagoga ta Nidhe Israel Il Villaġġ tal Pelikani u ċ Ċentru tal Artiġjanat Il Park tar Reġina Il Muzew ta Barbados Kensington Oval il post fejn saret il finali tat Tazza tad Dinja tal Cricket fl 2007 Il Bajja bir ramael ta Carlisle Is suq ta Cheapside Il Kumpless Finanzjarju ta Tom Adams Is Sala tal Arti tal Ispettaklu ta Frank Collymore Il Pjazza tal Katidral L Istabbiliment Kummerċjali ta Cave Shepherd 10 Broad Street Il Mutual Building in naħa t isfel ta Broad Street Il Ġonna ta Cheapside Pjazza Sagicor Is Savana u z Zona Storika Nazzjonali tal Gwarniġjon Il Lukanda tal Hilton Il Villa ta Martineau Il Kumpless tal Izvilupp ta Pierhead Port Il marina Il Port ta Bridgetown magħruf ukoll bħala Deep Water Harbour huwa l port il kbir tad dħul għall bastimenti tal kruċieri u tal merkanzija li jirmiġġaw f Barbados Il port jinsab ftit il bogħod mill Bajja ta Carlisle Bay lejn il Majjistral tal Kanal ta Careenage Jinsab tul l Awtostrada tal Prinċipessa Alice u fil Punent taċ ċentru tal belt fl inħawi ta Fontabelle Dan il port huwa wieħed miċ ċentri ewlenin tat trasport marittimu u tat trazbord minn portijiet internazzjonali għal Lvant kollu tal Karibew Dan l aħħar sar proġett ta tkarkir fil Port ta Bridgetown sabiex jiġi zgurat aċċess u rmiġġ sikur għall bastimenti ġodda tas superkruċieri Dan il proġett ta tkarkir tlesta fl 2002 u l belt issa tista tospita bosta mill ikbar bastimenti tal kruċieri fid dinja Mill port ta Bridgetown tgħaddi wkoll il merkanzija għall ħtiġijiet domestiċi tal gzira L esportazzjoni prinċipali tal gzira hija fil biċċa l kbira prodotti agrikoli li wkoll juzaw il faċilitajiet tal port Bridgetown għandha wkoll kanal izgħar fiċ ċentru tal belt imsemmi Careenage magħruf ukoll bħala x xmara tal Kostituzzjoni Ma għandhiex issir konfuzjoni bejn ix xmara tal Kostituzzjoni u l Port ta Barbados Ix xmara tal Kostituzzjoni hija ferm izgħar u tagħti għall kosta tal Punent madwar nofs kilometru fin Nofsinhar tal port il kbir Il Kanal ta Careenage jiflaħ jilqa dgħajjes rikreattivi jew tas sajd u għandu zewġ pontijiet prinċipali qrib iċ ċentru tal belt min naħa għall oħra tal kanal Sit ta Wirt DinjiBinjiet ikkuluriti f Bridgetown Bridgetown Storika u l Gwarniġjon tagħha ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Soċjeta u kulturaIl binja ikonika tal Mutual Life Assurance Society ta Barbados minn Broad Street Bridgetown isservi bħala ċentru prinċipali tal attivita kummerċjali ta Barbados kif ukoll bħala ċentru għas sistema tat trasport pubbliku tal gzira Ħafna mill ministeri u mid dipartimenti tal gvern tal gzira jinsabu fi ħdan iz zona estiza ta Bridgetown Il binjiet pubbliċi jew tal Parlament li jinsabu fil qalba tal belt fit Tramuntana ta Pjazza l Eroj Nazzjonali jospitaw it tielet l eqdem parlament kontinwu fil Commonwealth Brittanika Tabilħaqq f mument partikolari fl istorja bikrija tal belt Bridgetown kienet l izjed belt importanti tat territorji Brittaniċi kollha fid Dinja l Ġdida minħabba l pozizzjoni ġeografika tagħha fil Lvant tal Karibew Is sede tas Servizz tal Librerija Nazzjonali ta Barbados jinsab f Bridgetown Il fergħa prinċipali tinsab f Coleridge Street f binja tal ġebel u tal qroll li nbniet bl istil tar Rinaxximent Ingliz Il Katidral ta San Mikiel Għal belt tad daqs tagħha iz zona estiza ta Bridgetown tospita diversi istituzzjonijiet edukattivi prestiġjuzi Il belt isservi bħala s sede ta wieħed mit tliet kampusijiet tal Universita tal Indji tal Punent fis subborg tat Tramuntana ta Cave Hill Il kampus jinsab fuq għolja b veduti panoramiċi ta Bridgetown u tal port tagħha Il Kulleġġ tal Komunita ta Barbados jinsab tliet mili ħames kilometri fil Lvant tad Distrett Ċentrali tan Negozju f subborg magħruf bħala The Ivy litteralment Il Liedna filwaqt li l kampus il kbir tal Istituzzjoni Politeknika ta Samuel Jackman Prescod jinsab kemm kemm lil hinn mil limiti tal Lvant tal belt f subborg magħruf bħala The Pine litteralment L Arznu Barra minn hekk il belt tospita skejjel sekondarji distinti bħall Kulleġġ ta Harrison Combermere u l Iskola ta San Mikiel L Iskola tal Mediċina tal Universita Amerikana ta Barbados li tinsab fiz zona ta Wildey tal Parroċċa ta Saint Michael tinsab bejn wieħed u ieħor erba kilometri fil Lvant ta Bridgetown fil fruntiera mal Parroċċa ta Christ Church Il belt ta Bridgetown ospitat ukoll il Konferenza Globali tan Nazzjonijiet Uniti dwar l Izvilupp Sostenibbli tal Istati li huma wkoll Gzejjer Zgħar Bridgetown għandha fergħat ta wħud mill ikbar banek fid dinja u fil Karibew fejn jiġi mitkellem l Ingliz u hija rikonoxxuta b mod internazzjonali bħala domiċilju finanzjarju emerġenti Il belt sarilha zvilupp mill ġdid konsiderevoli fit tħejjija għall Finali tat Tazza tad Dinja tal Cricket fl 2007 li saru fil Kensington Oval storiku L istadjum ġie rinnovat għal faċilita mill aqwa li takkomoda 30 000 spettatur Ġie stmat li l ispettaturi f ħin reali għall avveniment tal 2007 qabzu l 100 miljun persuna madwar id dinja Servizzi baziċi u lokali Il Muzew u s Soċjeta Storika ta Barbados fil ħabs militari tal Gwarniġjon ta Sant Anna Attwalment Bridgetown hija belt moderna u prosperuza b aċċess għal bosta servizzi moderni inkluz provvista tal ilma mill katusi li jingħad li tipprovdi fost l izjed ilma safi fid dinja elettriku provvista tal gass naturali telekomunikazzjoni l iktar avvanzata servizzi bla fili kafetteriji bis servizzi tal internet u infrastruttura kumplessiva tajba Il belt hija moqdija wkoll minn faċilita impressjonanti għall konferenzi magħrufa bħala ċ Ċentru tal Konferenzi ta Sherbourne Elettriku Barbados Light and Power Company Ltd BL amp P Gass Naturali Korporazzjoni Nazzjonali tal Petroleum Ilma Awtorita tal Ilma ta Barbados BWA Telekomunikazzjoni Digicel FLOW u WIISCOM Televizjoni CBC TV 8 Multi Choice TV Barbados u DirecTV Radju għadd ta stazzjonijiet tar radju f Barbados Mezzi tax xandir ta Barbados EkonomijaIl prodotti prinċipali tal esportazzjoni ta Barbados huma z zokkor ir rum u l melassi Il gzira hija involuta wkoll f industriji oħra fosthom it turizmu u s settur offshore Borza Il Barbados Stock Exchange BSE hija l Borza tal belt ta Bridgetown bit titoli ta kumpaniji ta Barbados u tal Karibew Negozju u affarijiet ġenerali Negozju il banek ikunu miftuħin mit 08 00 sat 15 00 mit Tnejn sal Ħamis u mit 08 00 sal 17 00 nhar ta Ġimgħa Il banek prinċipali huma Bank of Nova Scotia Republic Bank Canadian Imperial Bank of Commerce CIBC see FirstCaribbean International Bank First Citizens u Royal Bank of Canada RBC L ATMs biex wieħed jiġbed u jiddepozita l flus huma disponibbli Il ħwienet jiftħu kif ġej mit 08 00 sas 18 00 matul il ġimgħa u mit 08 00 sa 12 00 nhar ta Sibt Il kards tal pagamenti huma aċċettati f bosta postijiet Elettriku 115 il volt AC 50 ċiklu Il biċċa l kbira tal lukandi għandhom 220 volt AC Telekomunikazzjoni il prefiss internazzjonali għal Barbados huwa 1246 segwit minn seba numri Fil gzira wieħed għandu juza s seba numri biss mingħajr il prefiss Fil gzira biex wieħed iċempel numru tal Istati Uniti jew tal Kanada għandu juza l prefiss 1 kodiċi taz zona u seba numri oħra Numri ta emerġenza Pulizija 211 emerġenzi biss Tifi tan Nar 311 Ambulanza 511 Gwardja tal Kosta u Forza tad Difiza 1 246 427 8819 TrasportIl belt għandha aċċess għal titjiriet kuljum mill ajruport tal gzira l Ajruport Internazzjonali ta Sir Grantley Adams GAIA li jinsab tul l Awtostrada ABC Nru 7 f Seawell Christ Church Il belt ta Bridgetown u ta New York fl Istati Uniti kienu l uniċi bliet fl emisferu tal Punent li kienu moqdija minn titjiriet skedati regolarment bil Concorde mill British Airways Barra minn hekk l ajruport ta Barbados intgħazel bħala wieħed mill erba siti globali għall wiri ta dan l inġenju tal ajru supersoniku li ma baqax jintuza iktar L ajruport jinsab fl istadji finali ta proġett ta tkabbir li se jinkludi wkoll il kostruzzjoni ta muzew tal avjazzjoni li se jospita wieħed minn dawn l inġenji tal ajru Is seba awtostradi primarji ta Barbados jibdew qrib il belt ta Bridgetown fil Parroċċa ta Saint Michael Kollha jinfirxu qishom imrewħa lejn it Tramuntana in Nofsinhar u l Lvant sa partijiet oħra tal gzira Is sewqan isir fuq in naħa tax xellug tat triq b limitu tal veloċita ta 60 km h 37 mph fiz zoni mibnija Il limitu tal veloċita fl Awtostrada ABC ġeneralment huwa 80 km h 50 mph għajr fiz zoni mibnija It trasport fuq l ilma huwa rregolat mill Awtorita tal Port ta Barbados Karozzi tal linja pubbliċi Il karozzi tal linja pubbliċi li jmorru fit Tramuntana lejn destinazzjoni bħal Holetown u Speightstown u lejn xi lokalitajiet f Saint Michael inkluz il kampus ta Cave Hill tal Universita tal Indji tal Punent jitilqu mill Venda tal Karozzi tal Linja tal Prinċipessa Alice li tinsab fil Punent taċ ċentru tal belt Il karozzi tal linja li jmorru fil Lvant u fin Nofsinhar jitilqu mill Venda tal Karozzi tal Linja ta Fairchild Street li tinsab fil Lvant taċ ċentru tal belt ħdejn l Isptar tar Reġina Elizabetta Taksis tar rotta It taksis tar rotta huma vannijiet zgħar b sjieda privata li joperaw bħala taksis minn post għall ieħor jew għal jum sħiħ mit turisti ĠemellaġġBridgetown hija ġemellata ma Bridgetown Nova Scotia il Kanada mid 9 ta Lulju 2004 Wilmington North Carolina l Istati Uniti mit 28 ta Ġunju 2004 Il bandiera tradizzjonali ta Stede Bonnet Nies notevoliJofra Archer plejer tal cricket Stede Bonnet pirata xi kultant imsejjaħ Il Pirata Ġentlom Richard Clement Moody il fundatur ta British Columbia Gilbert Elliott 1870 mhux magħruf plejer tal cricket Anthony Forde plejer tad darts Grandmaster Flash rapper Orlando Greene atleta tal ġiri Olimpiku Dawn Marie Layne plejer tal cricket Zane Maloney sewwieq tal karozzi tat tlielaq u ċampjin Brittaniku tal F4 fl 2019 Malcolm Marshall plejer tal cricket Jackie Opel akkreditat bħala ħallieq tal ġeneru muzikali sperimentali sinkopali msejjaħ Spouge kantanta kantawtriċi Kyffin Simpson sewwieq tal karozzi tat tlielaq u ċampjin tal Formula Reġjonali tal Amerki fl 2021 Sir Garfield Sobers plejer tal cricket Sir Clyde Walcott plejer tal cricket Sir Everton Weekes plejer tal cricket Sir Frank Worrell plejer tal cricket Dame Sandra Mason l ewwel President ta Barbados Referenzi Trinicenter com Dr Kwame Nantambu W I Federation Failure From the Start www trinicenter com Miġbur 2023 02 14 Kasperson Roger E Minghi Julian V 2011 Decision Making The Structure of Political Geography New Brunswick NJ Transaction Publishers pp 350 365 ISBN 978 1 4128 1854 4 Lewis Gordon K 2004 The Growth of the Modern West Indies pp 350 365 ISBN 976 637 171 7 The Barbados Advocate Barbados makes the list web archive org 2012 03 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 03 26 Miġbur 2023 02 14 Caribbean Broadcasting Corporation The most credible news source in Barbados bl Ingliz Miġbur 2023 02 14 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Historic Bridgetown and its Garrison UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 02 14 The Barbados Advocate Guard our heritage web archive org 2012 03 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 03 26 Miġbur 2023 02 14 Alleyne Warren 1978 I The Beginning Historic Bridgetown The Barbados National Trust pp 7 8 Page 2631 Issue 20146 30 September 1842 London Gazette The Gazette www thegazette co uk Miġbur 2023 02 14 Alleyne Warren 1978 Historic Bridgetown Barbados The Barbados National Trust Consultation web archive org 2018 02 18 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 02 18 Miġbur 2023 02 14 Barbados Weather and Climate barbados org Miġbur 2023 02 14 ICC Cricket World Cup draws record viewership web archive org 2011 08 28 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 08 28 Miġbur 2023 02 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Sister Cities www scawilmington org Miġbur 2023 02 14 Fox Scarlett Newsome Coach Orlando Greene From Caribbean To Olympian flrunners com bl Ingliz Miġbur 2023 02 14