Il Katidral ta Reims bil Franċiż magħruf uffiċjalment bħala Notre Dame de Reim pronunzjata nɔtʁə dam də ʁɛ s li tfisser
Katidral ta' Reims

Il-Katidral ta' Reims (bil-Franċiż magħruf uffiċjalment bħala Notre-Dame de Reim; pronunzjata [nɔtʁə dam də ʁɛ̃s]; li tfisser il-"Madonna ta' Reims") huwa katidral Kattoliku Ruman fil-belt Franċiża ta' Reims, is-sede arċiveskovali tal-Arċidjoċesi ta' Reims. Il-katidral ġie ddedikat lill-Madonna u kien il-post tradizzjonali għall-inkurunament tar-rejiet ta' Franza.
Huwa maħsub li l-katidral ġie stabbilit mill-isqof Nicasius fil-bidu tas-seklu 5. Clovis ġie mgħammed bħala Kristjan fil-katidral minn San Remigius, l-isqof ta' Reims, madwar seklu wara. Huwa kien l-ewwel re tal-Franki li ngħata dan is-sagrament. Il-kostruzzjoni tal-Katidral ta' Reims attwali beda fis-seklu 13 u ġie konkluż fis-seklu 14. Bħala eżempju prominenti ta' arkitettura Gotika Aħħarija, il-katidral inbena biex jissostitwixxi knisja preċedenti li nqerdet min-nirien fl-1210. Għalkemm ġarrab ftit ħsarat matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, il-katidral attwali sarlu restawr estensiv fis-seklu 19. Ġarrab ħsarat estensivi matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u l-knisja ġiet restawrata mill-ġdid fis-seklu 20.
Mil-liġi tal-1905 dwar is-separazzjoni tal-knisja u l-istat, is-sjieda tal-katidral għaddiet għand l-istat Franċiż, filwaqt li l-knisja Kattolika għandha ftehim għall-użu esklużiv. L-istat Franċiż iħallas għar-restawr u għaż-żamma tal-katidral. Il-katidral bħala destinazzjoni turistika ewlenija jilqa' madwar miljun viżitatur kull sena. Ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.
Storja
Seklu 5 – Katidral Merovinġjan
L-insedjament ta' tribù ta' Galli msejħa r-Remes, imsejjaħ Durocortorum, kien ġie rreġistrat minn fir-rakkonti tiegħu dwar il-Gwerer Galliċi. Matul l-Imperu Ruman Aħħari, sar il-belt kapitali ta' provinċja estiża sad-delta tax-xmara , u fis-seklu 3 W.K. kienet il-belt kapitali tal-provinċja Rumana magħrufa bħala t-Tieni Belġju. L-ewwel knisja Kristjana hemmhekk ġiet stabbilita mill-ewwel isqof, San Sestu ta' Reims bejn il-250 u t-300 W.K.
Fil-bidu tas-seklu 5, fil-perjodu Merovinġjan, l-Isqof Nicasius ittrasferixxa l-katidral lejn il-post attwali tiegħu, li huwa s-sit li qabel kien okkupat mill-banju Gallo-Ruman mibni mill-Imperatur Kostantinu. Il-knisja l-ġdida ġiet iddedikata lill-Madonna, qabel id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Efesu fl-431 li stabbilixxa l-istatus imsaħħaħ tagħha. Il-katidral il-ġdid, bil-pjanta ta' għamla kwadra fuq barra u ċirkolari fuq ġewwa, kien bejn wieħed u ieħor 20 metru (66 pied) b'55 metru (180 pied). Fis-snin 90 tas-seklu 20, il-Battisterju ta' din il-knisja Merovinġjana oriġinali, eżatt taħt il-katidral attwali, ġie skavat u nstabu frammenti tal-istruttura antika.
, ir-Re tal-Franki, ġie mgħammed hemmhekk għall-ħabta tal-496 W.K. minn San Remiġju (magħruf ukoll bħala San Remi). Dan kien l-avveniment li ispira t-tradizzjoni twila ta' inkurunamenti rjali f'Reims.
Seklu 9 – Katidral Karolinġju
Fit-816, , ir-Re tal-Franki u Imperatur tal-Imperu Ruman Sagru, ġie inkurunat f'Reims mill-. L-inkurunament u ċ-ċelebrazzjonijiet li saru wara ħarġu fid-dieher il-kundizzjoni batuta u d-daqs mhux adegwat tal-katidral bikri. Mill-bidu ta' bejn wieħed u ieħor it-818, l-arċisqof Ebbo u l-arkitett irjali Rumaud bdew jibnu knisja ferm ikbar fl-istess post, u użaw il-ġebel mis-swar antiki tal-belt.
Ix-xogħol ġie interrott fit-835, u mbagħad reġa' kompla taħt arċisqof ġdid, Hincmar, bl-appoġġ tal-Imperatur Karlu l-Fartas. Il-knisja fuq ġewwa ġiet imżejna bl-indurar, bil-mużajk, bil-pitturi, bl-iskulturi u bit-tapizzeriji. Fit-18 ta' Ottubru 862, fil-preżenza tal-Imperatur, Hincmar iddedika l-knisja l-ġdida, li kienet kbira 86 metru (282 pied) u kellha żewġ transetti.
Fil-bidu tas-seklu 10, ġiet skoperta mill-ġdid kripta antika taħt il-knisja oriġinali. Taħt l-arċisqof Heriveus, il-kripta (li kienet iċ-ċentru inizjali tal-knejjes preċedenti li nbnew fuqha) ġiet ikklirjata, rinnovata, u mbagħad iddedikata mill-ġdid lill-qaddis isqof Remiġju. L-artal tal-katidral għadu fl-istess post, eżatt fuq il-kripta, bħal dawn l-aħħar 15-il seklu.
Mill-bidu tad-976, l-arċisqof Adalbero beda jkabbar il-katidral Karolinġju. L-istoriku Richerus, student ta' Adalbero, jagħti deskrizzjoni preċiża ħafna tax-xogħol li twettaq mill-arċisqof:
"Huwa qered għalkollox l-arkati, estiżi mid-daħla sa kważi kwart tal-bażilika, sa fuq nett, biex il-knisja kollha, imsebbħa, tikseb iktar kobor u għamla iktar adattata (...). Huwa żejjen l-artal prinċipali tal-kurċifiss tad-deheb u ħaddnu f'qisha kannizzata tleqq (...). Huwa dawwal l-istess knisja bi twieqi bi ġrajjiet differenti fuqhom u taha qniepen li kienu jdoqqu qishom ragħad". — Richerus ta' Reims.
Il-prestiġju tal-Ampulla Sagra, il-vjala sagra mimlija bil-mirra li biha ġew midluka r-Rejiet Franċiża, il-fatt li Clovis I kien ġie mgħammed hemmhekk, u l-poter politiku tal-arċisqof ta' Reims wassal biex Reims issir il-post regolari fejn isir l-inkurunament tal-monarka Franċiż. ġie inkurunat f'Reims fl-1027, u dan stabbilixxa t-tradizzjoni. Ir-Rejiet futuri kollha ta' Franza għajr seba' minnhom ġew inkurunati f'Reims. Barra minn hekk, il-katidral ospita ċerimonji rjali oħra wkoll. Fid-19 ta' Mejju 1051, Enriku I ta' Franza u Anna ta' Kiev iżżewġu fil-katidral. Fl-1131 filwaqt li kien qed iwettaq il-Kunsill ta' Reims, il- dilek bil-mirra u inkuruna lil , iben ir-re renjanti Lwiġi VI, fil-katidral.
- Il-magħmudija ta' Clovis ta' artist Gotiku (għall-ħabta tas-seklu 14).
- Il-magħmudija ta' Clovis tal-Mastru ta' San Giles (għall-ħabta tas-seklu 16).
- Xbieha tal-katidral Karolinġju fuq il-qabar tal-Arċisqof Hincmar (is-seklu 9), meqruda fl-1793.
Seklu 12 – Katidral Gotiku Bikri
Sas-seklu 12, il-katidral Karolinġju ġie meqjus żgħir wisq għall-ambizzjonijiet tal-Arċisqof, Sansun ta' Mauvoisin (1140-1160). Huwa ppreserva n-navata u t-transett eżistenti iżda reġa' bena u kabbar iż-żewġ trufijiet tal-katidral. Huwa ġarraf il-faċċata tal-Punent u t-torri mehmuż sabiex jibni par torrijiet maġenb xulxin, simili għal dawk tal-Abbazija Rjali ta' Saint Denis barra Pariġi, u kien iddedika kor lill-Arċisqof Sansun innifsu xi ftit snin ilu. Il-knisja l-ġdida kienet itwal mill-katidral l-antik, b'tul ta' 110 metru (360 pied). Fuq in-naħa tal-Lvant, huwa ħoloq kor ikbar u ambulatorju, kif ukoll ċirku ta' kappelli radjanti. Fi tmiem is-seklu, in-navata u t-transett kienu għadhom bl-istil Karolinġju filwaqt li l-apsida u l-faċċata kienu bl-istil Gotiku Bikri.
- Siġill tal-katidral li juri kif kien fis-seklu 12.
Sekli 13-14 – Katidral Gotiku Aħħari
Fis-6 ta' Mejju 1210, il-katidral Gotiku Bikri Karolinġju nqered min-nirien, allegatament minħabba "traskuraġni". Sena eżatt wara, l-arċisqof Aubrey poġġa l-ewwel ġebla tal-apsida b'ambulatorju tal-katidral il-ġdid. Ix-xogħol fuq il-katidral il-ġdid sar b'ħeffa eċċezzjonali, minħabba li l-Katidral ta' Reims kien wieħed mill-ewwel binjiet fejn intuża ġebel u materjal ieħor b'daqsijiet standardizzati, biex b'hekk kull ġebla ma kellhiex għalfejn toqgħod tinqata' skont il-bżonn. F'Lulju 1221, il-kappella fit-tarf tal-Lvant tal-katidral bdiet tintuża. Fl-1230 beda x-xogħol fuq il-faċċata tal-Punent, u dan jindika li n-navata kienet kważi kompluta.
Wara bidu mgħaġġel, ix-xogħol ġie mdewwem bejn l-1233 u l-1236 minħabba kunflitt serju bejn il-kleru tal-katidral u l-klassi l-għolja sinjura tal-belt. Madankollu, fl-1241, il-membri tal-kleru setgħu jiltaqgħu fil-kor, u dan juri li l-volti tal-apsida u l-ħames l-aħħar traversi tan-navata fil-Lvant, fejn kien hemm is-sedji, kienu tlestew.
In-naħa tal-Punent inbniet iktar bil-mod. Ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Punent ma bediex qabel l-1252, u l-portali ma tlestewx qabel l-1260. Minn hemm 'il quddiem ix-xogħol mexa mill-Punent għal-Lvant, bit-tlestija tan-navata; is-sular tar-rużuni tlesta għall-ħabta tal-1275-1280. Is-saqaf tan-navata u l-galleriji ta' fuq tlestew fl-1299.
Ix-xogħol twettaq minn erba' arkitetti wara xulxin sat-tlestija tax-xogħol strutturali tal-katidral fl-1275: , , u . Iżda l-katidral kien għadu ma tlestiex. Il-Gallerija tar-Rejiet fil-faċċata tal-Punent, u t-torrijiet ottagonali ta' fuq ma tlestewx qabel is-snin 60 tas-seklu 15. Spira għolja ħafna tal-injam u taċ-ċomb inbniet fuq it-transett, iżda nqered min-nirien fl-1481 minħabba n-negliġenza tal-ħaddiema. L-aħħar xogħlijiet li tlestew kienu fil-galleriji ta' fuq tan-navata, li tlestew fl-1505. Dawn tant kienu swew flus li l-kumplament tal-proġetti ppjanati, inkluż kampnar għoli 170 metru fuq it-transett, spiri fuq il-faċċata tal-Punent u t-torrijiet ippjanati ta' fuq maġenb it-transett, qatt ma nbnew.
Sekli 15-16
L-inkurunament ta' fl-1429 immarka żvolta fil-Gwerra ta' Mitt Sena, minħabba parzjalment l-azzjonijiet ta' . Fil-Katidral ta' Reims tiġi mfakkra b'saħansitra żewġ statwi: statwa riekba żiemel fuq barra tal-knisja u oħra fi ħdan il-knisja. Minn rekords fid-dokumenti jidher ċar li l-akkwist tal-art fil-Punent tas-sit tal-katidral sar fl-1218, u ġie ssuġġerit li l-katidral il-ġdid kien sostanzjalment ikbar minn dawk ta' qablu. X'aktarx li t-tkabbir tan-navata kienet adattament li sar biex ikun hemm iktar spazju għall-folol li kienu jattendu l-inkurunamenti. Fl-1233 diżgwid li dam għaddej bejn il-kleru u ċ-ċittadini tal-belt (rigward kwistjonijiet marbuta mat-tassazzjoni u mal-ġurisdizzjoni legali) spiċċa saħansitra f'rewwixta fil-beraħ. Diversi membri tal-kleru nqatlu jew indarbu matul il-vjolenza li faqqgħet u l-kleru kollu tal-katidral ħarab mill-belt, u ħallih b'interdett (li effettivament ipprojbixxa l-qima pubblika u s-sagramenti). Ix-xogħol fuq il-katidral il-ġdid ġie sospiż għal tliet snin, u kompla biss fl-1236 wara li l-kleru reġa' lura fil-belt u l-interdett tneħħa wara medjazzjoni mir-re u mill-Papa. Il-kostruzzjoni mbagħad saret ferm iktar bil-mod. Iż-żona mis-salib tal-pjanta lejn il-Lvant kien qed jintuża mill-1241 iżda n-navata ma ġietx imsaqqfa qabel l-1299 (meta r-re Franċiż neħħa t-taxxa fuq iċ-ċomb użat għal dak l-iskop). Ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Punent twettaq f'diversi fażijiet, u dan huwa rifless fl-istili differenti ħafna ta' wħud mill-iskulturi. Il-partijiet ta' fuq tal-faċċata tlestew fis-seklu 14, iżda milli jidher skont disinni tas-seklu 13, u b'hekk il-Katidral ta' Reims ingħata unità mhux tas-soltu fl-istil.
Għad-differenza tas-soltu, l-ismijiet tal-arkitetti oriġinali tal-katidral huma magħrufa. Labirint mibni fl-art tan-navata fil-mument tal-kostruzzjoni jew ftit wara (simili għal eżempji fil-Katidral ta' Chartres u fil-Katidral ta' Amiens) kien jinkludi l-ismijiet tal-erba' arkitetti (Jean d'Orbais, Jean-le-Loup, Gaucher de Reims u Bernard de Soissons) u l-għadd ta' snin li ħadmu fuq il-katidral, għalkemm l-istoriċi tal-arti ma jaqblux dwar min kien responsabbli għall-partijiet differenti tal-binja. Il-labirint innifsu nqered fl-1779 iżda d-dettalji u l-kitbiet tiegħu huma magħrufa minn tpinġijiet tas-seklu 18. L-assoċjazzjoni ċara hawnhekk bejn labirint u l-arkitetti tal-katidral issostni l-argument li tali disinni kienu allużjoni għall-istatus emerġenti tal-arkitetti (minkejja l-assoċjazzjoni tagħhom mal-arkitett mitiku , li bena l-labirint ta' Minos f'Kreta). Il-katidral fih ukoll evidenza ulterjuri taż-żieda fl-importanza tal-istatus tal-arkitetti fil-qabar ta' (li miet fl-1268 u li kien l-arkitett tal-Knisja ta' San Nicaise ta' Reims li nqerdet). Mhux talli jingħata ġieħ b'lapida mnaqqxa fil-katidral, talli jidher ukoll b'minjatura tal-knisja tiegħu (unur li fl-imgħoddi kien irriżervat għad-donaturi nobbli) u liebes ilbies ta' akkademiku li jixraq lil intellettwali.
It-torrijiet, għoljin 81 metru (266 pied), oriġinarjament kienu ġew iddisinjati biex ikunu għoljin 120 metru (390 pied). It-torri tan-Nofsinhar jesa' żewġ qniepen kbar biss; waħda minnhom, imsejħa "Charlotte" minn Karlu, il-Kardinal ta' Lorraine fl-1570, tiżen iktar minn 10,000 kilogramma (10 tunnellati).
Wara l-mewt tar-Re Ġwanni I li kien għadu tarbija, zijih Filippu malajr ġie inkurunat f'Reims, fid-9 ta' Jannar 1317.
Matul il-kampanja militari ta' Reims tal-Gwerra ta' Mitt Sena, il-belt kienet taħt assedju mill-Ingliżi mill-1359 sal-1360, iżda l-assedju ma rnexxiex. Fl-1380, il-Katidral ta' Reims kien il-post fejn sar l-inkurunament ta' Karlu VI, u tmien snin wara Karlu sejjaħ kunsill f'Reims fl-1388 biex personalment jieħu l-kontroll mid-diversi zijiet tiegħu. Wara li rebaħ kontra l-armata ta' Karlu VI fil-Battalja ta' Agincourt, Reims flimkien mal-biċċa l-kbira tat-Tramuntana ta' Franza spiċċat f'idejn l-Ingliżi. L-Ingliżi żammew lil Reims u l-katidral tagħha sal-1429, meta mbagħad inqabdet minn Ġovanna t'Arc, u b'hekk Karlu d-dauphin ġie inkurunat re fis-17 ta' Lulju 1429. Wara l-mewt ta' , ġie inkurunat Re ta' Franza fil-25 ta' Lulju 1547 fil-Katidral ta' Reims.
Fl-24 ta' Lulju 1481, reġa' kien hemm nirien ikkawżati min-negliġenza tal-ħaddiema fis-saqaf li ħakmu l-istruttura, u kkawżaw il-qerda tal-qafas, tal-kampnar ċentrali, u tal-galleriji fil-bażi tas-saqaf, u minħabba f'hekk iċ-ċomb tas-saqaf dab, u kkawża iktar danni. Madankollu, l-irkupru sar malajr permezz tar-rejiet u li għamlu donazzjonijiet għar-rikostruzzjoni tal-katidral. B'mod partikolari, eżentaw il-katidral fir-rigward tat-taxxa mhux popolari ta' Gabelle. Bħala ringrazzjament, is-saqaf il-ġdid ġie mżejjen bl-istemma rjali tal-fleur-de-lis "fil-quċċata tal-faċċata". Madankollu, dan ix-xogħol ġie sospiż qabel it-tlestija fl-1516.
- Dwardu III tal-Ingilterra jassedja lil Reims bil-kanuni fil-Kampanja Militari ta' Reims tal-Gwerra ta' Mitt Sena. Il-katidral huwa viżibbli fl-isfond.
- L-inkurunament ta' Karlu VII fl-1429, ta' Jules Eugène Lenepveu.
Sekli 17-18
Fis-seklu 18 saret l-ewwel rikostruzzjoni kbira fuq ġewwa tal-katidral. Bejn l-1741 u l-1749, it-twieqi t'isfel u l-għamara Medjevali, l-artal prinċipali, is-sedji tal-kor, u l-ħajt diviżorju tal-kor kollha ġew sostitwiti b'għamara li ssegwi iktar ir-rekwiżiti teoloġiċi u l-gosti ta' dak iż-żmien. L-iskulturi tal-portali ġew irrestawrati wkoll.
Fl-1793, matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, il-katidral ingħalaq u għal żmien qasir ġie kkonvertit f'maħżen għall-qmugħ, u mbagħad għal xi żmien ġie kkonverti f'Tempju tar-Raġuni. Il-biċċa l-kbira tal-kumplament tal-għamara u tal-monumenti funebri nqerdu, il-relikwarji fit-teżor ġew imdewba għad-deheb, u l-qniepen ġew imdewba biex jiġi prodott kanun. Saru attakki bl-imrietel fuq il-biċċa l-kbira tal-iskulturi tal-portal il-kbir u fuq l-iżjed simboli evidenti tal-monarkija, bħall-emblemi tal-fleur-de-lis, u l-Id tal-Ġustizzja rjali ngħataw in-nar. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-iskulturi Medjevali waslu intatti sa żminijietna.
- L-inkurunament ta' fis-17 ta' Ottubru 1610.
- Il-purċissjoni tal-inkurunament ta' Lwiġi XV (1724).
- L-inkurunament ta' Lwiġi XVI (1775).
Seklu 19
Meta reġgħet lura l-monarkija Franċiża wara l-waqgħa ta' Napuljun, il-prattika tal-inkurunamenti rjali fil-Katidral ta' Reims issoktat, iżda għal ftit biss. L-aħħar re ta' Franza li ġie inkurunat hemmhekk kien fl-1825. Ir-renju tiegħu kien tassew mhux popolari. Huwa tneħħa fir-Rivoluzzjoni tal-1830 u ġie sostitwit b'monarkija kostituzzjonali, , li ħa l-ġurament fil-Parlament ta' Pariġi minflok ġie inkurunat f'Reims.
Sensiela ta' proġetti ta' restawr twettqu iktar 'il quddiem fis-seklu 19, u ffukaw l-ewwel fuq is-saqaf forfċi u fuq l-istatwi tal-faċċata tal-Punent (1826-1830), u mbagħad fuq il-galleriji ta' fuq, it-twieqi u t-torrijiet (1845-1860), taħt . Fl-1860 dan l-arkitett ġie sostitwit b', li mmodifika l-gallerija tal-kor u l-apsida u għamilhom iktar qrib id-dehra Medjevali oriġinali tagħhom. Warajh komplew żewġ arkitetti oħra, u , li ma ħasbuhiex darbtejn biex jirrimudellaw il-galleriji tan-navata bi stil Gotiku iktar immaġinattiv. Fl-1888 minflok dawn l-arkitetti laħqu u , li segwew iktar mill-qrib l-arkitettura storika, b'mod partikolari fir-restawr tar-rużun tal-faċċata tal-Punent.
- L-inkurunament ta' f'Reims fl-1825 ta' François Gérard.
- Ir-restawr tal-Katidral ta' Reims fl-1845, ta' Adrien Dauzats.
Seklu 20 – l-Ewwel Gwerra Dinjija u restawr
Meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-katidral ġie kkonvertit fi sptar, u t-truppi u l-armi tneħħew minn qribu. Fl-4 ta' Settembru 1914, it-XII-il Korp Sassonu wasal fil-belt u iktar tard dakinhar l-Armata Ġermaniża Imperjali bdiet tibbumbardja l-belt. L-artillerija, li kienet tinsab seba' kilometri (4.3 mili) 'il bogħod f'Les Mesneux, waqfet tispara meta it-XII-il Korp Sassonu bagħat żewġ uffiċjali u impjegat mill-belt biex jitolbuhom jieqfu milli jibbumbardjaw il-belt.
Fit-12 ta' Settembru, l-Armata Ġermaniża li kienet qed tokkupa l-belt iddeċidiet tqiegħed il-midruba tagħha fil-katidral wara protesti ta' Maurice Landrieux, u 15,000 munzell tiben tqiegħdu mal-art tal-katidral għal dan l-iskop. L-għada, is-suldati Franċiżi taħt il-Ġeneral reġgħu daħlu fil-belt, iżda l-Ġermaniżi midruba tħallew fil-katidral.
Sitt ijiem wara, il-palazz tal-isqof intlaqat mill-bumbardamenti, u nqatlu tlieta u ndarbu 15-il ruħ. Fit-18 ta' Settembru beda bumbardament twil u fid-19 ta' Settembru l-bumbardamenti laqtu l-"foresta" ta' zkuk tal-injam taħt is-saqaf miksi biċ-ċomb, u b'hekk is-saqaf ħa n-nar u nqered għalkollox. Il-qniepen dabu, it-twieqi splodew, u l-iskulturi u partijiet mill-ħitan ġarrbu ħsarat estensivi. Iċ-ċomb tas-saqaf dab u qattar miż-żennuni tal-ħluq tal-gargoyles tal-ġebel, u b'hekk ikkawżaw ħsara lill-palazz tal-isqof mehmuż mal-katidral. Ritratti tal-katidral imġarraf intwerew matul il-gwerra mill-Franċiżi rrabjati, li akkużaw lill-Ġermaniżi li kienu qed jeqirdu l-binjiet tal-wirt nazzjonali u kulturali apposta, filwaqt li l-propaganda Ġermaniża sostniet li l-mewt tal-priġunieri kienet tort tal-Franċiżi, li ppuntaw l-armi kontrihom u ma ħallewhomx jaħarbu min-nirien. Il-binja mġarrfa tal-katidral baqgħet tintlaqat mill-bumbardamenti għal diversi snin, minkejja t-talbiet ripetuti tal-.
Fl-aħħar tal-gwerra, ġie propost li l-katidral jinżamm fl-istat imġarraf li kien bħala monument għall-vittmi tal-gwerra, iżda din l-idea finalment ma ġietx aċċettata. Fl-1919 inbeda proġett kbir ta' restawr, immexxi minn , l-arkitett prinċipali li kien jieħu ħsieb il-monumenti storiċi Franċiżi. Ir-restawr irċieva finanjamenti kbar mill-Fondazzjoni Rockefeller, u xi kultant intużaw tekniki u materjali moderni, inkluż konkos rinfurzat, biex tissaħħaħ l-istruttura. Fis-snin 20 tas-seklu 20, il-pedamenti tal-knisja ta' qabel mill-perjodu Karolinġju ġew skoperti taħt il-katidral u ġew skavati. Ix-xogħol tlesta u l-katidral reġa' nfetaħ fl-1938.
- Il-katidral wara l-bumbardamenti (1914).
- Il-katidral, mingħajr is-saqaf tiegħu, wara l-bumbardamenti.
- Il-katidral fuq ġewwa wara l-bumbardamenti.
Ix-xogħol ta' restawr fuq il-knisja kompla wara l-1938, sabiex tissewwa l-ħsara kkawżata mill-gwerra u mit-tniġġis. Fl-1955 għamel kopja tal-Inkurunament tal-Madonna, li wieħed jista' jara fuq id-daħla tal-katidral u flimkien ma' wettaq kopji tal-iskulturi l-oħra tal-faċċata tal-katidral. Huwa ħoloq ukoll statwa ta' San Tumas għat-torri tat-Tramuntana.
Mill-1967, bosta mill-istatwi fuq barra, bħal dik tal-anġlu jitbissem, tneħħew u tpoġġew fuq ġewwa tal- għall-protezzjoni, u ġew sostitwiti b'kopji.
Ir-rikonċiljazzjoni bejn Franza u l-Ġermanja ġiet formalizzata simbolikament f'Lulju 1962 mill-President Franċiż Charles de Gaulle u mill-Kanċillier Ġermaniż , fejn, fl-1914, l-Armata Ġermaniża Imperjali bbumbardjat il-katidral apposta sabiex il-moral tal-Franċiżi jbatti.
Il-Katidral ta' Reims, l-eks Abbazija ta' San Remi u l-Palazz ta' Tau tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.
Fl-74 Żjara Pastorali tiegħu, il-Papa Ġwanni Pawlu II żar il-Katidral ta' Reims nhar is-26 ta' Settembru 1996 għall-1,500 anniversarju tal-magħmudija ta' Clovis. Meta kien hemm, il-Papa talab fl-istess kappella fejn kien iċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu fl-1678.
Fit-8 ta' Ottubru 2016, plakka bl-ismijiet tal-31 re inkurunati fil-Katidral ta' Reims tpoġġiet fil-katidral fil-preżenza tal-arċisqof Thierry Jordan u l-Prinċep Louis-Alphonse, id-Duka ta' , wieħed mill-bosta eredi għat-tron Franċiż.
Kronoloġija tal-Katidral ta' Reims
- Għall-ħabta tal-250-300 - San Sestu ta' Reims ġie rreġistrat bħala l-ewwel isqof ta' Reims;
- 314 - il-Katidral tal-Appostli Mqaddsa, mibni mill-Isqof Bétause, irreġistrat fis-sit tal-Knisja ta' San Symphorien;
- 420 - l-Isqof Nicasius bena katidral ġdid, iddedikat lill-Madonna, fis-sit attwali;
- 496 - Clovis ir-Re tal-Franki jiġi mgħammed mill-Isqof Remi;
- 816 - ir-Re Lwiġi d-Devot jiġi inkurunat fil-katidral;
- 848 - tibda l-kostruzzjoni tal-katidral il-ġdid;
- 862 - il-konsagrazzjoni tal-katidral il-ġdid;
- 1140-1160 - l-Arċisqof Sansun jibni mill-ġdid il-faċċata tal-Punent u l-kor;
- 1208 - titpoġġa l-ewwel ġebla tal-katidral il-ġdid mill-Arċisqof Aubry de Humbert;
- 1241 - tlestija tal-kor, tal-apsida, tal-parti tal-Lvant tan-navata, tal-portal tat-Tramuntana u l-biċċa l-kbira tat-transett;
- 1252 - tiġi akkwistata l-art għall-faċċata l-ġdida tal-Punent;
- 1299 - tlestija tas-saqaf tan-navata;
- 1300-1350 - tinbena l-Gallerija tar-Rejiet;
- 1430-1460 - il-kostruzzjoni tat-torrijiet ta' fuq tal-faċċata tal-Punent;
- 1481 - in-nirien jeqirdu s-saqaf u l-ispira tat-transett;
- 1504 - it-tlestija tar-rikostruzzjoni wara n-nirien;
- 1580 - ir-rużun tan-Nofsinhar jinqered minn uragan;
- 1611 - ir-restawr tal-portali tal-Punent;
- 1737 - it-tiswija tal-iskulturi u tal-faċċata tal-Punent;
- 1741–1749 - it-tneħħija tal-għamara Medjevali u tiżjin mill-ġdid bl-istil Klassiku;
- 1793 - matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, insteraq it-teżor tal-katidral, u l-katidral ġie kkonvertit f'maħżen tal-għalf tal-annimali;
- 1825–1830 - ir-restawr tal-portali tal-Punent;
- 1845–1860 - ir-restawr tal-parti ta' fuq tal-knisja u tat-torrijiet;
- 1850–1879 - l-apsida ġiet irrestawrata minn Eugène Viollet-le-Duc;
- 1875–1880 - ir-restawr tal-galleriji tan-navata;
- 1914–1918 - il-katidral, qrib il-trunċieri tal-Ewwel Gwerra Dinjija, intlaqat minn iktar minn tliet mitt bumbardament tal-artillerija;
- 1918–1937 - it-tiswija tad-danni kkawżati mill-gwerra u skavi arkeoloġiċi ġodda;
- 1962 - il-President Charles de Gaulle u l-Kanċillier Ġermaniż jikkommemoraw ir-rikonċiljazzjoni bejn Franza u l-Ġermanja fil-Katidral;
- 1986 - jitlesta r-restawr tal-portal tat-Tramuntana;
- 1996 - il-Papa Ġwanni Pawlu II jikkommemora l-1,500 anniversarju tal-magħmudija ta' Clovis fil-katidral;
- 2011 - inbeda r-restawr tal-portali tal-Punent;
- 2014 - inbeda r-restawr tar-rużun tal-faċċata tal-Punent.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Katidral ta' Reims, l-Eks Abbazija ta' San Rémi u l-Palazz ta' Tau f'Reims ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Pjanta
- Apse (left), transept (centre), nave and west front (right)
- Plan of the cathedral
Gallerija
- Il-Katidral ta' Reims ta' Domenico Quaglio ż-Żgħir.
- It-torri tat-Tramuntana.
- Ir-rużuni tal-faċċata tal-Punent.
- Ir-rużun tal-Punent fuq ġewwa.
- L-orgni tal-katidral.
- L-artal ċentrali.
- Il-ħġieġ ikkulurit fin-naħa tal-Punent tal-korsija tat-Tramuntana.
- Il-Katidral ta' Reims billejl fir-Rêve de couleurs.
- Dettall tas-saqaf tal-katidral.
- L-istruttura ta' appoġġ tas-saqaf tal-katidral.
- Il-labirint tal-katidral.
- Lapida fil-pavimentar tan-navata tal-katidral li tfakkar il-magħmudija ta' Clovis minn San Remi.
- Il-faċċata prinċipali.
- L-ambone b'għamla ta' ajkla tad-deheb.
- It-tpinġija ta' Villard de Honnecourt ta' riffieda fil-Katidral ta' Reims, għall-ħabta tas-snin 30 tas-seklu 13 fil-Bibljoteka Nazzjonali ta' Franza.
- Denfil tal-katidral b'pinnaklu u bi statwa.
- Lapida li tfakkar l-Ewwel Gwerra Dinjija.
- Gargoyle fil-faċċata tal-Punent.
Referenzi
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 23.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Cathedral of Notre-Dame, Former Abbey of Saint-Rémi and Palace of Tau, Reims". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-19.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 8.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. p. 11.
- ^ Sadler, Donna L. (2017). Reading the Reverse of Façade of Reims: Royalty and Ritual in Thirteenth-Century France. Routledge. ISBN 978-1351552165. p. 17.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. p. 10.
- ^ Lambert, Élie (1959). "La cathédrale de Reims et les cathédrales qui l'ont précédée sur le même emplacement". Comptes-rendus des Séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres. 103 (2): 241–250. p. 244.
- ^ Bourassé, Jean-Jacques (1872). Les plus belles cathédrales de France. A. Mame et fils. p. 45.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. pp. 11-12.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. p. 10.
- ^ Demouy, Patrick (Mejju 2011). "Genèse d'une cathédrale royale". Historia. p. 9.
- ^ Bordonove, Georges (1988). Clovis et les Mérovingiens. Pygmalion. ISBN 2857042825. p. 97.
- ^ a b Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 13.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. p. 12.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. p. 14.
- ^ Barral i Altet, Xavier (1987). Le Paysage monumental de la France autour de l'an mil: avec un appendice Catalogne. Picard. ISBN 2708403370. p. 105.
- ^ McLaughlin, Megan (2010). Sex, Gender, and Episcopal Authority in an Age of Reform, 1000–1122. Cambridge University Press. ISBN 978-0521870054. p. 56.
- ^ Robinson, I. S. (1990). The Papacy, 1073–1198: Continuity and Innovation. Cambridge University Press. ISBN 9781139167772. pp. 22, 135.
- ^ Brown, Elizabeth A. R. (1992). "Franks, Burgundians, and Aquitanians" and the Royal Coronation Ceremony in France. The American Philosophical Society. ISBN 978-0871698278. p. 43.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 14.
- ^ Lambert, Élie (1959). "La cathédrale de Reims et les cathédrales qui l'ont précédée sur le même emplacement". Comptes-rendus des Séances de l'Académie des Inscriptions et Belles-Lettres. 103 (2): 241–250. doi:10.3406/crai.1959.11054. p. 224.
- ^ Demouy, Patrick (May 2011). "Genèse d'une cathédrale royale". Historia. p. 10.
- ^ Branner, Robert (Jannar 1961). "Historical Aspects of the Reconstruction of Reims Cathedral, 1210–1241". Speculum. 36 (1): 23–37. p. 23.
- ^ Lillich, Meredith Parsons (2011). The Gothic Stained Glass of Reims Cathedral. Penn State University Press. ISBN 978-0271037776. p. 1.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 17.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. pp. 17-19.
- ^ a b Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 19.
- ^ P. Frankl / P. Crossley, Gothic Architecture, Yale University Press, 2001 (edizzjoni reveduta), p. 322; in-noti 10-14.
- ^ Raguin, Virginia Chieffo; Brush, Kathryn; Draper, Peter (1995). Artistic Integration in Early Gothic Churches. University of Toronto Press. ISBN 9780802074775. pp. 214-235.
- ^ Branner, Robert (Jannar 1961). "Historical Aspects of the Reconstruction of Reims Cathedral, 1210–1241". Speculum. 36 (1): 23–37. p. 36.
- ^ Branner, Robert (1962). "The Labyrinth of Reims Cathedral". Journal of the Society of Architectural Historians. 21 (1). pp. 18-25.
- ^ Jordan, William Chester (2005). Unceasing Strife, Unending Fear: Jacques de Therines and the Freedom of the Church in the Age of the Last Capetians. Princeton University Press. ISBN 978-0691121208. p. 69.
- ^ Prestwich, Michael (1999). Armies and Warfare in the Middle Ages: The English Experience. Yale University Press. p. 301.
- ^ Sumption, Jonathan (2009). The Hundred Years War: Divided Houses. Vol. III. University of Pennsylvania Press. ISBN 9780571138975. pp. 397, 665-666.
- ^ Santosuosso, Antonio (2004). Barbarians, Marauders, and Infidels. MJF Books. ISBN 978-0813391533. pp. 245-246.
- ^ Tucker, Spencer C. (2010). A Global Chronology of Conflict: From the Ancient World to the Modern Middle East. ABC-CLIO. ISBN 978-1-85109-672-5. pp. 333-335.
- ^ Thevet, André (2010). Benson, Edward; Schlesinger, Roger (eds.). Portraits from the French Renaissance and the Wars of Religion. Truman State University Press. ISBN 9781931112987. pp. 24-25.
- ^ Demouy, Patrick (1995). Notre-Dame de Reims : Sanctuaire de la monarchie sacrée. CNRS Éditions. ISBN 2-271-05258-0. p. 20.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 20.
- ^ Souchal, François (1993). Le Vandalisme de la Révolution. Nouvelles Éditions latines. ISBN 9782723304764. pp. 61, 68.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 27.
- ^ Auzas, Pierre-Marie (1982). Actes du Colloque international Viollet-le-Duc, Paris, 1980. Nouvelles Éditions latines. ISBN 9782723301763. p. 158.
- ^ Rubin, Richard (2015-12-04). "The Legend and Lore of Notre-Dame de Reims" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-20.
- ^ "Reims Cathedral Burns". Mental Floss (bl-Ingliż). 2014-09-19. Miġbur 2022-12-20.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. p. 13.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. p. 22.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. pp. 23-24.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. p. 28.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. pp. 14-17.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. p. 48.
- ^ Landrieux, Maurice (1920). The Cathedral of Reims: The Story of a German Crime. K. Paul, Trench, Trubner & Company. pp. 144-148.
- ^ Auzias, Dominique; Labourdette, Jean-Paul (2011). Le Petit Futé Champagne-Ardenne. Le Petit Futé. ISBN 978-2746935181. p. 14.
- ^ Diblik, Jean (1998). Reims: Comment lire une cathédrale. Editions d'art et d'histoire ARHIS. ISBN 2906755133. p. 7.
- ^ footstepsadmin. "Reims Cathedral" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-20.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 92.
- ^ Kurmann, Peter; Villes, Jean-Alain (2001). Cathédrale Notre-Dame de Reims. Éditions du Patrimoine, Centre des Monuments Nationaux. ISBN 978-2-7577-0405-9. p. 93.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Katidral ta' Reims, X'inhi Katidral ta' Reims? Xi tfisser Katidral ta' Reims?
Il Katidral ta Reims bil Franċiz magħruf uffiċjalment bħala Notre Dame de Reim pronunzjata nɔtʁe dam de ʁɛ s li tfisser il Madonna ta Reims huwa katidral Kattoliku Ruman fil belt Franċiza ta Reims is sede arċiveskovali tal Arċidjoċesi ta Reims Il katidral ġie ddedikat lill Madonna u kien il post tradizzjonali għall inkurunament tar rejiet ta Franza Il faċċata tal Katidral ta Reims Huwa maħsub li l katidral ġie stabbilit mill isqof Nicasius fil bidu tas seklu 5 Clovis ġie mgħammed bħala Kristjan fil katidral minn San Remigius l isqof ta Reims madwar seklu wara Huwa kien l ewwel re tal Franki li ngħata dan is sagrament Il kostruzzjoni tal Katidral ta Reims attwali beda fis seklu 13 u ġie konkluz fis seklu 14 Bħala ezempju prominenti ta arkitettura Gotika Aħħarija il katidral inbena biex jissostitwixxi knisja preċedenti li nqerdet min nirien fl 1210 Għalkemm ġarrab ftit ħsarat matul ir Rivoluzzjoni Franċiza il katidral attwali sarlu restawr estensiv fis seklu 19 Ġarrab ħsarat estensivi matul l Ewwel Gwerra Dinjija u l knisja ġiet restawrata mill ġdid fis seklu 20 Mil liġi tal 1905 dwar is separazzjoni tal knisja u l istat is sjieda tal katidral għaddiet għand l istat Franċiz filwaqt li l knisja Kattolika għandha ftehim għall uzu eskluziv L istat Franċiz iħallas għar restawr u għaz zamma tal katidral Il katidral bħala destinazzjoni turistika ewlenija jilqa madwar miljun vizitatur kull sena Ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1991 StorjaSeklu 5 Katidral Merovinġjan L insedjament ta tribu ta Galli msejħa r Remes imsejjaħ Durocortorum kien ġie rreġistrat minn fir rakkonti tiegħu dwar il Gwerer Galliċi Matul l Imperu Ruman Aħħari sar il belt kapitali ta provinċja estiza sad delta tax xmara u fis seklu 3 W K kienet il belt kapitali tal provinċja Rumana magħrufa bħala t Tieni Belġju L ewwel knisja Kristjana hemmhekk ġiet stabbilita mill ewwel isqof San Sestu ta Reims bejn il 250 u t 300 W K Fil bidu tas seklu 5 fil perjodu Merovinġjan l Isqof Nicasius ittrasferixxa l katidral lejn il post attwali tiegħu li huwa s sit li qabel kien okkupat mill banju Gallo Ruman mibni mill Imperatur Kostantinu Il knisja l ġdida ġiet iddedikata lill Madonna qabel id deċizjoni tal Kunsill ta Efesu fl 431 li stabbilixxa l istatus imsaħħaħ tagħha Il katidral il ġdid bil pjanta ta għamla kwadra fuq barra u ċirkolari fuq ġewwa kien bejn wieħed u ieħor 20 metru 66 pied b 55 metru 180 pied Fis snin 90 tas seklu 20 il Battisterju ta din il knisja Merovinġjana oriġinali ezatt taħt il katidral attwali ġie skavat u nstabu frammenti tal istruttura antika ir Re tal Franki ġie mgħammed hemmhekk għall ħabta tal 496 W K minn San Remiġju magħruf ukoll bħala San Remi Dan kien l avveniment li ispira t tradizzjoni twila ta inkurunamenti rjali f Reims Seklu 9 Katidral Karolinġju Fit 816 ir Re tal Franki u Imperatur tal Imperu Ruman Sagru ġie inkurunat f Reims mill L inkurunament u ċ ċelebrazzjonijiet li saru wara ħarġu fid dieher il kundizzjoni batuta u d daqs mhux adegwat tal katidral bikri Mill bidu ta bejn wieħed u ieħor it 818 l arċisqof Ebbo u l arkitett irjali Rumaud bdew jibnu knisja ferm ikbar fl istess post u uzaw il ġebel mis swar antiki tal belt Ix xogħol ġie interrott fit 835 u mbagħad reġa kompla taħt arċisqof ġdid Hincmar bl appoġġ tal Imperatur Karlu l Fartas Il knisja fuq ġewwa ġiet imzejna bl indurar bil muzajk bil pitturi bl iskulturi u bit tapizzeriji Fit 18 ta Ottubru 862 fil prezenza tal Imperatur Hincmar iddedika l knisja l ġdida li kienet kbira 86 metru 282 pied u kellha zewġ transetti Fil bidu tas seklu 10 ġiet skoperta mill ġdid kripta antika taħt il knisja oriġinali Taħt l arċisqof Heriveus il kripta li kienet iċ ċentru inizjali tal knejjes preċedenti li nbnew fuqha ġiet ikklirjata rinnovata u mbagħad iddedikata mill ġdid lill qaddis isqof Remiġju L artal tal katidral għadu fl istess post ezatt fuq il kripta bħal dawn l aħħar 15 il seklu Mill bidu tad 976 l arċisqof Adalbero beda jkabbar il katidral Karolinġju L istoriku Richerus student ta Adalbero jagħti deskrizzjoni preċiza ħafna tax xogħol li twettaq mill arċisqof Huwa qered għalkollox l arkati estizi mid daħla sa kwazi kwart tal bazilika sa fuq nett biex il knisja kollha imsebbħa tikseb iktar kobor u għamla iktar adattata Huwa zejjen l artal prinċipali tal kurċifiss tad deheb u ħaddnu f qisha kannizzata tleqq Huwa dawwal l istess knisja bi twieqi bi ġrajjiet differenti fuqhom u taha qniepen li kienu jdoqqu qishom ragħad Richerus ta Reims Il prestiġju tal Ampulla Sagra il vjala sagra mimlija bil mirra li biha ġew midluka r Rejiet Franċiza il fatt li Clovis I kien ġie mgħammed hemmhekk u l poter politiku tal arċisqof ta Reims wassal biex Reims issir il post regolari fejn isir l inkurunament tal monarka Franċiz ġie inkurunat f Reims fl 1027 u dan stabbilixxa t tradizzjoni Ir Rejiet futuri kollha ta Franza għajr seba minnhom ġew inkurunati f Reims Barra minn hekk il katidral ospita ċerimonji rjali oħra wkoll Fid 19 ta Mejju 1051 Enriku I ta Franza u Anna ta Kiev izzewġu fil katidral Fl 1131 filwaqt li kien qed iwettaq il Kunsill ta Reims il dilek bil mirra u inkuruna lil iben ir re renjanti Lwiġi VI fil katidral Il magħmudija ta Clovis ta artist Gotiku għall ħabta tas seklu 14 Il magħmudija ta Clovis tal Mastru ta San Giles għall ħabta tas seklu 16 Xbieha tal katidral Karolinġju fuq il qabar tal Arċisqof Hincmar is seklu 9 meqruda fl 1793 Seklu 12 Katidral Gotiku Bikri Sas seklu 12 il katidral Karolinġju ġie meqjus zgħir wisq għall ambizzjonijiet tal Arċisqof Sansun ta Mauvoisin 1140 1160 Huwa ppreserva n navata u t transett ezistenti izda reġa bena u kabbar iz zewġ trufijiet tal katidral Huwa ġarraf il faċċata tal Punent u t torri mehmuz sabiex jibni par torrijiet maġenb xulxin simili għal dawk tal Abbazija Rjali ta Saint Denis barra Pariġi u kien iddedika kor lill Arċisqof Sansun innifsu xi ftit snin ilu Il knisja l ġdida kienet itwal mill katidral l antik b tul ta 110 metru 360 pied Fuq in naħa tal Lvant huwa ħoloq kor ikbar u ambulatorju kif ukoll ċirku ta kappelli radjanti Fi tmiem is seklu in navata u t transett kienu għadhom bl istil Karolinġju filwaqt li l apsida u l faċċata kienu bl istil Gotiku Bikri Siġill tal katidral li juri kif kien fis seklu 12 Sekli 13 14 Katidral Gotiku Aħħari Fis 6 ta Mejju 1210 il katidral Gotiku Bikri Karolinġju nqered min nirien allegatament minħabba traskuraġni Sena ezatt wara l arċisqof Aubrey poġġa l ewwel ġebla tal apsida b ambulatorju tal katidral il ġdid Ix xogħol fuq il katidral il ġdid sar b ħeffa eċċezzjonali minħabba li l Katidral ta Reims kien wieħed mill ewwel binjiet fejn intuza ġebel u materjal ieħor b daqsijiet standardizzati biex b hekk kull ġebla ma kellhiex għalfejn toqgħod tinqata skont il bzonn F Lulju 1221 il kappella fit tarf tal Lvant tal katidral bdiet tintuza Fl 1230 beda x xogħol fuq il faċċata tal Punent u dan jindika li n navata kienet kwazi kompluta Wara bidu mgħaġġel ix xogħol ġie mdewwem bejn l 1233 u l 1236 minħabba kunflitt serju bejn il kleru tal katidral u l klassi l għolja sinjura tal belt Madankollu fl 1241 il membri tal kleru setgħu jiltaqgħu fil kor u dan juri li l volti tal apsida u l ħames l aħħar traversi tan navata fil Lvant fejn kien hemm is sedji kienu tlestew In naħa tal Punent inbniet iktar bil mod Ix xogħol fuq il faċċata tal Punent ma bediex qabel l 1252 u l portali ma tlestewx qabel l 1260 Minn hemm il quddiem ix xogħol mexa mill Punent għal Lvant bit tlestija tan navata is sular tar ruzuni tlesta għall ħabta tal 1275 1280 Is saqaf tan navata u l galleriji ta fuq tlestew fl 1299 Ix xogħol twettaq minn erba arkitetti wara xulxin sat tlestija tax xogħol strutturali tal katidral fl 1275 u Izda l katidral kien għadu ma tlestiex Il Gallerija tar Rejiet fil faċċata tal Punent u t torrijiet ottagonali ta fuq ma tlestewx qabel is snin 60 tas seklu 15 Spira għolja ħafna tal injam u taċ ċomb inbniet fuq it transett izda nqered min nirien fl 1481 minħabba n negliġenza tal ħaddiema L aħħar xogħlijiet li tlestew kienu fil galleriji ta fuq tan navata li tlestew fl 1505 Dawn tant kienu swew flus li l kumplament tal proġetti ppjanati inkluz kampnar għoli 170 metru fuq it transett spiri fuq il faċċata tal Punent u t torrijiet ippjanati ta fuq maġenb it transett qatt ma nbnew Sekli 15 16 L inkurunament ta fl 1429 immarka zvolta fil Gwerra ta Mitt Sena minħabba parzjalment l azzjonijiet ta Fil Katidral ta Reims tiġi mfakkra b saħansitra zewġ statwi statwa riekba ziemel fuq barra tal knisja u oħra fi ħdan il knisja Minn rekords fid dokumenti jidher ċar li l akkwist tal art fil Punent tas sit tal katidral sar fl 1218 u ġie ssuġġerit li l katidral il ġdid kien sostanzjalment ikbar minn dawk ta qablu X aktarx li t tkabbir tan navata kienet adattament li sar biex ikun hemm iktar spazju għall folol li kienu jattendu l inkurunamenti Fl 1233 dizgwid li dam għaddej bejn il kleru u ċ ċittadini tal belt rigward kwistjonijiet marbuta mat tassazzjoni u mal ġurisdizzjoni legali spiċċa saħansitra f rewwixta fil beraħ Diversi membri tal kleru nqatlu jew indarbu matul il vjolenza li faqqgħet u l kleru kollu tal katidral ħarab mill belt u ħallih b interdett li effettivament ipprojbixxa l qima pubblika u s sagramenti Ix xogħol fuq il katidral il ġdid ġie sospiz għal tliet snin u kompla biss fl 1236 wara li l kleru reġa lura fil belt u l interdett tneħħa wara medjazzjoni mir re u mill Papa Il kostruzzjoni mbagħad saret ferm iktar bil mod Iz zona mis salib tal pjanta lejn il Lvant kien qed jintuza mill 1241 izda n navata ma ġietx imsaqqfa qabel l 1299 meta r re Franċiz neħħa t taxxa fuq iċ ċomb uzat għal dak l iskop Ix xogħol fuq il faċċata tal Punent twettaq f diversi fazijiet u dan huwa rifless fl istili differenti ħafna ta wħud mill iskulturi Il partijiet ta fuq tal faċċata tlestew fis seklu 14 izda milli jidher skont disinni tas seklu 13 u b hekk il Katidral ta Reims ingħata unita mhux tas soltu fl istil Għad differenza tas soltu l ismijiet tal arkitetti oriġinali tal katidral huma magħrufa Labirint mibni fl art tan navata fil mument tal kostruzzjoni jew ftit wara simili għal ezempji fil Katidral ta Chartres u fil Katidral ta Amiens kien jinkludi l ismijiet tal erba arkitetti Jean d Orbais Jean le Loup Gaucher de Reims u Bernard de Soissons u l għadd ta snin li ħadmu fuq il katidral għalkemm l istoriċi tal arti ma jaqblux dwar min kien responsabbli għall partijiet differenti tal binja Il labirint innifsu nqered fl 1779 izda d dettalji u l kitbiet tiegħu huma magħrufa minn tpinġijiet tas seklu 18 L assoċjazzjoni ċara hawnhekk bejn labirint u l arkitetti tal katidral issostni l argument li tali disinni kienu alluzjoni għall istatus emerġenti tal arkitetti minkejja l assoċjazzjoni tagħhom mal arkitett mitiku li bena l labirint ta Minos f Kreta Il katidral fih ukoll evidenza ulterjuri taz zieda fl importanza tal istatus tal arkitetti fil qabar ta li miet fl 1268 u li kien l arkitett tal Knisja ta San Nicaise ta Reims li nqerdet Mhux talli jingħata ġieħ b lapida mnaqqxa fil katidral talli jidher ukoll b minjatura tal knisja tiegħu unur li fl imgħoddi kien irrizervat għad donaturi nobbli u liebes ilbies ta akkademiku li jixraq lil intellettwali It torrijiet għoljin 81 metru 266 pied oriġinarjament kienu ġew iddisinjati biex ikunu għoljin 120 metru 390 pied It torri tan Nofsinhar jesa zewġ qniepen kbar biss waħda minnhom imsejħa Charlotte minn Karlu il Kardinal ta Lorraine fl 1570 tizen iktar minn 10 000 kilogramma 10 tunnellati Wara l mewt tar Re Ġwanni I li kien għadu tarbija zijih Filippu malajr ġie inkurunat f Reims fid 9 ta Jannar 1317 Matul il kampanja militari ta Reims tal Gwerra ta Mitt Sena il belt kienet taħt assedju mill Inglizi mill 1359 sal 1360 izda l assedju ma rnexxiex Fl 1380 il Katidral ta Reims kien il post fejn sar l inkurunament ta Karlu VI u tmien snin wara Karlu sejjaħ kunsill f Reims fl 1388 biex personalment jieħu l kontroll mid diversi zijiet tiegħu Wara li rebaħ kontra l armata ta Karlu VI fil Battalja ta Agincourt Reims flimkien mal biċċa l kbira tat Tramuntana ta Franza spiċċat f idejn l Inglizi L Inglizi zammew lil Reims u l katidral tagħha sal 1429 meta mbagħad inqabdet minn Ġovanna t Arc u b hekk Karlu d dauphin ġie inkurunat re fis 17 ta Lulju 1429 Wara l mewt ta ġie inkurunat Re ta Franza fil 25 ta Lulju 1547 fil Katidral ta Reims Fl 24 ta Lulju 1481 reġa kien hemm nirien ikkawzati min negliġenza tal ħaddiema fis saqaf li ħakmu l istruttura u kkawzaw il qerda tal qafas tal kampnar ċentrali u tal galleriji fil bazi tas saqaf u minħabba f hekk iċ ċomb tas saqaf dab u kkawza iktar danni Madankollu l irkupru sar malajr permezz tar rejiet u li għamlu donazzjonijiet għar rikostruzzjoni tal katidral B mod partikolari ezentaw il katidral fir rigward tat taxxa mhux popolari ta Gabelle Bħala ringrazzjament is saqaf il ġdid ġie mzejjen bl istemma rjali tal fleur de lis fil quċċata tal faċċata Madankollu dan ix xogħol ġie sospiz qabel it tlestija fl 1516 Dwardu III tal Ingilterra jassedja lil Reims bil kanuni fil Kampanja Militari ta Reims tal Gwerra ta Mitt Sena Il katidral huwa vizibbli fl isfond L inkurunament ta Karlu VII fl 1429 ta Jules Eugene Lenepveu Sekli 17 18 Fis seklu 18 saret l ewwel rikostruzzjoni kbira fuq ġewwa tal katidral Bejn l 1741 u l 1749 it twieqi t isfel u l għamara Medjevali l artal prinċipali is sedji tal kor u l ħajt divizorju tal kor kollha ġew sostitwiti b għamara li ssegwi iktar ir rekwiziti teoloġiċi u l gosti ta dak iz zmien L iskulturi tal portali ġew irrestawrati wkoll Fl 1793 matul ir Rivoluzzjoni Franċiza il katidral ingħalaq u għal zmien qasir ġie kkonvertit f maħzen għall qmugħ u mbagħad għal xi zmien ġie kkonverti f Tempju tar Raġuni Il biċċa l kbira tal kumplament tal għamara u tal monumenti funebri nqerdu il relikwarji fit tezor ġew imdewba għad deheb u l qniepen ġew imdewba biex jiġi prodott kanun Saru attakki bl imrietel fuq il biċċa l kbira tal iskulturi tal portal il kbir u fuq l izjed simboli evidenti tal monarkija bħall emblemi tal fleur de lis u l Id tal Ġustizzja rjali ngħataw in nar Madankollu il biċċa l kbira tal iskulturi Medjevali waslu intatti sa zminijietna L inkurunament ta fis 17 ta Ottubru 1610 Il purċissjoni tal inkurunament ta Lwiġi XV 1724 L inkurunament ta Lwiġi XVI 1775 Seklu 19 Meta reġgħet lura l monarkija Franċiza wara l waqgħa ta Napuljun il prattika tal inkurunamenti rjali fil Katidral ta Reims issoktat izda għal ftit biss L aħħar re ta Franza li ġie inkurunat hemmhekk kien fl 1825 Ir renju tiegħu kien tassew mhux popolari Huwa tneħħa fir Rivoluzzjoni tal 1830 u ġie sostitwit b monarkija kostituzzjonali li ħa l ġurament fil Parlament ta Pariġi minflok ġie inkurunat f Reims Sensiela ta proġetti ta restawr twettqu iktar il quddiem fis seklu 19 u ffukaw l ewwel fuq is saqaf forfċi u fuq l istatwi tal faċċata tal Punent 1826 1830 u mbagħad fuq il galleriji ta fuq it twieqi u t torrijiet 1845 1860 taħt Fl 1860 dan l arkitett ġie sostitwit b li mmodifika l gallerija tal kor u l apsida u għamilhom iktar qrib id dehra Medjevali oriġinali tagħhom Warajh komplew zewġ arkitetti oħra u li ma ħasbuhiex darbtejn biex jirrimudellaw il galleriji tan navata bi stil Gotiku iktar immaġinattiv Fl 1888 minflok dawn l arkitetti laħqu u li segwew iktar mill qrib l arkitettura storika b mod partikolari fir restawr tar ruzun tal faċċata tal Punent L inkurunament ta f Reims fl 1825 ta Francois Gerard Ir restawr tal Katidral ta Reims fl 1845 ta Adrien Dauzats Seklu 20 l Ewwel Gwerra Dinjija u restawr Meta faqqgħet l Ewwel Gwerra Dinjija il katidral ġie kkonvertit fi sptar u t truppi u l armi tneħħew minn qribu Fl 4 ta Settembru 1914 it XII il Korp Sassonu wasal fil belt u iktar tard dakinhar l Armata Ġermaniza Imperjali bdiet tibbumbardja l belt L artillerija li kienet tinsab seba kilometri 4 3 mili il bogħod f Les Mesneux waqfet tispara meta it XII il Korp Sassonu bagħat zewġ uffiċjali u impjegat mill belt biex jitolbuhom jieqfu milli jibbumbardjaw il belt Fit 12 ta Settembru l Armata Ġermaniza li kienet qed tokkupa l belt iddeċidiet tqiegħed il midruba tagħha fil katidral wara protesti ta Maurice Landrieux u 15 000 munzell tiben tqiegħdu mal art tal katidral għal dan l iskop L għada is suldati Franċizi taħt il Ġeneral reġgħu daħlu fil belt izda l Ġermanizi midruba tħallew fil katidral Sitt ijiem wara il palazz tal isqof intlaqat mill bumbardamenti u nqatlu tlieta u ndarbu 15 il ruħ Fit 18 ta Settembru beda bumbardament twil u fid 19 ta Settembru l bumbardamenti laqtu l foresta ta zkuk tal injam taħt is saqaf miksi biċ ċomb u b hekk is saqaf ħa n nar u nqered għalkollox Il qniepen dabu it twieqi splodew u l iskulturi u partijiet mill ħitan ġarrbu ħsarat estensivi Iċ ċomb tas saqaf dab u qattar miz zennuni tal ħluq tal gargoyles tal ġebel u b hekk ikkawzaw ħsara lill palazz tal isqof mehmuz mal katidral Ritratti tal katidral imġarraf intwerew matul il gwerra mill Franċizi rrabjati li akkuzaw lill Ġermanizi li kienu qed jeqirdu l binjiet tal wirt nazzjonali u kulturali apposta filwaqt li l propaganda Ġermaniza sostniet li l mewt tal priġunieri kienet tort tal Franċizi li ppuntaw l armi kontrihom u ma ħallewhomx jaħarbu min nirien Il binja mġarrfa tal katidral baqgħet tintlaqat mill bumbardamenti għal diversi snin minkejja t talbiet ripetuti tal Fl aħħar tal gwerra ġie propost li l katidral jinzamm fl istat imġarraf li kien bħala monument għall vittmi tal gwerra izda din l idea finalment ma ġietx aċċettata Fl 1919 inbeda proġett kbir ta restawr immexxi minn l arkitett prinċipali li kien jieħu ħsieb il monumenti storiċi Franċizi Ir restawr irċieva finanjamenti kbar mill Fondazzjoni Rockefeller u xi kultant intuzaw tekniki u materjali moderni inkluz konkos rinfurzat biex tissaħħaħ l istruttura Fis snin 20 tas seklu 20 il pedamenti tal knisja ta qabel mill perjodu Karolinġju ġew skoperti taħt il katidral u ġew skavati Ix xogħol tlesta u l katidral reġa nfetaħ fl 1938 Il katidral wara l bumbardamenti 1914 Il katidral mingħajr is saqaf tiegħu wara l bumbardamenti Il katidral fuq ġewwa wara l bumbardamenti Ix xogħol ta restawr fuq il knisja kompla wara l 1938 sabiex tissewwa l ħsara kkawzata mill gwerra u mit tniġġis Fl 1955 għamel kopja tal Inkurunament tal Madonna li wieħed jista jara fuq id daħla tal katidral u flimkien ma wettaq kopji tal iskulturi l oħra tal faċċata tal katidral Huwa ħoloq ukoll statwa ta San Tumas għat torri tat Tramuntana Mill 1967 bosta mill istatwi fuq barra bħal dik tal anġlu jitbissem tneħħew u tpoġġew fuq ġewwa tal għall protezzjoni u ġew sostitwiti b kopji Ir rikonċiljazzjoni bejn Franza u l Ġermanja ġiet formalizzata simbolikament f Lulju 1962 mill President Franċiz Charles de Gaulle u mill Kanċillier Ġermaniz fejn fl 1914 l Armata Ġermaniza Imperjali bbumbardjat il katidral apposta sabiex il moral tal Franċizi jbatti Il Katidral ta Reims l eks Abbazija ta San Remi u l Palazz ta Tau tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1991 Fl 74 Zjara Pastorali tiegħu il Papa Ġwanni Pawlu II zar il Katidral ta Reims nhar is 26 ta Settembru 1996 għall 1 500 anniversarju tal magħmudija ta Clovis Meta kien hemm il Papa talab fl istess kappella fejn kien iċċelebra l ewwel quddiesa tiegħu fl 1678 Fit 8 ta Ottubru 2016 plakka bl ismijiet tal 31 re inkurunati fil Katidral ta Reims tpoġġiet fil katidral fil prezenza tal arċisqof Thierry Jordan u l Prinċep Louis Alphonse id Duka ta wieħed mill bosta eredi għat tron Franċiz Kronoloġija tal Katidral ta ReimsGħall ħabta tal 250 300 San Sestu ta Reims ġie rreġistrat bħala l ewwel isqof ta Reims 314 il Katidral tal Appostli Mqaddsa mibni mill Isqof Betause irreġistrat fis sit tal Knisja ta San Symphorien 420 l Isqof Nicasius bena katidral ġdid iddedikat lill Madonna fis sit attwali 496 Clovis ir Re tal Franki jiġi mgħammed mill Isqof Remi 816 ir Re Lwiġi d Devot jiġi inkurunat fil katidral 848 tibda l kostruzzjoni tal katidral il ġdid 862 il konsagrazzjoni tal katidral il ġdid 1140 1160 l Arċisqof Sansun jibni mill ġdid il faċċata tal Punent u l kor 1208 titpoġġa l ewwel ġebla tal katidral il ġdid mill Arċisqof Aubry de Humbert 1241 tlestija tal kor tal apsida tal parti tal Lvant tan navata tal portal tat Tramuntana u l biċċa l kbira tat transett 1252 tiġi akkwistata l art għall faċċata l ġdida tal Punent 1299 tlestija tas saqaf tan navata 1300 1350 tinbena l Gallerija tar Rejiet 1430 1460 il kostruzzjoni tat torrijiet ta fuq tal faċċata tal Punent 1481 in nirien jeqirdu s saqaf u l ispira tat transett 1504 it tlestija tar rikostruzzjoni wara n nirien 1580 ir ruzun tan Nofsinhar jinqered minn uragan 1611 ir restawr tal portali tal Punent 1737 it tiswija tal iskulturi u tal faċċata tal Punent 1741 1749 it tneħħija tal għamara Medjevali u tizjin mill ġdid bl istil Klassiku 1793 matul ir Rivoluzzjoni Franċiza insteraq it tezor tal katidral u l katidral ġie kkonvertit f maħzen tal għalf tal annimali 1825 1830 ir restawr tal portali tal Punent 1845 1860 ir restawr tal parti ta fuq tal knisja u tat torrijiet 1850 1879 l apsida ġiet irrestawrata minn Eugene Viollet le Duc 1875 1880 ir restawr tal galleriji tan navata 1914 1918 il katidral qrib il trunċieri tal Ewwel Gwerra Dinjija intlaqat minn iktar minn tliet mitt bumbardament tal artillerija 1918 1937 it tiswija tad danni kkawzati mill gwerra u skavi arkeoloġiċi ġodda 1962 il President Charles de Gaulle u l Kanċillier Ġermaniz jikkommemoraw ir rikonċiljazzjoni bejn Franza u l Ġermanja fil Katidral 1986 jitlesta r restawr tal portal tat Tramuntana 1996 il Papa Ġwanni Pawlu II jikkommemora l 1 500 anniversarju tal magħmudija ta Clovis fil katidral 2011 inbeda r restawr tal portali tal Punent 2014 inbeda r restawr tar ruzun tal faċċata tal Punent Sit ta Wirt DinjiIl Katidral ta Reims l Eks Abbazija ta San Remi u l Palazz ta Tau f Reims ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1991 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju PjantaApse left transept centre nave and west front right Plan of the cathedralGallerijaIl Katidral ta Reims ta Domenico Quaglio z Zgħir It torri tat Tramuntana Ir ruzuni tal faċċata tal Punent Ir ruzun tal Punent fuq ġewwa L orgni tal katidral L artal ċentrali Il ħġieġ ikkulurit fin naħa tal Punent tal korsija tat Tramuntana Il Katidral ta Reims billejl fir Reve de couleurs Dettall tas saqaf tal katidral L istruttura ta appoġġ tas saqaf tal katidral Il labirint tal katidral Lapida fil pavimentar tan navata tal katidral li tfakkar il magħmudija ta Clovis minn San Remi Il faċċata prinċipali L ambone b għamla ta ajkla tad deheb It tpinġija ta Villard de Honnecourt ta riffieda fil Katidral ta Reims għall ħabta tas snin 30 tas seklu 13 fil Bibljoteka Nazzjonali ta Franza Denfil tal katidral b pinnaklu u bi statwa Lapida li tfakkar l Ewwel Gwerra Dinjija Gargoyle fil faċċata tal Punent Referenzi Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 23 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Cathedral of Notre Dame Former Abbey of Saint Remi and Palace of Tau Reims UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 12 19 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 8 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 p 11 Sadler Donna L 2017 Reading the Reverse of Facade of Reims Royalty and Ritual in Thirteenth Century France Routledge ISBN 978 1351552165 p 17 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 p 10 Lambert Elie 1959 La cathedrale de Reims et les cathedrales qui l ont precedee sur le meme emplacement Comptes rendus des Seances de l Academie des Inscriptions et Belles Lettres 103 2 241 250 p 244 Bourasse Jean Jacques 1872 Les plus belles cathedrales de France A Mame et fils p 45 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 pp 11 12 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 p 10 Demouy Patrick Mejju 2011 Genese d une cathedrale royale Historia p 9 Bordonove Georges 1988 Clovis et les Merovingiens Pygmalion ISBN 2857042825 p 97 a b Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 13 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 p 12 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 p 14 Barral i Altet Xavier 1987 Le Paysage monumental de la France autour de l an mil avec un appendice Catalogne Picard ISBN 2708403370 p 105 McLaughlin Megan 2010 Sex Gender and Episcopal Authority in an Age of Reform 1000 1122 Cambridge University Press ISBN 978 0521870054 p 56 Robinson I S 1990 The Papacy 1073 1198 Continuity and Innovation Cambridge University Press ISBN 9781139167772 pp 22 135 Brown Elizabeth A R 1992 Franks Burgundians and Aquitanians and the Royal Coronation Ceremony in France The American Philosophical Society ISBN 978 0871698278 p 43 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 14 Lambert Elie 1959 La cathedrale de Reims et les cathedrales qui l ont precedee sur le meme emplacement Comptes rendus des Seances de l Academie des Inscriptions et Belles Lettres 103 2 241 250 doi 10 3406 crai 1959 11054 p 224 Demouy Patrick May 2011 Genese d une cathedrale royale Historia p 10 Branner Robert Jannar 1961 Historical Aspects of the Reconstruction of Reims Cathedral 1210 1241 Speculum 36 1 23 37 p 23 Lillich Meredith Parsons 2011 The Gothic Stained Glass of Reims Cathedral Penn State University Press ISBN 978 0271037776 p 1 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 17 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 pp 17 19 a b Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 19 P Frankl P Crossley Gothic Architecture Yale University Press 2001 edizzjoni reveduta p 322 in noti 10 14 Raguin Virginia Chieffo Brush Kathryn Draper Peter 1995 Artistic Integration in Early Gothic Churches University of Toronto Press ISBN 9780802074775 pp 214 235 Branner Robert Jannar 1961 Historical Aspects of the Reconstruction of Reims Cathedral 1210 1241 Speculum 36 1 23 37 p 36 Branner Robert 1962 The Labyrinth of Reims Cathedral Journal of the Society of Architectural Historians 21 1 pp 18 25 Jordan William Chester 2005 Unceasing Strife Unending Fear Jacques de Therines and the Freedom of the Church in the Age of the Last Capetians Princeton University Press ISBN 978 0691121208 p 69 Prestwich Michael 1999 Armies and Warfare in the Middle Ages The English Experience Yale University Press p 301 Sumption Jonathan 2009 The Hundred Years War Divided Houses Vol III University of Pennsylvania Press ISBN 9780571138975 pp 397 665 666 Santosuosso Antonio 2004 Barbarians Marauders and Infidels MJF Books ISBN 978 0813391533 pp 245 246 Tucker Spencer C 2010 A Global Chronology of Conflict From the Ancient World to the Modern Middle East ABC CLIO ISBN 978 1 85109 672 5 pp 333 335 Thevet Andre 2010 Benson Edward Schlesinger Roger eds Portraits from the French Renaissance and the Wars of Religion Truman State University Press ISBN 9781931112987 pp 24 25 Demouy Patrick 1995 Notre Dame de Reims Sanctuaire de la monarchie sacree CNRS Editions ISBN 2 271 05258 0 p 20 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 20 Souchal Francois 1993 Le Vandalisme de la Revolution Nouvelles Editions latines ISBN 9782723304764 pp 61 68 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 27 Auzas Pierre Marie 1982 Actes du Colloque international Viollet le Duc Paris 1980 Nouvelles Editions latines ISBN 9782723301763 p 158 Rubin Richard 2015 12 04 The Legend and Lore of Notre Dame de Reims bl Ingliz Miġbur 2022 12 20 Reims Cathedral Burns Mental Floss bl Ingliz 2014 09 19 Miġbur 2022 12 20 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company p 13 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company p 22 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company pp 23 24 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company p 28 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company pp 14 17 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company p 48 Landrieux Maurice 1920 The Cathedral of Reims The Story of a German Crime K Paul Trench Trubner amp Company pp 144 148 Auzias Dominique Labourdette Jean Paul 2011 Le Petit Fute Champagne Ardenne Le Petit Fute ISBN 978 2746935181 p 14 Diblik Jean 1998 Reims Comment lire une cathedrale Editions d art et d histoire ARHIS ISBN 2906755133 p 7 footstepsadmin Reims Cathedral bl Ingliz Miġbur 2022 12 20 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 92 Kurmann Peter Villes Jean Alain 2001 Cathedrale Notre Dame de Reims Editions du Patrimoine Centre des Monuments Nationaux ISBN 978 2 7577 0405 9 p 93