Il Knisja ta Santa Marija tal Grazzji Milan l Italja hija bażilika u santwarju tal Ordni tad Dumnikani fil parroċċa ta L
Knisja ta' Santa Marija tal Grazzji (Milan)

Il-Knisja ta' Santa Marija tal-Grazzji, Milan, l-Italja, hija bażilika u santwarju tal-Ordni tad-Dumnikani fil-parroċċa ta' . L-arkitettura tat-tribuna, li nbniet bejn l-1492 u l-1493 skont ir-rieda tad-Duka ta' Milan li xtaq għall-familja tiegħu, hija waħda mill-aqwa binjiet tar-Rinaxximent fit-Tramuntana tal-Italja.
Il-knisja, flimkien mal-affresk tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci li jinsab fir-refettorju tal-kunvent, kienet it-tieni sit li ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO wara l-.
Storja
Fl-1459, id-Duka ta' Milan ordna l-kostruzzjoni tat-tieni kunvent Dumnikan f'Milan, wara l-insedjament antik ta' Sant'Eustorgio li jmur lura għall-1227, li kien inbena 11-il sena biss wara t-twaqqif tal-Ordni Dumnikana. Il-kongregazzjoni tad-Dumnikani, li kienet stabbiliet ruħha fejn illum hemm San Vittore al Corpo, fl-1460 irċeviet donazzjoni ta' roqgħa art mill-Konti , f'isem il-familja Sforza. Fuq din l-art kien hemm kappella żgħira ddedikata lil Santa Marija tal-Grazzji u binja li kienet tintuża mit-truppi tal-Konti Vimercati. Fl-10 ta' Settembru 1463 tpoġġiet il-ġebla tax-xewka tal-kunvent. Il-kostruzzjoni bdiet minn dak li llum huwa magħruf bħala l-Kjostru tal-Mejtin, biswit il-kappella primittiva tal-Verġni tal-Grazzji, li llum tikkorrispondi għall-aħħar kappella tan-navata tax-xellug tal-knisja. Ix-xogħlijiet tmexxew mill-arkitett , li kien magħruf sew f'Milan għaliex diġà kien ħadem bħala l-inġinier ewlieni tad-Duomo u l-Isptar Maġġuri ta' Milan kif ukoll tal-Monasteru Kartusjan ta' . Bis-saħħa tal-finanzi mill-Konti Vimercati f'isem il-familja Sforza, il-kunvent tlesta fl-1469, kif jirrakkonta l-patri Dumnikan Gattico, fil-ġrajja tiegħu tant prezzjuża biex wieħed seta' jifhem kif mexew il-fażijiet ta' kostruzzjoni tal-kumpless tul is-snin.
Kunvent
Il-kunvent inbena skont id-disinni ta' Solari madwar tliet kjostri: il-kjostru fejn oriġinarjament kienu joqogħdu t-truppi tal-Konti Vimercati li ġie inkorporat fil-kostruzzjoni, il-kjostru l-kbir fejn kien hemm iċ-ċelel tal-patrijiet Dumnikani, u l-Kjostru tal-Mejtin biswit il-knisja. Dan il-kjostru kien inqered għalkollox mill-bumbardamenti fl-1943 u ġie rikostruwit wara l-gwerra. Fit-Tramuntana tiegħu hemm in-naħa tat-Tramuntana tal-knisja, filwaqt li fit-tliet naħat l-oħra tal-kjostru hemm portiku bil-kolonni tal- tat-tip serizzo b'kapitelli Gotiċi bil-weraq lixx. Fuq il-portiku, fil-Lvant hemm il-Kappella tal-Grazzji l-antika u s-swali tal-Kapitlu u tal-Lokutorju, filwaqt li fit-Tramuntana hemm il-librerija, li Solari ddisinja fuq il-mudella tal-librerija famuża tal-kunvent Dumnikan ta' San Mark f'Firenze, ipproġettata minn xi għoxrin sena qabel. Fin-Nofsinhar hemm ir-refettorju li fih l-affresk famuż tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci.
Refettorju
Is-sala rettangolari ta' hija msaqqfa b'mod elaborat f'għamla ta' bittija u b'riffieda qishom "dwiefer" li jingħaqdu ma' riffieda qishom "umbrelel". Minn ġewwa s-sala kienet iddekorata kompletament b'affreski fuq il-ħitan u s-saqaf. B'xorti ħażina, is-saqaf u l-ħitan prinċipali kienu ġġarrfu, għaldaqstant kulma fadal mill-affreski huwa l-affresk tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci fuq il-ħajt tal-lemin u l-affresk tal-Kruċifissjoni ta' fuq il-ħajt tax-xellug, li kienu temi tipiċi tar-refettorji fil-kunventi dak iż-żmien.
L-affresk tal-Kruċifissjoni huwa l-opra tal-arti kkonservata maġġuri tal-pittur minn Milan. Fl-arkitettura interessanti mpittra fl-isfond, diġà kienu preżenti elementi li kienu jintużaw minn Donato Bramante. Minkejja t-tiġrif tar-refettorju, l-opra tal-arti tinsab f'kundizzjoni pjuttost tajba. Min-naħa l-oħra, l-opri tar-ritratti tal-familja Dukali ta' Leonardo da Vinci ntilfu għalkollox. Dawn kienu jinsabu fl-irkejjen maġenb l-affresk: Ludovico il Moro u Massimiliano fuq il-lemin, Beatrice u Francesco fuq ix-xellug. Dawn ir-ritratti kienu saru bl-istess teknika tal-pittura bin-niexef li ntużat għall-Aħħar Ċena, u li inizjalment kważi wasslet biex l-opra tal-arti tisparixxi. Giorgio Vasari kien ra u faħħar dawn l-opri tal-arti meta kien żar il-belt ta' Milan.
Bażilika
Il-kostruzzjoni tal-knisja bdiet, kif kienet drawwa li ssir dak iż-żmien, miż-żona tal-apsida, flimkien mal-kostruzzjoni tal-kunvent. Tul il-proġett, l-arkitett Solari żamm mat-tradizzjoni Gotika kkonsolidata fit-Tramuntana tal-Italja u bena bażilika bi tliet navati, imsaqqfa bir-riffieda ġejjin għall-ponta, u b'faċċata f'għamla ta' tinda. Il-materjali tal-kostruzzjoni wkoll isegwu t-tradizzjoni tal-Lombardija, bil-brikks għall-ħitan u bil-granit għall-kolonni u l-kapitelli. Il-pjanta tal-bażilika hija tipika tal-knejjes qishom sala, bi tliet navati baxxi u wesgħin, isseparati permezz ta' kolonni tal-ġebel li jippermettu li jidħol iktar dawl, sabiex jinħoloq ambjent unitarju, żviluppat iktar orizzontalment milli vertikalment. In-navati huma mgħottija b'riffieda f'għamla ta' salib, u jserrħu fuq kolonni b'kapitelli bil-weraq.
Biswit in-navati minuri hemm ringiela ta' seba' kappelli kwadri tal-ġenb, imdawla b'tieqa tonda ċentrali u żewġ twieqi f'għamla ta' ħnejja akuta. L-istruttura hija l-istess bħal tas-sede Dumnikana ta' qabel iddedikata lil Sant'Eustorgio, kif ukoll bħal xogħlijiet oħra ta' Solari f'Milan bħall-Abbazija ta' Casoretto, il-Knisja ta' San Pietru f'Gessate u l-Knisja ta' Santa Marija tal-Paċi.
Il-faċċata sempliċi f'għamla ta' tinda hija maqsuma f'ħames sezzjonijiet permezz ta' sitt riffieda. Il-wisa' hija kważi d-doppju tal-għoli. L-għoli xorta waħda huwa iktar minn dak tan-navati interni, kif wieħed jista' jara mill-okuli fil-ħitan, li jinsabu iktar 'il fuq mis-saqaf proprja tal-knisja. Id-dekorazzjoni esterna mhijiex esaġerata u tinkludi riljievi u disinni bil-brikks li jagħmluha ta' gwarniċ għar-rużuni u għat-twieqi tal-knisja. Il-bibien tal-ġnub bilkemm għandhom dekorazzjoni, peress li waqt ir-restawr li sar fis-seklu 19 tneħħew il-portali Barokki mwettqa minn , biex il-knisja terġa' tingħata l-bixra oriġinali tagħha tas-seklu 15.
Il-portal ċentrali magħmul mill-irħam abjad, huwa l-ewwel intervent fejn Ludovico il Moro hemm ta' rasu, kif ħa f'idejh il-patroċinju tax-xogħlijiet wara l-Konti Vimercati. Fuq iż-żewġ pedestalli f'għamla ta' kubu, hemm kolonni tal-irħam abjad, iddekorati b'motiv bil-fjuri fuq il-ġebla. Iktar lura, hemm pilastri ddekorati qishom kandilabri. Fuq nett hemm lunetta b'riffieda qishom xkaffi, fejn hemm affresk tas-seklu 18 ta' . Il-proġett ta' dan il-portal, flimkien mat-tribuna, jiġi attribwit lil Bramante, għalkemm mhux b'unanimità. L-irħam abjad ileqq, il-grazzja tad-dekorazzjonijiet ta' ispirazzjoni klassika u l-linearità ġeometrika tal-portal joħolqu kuntrast mal-istruttura sempliċi bil-brikks tal-faċċata.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Knisja u l-Kunvent Dumnikan ta' Santa Marija tal-Grazzji flimkien mal-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980. Il-valur universali straordinarju ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba l-Aħħar Ċena waħedha tirrappreżenta kisba artistika unika u storika ta' valur universali straordinarju għall-istorja tal-arti u l-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ", ladarba dan is-sit influwenza ferm mhux biss l-iżvilupp ta' tema ikonografika waħda, iżda wkoll l-iżvilupp kollu tal-pittura, filwaqt li witta t-triq għal fażi ġdida fl-istorja tal-arti.
Referenzi
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Church and Dominican Convent of Santa Maria delle Grazie with "The Last Supper" by Leonardo da Vinci". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-15.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rock Drawings in Valcamonica". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-15.
- ^ P. Girolamo Gattico, O.P., Descrizione succinta e vera delle cose spettanti alla Chiesa e al convento di Santa Maria delle Grazie e di Santa maria della Rosa e suo luogo e altre loro cose in Milano dell'ordine dei predicatori, (sec.XVIII), Archivio di Stato di Milano, Fondo di Religione, Conventi, Milano.
- ^ Maria Teresa Fiorio, Le chiese di Milano, p.89, Electa, 2006. ISBN: 9788837037635.
- ^ Mina Gregori (a cura di), Pittura a Milano, Rinascimento e Manierismo.
- ^ Maria Teresa Fiorio, Le chiese di Milano, pp. 84-85, Electa, 2006. ISBN: 9788837037635.
- ^ a b Diversi awturi, Santa Maria delle Grazie in Milano, p. 52.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Knisja ta' Santa Marija tal Grazzji (Milan), X'inhi Knisja ta' Santa Marija tal Grazzji (Milan)? Xi tfisser Knisja ta' Santa Marija tal Grazzji (Milan)?
Il Knisja ta Santa Marija tal Grazzji Milan l Italja hija bazilika u santwarju tal Ordni tad Dumnikani fil parroċċa ta L arkitettura tat tribuna li nbniet bejn l 1492 u l 1493 skont ir rieda tad Duka ta Milan li xtaq għall familja tiegħu hija waħda mill aqwa binjiet tar Rinaxximent fit Tramuntana tal Italja Il Knisja ta Santa Marija tal Grazzji Milan Il knisja flimkien mal affresk tal Aħħar Ċena ta Leonardo da Vinci li jinsab fir refettorju tal kunvent kienet it tieni sit li ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO wara l StorjaIt tribuna ta Donato Bramante Fl 1459 id Duka ta Milan ordna l kostruzzjoni tat tieni kunvent Dumnikan f Milan wara l insedjament antik ta Sant Eustorgio li jmur lura għall 1227 li kien inbena 11 il sena biss wara t twaqqif tal Ordni Dumnikana Il kongregazzjoni tad Dumnikani li kienet stabbiliet ruħha fejn illum hemm San Vittore al Corpo fl 1460 irċeviet donazzjoni ta roqgħa art mill Konti f isem il familja Sforza Fuq din l art kien hemm kappella zgħira ddedikata lil Santa Marija tal Grazzji u binja li kienet tintuza mit truppi tal Konti Vimercati Fl 10 ta Settembru 1463 tpoġġiet il ġebla tax xewka tal kunvent Il kostruzzjoni bdiet minn dak li llum huwa magħruf bħala l Kjostru tal Mejtin biswit il kappella primittiva tal Verġni tal Grazzji li llum tikkorrispondi għall aħħar kappella tan navata tax xellug tal knisja Ix xogħlijiet tmexxew mill arkitett li kien magħruf sew f Milan għaliex diġa kien ħadem bħala l inġinier ewlieni tad Duomo u l Isptar Maġġuri ta Milan kif ukoll tal Monasteru Kartusjan ta Bis saħħa tal finanzi mill Konti Vimercati f isem il familja Sforza il kunvent tlesta fl 1469 kif jirrakkonta l patri Dumnikan Gattico fil ġrajja tiegħu tant prezzjuza biex wieħed seta jifhem kif mexew il fazijiet ta kostruzzjoni tal kumpless tul is snin Kunvent Il knisja wara l bumbardamenti tal gwerra fl 1943 Il kunvent inbena skont id disinni ta Solari madwar tliet kjostri il kjostru fejn oriġinarjament kienu joqogħdu t truppi tal Konti Vimercati li ġie inkorporat fil kostruzzjoni il kjostru l kbir fejn kien hemm iċ ċelel tal patrijiet Dumnikani u l Kjostru tal Mejtin biswit il knisja Dan il kjostru kien inqered għalkollox mill bumbardamenti fl 1943 u ġie rikostruwit wara l gwerra Fit Tramuntana tiegħu hemm in naħa tat Tramuntana tal knisja filwaqt li fit tliet naħat l oħra tal kjostru hemm portiku bil kolonni tal tat tip serizzo b kapitelli Gotiċi bil weraq lixx Fuq il portiku fil Lvant hemm il Kappella tal Grazzji l antika u s swali tal Kapitlu u tal Lokutorju filwaqt li fit Tramuntana hemm il librerija li Solari ddisinja fuq il mudella tal librerija famuza tal kunvent Dumnikan ta San Mark f Firenze ipproġettata minn xi għoxrin sena qabel Fin Nofsinhar hemm ir refettorju li fih l affresk famuz tal Aħħar Ċena ta Leonardo da Vinci Refettorju L Aħħar Ċena Is sala rettangolari ta hija msaqqfa b mod elaborat f għamla ta bittija u b riffieda qishom dwiefer li jingħaqdu ma riffieda qishom umbrelel Minn ġewwa s sala kienet iddekorata kompletament b affreski fuq il ħitan u s saqaf B xorti ħazina is saqaf u l ħitan prinċipali kienu ġġarrfu għaldaqstant kulma fadal mill affreski huwa l affresk tal Aħħar Ċena ta Leonardo da Vinci fuq il ħajt tal lemin u l affresk tal Kruċifissjoni ta fuq il ħajt tax xellug li kienu temi tipiċi tar refettorji fil kunventi dak iz zmien L affresk tal Kruċifissjoni huwa l opra tal arti kkonservata maġġuri tal pittur minn Milan Fl arkitettura interessanti mpittra fl isfond diġa kienu prezenti elementi li kienu jintuzaw minn Donato Bramante Minkejja t tiġrif tar refettorju l opra tal arti tinsab f kundizzjoni pjuttost tajba Min naħa l oħra l opri tar ritratti tal familja Dukali ta Leonardo da Vinci ntilfu għalkollox Dawn kienu jinsabu fl irkejjen maġenb l affresk Ludovico il Moro u Massimiliano fuq il lemin Beatrice u Francesco fuq ix xellug Dawn ir ritratti kienu saru bl istess teknika tal pittura bin niexef li ntuzat għall Aħħar Ċena u li inizjalment kwazi wasslet biex l opra tal arti tisparixxi Giorgio Vasari kien ra u faħħar dawn l opri tal arti meta kien zar il belt ta Milan Bazilika Il portal ċentrali Il kostruzzjoni tal knisja bdiet kif kienet drawwa li ssir dak iz zmien miz zona tal apsida flimkien mal kostruzzjoni tal kunvent Tul il proġett l arkitett Solari zamm mat tradizzjoni Gotika kkonsolidata fit Tramuntana tal Italja u bena bazilika bi tliet navati imsaqqfa bir riffieda ġejjin għall ponta u b faċċata f għamla ta tinda Il materjali tal kostruzzjoni wkoll isegwu t tradizzjoni tal Lombardija bil brikks għall ħitan u bil granit għall kolonni u l kapitelli Il pjanta tal bazilika hija tipika tal knejjes qishom sala bi tliet navati baxxi u wesgħin isseparati permezz ta kolonni tal ġebel li jippermettu li jidħol iktar dawl sabiex jinħoloq ambjent unitarju zviluppat iktar orizzontalment milli vertikalment In navati huma mgħottija b riffieda f għamla ta salib u jserrħu fuq kolonni b kapitelli bil weraq It tribuna ta Bramante minn barra Biswit in navati minuri hemm ringiela ta seba kappelli kwadri tal ġenb imdawla b tieqa tonda ċentrali u zewġ twieqi f għamla ta ħnejja akuta L istruttura hija l istess bħal tas sede Dumnikana ta qabel iddedikata lil Sant Eustorgio kif ukoll bħal xogħlijiet oħra ta Solari f Milan bħall Abbazija ta Casoretto il Knisja ta San Pietru f Gessate u l Knisja ta Santa Marija tal Paċi Il faċċata sempliċi f għamla ta tinda hija maqsuma f ħames sezzjonijiet permezz ta sitt riffieda Il wisa hija kwazi d doppju tal għoli L għoli xorta waħda huwa iktar minn dak tan navati interni kif wieħed jista jara mill okuli fil ħitan li jinsabu iktar il fuq mis saqaf proprja tal knisja Id dekorazzjoni esterna mhijiex esaġerata u tinkludi riljievi u disinni bil brikks li jagħmluha ta gwarniċ għar ruzuni u għat twieqi tal knisja Il bibien tal ġnub bilkemm għandhom dekorazzjoni peress li waqt ir restawr li sar fis seklu 19 tneħħew il portali Barokki mwettqa minn biex il knisja terġa tingħata l bixra oriġinali tagħha tas seklu 15 Il portal ċentrali magħmul mill irħam abjad huwa l ewwel intervent fejn Ludovico il Moro hemm ta rasu kif ħa f idejh il patroċinju tax xogħlijiet wara l Konti Vimercati Fuq iz zewġ pedestalli f għamla ta kubu hemm kolonni tal irħam abjad iddekorati b motiv bil fjuri fuq il ġebla Iktar lura hemm pilastri ddekorati qishom kandilabri Fuq nett hemm lunetta b riffieda qishom xkaffi fejn hemm affresk tas seklu 18 ta Il proġett ta dan il portal flimkien mat tribuna jiġi attribwit lil Bramante għalkemm mhux b unanimita L irħam abjad ileqq il grazzja tad dekorazzjonijiet ta ispirazzjoni klassika u l linearita ġeometrika tal portal joħolqu kuntrast mal istruttura sempliċi bil brikks tal faċċata Sit ta Wirt DinjiIl Knisja u l Kunvent Dumnikan ta Santa Marija tal Grazzji flimkien mal Aħħar Ċena ta Leonardo da Vinci ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1980 Il valur universali straordinarju ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba l Aħħar Ċena waħedha tirrapprezenta kisba artistika unika u storika ta valur universali straordinarju għall istorja tal arti u l kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ ladarba dan is sit influwenza ferm mhux biss l izvilupp ta tema ikonografika waħda izda wkoll l izvilupp kollu tal pittura filwaqt li witta t triq għal fazi ġdida fl istorja tal arti Referenzi a b Centre UNESCO World Heritage Church and Dominican Convent of Santa Maria delle Grazie with The Last Supper by Leonardo da Vinci UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 03 15 Centre UNESCO World Heritage Rock Drawings in Valcamonica UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 03 15 P Girolamo Gattico O P Descrizione succinta e vera delle cose spettanti alla Chiesa e al convento di Santa Maria delle Grazie e di Santa maria della Rosa e suo luogo e altre loro cose in Milano dell ordine dei predicatori sec XVIII Archivio di Stato di Milano Fondo di Religione Conventi Milano Maria Teresa Fiorio Le chiese di Milano p 89 Electa 2006 ISBN 9788837037635 Mina Gregori a cura di Pittura a Milano Rinascimento e Manierismo Maria Teresa Fiorio Le chiese di Milano pp 84 85 Electa 2006 ISBN 9788837037635 a b Diversi awturi Santa Maria delle Grazie in Milano p 52