Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Konkatidral ta San Ġwann jinsab fil Belt Valletta u ġawhra tal arti u tal istil Barokk L Ordni ta San Ġwann bena din

Konkatidral ta' San Ġwann

  • Paġna Ewlenija
  • Konkatidral ta' San Ġwann
Konkatidral ta' San Ġwann
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Konkatidral ta` San Ġwann jinsab fil-Belt Valletta u ġawhra tal-arti u tal-istil Barokk. L-Ordni ta' San Ġwann bena din il-knisja bħala l-Knisja Konventwali tal-Ordni, jiġifieri din kienet il-knisja prinċipali fejn l-Ordni seta' jamministra s-servizzi reliġjużi. Il-knisja bdiet tinbena fl-1572 fi żmien il-Gran Mastru Jean de la Cassière fuq id-disinn tal-arkitett Malti, Ġlormu Cassar. Il-knisja hija ddedikata lil San Ġwann Battista, il-qaddis patrun tal-Ordni.

Konkatidral ta' San Ġwann
Post Belt Valletta ( Malta)
Denominazzjoni Knisja Kattolika
Websajt https://www.stjohnscocathedral.com
Storja
Ismijiet preċedenti Knisja Konventwali ta’ San Ġwann Il-Knisja Maġġuri Konventwali u Parrokkjali tal-Ordni Ġerolimitan iddedikata lil San Ġwann Battista
Status Konkatidral
Fundatur(i) Jean de la Cassière
Ikkonsagrati 20 ta’ Frar 1578
Perit Ġlormu Cassar
Stil Mannerist (estern) Barokk (interjuri)
Kleru
Arċidjoċesi
Arċisqof
Rettur

Storja

Il-faċċata sempliċi, li għandha kampnar kbir fuq kull naħa, hija awstera u għandha l-karattru ta' fortizza li jirrifletti l-istat sobriju tal-Ordni wara l-Assedju l-Kbir. In-navata hija twila 53 metru u wiesgħa 15-il metru u għandha kappelli tal-ġenb fuq kull naħa. Dawn il-kappelli kienu assenjati lid-diversi lingwi skont l-anzjanità. Il-lingwi ta' Franza, l-Italja u , li kienu predominanti, tqiegħdu l-aktar qrib l-altar.


Kif it-tbexbix tas-seklu 17 daħħal l-istil Barokk ġdid, il- ordna d-dekorazzjoni tal-knisja minn ġewwa. Il- kienu ħerqana li jħabbtuha mal-knejjes kbar ta' Ruma u l-karattru pompuż u dimostrattiv tal-era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan. L-artist Kalabriż Mattia Preti, li kien ikkummissjonat b'dan ix-xogħol, bidel ġewwa f'ċelebrazzjoni ta' arti Barokka. Huwa l-kuntrast bejn il-faċċata sempliċi u sobrija tal-binja mal-karattru festiv ta' ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku.

Il-Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca għamel donazzjonijiet sostanzjali lill-Knisja Konventwali tal-Ordni, fosthom żewġ qniepen kbar u tqal fonduti mill-Mastru Funditur tal-Ordni, , fl-1747 u fl-1748; dawn għadhom imdendlin fil-kampnari tal-Konkatidral. Dawn il-qniepen ġew fonduti mill- ta' żewġ bażiliski li ħallew warajhom it-Torok fl-assedju tal-1565.

Kif il-Knisja Konventwali saret Konkatidral

Bosta jikkonfondu għaliex il-Konkatidral ta’ San Ġwann hu msejjaħ hekk - Konkatidral u mhux Katidral. L-Ordni kien bena l-Knisja Konventwali biex din isservi esklużivament bħala knisja tal-Ordni. L-Isqof ta’ Malta qatt ma kellu xi jeddijiet fuq din il-knisja sakemm l-Ordni baqa’ f’Malta. Meta Napuljun keċċa lill-Ordni minn Malta, l-Isqof , immedjatament talab lill-awtoritajiet Franċiżi biex il-knisja ta’ San Ġwann tgħaddi taħt idejh. Din it-talba kienet aċċettata fuq bażi temporanja ta’ sena. Meta mbagħad Malta waqgħet f’idejn l-Ingliżi, dawn ma ridux li l-knisja ta’ San Ġwann tingħata f’idejn l-Isqof ta’ Malta. L-argument tagħhom kien illi jekk il-Knisja Konventwali kienet nbniet mill-Ordni, li kien jiggverna lil Malta, mela l-knisja ta’ San Ġwann kellha bi dritt taqa’ f’idejn l-awtorità governattiva, li f’dan il-każ kienet l-. Biss qatt ma azzardaw li jbiddlu din il-knisja f'waħda Anglikana għax kienu jafu li l-konsegwenzi kienu jkunu kbar.

Din il-kwistjoni baqgħet għal bosta snin taħt it-tapit. Sadattant, l-Isqof kellu biża’ kbir li din il-knisja tant prestiġġjuża bir-rikkezzi tagħha xi darba taqa’ f’idejn il-Gvern barrani, li kien ta’ twemmin Anglikan, l-aktar għax issa bdew jiġu l-għalliema . L-Isqof Mattei ra kif għamel u ġab l-approvazzjoni mingħand il-Papa biex din il-knisja taqa’ taħt r-responsabbiltà tiegħu. Bi ftehim mal-Gvernatur Ingliż li aċċetta s-sitwazzjoni, fis-27 ta’ Jannar 1816, il- ta r-rikonoxximent u eleva l-istatus tal-knisja għal dak ta’ “Konkatidral”, jiġifieri Katidral li jaqsam id-dinjità u l-preċedenza onorarja tiegħu mal-Katidral tal-Imdina. Biex ma tinkisirx ir-rieda tajba mal-Gvern Ingliż, b’mod diplomatiku ntlaħaq ftehim li bih l-Gvern Ingliż kellu ċerta setgħa nominali fuq il-Konkatidral. B’hekk fuq il-presbiterju b'mod simboliku, mat-tron tal-Isqof tqiegħed ukoll it-tron irriżervat għall-Gvernatur. Intant, l-awtorità tal-Gvernatur vis a vis il-Knisja f’Malta kienet tkun manifestata fl-istess Konkatidral f’Jum il-gandlora meta kull sena il-Gvernatur kien jagħmel id-diskors tiegħu lill-kleru minn fuq il-presbiterju. Fi snin aktar riċenti qamu diżgwidi oħra, din id-darba mal-Gvern Malti dwar min kellu d-dritt tal-proprjetà tal-Konkatidral.

It-tibdil ta' xogħol artistiku min-Nazzareni

Il-pittur famuż (1787-1858), artist Malti ta’ dixxendenza Ġermaniża, kien issieħeb ma’ moviment artistiku f'Ruma magħruf bħala n-Nazzareni. Meta ġie lura minn Ruma, fl-1823, hu ħajjar lil bosta artisti Maltin biex isegwu dan l-istil. Hyzler ħadem ħafna ma’ ħuh Vincenzo u mal-assistent tiegħu , kif ukoll ma’ ħames artisti oħra, l-aktar f’xogħlijiet fil-knejjes. Hyzler kien ħass li l-arti Barokka fil-Konkatidral ta’ San Ġwann kienet frivola u esaġerata, u allura ma kienx għad hemm lokha. B’hekk ħa l-inkarigu li jqaxxar l-induratura tal-ħitan u jneħħi l-iskultura Barokka li kien hemm fil-kappelli u n-navata. Kienu laħaq biss dar il-kappella ta’ Franza, (iddedikata lil San Pawl), meta mbagħad ix-xogħol waqaf.

Tul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Konkatidral ta' San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil-bombi mill-ajru fuq il-Belt Valletta. Parti mill-Anness sofriet l-aktar u l-knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit. Il-kampnari u l-Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l-bieb prinċipali nfaqa' 'l ġewwa. Fortunatament, dak li kien hemm fil-knisja kien diġà ġie trasferit f'post ieħor fil-ħin.

Intern

L-intern tal-Konkatidral, il-biċċa kbira huwa magħmul mill- magħruf Mattia Preti. Suor Maria de Dominici kienet fost l-artisti u assistenti oħra li ħadmu ma' Preti. L-istil huwa dak Barokk u l-intern huwa mżejjen ħafna speċjalment fil-faċċata. Preti ħadem fil-ħitan u pinġa l-artali li kellhom xeni mil-ħajja ta' San Ġwann. Viċin l-entrata prinċipali, wieħed jista' jara' il-monumenti tal-.

Opri tal-arti

Il-Konkatidral huwa mimli b'xogħlijiet importanti tal-arti kemm f'dak li hu pittura kif ukoll skultura. Wieħed mill-aktar xogħlijiet prestiġjużi u importanti huma l-pitturi l-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann u l-Meditazzjoni ta' San Ġirolamu, it-tnejn xogħlijiet tal-pittur famuż Michelangelo Merisi da Caravaggio. Dawn jinsabu fl-Oratorju.

Caravaggio

Caravaggio kien ġie Malta fl-1607. Dan l-artist famuż jibqa’ jissemma bħala l-ewwel u l-aqwa esponent tal-istil ta' arti magħruf bħala il-chiaroscuro. Caravaggio jibqa' magħruf ukoll bħala l-artist pijunier tar-. Hu kien jagħżel il-mudelli tiegħu min-nies kwalunkwe li kien jiltaqa’ magħhom. Fl-arti Karavaġġeska jispiċċa l-idealiżmu tas-sbuħija u l-perfezzjoni tal-figura umana. Minflok tispikka r-realtà bid-difetti u anki l-kruha kollha tagħha. Hekk pereżempju fil-pittura ta’ San Ġirolamu, dan il-karattru hu rrappreżentat b'mod mill-aktar uman, bil-fattizzi li jagħmluh bniedem li kien jeżisti verament. Fil-figura ta' dan il-qaddis ma tidhirx figura iddillistika b'wiċċ b'fattizzi perfetti biex il-qaddis ikun perfett fis-sbuħija tiegħu. F'dan ir-ritratt, il-figura għandha l-ġilda mkemxa tal-pala tal-id. Din għandha tonalità ta' kulur differenti minn dik tad-driegħ bajdanija, bħalma jiġri fir-realtà meta bniedem ikun liebes u protett mix-xemx. Karatteristika oħra importanti tal-pitturi ta’ Caravaggio hi l-kompożizzjoni tal-pittura bis-saħħa tad-dawl bħalma naraw fil-kapulavur tiegħu l-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann. Hawn naraw id-dawl fuq l-iġsma tal-karattri ġej minn sors wieħed, minn naħa ta' fuq, bħallikieku l-uniku dawl dieħel mit-tieqa hu dak li hemm fis-saqaf tal-oratorju. Fl-arti, dan id-dawl jissejjaħ, luce della cantina.

Arazzi Fjammingi

Fil-mużew tal-Konkatidral ta’ San Ġwann hemm sett ta' arazzi magħruf bħala “L-Arazzi Fjammingi” li nġieb Malta fl-1701. L-arazzi kienu kkumissjonati mill-Gran Mastru Perellos biex iżejnu l-Knisja Konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dan is-sett hu msejjaħ hekk għaliex kien maħdum minn Judocus de Vos, fil-belt Fjamminga ta’ Brussell. Is-sett hu magħmul minn ħmistax-il biċċa tapizzerija, kull waħda, 7.5 m b’6.5 m, u minn 14-il panew żgħir (kull wieħed 2 m b’7.5 m). Dan is-sett jittratta t-tema tat-“Trijonf tal-Fidi”. Dawn l-arazzi kienu maħdumin fuq disinn ta’ u ta’ . Fl-antik, dawn it-tapizzerji kienu jiddendlu fil-Konkatidral għall-festi ta’ Corpus u ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Pentekoste u fl-Imnarja.

Illum

Illum il-Konkatidral ta’ San Ġwann hu wkoll post fejn isiru avvenimenti kulturali u hu wieħed mill-attrazzjonijiet l-aktar popolari mat-turisti f'Malta. Huwa amministrat mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta' San Ġwann li twaqqfet fl-2001 biex tiżgura l-konservazzjoni u r-restawr kull fejn u meta jkun meħtieġ, kif ukoll tieħu ħsieb id-dħul u li l-finanzi minn dan id-dħul ikunu sostenibbli.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Ġun, 2025 / 21:16

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Konkatidral ta' San Ġwann, X'inhi Konkatidral ta' San Ġwann? Xi tfisser Konkatidral ta' San Ġwann?

Il Konkatidral ta San Ġwann jinsab fil Belt Valletta u ġawhra tal arti u tal istil Barokk L Ordni ta San Ġwann bena din il knisja bħala l Knisja Konventwali tal Ordni jiġifieri din kienet il knisja prinċipali fejn l Ordni seta jamministra s servizzi reliġjuzi Il knisja bdiet tinbena fl 1572 fi zmien il Gran Mastru Jean de la Cassiere fuq id disinn tal arkitett Malti Ġlormu Cassar Il knisja hija ddedikata lil San Ġwann Battista il qaddis patrun tal Ordni Konkatidral ta San Ġwann Post Belt Valletta Malta Denominazzjoni Knisja Kattolika Websajt https www stjohnscocathedral com Storja Ismijiet preċedenti Knisja Konventwali ta San Ġwann Il Knisja Maġġuri Konventwali u Parrokkjali tal Ordni Ġerolimitan iddedikata lil San Ġwann Battista Status Konkatidral Fundatur i Jean de la Cassiere Ikkonsagrati 20 ta Frar 1578 Perit Ġlormu Cassar Stil Mannerist estern Barokk interjuri Kleru Arċidjoċesi Arċisqof RetturStorjaIl faċċata sempliċi li għandha kampnar kbir fuq kull naħa hija awstera u għandha l karattru ta fortizza li jirrifletti l istat sobriju tal Ordni wara l Assedju l Kbir In navata hija twila 53 metru u wiesgħa 15 il metru u għandha kappelli tal ġenb fuq kull naħa Dawn il kappelli kienu assenjati lid diversi lingwi skont l anzjanita Il lingwi ta Franza l Italja u li kienu predominanti tqiegħdu l aktar qrib l altar Kif it tbexbix tas seklu 17 daħħal l istil Barokk ġdid il ordna d dekorazzjoni tal knisja minn ġewwa Il kienu ħerqana li jħabbtuha mal knejjes kbar ta Ruma u l karattru pompuz u dimostrattiv tal era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan L artist Kalabriz Mattia Preti li kien ikkummissjonat b dan ix xogħol bidel ġewwa f ċelebrazzjoni ta arti Barokka Huwa l kuntrast bejn il faċċata sempliċi u sobrija tal binja mal karattru festiv ta ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku Il Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca għamel donazzjonijiet sostanzjali lill Knisja Konventwali tal Ordni fosthom zewġ qniepen kbar u tqal fonduti mill Mastru Funditur tal Ordni fl 1747 u fl 1748 dawn għadhom imdendlin fil kampnari tal Konkatidral Dawn il qniepen ġew fonduti mill ta zewġ baziliski li ħallew warajhom it Torok fl assedju tal 1565 Kif il Knisja Konventwali saret Konkatidral Bosta jikkonfondu għaliex il Konkatidral ta San Ġwann hu msejjaħ hekk Konkatidral u mhux Katidral L Ordni kien bena l Knisja Konventwali biex din isservi eskluzivament bħala knisja tal Ordni L Isqof ta Malta qatt ma kellu xi jeddijiet fuq din il knisja sakemm l Ordni baqa f Malta Meta Napuljun keċċa lill Ordni minn Malta l Isqof immedjatament talab lill awtoritajiet Franċizi biex il knisja ta San Ġwann tgħaddi taħt idejh Din it talba kienet aċċettata fuq bazi temporanja ta sena Meta mbagħad Malta waqgħet f idejn l Inglizi dawn ma ridux li l knisja ta San Ġwann tingħata f idejn l Isqof ta Malta L argument tagħhom kien illi jekk il Knisja Konventwali kienet nbniet mill Ordni li kien jiggverna lil Malta mela l knisja ta San Ġwann kellha bi dritt taqa f idejn l awtorita governattiva li f dan il kaz kienet l Biss qatt ma azzardaw li jbiddlu din il knisja f waħda Anglikana għax kienu jafu li l konsegwenzi kienu jkunu kbar Il Konkatidral ta San Ġwann jeħlisha ħafif mill ħsara tal attakki mill ajru matul it Tieni Gwerra Dinjija Din il kwistjoni baqgħet għal bosta snin taħt it tapit Sadattant l Isqof kellu biza kbir li din il knisja tant prestiġġjuza bir rikkezzi tagħha xi darba taqa f idejn il Gvern barrani li kien ta twemmin Anglikan l aktar għax issa bdew jiġu l għalliema L Isqof Mattei ra kif għamel u ġab l approvazzjoni mingħand il Papa biex din il knisja taqa taħt r responsabbilta tiegħu Bi ftehim mal Gvernatur Ingliz li aċċetta s sitwazzjoni fis 27 ta Jannar 1816 il ta r rikonoxximent u eleva l istatus tal knisja għal dak ta Konkatidral jiġifieri Katidral li jaqsam id dinjita u l preċedenza onorarja tiegħu mal Katidral tal Imdina Biex ma tinkisirx ir rieda tajba mal Gvern Ingliz b mod diplomatiku ntlaħaq ftehim li bih l Gvern Ingliz kellu ċerta setgħa nominali fuq il Konkatidral B hekk fuq il presbiterju b mod simboliku mat tron tal Isqof tqiegħed ukoll it tron irrizervat għall Gvernatur Intant l awtorita tal Gvernatur vis a vis il Knisja f Malta kienet tkun manifestata fl istess Konkatidral f Jum il gandlora meta kull sena il Gvernatur kien jagħmel id diskors tiegħu lill kleru minn fuq il presbiterju Fi snin aktar riċenti qamu dizgwidi oħra din id darba mal Gvern Malti dwar min kellu d dritt tal proprjeta tal Konkatidral It tibdil ta xogħol artistiku min Nazzareni Il pittur famuz 1787 1858 artist Malti ta dixxendenza Ġermaniza kien issieħeb ma moviment artistiku f Ruma magħruf bħala n Nazzareni Meta ġie lura minn Ruma fl 1823 hu ħajjar lil bosta artisti Maltin biex isegwu dan l istil Hyzler ħadem ħafna ma ħuh Vincenzo u mal assistent tiegħu kif ukoll ma ħames artisti oħra l aktar f xogħlijiet fil knejjes Hyzler kien ħass li l arti Barokka fil Konkatidral ta San Ġwann kienet frivola u esaġerata u allura ma kienx għad hemm lokha B hekk ħa l inkarigu li jqaxxar l induratura tal ħitan u jneħħi l iskultura Barokka li kien hemm fil kappelli u n navata Kienu laħaq biss dar il kappella ta Franza iddedikata lil San Pawl meta mbagħad ix xogħol waqaf Tul it Tieni Gwerra Dinjija il Konkatidral ta San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil bombi mill ajru fuq il Belt Valletta Parti mill Anness sofriet l aktar u l knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit Il kampnari u l Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l bieb prinċipali nfaqa l ġewwa Fortunatament dak li kien hemm fil knisja kien diġa ġie trasferit f post ieħor fil ħin InternL intern tal Konkatidral ta San Ġwann L intern tal Konkatidral il biċċa kbira huwa magħmul mill magħruf Mattia Preti Suor Maria de Dominici kienet fost l artisti u assistenti oħra li ħadmu ma Preti L istil huwa dak Barokk u l intern huwa mzejjen ħafna speċjalment fil faċċata Preti ħadem fil ħitan u pinġa l artali li kellhom xeni mil ħajja ta San Ġwann Viċin l entrata prinċipali wieħed jista jara il monumenti tal Opri tal arti Il Qtugħ ir Ras ta San Ġwann 1608 Il Konkatidral huwa mimli b xogħlijiet importanti tal arti kemm f dak li hu pittura kif ukoll skultura Wieħed mill aktar xogħlijiet prestiġjuzi u importanti huma l pitturi l Qtugħ ir Ras ta San Ġwann u l Meditazzjoni ta San Ġirolamu it tnejn xogħlijiet tal pittur famuz Michelangelo Merisi da Caravaggio Dawn jinsabu fl Oratorju Caravaggio Caravaggio kien ġie Malta fl 1607 Dan l artist famuz jibqa jissemma bħala l ewwel u l aqwa esponent tal istil ta arti magħruf bħala il chiaroscuro Caravaggio jibqa magħruf ukoll bħala l artist pijunier tar Hu kien jagħzel il mudelli tiegħu min nies kwalunkwe li kien jiltaqa magħhom Fl arti Karavaġġeska jispiċċa l idealizmu tas sbuħija u l perfezzjoni tal figura umana Minflok tispikka r realta bid difetti u anki l kruha kollha tagħha Hekk perezempju fil pittura ta San Ġirolamu dan il karattru hu rrapprezentat b mod mill aktar uman bil fattizzi li jagħmluh bniedem li kien jezisti verament Fil figura ta dan il qaddis ma tidhirx figura iddillistika b wiċċ b fattizzi perfetti biex il qaddis ikun perfett fis sbuħija tiegħu F dan ir ritratt il figura għandha l ġilda mkemxa tal pala tal id Din għandha tonalita ta kulur differenti minn dik tad driegħ bajdanija bħalma jiġri fir realta meta bniedem ikun liebes u protett mix xemx Karatteristika oħra importanti tal pitturi ta Caravaggio hi l kompozizzjoni tal pittura bis saħħa tad dawl bħalma naraw fil kapulavur tiegħu l Qtugħ ir Ras ta San Ġwann Hawn naraw id dawl fuq l iġsma tal karattri ġej minn sors wieħed minn naħa ta fuq bħallikieku l uniku dawl dieħel mit tieqa hu dak li hemm fis saqaf tal oratorju Fl arti dan id dawl jissejjaħ luce della cantina Arazzi Fjammingi Fil muzew tal Konkatidral ta San Ġwann hemm sett ta arazzi magħruf bħala L Arazzi Fjammingi li nġieb Malta fl 1701 L arazzi kienu kkumissjonati mill Gran Mastru Perellos biex izejnu l Knisja Konventwali tal Ordni ta San Ġwann Dan is sett hu msejjaħ hekk għaliex kien maħdum minn Judocus de Vos fil belt Fjamminga ta Brussell Is sett hu magħmul minn ħmistax il biċċa tapizzerija kull waħda 7 5 m b 6 5 m u minn 14 il panew zgħir kull wieħed 2 m b 7 5 m Dan is sett jittratta t tema tat Trijonf tal Fidi Dawn l arazzi kienu maħdumin fuq disinn ta u ta Fl antik dawn it tapizzerji kienu jiddendlu fil Konkatidral għall festi ta Corpus u ta San Ġwann il Battista fil Pentekoste u fl Imnarja IllumIllum il Konkatidral ta San Ġwann hu wkoll post fejn isiru avvenimenti kulturali u hu wieħed mill attrazzjonijiet l aktar popolari mat turisti f Malta Huwa amministrat mill Fondazzjoni tal Konkatidral ta San Ġwann li twaqqfet fl 2001 biex tizgura l konservazzjoni u r restawr kull fejn u meta jkun meħtieġ kif ukoll tieħu ħsieb id dħul u li l finanzi minn dan id dħul ikunu sostenibbli

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    L-Amerika ta' Fuq

  • Ġunju 07, 2025

    L-Amerika t'Isfel

  • Ġunju 05, 2025

    Oċean Paċifiku

  • Ġunju 07, 2025

    Oċean Indjan

  • Ġunju 05, 2025

    Oċean Atlantiku

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq