Nessebar spiss traskritta wkoll bħala Nesebar jew Nesebur bil Несебър ippronunzjata nɛˈsɛbɐr hija belt antika u waħda mi
Nessebar

Nessebar (spiss traskritta wkoll bħala Nesebar jew Nesebur, bil-: Несебър, ippronunzjata [nɛˈsɛbɐr]) hija belt antika u waħda mill-iżjed bliet ewlenin bil-baħar tul il-kosta tal-Baħar l-Iswed, li tinsab fil-Provinċja ta' Burgas. Hija ċ-ċentru amministrattiv tal-Muniċipalità ta' Nessebar. Spiss imlaqqma l-"Perla tal-Baħar l-Iswed", Nessebar hija belt-mużew rikka li ssawret b'iktar minn tliet millenji ta' evoluzzjoni storika. Il-belt żgħira teżisti f'żewġ partijiet isseparati minn istmu dejjaq magħmul mill-bniedem, b'parti antika tal-insedjament fuq il-peniżola (li qabel kienet gżira), u b'parti iktar moderna (bil-lukandi u bl-iżvilupp modern) fuq in-naħa tal-art kontinentali. Il-parti l-antika fiha evidenza ta' okkupazzjoni minn varjetà ta' ċivilizzazzjonijiet differenti tul l-eżistenza tagħha.
Nessebar | |||
---|---|---|---|
Bulgarija | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Bulgarija | ||
Oblast of Bulgaria | Provinċja ta' Burgas | ||
Municipality of Bulgaria | Muniċipalità ta' Nessebar | ||
Isem uffiċjali | Несебър Nesebar | ||
Ismijiet oriġinali | Несебър | ||
Kodiċi postali | 8230 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 42°39′34″N 27°43′29″E / 42.659507°N 27.724724°EKoordinati: 42°39′34″N 27°43′29″E / 42.659507°N 27.724724°E | ||
Nessebar Nessebar (Bulgaria) | |||
Superfiċjenti | 31.852 kilometru kwadru | ||
Għoli | 30 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 15,506 abitanti (15 Marzu 2024) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon | 0554 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 | ||
bliet ġemellati | , Oħrid, San Pietruburgu | ||
nesebarinfo.com |
Hija waħda mill-iżjed destinazzjonijiet turistiċi u portijiet marittimi prominenti mal-Baħar l-Iswed, f'żona li saret tassew popolari b'diversi lukandi kbar — l-ikbar żona hija magħrufa mat-turisti bħala Sunny Beach (il-Bajja Xemxija) u tinsab fit-Tramuntana ta' Nessebar.
Nessebar sabet ruħha diversi drabi fil-frunitera ta' imperu mhedded, u għaldaqstant hija belt bi storja rikka ħafna. Minħabba l-abbundanza ta' binjiet storiċi fil-belt, iċ-ċentru storiku tal-belt ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.
Sa Diċembru 2019, il-belt kellha popolazzjoni ta' 13,600 abitant.
Isem
L-insedjament kien magħruf bil-Grieg bħala Mesembria (bil-Grieg: Μεσημβρία), xi kultant imsemmi Mesambria jew Melsembria (jiġifieri l-belt ta' Melsas). Jingħad li l-isem jaf oriġina minn Melsambria ta' . Madankollu, l-oriġini Traċjana ta' dak l-isem hi kemxejn dubjuża. Barra minn hekk, it-tradizzjoni rigward Melsas, bħala l-fundatur tal-belt, hija dgħajfa u hija parti minn ċiklu ta' leġġendi etimoloġiċi abbundanti fost il-bliet Griegi. Milli jidher ukoll, il-ġrajja ta' Melsas kienet rikostruzzjoni aħħarija tal-perjodu Ellenistiku, meta Mesembria kienet belt kostali importanti.
Qabel l-1934, l-isem Bulgaru komuni tal-belt kien Месемврия, Mesemvriya. Dan ġie sostitwit bl-isem attwali, li qabel kien jintuża fid-djalett ta' Erkech biswit Nessebar. Iż-żewġ forom tal-isem x'aktarx li oriġinaw mill-isem Grieg ta' Mesembria.
Storja
L-arkeologa Bulgara mexxiet sitt spedizzjonijiet arkeoloġiċi taħt l-ilma għall-Akkademja Bulgara tax-Xjenzi bejn l-1961 u l-1972 fl-ilmijiet tul il-kosta Bulgara tal-Baħar l-Iswed. Ix-xogħol tagħha wassal għall-identifikazzjoni ta' ħames perjodi kronoloġiċi ta' urbanizzazzjoni fuq il-peniżola madwar Nessebar sal-aħħar tat-tieni millenju Q.K., li kienu jinkludu il-protopoli Traċjana, il-kolonja Griega ta' Mesambria, villaġġ immexxi mir-Rumani sal-Perjodu Kristjan Bikri, insedjament Medjevali u raħal Rinaxximentali, magħruf bħala Mesembria jew Nessebar.
Ix-xogħol tal-inġinerija madwar il-kosta tal-peniżola twettaq fis-snin 80 tas-seklu 20, kemm għall-preservazzjoni tal-kosta (u tal-importanza storika tagħha) kif ukoll għall-konsolidazzjoni taż-żona bħala port.
Antikità
Oriġinarjament insedjament Traċjan magħruf bħala Mesembria, ir-raħal sar kolonja Griega meta ġie insedjat mid-Dorjani minn Megara fil-bidu tas-seklu 6 Q.K. Minn hemm 'il quddiem ir-raħal sar ċentru kummerċjali importanti u rivali ta' Apollonja (Sozopol). Baqa' l-unika kolonja Dorjana tul il-kosta tal-Baħar l-Iswed, peress li l-kumplament kienu kolonji tipiċi tal-. Fl-425-424 Q.K. ir-raħal ingħaqad mal-Lega Deljana, taħt it-tmexxija ta' Ateni.
Il-fdalijiet li nstabu jmorru lura l-iktar għall-perjodu Ellenistiku u jinkludu akropoli, tempju ta' Apollo u agora. Ħajt li kien parti mill-fortifikazzjonijiet Traċjani għadu viżibbli fin-naħa tat-Tramuntana tal-peniżola.
F'Mesembria ġew zekkati muniti tal-bronż u tal-fidda mis-seklu 5 Q.K. u muniti tad-deheb mis-seklu 3 Q.K. Ir-raħal spiċċa taħt ir-Rumani fil-71 Q.K., iżda baqa' jgawdi l-privileġġi li kellu, bħad-dritt li jizzekka l-muniti tiegħu stess.
Medjuevu
Mesembria kienet waħda mill-iżjed fortizzi importanti tal-Imperu Ruman tal-Lvant mis-seklu 5 W.K. 'il quddiem, iġġieldu għaliha l-Biżantini u l-, u nħatfet u ġiet inkorporata fl-artijiet tal-Ewwel Imperu Bulgaru fit-812 mill-Khan Krum wara assedju ta' ġimagħtejn, allavolja mbagħad ġiet ċeduta mill-ġdid lil Biżanzju minn fit-864 u nħakmet mill-ġdid minn ibnu il-Ksar . Matul it-Tieni Imperu Bulgaru l-belt ġiet ikkontestata wkoll mill-forzi Bulgari u Biżantini u gawdiet prosperità partikolari taħt il-Ksar Bulgaru (1331-1371) sa ma nħakmet mill-ġellieda tal-Kruċjati mmexxija minn , il-Konti tas-Savoia fl-1366. Il-verżjoni Bulgara tal-isem, trażlitterata bħala Nesebar jew Mesebar, ġiet iddokumentata mis-seklu 11.
Fost il-monumenti Medjevali hemm l-iStara Mitropoliya ("veskovat l-antik"; magħrufa wkoll bħala l-Knisja ta' Santa Sofija), bażilika tas-seklu 5-6 mingħajr transett; il-knisja tas-seklu 6 iddedikata lill-Madonna; u n-Nova Mitropoliya ("veskovat il-ġdid"; magħrufa wkoll bħala l-Knisja ta' San Stiefnu) tas-seklu 11 li baqgħet tissebbaħ sas-seklu 18. Fis-sekli 13 u 14 inbniet sensiela notevoli ta' knejjes: ta' San Teodoru, San Paraskeva, San Mikiel, San Gabriel u San Ġwann Aliturgetos.
Ottomani
Fl-1453 il-belt inħatfet mill-Imperu Ottoman u dan immarka l-bidu tad-deklin tagħha, iżda l-wirt arkitettoniku tagħha baqa' intatt u ġie arrikkit fis-seklu 19 bil-kostruzzjoni ta' djar tal-injam bi stil tipiku tal-kosta Bulgara tal-Baħar l-Iswed f'dak il-perjodu. Fil-bidu tas-seklu 19 bosta ċittadini lokali ngħaqdu fl-organizzazzjoni patrijottika Griega, Filiki Eteria, filwaqt li meta faqqgħet il-Gwerra Griega tal-Indipendenza (1821), parti miż-żgħażagħ tal-belt ħadu sehem fit-taqbida taħt .
Nessebar kienet ċentru kaza fis-sanjak ta' İslimye tal-Provinċja ta' Edirne qabel l-1878.
Tielet Stat Bulgaru
Wara l-Liberazzjoni tal-Bulgarija mill-ħakma Ottomana fl-1878, Nessebar saret parti mill-provinċja Ottomana awtonoma tal-Lvant ta' Rumelia fid-dipartiment ta' Burgas sa ma ngħaqdet mal-Prinċipat tal-Bulgarija fl-1885. Għall-ħabta ta' tmiem is-seklu 19, Nessebar kienet raħal żgħir ta' sajjieda u ta' vitikolturi Griegi. Fl-1900 ir-raħal kellu popolazzjoni ta' madwar 1,900 ruħ, li 89 % minnhom kienu Griegi, iżda baqa' raħal relattivament vojt. Żviluppa bħala belt ewlenija Bulgara żviluppat mal-baħar mill-bidu tas-seklu 20. Wara l-1925 inbniet parti ġdida moderna tal-belt u ċ-ċentru storiku antik tal-belt ġie rrestawrat.
Knejjes
Nessebar xi kultant jingħad li hija l-belt bl-ogħla għadd ta' knejjes pro capita. Illum il-ġurnata hemm total ta' erbgħin knisja, sħaħ jew fdalijiet, fl-inħawi tal-belt. Uħud mill-iżjed famużi jinkludu:
- il-Knisja ta' Santa Sofija jew il-Veskovat l-Antik (Stara Mitropoliya) (is-sekli 5 - 6)
- il-Bażilika tal-Madonna ta' Eleusa (is-seklu 6)
- il-Knisja ta' San Ġwann il-Battista (is-seklu 11)
- il-Knisja ta' San Stiefnu jew il-Veskovat il-Ġdid (Nova Mitropoliya) (is-seklu 11; rikostruwita fis-sekli 16-18)
- il-Knisja ta' San Teodoru (is-seklu 13)
- il-Knisja ta' San Paraskevi (is-sekli 13-14)
- il-Knisja tal-Arkanġli Mqaddsa Mikiel u Gabriel (is-sekli 13-14)
- il-Knisja ta' Kristu Pantokrator (is-sekli 13-14)
- il-Knisja ta' San Ġwann Aliturgetos (is-seklu 14)
- il-Knisja ta' San Spas (is-seklu 17)
- il-Knisja ta' San Klement (is-seklu 17)
- il-Knisja ta' Marija Assunta (is-seklu 19)
Il-knejjes ta' Nessebar, li nbnew taħt it-tmexxija tal-Biżantini, tal-Bulgari jew tal-Ottomani, jirrappreżentaw il-wirt arkitettoniku rikk tad-dinja Ortodossa tal-Lvant u juru l-iżvilupp gradwali mill-bażiliki Kristjani Bikrin għall-knejjes Medjevali b'għamla ta' salib u msaqqfa bil-koppli.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Antika ta' Nessebar ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Sport
It-tim lokali tal-futbol ta' jieħu sehem fil-kampjonat tal-futbol nazzjonali tat-tielet diviżjoni (dilettanti). Il-grawnd tal-klabb jesa' sa 6,000 spettatur u jintużaw ukoll grawnd komplementari għall-kiri jew għall-prattika.
- Tennis
Fil-belt hemm bosta possibbiltajiet fejn wieħed jista' jilgħab it- speċjalment fl-istaġun tas-sajf. Iż-żewġ klabbs prinċipali b'courts fil-beraħ u fuq ġewwa huma TC Egalite u l-Akkademja tat-Tennis ta' Nessebar.
Tribut
Id-Distakk ta' Nessebar fuq il-Gżira ta' Livingston fil-Gżejjer tan-Nofsinhar ta' Shetland, l-Antartika, huwa msemmi għall-belt ta' Nessebar.
Gallerija
- Il-Knisja ta' Kristu Pantokrator.
- Il-Knisja ta' San Stiefnu.
- Il-Knisja ta' San Ġwann il-Battista.
- Il-mitħna tal-injam qabel id-daħla tal-belt.
- Djar tipiċi tal-injam fiċ-ċentru storiku.
- Il-Knisja ta' Santa Sofija.
- Iċ-ċentru ta' Nessebar.
- Veduta panoramika ta' Nessebar.
- Il-parti l-ġdida ta' Nessebar.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Nessebar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-09.
- ^ "Popolazzjoni". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-11-13. Miġbur 2023-06-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Shuckburgh, E.S., ed. (1976). Herodotos, VI, Erato ([Reprinted]. ed.). Cambridge: University Press. p. 236. ISBN 9780521052481.
- ^ Ivanov, Rumen Teofilov (2007). Roman cities in Bulgaria, Vol. 2. National Museum of Bulgarian Books and Polygraphy. p. 41. ISBN 9789544630171.
- ^ Nawotka, Krzysztof (1997). The Western Pontic cities: history and political organization. Hakkert. ISBN 9789025611125.
- ^ Deliradev, Pavel (1953). Contribution to the historical geography of Thrace (bil-Bulgaru). Publisher of the Bulgarian Academy of Sciences. p. 189.
- ^ Илиева (Ilieva), Павлина (Pavlina); Прешленов (Preshlenov), Христо (Christo) (2005). "Люба Огненова-Маринова—Ученият, Учителят И Човекът". In Стоянов (Stoyanov), Тотко (Totko); Тонкова (Tonkova), Милена (Milena); Прешленов (Preshlenov), Христо (Christo); Попов (Popov), Христо (Christo) (eds.). Heros Hephaistos: Studia In Honorem: Liubae Ognenova-Marinova [Luba Ognenova-Marinova—scientist, teacher and man] (bil-Bulgaru). Sofia, Bulgaria: Археологически институт с Музей на БАН & Cobrxiur Университет “Св. Кл. Охридски”. pp. 7–11. ISBN 954-775-531-5.
- ^ "Как Започнаха Подводните Археологически Проучвания В Несебър". web.archive.org. 2016. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Preshlenov, Hristo (2022-05-26). "Postglacial Black Sea Level Rising, Urban Development and Adaptation of Historic Places. The case study of the city-peninsula of Nesebar (Bulgaria)". Internet Archaeology (bl-Ingliż) (60).
- ^ "Μεγάλη διαδικτυακή εγκυκλοπαίδεια του Εύξεινου Πόντου". www.ehw.gr. Miġbur 2023-06-09.
- ^ "Blog". conservation environment (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-09.
- ^ Dragostinova, Theodora K. (2011). Between Two Motherlands: Nationality and Emigration among the Greeks of Bulgaria, 1900–1949. Cornell University Press. p. 26. ISBN 978-0801461163.
- ^ Fermor, Patrick Leigh, "The Broken Road," (2016: John Murray)(ISBN 9781590177549), p. 259.
- ^ "ТК Егалите – Тенис уроци в Несебър". egalitetennis.net (bil-Bulgaru). Miġbur 2023-06-09.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Nessebar, X'inhi Nessebar? Xi tfisser Nessebar?
Nessebar spiss traskritta wkoll bħala Nesebar jew Nesebur bil Nesebr ippronunzjata nɛˈsɛbɐr hija belt antika u waħda mill izjed bliet ewlenin bil baħar tul il kosta tal Baħar l Iswed li tinsab fil Provinċja ta Burgas Hija ċ ċentru amministrattiv tal Muniċipalita ta Nessebar Spiss imlaqqma l Perla tal Baħar l Iswed Nessebar hija belt muzew rikka li ssawret b iktar minn tliet millenji ta evoluzzjoni storika Il belt zgħira tezisti f zewġ partijiet isseparati minn istmu dejjaq magħmul mill bniedem b parti antika tal insedjament fuq il penizola li qabel kienet gzira u b parti iktar moderna bil lukandi u bl izvilupp modern fuq in naħa tal art kontinentali Il parti l antika fiha evidenza ta okkupazzjoni minn varjeta ta ċivilizzazzjonijiet differenti tul l ezistenza tagħha Nessebar BulgarijaAmministrazzjoniPajjizBulgarijaOblast of BulgariaProvinċja ta BurgasMunicipality of BulgariaMuniċipalita ta NessebarIsem uffiċjali Nesebr NesebarIsmijiet oriġinali NesebrKodiċi postali 8230ĠeografijaKoordinati 42 39 34 N 27 43 29 E 42 659507 N 27 724724 E 42 659507 27 724724 Koordinati 42 39 34 N 27 43 29 E 42 659507 N 27 724724 E 42 659507 27 724724NessebarNessebar Bulgaria Superfiċjenti 31 852 kilometru kwadruGħoli 30 mDemografijaPopolazzjoni 15 506 abitanti 15 Marzu 2024 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0554Zona tal Ħin UTC 2u UTC 3bliet ġemellati Oħrid San Pietruburgunesebarinfo com Hija waħda mill izjed destinazzjonijiet turistiċi u portijiet marittimi prominenti mal Baħar l Iswed f zona li saret tassew popolari b diversi lukandi kbar l ikbar zona hija magħrufa mat turisti bħala Sunny Beach il Bajja Xemxija u tinsab fit Tramuntana ta Nessebar Nessebar sabet ruħha diversi drabi fil frunitera ta imperu mhedded u għaldaqstant hija belt bi storja rikka ħafna Minħabba l abbundanza ta binjiet storiċi fil belt iċ ċentru storiku tal belt ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 Sa Diċembru 2019 il belt kellha popolazzjoni ta 13 600 abitant IsemL insedjament kien magħruf bil Grieg bħala Mesembria bil Grieg Meshmbria xi kultant imsemmi Mesambria jew Melsembria jiġifieri l belt ta Melsas Jingħad li l isem jaf oriġina minn Melsambria ta Madankollu l oriġini Traċjana ta dak l isem hi kemxejn dubjuza Barra minn hekk it tradizzjoni rigward Melsas bħala l fundatur tal belt hija dgħajfa u hija parti minn ċiklu ta leġġendi etimoloġiċi abbundanti fost il bliet Griegi Milli jidher ukoll il ġrajja ta Melsas kienet rikostruzzjoni aħħarija tal perjodu Ellenistiku meta Mesembria kienet belt kostali importanti Qabel l 1934 l isem Bulgaru komuni tal belt kien Mesemvriya Mesemvriya Dan ġie sostitwit bl isem attwali li qabel kien jintuza fid djalett ta Erkech biswit Nessebar Iz zewġ forom tal isem x aktarx li oriġinaw mill isem Grieg ta Mesembria StorjaL arkeologa Bulgara mexxiet sitt spedizzjonijiet arkeoloġiċi taħt l ilma għall Akkademja Bulgara tax Xjenzi bejn l 1961 u l 1972 fl ilmijiet tul il kosta Bulgara tal Baħar l Iswed Ix xogħol tagħha wassal għall identifikazzjoni ta ħames perjodi kronoloġiċi ta urbanizzazzjoni fuq il penizola madwar Nessebar sal aħħar tat tieni millenju Q K li kienu jinkludu il protopoli Traċjana il kolonja Griega ta Mesambria villaġġ immexxi mir Rumani sal Perjodu Kristjan Bikri insedjament Medjevali u raħal Rinaxximentali magħruf bħala Mesembria jew Nessebar Ix xogħol tal inġinerija madwar il kosta tal penizola twettaq fis snin 80 tas seklu 20 kemm għall preservazzjoni tal kosta u tal importanza storika tagħha kif ukoll għall konsolidazzjoni taz zona bħala port Antikita Oriġinarjament insedjament Traċjan magħruf bħala Mesembria ir raħal sar kolonja Griega meta ġie insedjat mid Dorjani minn Megara fil bidu tas seklu 6 Q K Minn hemm il quddiem ir raħal sar ċentru kummerċjali importanti u rivali ta Apollonja Sozopol Baqa l unika kolonja Dorjana tul il kosta tal Baħar l Iswed peress li l kumplament kienu kolonji tipiċi tal Fl 425 424 Q K ir raħal ingħaqad mal Lega Deljana taħt it tmexxija ta Ateni Il fdalijiet li nstabu jmorru lura l iktar għall perjodu Ellenistiku u jinkludu akropoli tempju ta Apollo u agora Ħajt li kien parti mill fortifikazzjonijiet Traċjani għadu vizibbli fin naħa tat Tramuntana tal penizola F Mesembria ġew zekkati muniti tal bronz u tal fidda mis seklu 5 Q K u muniti tad deheb mis seklu 3 Q K Ir raħal spiċċa taħt ir Rumani fil 71 Q K izda baqa jgawdi l privileġġi li kellu bħad dritt li jizzekka l muniti tiegħu stess Medjuevu Pjanta tal Fortizza ta Mesembria Mesembria kienet waħda mill izjed fortizzi importanti tal Imperu Ruman tal Lvant mis seklu 5 W K il quddiem iġġieldu għaliha l Bizantini u l u nħatfet u ġiet inkorporata fl artijiet tal Ewwel Imperu Bulgaru fit 812 mill Khan Krum wara assedju ta ġimagħtejn allavolja mbagħad ġiet ċeduta mill ġdid lil Bizanzju minn fit 864 u nħakmet mill ġdid minn ibnu il Ksar Matul it Tieni Imperu Bulgaru l belt ġiet ikkontestata wkoll mill forzi Bulgari u Bizantini u gawdiet prosperita partikolari taħt il Ksar Bulgaru 1331 1371 sa ma nħakmet mill ġellieda tal Kruċjati mmexxija minn il Konti tas Savoia fl 1366 Il verzjoni Bulgara tal isem trazlitterata bħala Nesebar jew Mesebar ġiet iddokumentata mis seklu 11 Fost il monumenti Medjevali hemm l iStara Mitropoliya veskovat l antik magħrufa wkoll bħala l Knisja ta Santa Sofija bazilika tas seklu 5 6 mingħajr transett il knisja tas seklu 6 iddedikata lill Madonna u n Nova Mitropoliya veskovat il ġdid magħrufa wkoll bħala l Knisja ta San Stiefnu tas seklu 11 li baqgħet tissebbaħ sas seklu 18 Fis sekli 13 u 14 inbniet sensiela notevoli ta knejjes ta San Teodoru San Paraskeva San Mikiel San Gabriel u San Ġwann Aliturgetos Ottomani Fl 1453 il belt inħatfet mill Imperu Ottoman u dan immarka l bidu tad deklin tagħha izda l wirt arkitettoniku tagħha baqa intatt u ġie arrikkit fis seklu 19 bil kostruzzjoni ta djar tal injam bi stil tipiku tal kosta Bulgara tal Baħar l Iswed f dak il perjodu Fil bidu tas seklu 19 bosta ċittadini lokali ngħaqdu fl organizzazzjoni patrijottika Griega Filiki Eteria filwaqt li meta faqqgħet il Gwerra Griega tal Indipendenza 1821 parti miz zgħazagħ tal belt ħadu sehem fit taqbida taħt Nessebar kienet ċentru kaza fis sanjak ta Islimye tal Provinċja ta Edirne qabel l 1878 Tielet Stat Bulgaru Wara l Liberazzjoni tal Bulgarija mill ħakma Ottomana fl 1878 Nessebar saret parti mill provinċja Ottomana awtonoma tal Lvant ta Rumelia fid dipartiment ta Burgas sa ma ngħaqdet mal Prinċipat tal Bulgarija fl 1885 Għall ħabta ta tmiem is seklu 19 Nessebar kienet raħal zgħir ta sajjieda u ta vitikolturi Griegi Fl 1900 ir raħal kellu popolazzjoni ta madwar 1 900 ruħ li 89 minnhom kienu Griegi izda baqa raħal relattivament vojt Zviluppa bħala belt ewlenija Bulgara zviluppat mal baħar mill bidu tas seklu 20 Wara l 1925 inbniet parti ġdida moderna tal belt u ċ ċentru storiku antik tal belt ġie rrestawrat KnejjesNessebar xi kultant jingħad li hija l belt bl ogħla għadd ta knejjes pro capita Illum il ġurnata hemm total ta erbgħin knisja sħaħ jew fdalijiet fl inħawi tal belt Uħud mill izjed famuzi jinkludu il Knisja ta Santa Sofija jew il Veskovat l Antik Stara Mitropoliya is sekli 5 6 il Bazilika tal Madonna ta Eleusa is seklu 6 il Knisja ta San Ġwann il Battista is seklu 11 il Knisja ta San Stiefnu jew il Veskovat il Ġdid Nova Mitropoliya is seklu 11 rikostruwita fis sekli 16 18 il Knisja ta San Teodoru is seklu 13 il Knisja ta San Paraskevi is sekli 13 14 il Knisja tal Arkanġli Mqaddsa Mikiel u Gabriel is sekli 13 14 il Knisja ta Kristu Pantokrator is sekli 13 14 il Knisja ta San Ġwann Aliturgetos is seklu 14 il Knisja ta San Spas is seklu 17 il Knisja ta San Klement is seklu 17 il Knisja ta Marija Assunta is seklu 19 Il knejjes ta Nessebar li nbnew taħt it tmexxija tal Bizantini tal Bulgari jew tal Ottomani jirrapprezentaw il wirt arkitettoniku rikk tad dinja Ortodossa tal Lvant u juru l izvilupp gradwali mill baziliki Kristjani Bikrin għall knejjes Medjevali b għamla ta salib u msaqqfa bil koppli Sit ta Wirt DinjiIl fortifikazzjonijiet fid daħla ta Nessebar Il Belt Antika ta Nessebar ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem SportFutbol It tim lokali tal futbol ta jieħu sehem fil kampjonat tal futbol nazzjonali tat tielet divizjoni dilettanti Il grawnd tal klabb jesa sa 6 000 spettatur u jintuzaw ukoll grawnd komplementari għall kiri jew għall prattika Tennis Fil belt hemm bosta possibbiltajiet fejn wieħed jista jilgħab it speċjalment fl istaġun tas sajf Iz zewġ klabbs prinċipali b courts fil beraħ u fuq ġewwa huma TC Egalite u l Akkademja tat Tennis ta Nessebar TributId Distakk ta Nessebar fuq il Gzira ta Livingston fil Gzejjer tan Nofsinhar ta Shetland l Antartika huwa msemmi għall belt ta Nessebar GallerijaIl Knisja ta Kristu Pantokrator Il Knisja ta San Stiefnu Il Knisja ta San Ġwann il Battista Il mitħna tal injam qabel id daħla tal belt Djar tipiċi tal injam fiċ ċentru storiku Il Knisja ta Santa Sofija Iċ ċentru ta Nessebar Veduta panoramika ta Nessebar Il parti l ġdida ta Nessebar Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Ancient City of Nessebar UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 06 09 Popolazzjoni web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2010 11 13 Miġbur 2023 06 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Shuckburgh E S ed 1976 Herodotos VI Erato Reprinted ed Cambridge University Press p 236 ISBN 9780521052481 Ivanov Rumen Teofilov 2007 Roman cities in Bulgaria Vol 2 National Museum of Bulgarian Books and Polygraphy p 41 ISBN 9789544630171 Nawotka Krzysztof 1997 The Western Pontic cities history and political organization Hakkert ISBN 9789025611125 Deliradev Pavel 1953 Contribution to the historical geography of Thrace bil Bulgaru Publisher of the Bulgarian Academy of Sciences p 189 Ilieva Ilieva Pavlina Pavlina Preshlenov Preshlenov Hristo Christo 2005 Lyuba Ognenova Marinova Ucheniyat Uchitelyat I Chovekt In Stoyanov Stoyanov Totko Totko Tonkova Tonkova Milena Milena Preshlenov Preshlenov Hristo Christo Popov Popov Hristo Christo eds Heros Hephaistos Studia In Honorem Liubae Ognenova Marinova Luba Ognenova Marinova scientist teacher and man bil Bulgaru Sofia Bulgaria Arheologicheski institut s Muzej na BAN amp Cobrxiur Universitet Sv Kl Ohridski pp 7 11 ISBN 954 775 531 5 Kak Zapochnaha Podvodnite Arheologicheski Prouchvaniya V Nesebr web archive org 2016 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 04 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Preshlenov Hristo 2022 05 26 Postglacial Black Sea Level Rising Urban Development and Adaptation of Historic Places The case study of the city peninsula of Nesebar Bulgaria Internet Archaeology bl Ingliz 60 Megalh diadiktyakh egkyklopaideia toy Ey3einoy Pontoy www ehw gr Miġbur 2023 06 09 Blog conservation environment bl Ingliz Miġbur 2023 06 09 Dragostinova Theodora K 2011 Between Two Motherlands Nationality and Emigration among the Greeks of Bulgaria 1900 1949 Cornell University Press p 26 ISBN 978 0801461163 Fermor Patrick Leigh The Broken Road 2016 John Murray ISBN 9781590177549 p 259 TK Egalite Tenis uroci v Nesebr egalitetennis net bil Bulgaru Miġbur 2023 06 09