Il Palazz ta Blenheim pronunzjata ˈblɛnɪm BLEN im huwa residenza fil kampanja f Woodstock Oxfordshire l Ingilterra Huwa
Palazz ta' Blenheim

Il-Palazz ta' Blenheim (pronunzjata /ˈblɛnɪm/ BLEN-im) huwa residenza fil-kampanja f'Woodstock, Oxfordshire, l-Ingilterra. Huwa s-sede tad-Duki ta' Marlborough u l-unika residenza mhux irjali u mhux episkopali fl-Ingilterra li għandha t-titlu ta' palazz. Il-palazz, li huwa waħda mill-ikbar djar fl-Ingilterra, inbena bejn l-1705 u l-1722, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.
Il-palazz ingħata dan l-isem għall-Battalja ta' Blenheim tal-1704, u b'hekk fl-aħħar mill-aħħar għal Blindheim (magħruf ukoll bħala Blenheim) fil-Bavarja. Oriġinarjament kien maħsub bħala premju għal , l-Ewwel Duka ta' Marlborough għat-trijonfi militari tiegħu kontra l-Franċiżi u l-Bavarjani fil-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola, li laħqet il-qofol tagħha fil-Battalja ta' Blenheim. L-art ingħatat bħala rigal, u l-kostruzzjoni bdiet fl-1705, b'xi sostenn finanzjarju mir-Reġina Anna. Il-proġett malajr qajjem ġlied politiku, u r-Reġina kkanċellat kwalunkwe sostenn finanzjarju ulterjuri fl-1712. Id-Duka ta' Marlborough għamel tliet snin ta' eżilju volontarju fl-Ewropa, id-dukessa tilfet l-influwenza tagħha, u r-reputazzjoni tal-arkitett Sir tħamġet sew.
Id-disinn tal-palazz sar bl-istil rari u għomru qasir tal-Barokk Ingliż. L-apprezzament arkitettoniku tal-palazz huwa maqsum illum il-ġurnata daqs kemm kien fis-snin 20 tas-seklu 18. Huwa uniku fl-użu kkombinat tiegħu bħala residenza ta' familja, mawżolew u monument nazzjonali. Il-palazz huwa notevoli bħala l-post fejn twieled Sir Winston Churchill u fejn għexu l-antenati tiegħu.
Wara t-tlestija tal-palazz, sar id-dar tal-familja Churchill (iktar 'il quddiem Spencer-Churchill) għat-300 sena ta' wara, u diversi membri tal-familja wettqu bidliet fuq ġewwa tal-palazz, fil-park u fil-ġonna tiegħu. Lejn l-aħħar tas-seklu 19, il-palazz ġie salvat mit-telqa permezz ta' fondi miksuba miż-żwieġ tad-Disa' Duka ta' Marlborough mal-werrieta Amerikana tal-linji ferrovjarji .
Familja Churchill
John Churchill twieled f'Devon. Għalkemm familtu kellha relazzjonijiet aristokratiċi, kienet tagħmel parti mil-livelli inferjuri iktar milli superjuri tas-soċjetà tas-seklu 17. Fl-1678, Churchill iżżewweġ lil , u f'April ta' dik is-sena, huwa ntbagħat minn lejn sabiex jinnegozja konvenzjoni dwar l-istazzjonar tal-armata Ingliża fil-Fjandri. Il-missjoni ma rnexxietx. F'Mejju, Churchill ġie maħtur għall-grad temporanju ta' Brigadier-Ġeneral tal-Fanterija, iżda l-possibbiltà ta' kampanja militari kontinentali ġiet eliminata bit-Trattat ta' Nijmegen. Meta Churchill irritorna lejn l-Ingilterra, il-Komplott Papali rriżulta fi tkeċċija temporanja ta' tliet snin għal , id-Duka ta' . Id-Duka obbliga lil Churchill jieħu ħsiebu, l-ewwel f'Den Haag, u mbagħad fi Brussell. Għas-servizzi tiegħu matul il-kriżi, Churchill sar Lord Churchill ta' Eyemouth fin-nobbiltà tal-Iskozja fl-1682, u s-sena ta' wara nħatar bħala Kurunell tar-Riġment Irjali tad-Draguni tar-Re stess.
Mal-mewt ta' Karlu II fl-1685, ħuh, id-Duka ta' York, sar ir-Re . Ġakbu kien il-Gvernatur tal-Kumpanija tal-Bajja ta' Hudson (bl-Ingliż: Hudson's Bay Company), illum il-ġurnata l-eqdem kumpanija tal-Amerka ta' Fuq, stabbilita b'dokument irjali fl-1670. Bis-suċċessjoni ta' Ġakbu II għat-tron, Churchill inħatar bħala t-tielet gvernatur tal-kumpanija. Kien ġie affermat ukoll bħala l-Ġentlom tal-Kamra tas-Sodda Rjali f'April, u ddaħħal fin-nobbiltà Ingliża bħala l-Baruni Churchill ta' Sandridge fil-kontea ta' Hertfordshire f'Mejju. Wara r-Ribelljoni ta' Monmouth, Churchill ġie promoss għal Maġġur-Ġeneral u ngħata remunerazzjoni tajba tat-Tielet Truppa tal-Gwardjani. Meta , invada l-Ingilterra f'Novembru 1688, Churchill, flimkien ma' xi 400 uffiċjal u raġel, mar jingħaqad miegħu f'Axminster. Meta r-Re ra li lanqas seta' jżomm lil Churchill — li kien qaddej leali u intimu tiegħu għal żmien twil — huwa ħarab lejn Franza. Bħala parti mill-unuri tal-inkurunazzjoni ta' , Churchill sar il-Konti ta' Marlborough, ħa l-ġurament fil-Kunsill Privat, u sar Ġentlom tal-Kamra tas-Sodda tar-Re.
Matul il-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola, Churchill kiseb reputazzjoni bħala kmandant militari kapaċi, u fl-1702 ġie elevat għal Duka ta' Marlborough. Matul il-gwerra huwa rebaħ sensiela ta' rebħiet, inkluż il-Battalja ta' Blenheim (1704), il-Battalja ta' Ramillies (1706), il-Battalja ta' Oudenarde (1708), u l-Battalja ta' Malplaquet (1709). Għar-rebħa tiegħu fi Blenheim, il-Kuruna ppremjatu bit-territorju rjali ta' Hensington (li jinsab fis-sit ta' Woodstock) sabiex ikun jista' jibni palazz ġdid, u l-Parlament ivvota favur somma sostanzjali ta' flus għall-ħolqien tal-palazz. Il-kirja jew petit serjeanty dovuta lill-Kuruna għall-art ġiet stabbilita għal kirja tal-prezz tal-bżar jew il-kirja ta' kopja waħda tal-bandiera rjali Franċiża li kellha tingħata lill-monarka kull sena fl-anniversarju tal-Battalja ta' Blenheim. Din il-bandiera tinsab għall-wiri fuq mejda Franċiża tas-seklu 17 li tintuża għall-kitba fil-.
Il-mara tad-Duka ta' Marlborough kienet mara pikuża, iżda kellha l-kapaċità li ssaħħar lil dak li jkun. Kienet għamlet ħbieb mal-Prinċipessa Anna meta kienet żgħira, u iktar 'il quddiem, meta l-prinċipessa saret Reġina, id-Dukessa ta' Marlborough, li kienet tgħin lill-Maestà Tagħha fl-Għażla tal-Ħwejjeġ, kellha influwenza kbira fuq ir-Reġina kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell politiku. Ir-relazzjoni bejn ir-Reġina u d-Dukessa iktar 'il quddiem saret ikkumplikata, u wara l-aħħar diżgwid bejniethom fl-1711, il-flus għall-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Blenheim waqfu għalkollox. Għal raġunijiet politiċi, id-Duki ta' Marlborough marru f'eżilju fil-kontinent sar-ritorn tagħhom l-għada tal-mewt tar-Reġina fl-1 ta' Awwissu 1714.
Proprjetà
Il-proprjetà mogħtija min-nazzjon lid-Duka ta' Marlborough għall-palazz il-ġdid kienet proprjetà ta' Woodstock, xi kultant imsejħa l-Palazz ta' Woodstock, li kien proprjetà rjali, fil-verità kemxejn iktar minn park taċ-ċriev. Il-leġġendi tappnu l-oriġini tal-proprjetà. Ir-Re għalaq il-park sabiex jikkonfina ċ-ċriev. ospita lill-maħbuba tiegħu (xi kultant magħrufa bħala "Fair Rosamund") hemmhekk f'"post imkenni u labirint"; għad hemm fawwara li jingħad li kienet tgħum fiha, imsemmija għaliha. Milli jidher il-loġġa tal-kaċċa lussuża ġiet rikostruwita bosta drabi, u ma kellhiex storja importanti wisq qabel , li qabel is-suċċessjoni tagħha, ġiet miżmuma hemmhekk minn oħtha tar-rispett bejn l-1554 u l-1555. Eliżabetta kienet ġiet implikata fil-Komplott ta' Wyatt, iżda l-priġunija f'Woodstock kienet qasira, u l-proprjetà ntesiet sa meta ġiet ibbumbardjata u rvinata mit-truppi ta' matul il-Gwerra Ċivili. Meta l-park kienet qed jitħejja bħala pajsaġġ għall-Palazz, l-Ewwel Dukessa riedet li l-fdalijiet storiċi jinqerdu, filwaqt li Vanbrugh, konservazzjonista bikri, ried li jiġu rrestawrati u jkunu karatteristika tal-pajsaġġ. Id-Dukessa, kif seħħ spiss fid-diżgwidi tagħha mal-arkitett, għaddiet tagħha u l-fdalijiet tneħħew.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Palazz ta' Blenheim ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Arkitett
L-arkitett magħżul għall-proġett ambizzjuż kien wieħed kontroversjali. Kien magħruf li d-Dukessa kienet tiffavurixxi lil Sir , famuż għall- u bosta binjiet nazzjonali oħra fir-Renju Unit. Madankollu, id-Duka wara laqgħa li attenda b'kumbinazzjoni, jingħad li kkummissjona minnufih lil Sir . Vanbrugh, drammaturgu popolari, kien arkitett mhux imħarreġ, li normalment kien jaħdem mal-imħarreġ . It-tnejn flimkien kienu għadhom kemm lestew l-ewwel stadji tal-Kastell Barokk ta' Howard. Din il-villa enormi f'Yorkshire kienet waħda mill-ewwel djar fl-Ingilterra bl-istil Barokk Ewropew. Is-suċċess tal-Kastell ta' Howard wassal biex id-Duka ta' Marlborough jikkummissjona xi ħaġa simili f'Woodstock.
Madankollu, il-Palazz ta' Blenheim, ma wassalx għar-rikonoxximent arkitettoniku li Vanbrugh kien qed jistenna li jkollu. Il-ġlieda rigward il-finanzjament wasslet għal akkużi ta' stravaganza u imprattiċità tad-disinn, u ħafna minnhom twasslu minn fazzjonijiet ta' Whig fil-poter. Id-Dukessa ta' Marlborough xejn ma ddifendietu. Peress li x-xewqa tagħha li timpjega lil Wren ma kinitx ġiet issodisfata, hija kkritikat lil Vanbrugh fuq kull livell, mid-disinn sal-gosti. Parti mill-problemi tagħhom feġġew minn dak li kien intalab mill-arkitett. In-nazzjon (li kemm l-arkitett kif ukoll is-sidien assumew li kien se jħallas il-kontijiet) ried monument, iżda d-Dukessa riedet mhux biss ġieħ denju għar-raġel tagħha iżda dar komda wkoll; żewġ rekwiżiti li ma kinux kompatibbli fl-arkitettura tas-seklu 18. Finalment, fil-jiem bikrin tal-binja, id-Duka spiss kien imsiefer minħabba l-kampanji militari tiegħu, u kienet id-Dukessa li ħadet ħsieb tinnegozja ma' Vanbrugh. Peress li kienet iktar konxja mir-raġel tagħha bl-istat prekarju tas-sostenn finanzjarju li kienu qed jirċievu, hija kkritikat l-ideat grandjużi ta' Vanbrugh għax kienu wisq stravaganti.
Wara l-aħħar diżgwid bejniethom, Vanbrugh tkeċċa mis-sit. Fl-1719, meta d-Dukessa kienet imsiefra, Vanbrugh bil-moħbi mar jara l-palazz. Madankollu, meta l-mara ta' Vanbrugh ġiet biex iżżur il-Palazz ta' Blenheim meta tlesta, bħala membru tal-pubbliku fl-1725, id-Dukessa rrifjutat li tħalliha saħansitra tidħol fil-park.
Il-Barokk massiċċ li Vanbrugh uża fil-Palazz ta' Blenheim qatt ma ġibed wisq l-immaġinazzjoni tal-pubbliku, u malajr ġie sostitwit bit-tqanqil mill-ġdid tal-istil Palladjan. Ir-reputazzjoni ta' Vanbrugh qalgħet daqqa ta' ħarta kbira, u huwa ma ngħata l-ebda kummissjoni pubblika kbira oħra. Għad-disinn finali tiegħu, Seaton Delaval Hall f'Northumberland, li ġie mfaħħar bħala l-kapulavur tiegħu, huwa uża verżjoni raffinata tal-Barokk li uża fil-Palazz ta' Blenheim. Huwa miet ftit qabel it-tlestija tal-binja.
Finanzjament tal-kostruzzjoni
Ir-responsabbiltà preċiża għall-finanzjament tal-palazz il-ġdid dejjem kienet suġġett dibattibbli, li għadu mhux solvut sa llum il-ġurnata. Il-palazz bħala premju ġie propost fi żmien ftit xhur mill-Battalja ta' Blenheim, fi żmien meta d-Duka ta' Marlborough kien għadu ma rebaħx il-bosta rebħiet f'isem il-pajjiż. Li n-nazzjon rikonoxxenti mmexxi mir-Reġina Anna xtaq u ried jagħti dar xierqa lill-eroj nazzjonali huwa bla dubju. Permezz ta' dokument iffirmat fl-1705 mit-teżorier parlamentari l-Konti ta' Godolphin, Vanbrugh ġie maħtur bħala arkitett u fih ġie deskritt il-kompitu tiegħu. B'xorti ħażina għall-familja Churchill, imkien fid-dokument ma ssemmiet ir-Reġina jew il-monarkija.
Id-Duka ta' Marlborough ikkontribwixxa £60,000 għall-kost inizjali meta beda x-xogħol fl-1705, li ssupplimentat mill-Parlament, kellu jwassal biex tinbena dar monumentali. Il-Parlament ivvota favur fondi għall-bini tal-Palaazz ta' Blenheim, iżda ma ssemmiet l-ebda somma eżatta u lanqas ma tqiesu l-inflazzjoni jew l-ispejjeż 'il fuq mill-baġit. Kważi mill-bidu nett, il-fondi ġew bl-iskossi. Ir-Reġina Anna ħallset għal uħud mill-kostijiet, iżda kulma jmur dan beda jsir bl-iskossi, wara d-diżgwidi frekwenti tagħha mad-Dukessa. Wara l-argument finali bejniethom fl-1712, il-flejjes statali kollha waqfu ħesrem u x-xogħol twaqqaf. Diġà kienu ntefqu £220,000 u £45,000 kienu dovuti lill-ħaddiema. Id-Duka u d-Dukessa ta' Marlborough ġew imġiegħla jeżiljaw lejn il-kontinent, u ma reġgħux lura qabel mewt ir-Reġina fl-1714.
Mar-ritorn tagħhom, id-Duka u d-Dukessa reġgħu kisbu s-sostenn tal-qorti rjali. Id-Duka issa kellu 64 sena u ddeċieda li jlesti l-proġett għas-spejjeż tiegħu. Fl-1716 ix-xogħol tkompla, iżda l-proġett serraħ għalkollox fuq il-mezzi limitati tad-Duka nnifsu. L-armonija fuq is-sit tal-bini ma damitx wisq, peress li fl-1717 id-Duka kellu puplesija qawwija, u d-Dukessa ħadet ir-riedni f'idejha. Id-Dukessa waħħlet kompletament f'Vanbrugh għall-kostijiet dejjem jiżdiedu u għall-istravaganza tal-palazz, speċjalment għaliex id-disinn tiegħu qatt ma għoġobha. Wara laqgħa mad-Dukessa, Vanbrugh telaq mill-binja rrabjat, filwaqt li insista li l-bennejja, il-mastrudaxxa u l-artiġjana l-ġodda li impjegat id-Dukessa kienu inferjuri għal dawk li kien impjega hu. Madankollu, l-artiġjani ewlenin li kien qabbad hu, bħal , irrifjutaw li jaħdmu għal pagi iktar baxxi mħallsa mid-Dukessa ta' Marlborough. L-artiġjani li qabbdet id-Dukessa, taħt il-gwida tad-disinjatur tal-għamara , u l-assistent arkitett ta' Vanbrugh, Hawksmoor, lestew ix-xogħol b'imitazzjoni perfetta tal-imgħallma tagħhom.
"Taħt l-awspiċji ta' sovran ġeneruż, din id-dar inbniet, għal Ġwanni d-Duka ta' Marlborough u għal Sarah id-Dukessa tiegħu, minn Sir J Vanbrugh bejn l-1705 u l-1722, u l-Proprjetà Rjali ta' Woodstock, flimkien ma' għotja ta' £240,000 għall-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Blenheim, ingħataw mill-Maestà Tagħha r-Reġina Anna u kkonfermati permezz ta' att tal-Parlament . . . lill-imsemmi Ġwanni d-Duka ta' Marlborough u lin-nisel dixxendenti maskili u femminili kollu tiegħu". — Plakka fuq id-daħla tal-Lvant tal-Palazz ta' Blenheim.
Wara l-mewt tad-Duka fl-1722, it-tlestija tal-palazz u l-park tiegħu saru l-ambizzjoni ewlenija tad-Dukessa. L-assistent ta' Vanbrugh, Hawksmoor, issejjaħ mill-ġdid u fl-1723 iddisinja l-"Arkata Trijonfali", abbażi tal-Arkata ta' Titus, fid-daħla tal-park minn Woodstock. Hawksmoor lesta wkoll id-disinn fuq ġewwa tal-librerija, is-soqfa ta' ħafna mill-kmamar statali u dettalji oħra f'bosta kmamar minuri oħra, kif ukoll f'diversi strutturi oħra tal-palazz u tal-park. Wara li naqset il-pagi tal-ħaddiema, u bl-użu ta' materjali ta' kwalità inferjuri f'postijiet mhux ewlenin, id-Dukessa armla lestiet id-dar enormi bħala ġieħ lil żewġha li kien miet. Id-data finali tat-tlestija mhix magħrufa, iżda saħansitra sal-1735 id-Dukessa kienet qed tinnegozja ma' Rysbrack fuq il-kost tal-istatwa tar-Reġina Anna li tpoġġiet fil-librerija. Fl-1732 id-Dukessa kitbet, "Il-Kappella tlestiet u iktar minn nofs il-qabar hemmhekk tlesta wkoll".
Disinn u arkitettura
Vanbrugh ippjana l-Palazz ta' Blenheim b'perspettiva; jiġifieri l-aqwa veduta tiegħu kienet mill-bogħod. Peress li s-sit ikopri xi seba' akri (28,000 m2), din hija wkoll neċessità.
Il-pjanta tal-blokka prinċipali (jew corps de logis) tal-palazz hija rettangolari (ara l-pjanta fuq ix-xellug) mikula minn żewġ btieħi. Wara l-faċċata tan-Nofsinhar hemm l-appartamenti prinċipali; fuq in-naħa tal-Lvant hemm l-appartamenti privati tad-Duka u tad-Dukessa, u fuq in-naħa tal-Punent tul il-piano nobile hemm gallerija twila oriġinarjament maħsuba bħala gallerija tal-pitturi, iżda issa tintuża bħala librerija. Mal-ġnub tal-corps de logis hemm żewġ blokok oħra tas-servizz madwar btieħi kwadri (mhux murija fil-pjanta tax-xellug). In-naħa tal-Lvant tospita l-kċejjen, il-kamra tal-ħasil tal-ħwejjeġ, u uffiċċji domestiċi oħra, u n-naħa tal-Punent biswit il-kappella tospita l-istalel u l-iskola tal-irkib taż-żwiemel fuq ġewwa. It-tliet blokok flimkien jiffurmaw il-"Bitħa l-Kbira", iddisinjata apposta biex timpressjona l-viżitaturi mal-wasla tagħhom fejn il-palazz. Hemm pilastri u kolonni b'abbundanza, filwaqt li mas-soqfa hemm statwi kbar bi stil Rinaxximentali bħall-Bażilika ta' San Pietru f'Ruma, li jċeknu lill-viżitatur. Diversi statwi oħra qishom trofej marzjali jżejnu s-soqfa; l-iktar notevoli hija dik ta' Britannia fuq id-daħla prinċipali quddiem żewġ skjavi Franċiżi bil-ktajjen skolpiti bl-istil ta' Michelangelo, u l-iljun Ingliż jaħtaf is-serduq Franċiż, fuq in-naħa t'isfel tas-soqfa. Ħafna minn dawn l-istatwi saru minn Grinling Gibbons.
Fid-disinn tad-djar tas-seklu 18, il-kumdità u l-konvenjenza kienu sekondarji għall-kobor, u dan huwa ċertament il-każ ukoll fil-Palazz ta' Blenheim. Dan is-sens ta' kobor joħroġ fid-dieher fil-pjanijiet tal-arkitett li ma riedx jibni dar biss iżda monument nazzjonali wkoll sabiex jirrifletti l-poter u ċ-ċiviltà tan-nazzjon. Sabiex joħloq dan l-effett monumentali, Vanbrugh għażel li jiddisinja bi stil Barokk ferm, u uża mases kbar tal-ġebel sabiex jimita s-saħħa u joħloq id-dellijiet bħala tiżjin.
Il-portiku mastizz u enormi tad-daħla fin-naħa tat-Tramuntana tixbah daħla ta' panteon iktar milli daħla ta' dar tal-familja. Vanbrugh kien jieħu gost juża l-"arja tal-kastell" tiegħu, kif kien isejħilha, u dan kisbu billi poġġa torri baxx f'kull rokna tal-blokka ċentrali u ddisinja belveder enormi tal-ġebel fuq kull torri, bi strutturi apposta li jaħbu ċ-ċmieni. Dawn it-torrijiet, li qishom il-pilastri ta' xi tempju Eġizzjan, ikomplu jżidu l-atmosfera erojka tal-binja qisha ta' xi panteon.
Hemm żewġ approċċi għad-daħla grandjuża tal-palazz, wieħed mill-mogħdija twila mix-xatbiet tal-ħadid ferrobattut li twassal sal-Bitħa l-Kbira; l-ieħor, bħalu jekk mhux iktar impressjonanti, imur kontra l-viżjoni reali ta' Vanbrugh: il-palazz bħala bastjun jew ċittadella, il-monument reali u d-dar ta' ġellied grandjuż. Id-Daħla l-Kbira tal-Lvant f'nofs il-blokk tal-Lvant, fiha arkata trijonfali monumentali, b'disinn iktar Eġizzjan milli Ruman. Illużjoni ottika nħolqot bid-disinn tal-ħitan sabiex jagħtu impressjoni li huma ogħla milli fil-fatt huma. Dawk li jakkużaw lil Vanbrugh li ma kienx prattiku, jisħqu fuq din id-daħla li hija wkoll it-torri tal-ilma tal-palazz. Mill-arkata tad-daħla wieħed jista' jara daħla enormi oħra fuq in-naħa l-oħra tal-bitħa, dik taħt it-torri tal-arloġġ.
Din il-veduta tad-Duka bħala xi ħadd onnipotenti hija riflessa wkoll fuq id-disinn fuq ġewwa tal-palazz, u tabilħaqq hija l-assi tiegħu għal ċerti karatteristiċi fil-park. Kien ippjanat li meta d-Duka kien ikollu xi ċena f'postu fis-sala ewlenij, huwa kien ikun il-qofol ta' sensiela sħiħa ta' mases arkitettoniċi li jkabbruh bħal proscenium. Il-linja ta' ċelebrazzjoni u unuri tal-ħajja tiegħu mimlija rebħiet tibda bil-kolonna l-kbir tar-rebħa, li fuqha għandha statwa tiegħu b'dettall dwar it-trijonfi tiegħu, u l-punt li jmiss fuq l-assi kbir, imħawwel b'siġar fil-pożizzjoni ta' truppi, hemm il-pont kbir bi stil Ruman. L-approċċ tal-mogħdija jkompli sejjer mill-portiku l-kbir sas-sala, bis-saqaf impitter minn bl-apoteożi tad-Duka, imbagħad ikompli minn taħt arkata trijonfali kbira, mid-daħla l-kbira tal-irħam bl-istemma tiegħu fuqha (bl-iskrizzjoni dukali "Lanqas Awgustu ma kien kapaċi jikkalma l-umanità aħjar minnu"), u għal ġos-sala ewlenija mpittra, l-iżjed kamra mżejna fil-palazz, fejn id-Duka kellu t-tron.
Id-Duka kien joqgħod b'dahru lejn il-bust tal-irħam ta' 30 tunnellata tal-avversarju tiegħu Lwiġi XIV, ippożizzjonat fil-għoli fuq il-portiku tan-Nofsinhar. Hemmhekk ir-re li ġarrab it-telfa mad-Duka donnu jiġi umiljat iħares 'l isfel lejn min rebaħlu (bl-istess ħsieb bħalma ġenerazzjonijiet qabel kien jiġri bl-irjus maqtugħin). Id-Duka ma għex biżżejjed biex jara dan it-tribut lilu, u jpoġġi bilqiegħda fit-tron f'din il-viżjoni arkitettonika. Id-Duka u d-Dukessa daħlu fl-appartamenti tagħhom fuq in-naħa tal-Lvant tal-palazz, iżda l-palazz kollu kien għadu ma tlestiex qabel mewt id-Duka.
Il-palazz ġie elenkat bħala binja tal-Grad Nru I fil-Lista tal-Wirt Nazzjonali għall-Ingilterra minn Awwissu 1957.
Biblijografija
- Bingham, Jane (2015). The Cotswolds: A Cultural History. Signal Books. ISBN 978-1909930223.
- Colvin, Howard (2007). A biographical dictionary of British architects 1600–1840 (4th ed.). New Haven, Conn.: Yale University Press. ISBN 978-0-300-12508-5.
- Cooper, Dana (2014), Informal Ambassadors: American Women, Transatlantic Marriages, and Anglo-American Relations, 1865–1945., The Kent State University Press, ISBN 9781612778365/
- Cropplestone, Trewin (1963). World Architecture. Londra: Hamlyn.
- Dal Lago, Adalbert (1966). Ville Antiche. Milan: Fratelli Fabbri Editori.
- Downes, Kerry (1979). Hawksmoor. Londra: Thames & Hudson.
- Downes, Kerry (1987). Sir John Vanbrugh: A Biography. Londra: Sidgwick & Jackson. ISBN 9780283994975.
- Field, Ophelia (2002). The Favourite: Sarah, Duchess of Marlborough. Londra: Hodder and Stoughton. ISBN 0-340-76808-8.
- Games, Stephen (2014). Pevsner: The Complete Broadcast Talks: Architecture and Art on Radio and Television, 1945-1977. Routledge. ISBN 978-1409461975.
- Girouard, Mark (1978). Life in the English Country House. New Haven: Yale University Press. ISBN 9780300022735.
- Green, David Brontë (1982) [1950]. Blenheim Palace, Woodstock, Oxfordshire. Oxford: Alden Press.
- Halliday, F. E. (1967). An Illustrated Cultural History of England. Londra: Thames & Hudson.
- Harlin, Robert (1969). Historic Houses. Londra: Condé Nast Publications.
- Mavor, William Fordyce (2010) [1787]. Blenheim, a poem. Gale Ecco. ISBN 978-1170457344.
- Pevsner, Nikolaus; Sherwood, Jennifer (1974). The Buildings of England: Oxfordshire. Harmondsworth: Penguin Books. pp. 459–475. ISBN 0-14-071045-0.
- Purcell, Mark (2019). The Country House Library. New Haven, l-Istati Uniti, u Londra: Yale University Press. ISBN 978-0-300-24868-5.
- Spencer-Churchill, The Lady Henrietta (2013). Blenheim and the Churchill Family – A personal portrait of one of the most important buildings in Europe. CICO Books. ISBN 978-1782490593.
- Tintner, Adeline R. (2015). Edith Wharton in Context: Essays on Intertextuality. University of Alabama Press. ISBN 978-0-8173-5840-2.
- Turner, Roger (1999). Capability Brown and the Eighteenth century English Landscape (2nd ed.). Chichester: Phillimore.
- Vanderbilt, Arthur II (1989). Fortune's Children: The fall of the house of Vanderbilt. Londra: Michael Joseph.
- Vanderbilt Balsan, Consuelo (2012) [1953]. The Glitter and the Gold: The American Duchess-In Her Own Words. New York: St. Martin's Press. ISBN 978-1250017185.
- Watkin, David (1979). English Architecture. Londra: Thames & Hudson.
Iktar qari
- Conniff, Richard (2001). "The House that John Built". Smithsonian Journeys.
- Cornforth, John (2004). Early Georgian Interiors. New Haven, Conn.; Londra: Yale University Press for the Paul Mellon Centre for Studies in British Art, pp. 275–9 ISBN 978-0-30-010330-4 OCLC 938151474
- Murdoch, Tessa (ed.) (2006). Noble Households: Eighteenth-Century Inventories of Great English Houses. A Tribute to John Cornforth. Cambridge: John Adamson, pp. 273–83 ISBN 978-0-9524322-5-8 OCLC 78044620
- Wallechinsky, David; Wallace, Irving (1981). "Excesses of the Rich and Wealthy: The Vanderbilts". The People's Almanac.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Blenheim Palace". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-23.
- ^ Churchill: Marlborough: His Life and Times, Bk. 1, 129.
- ^ Chandler: Marlborough as Military Commander, 10.
- ^ Holmes: Marlborough: England's Fragile Genius, 92.
- ^ Churchill: Marlborough: His Life and Times, Bk. 1, 164.
- ^ Holmes: Marlborough: England's Fragile Genius, 126.
- ^ Churchill: Marlborough: His Life and Times, Bk. 1, 240.
- ^ Holmes: Marlborough: England's Fragile Genius, 194.
- ^ Stephen, Leslie (1887). "Churchill, John (1650–1722)". Dictionary of National Biography. Vol. 10. pp. 315–341.
- ^ "Royal Collection - Writing table". web.archive.org. 2017-08-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-08-29. Miġbur 2022-09-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Field, p. 229, 251–5, 265, 344.
- ^ BBC. "Woodstock's lost royal palace". www.bbc.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-23.
- ^ Britain, Discover (2015-02-02). "The imaginative genius of Sir John Vanbrugh, architect of Blenheim Palace and Castle Howard" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-23.
- ^ "Marlborough House". web.archive.org. 2017-02-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-02-26. Miġbur 2022-09-23.
- ^ Colvin, p. 850.
- ^ a b Lee, Sidney, ed. (1899). Vanbrugh, John. 58. London: Elder Smith & Co. Miġbur 2022-09-23.
- ^ Baggs, A. P.; Blair, W. J.; Chance, Eleanor; Colvin, Christina; Cooper, Janet; Day, C. J.; Selwyn, Nesta; Townley, S. C. (1990). "Blenheim: Blenheim Palace". In Crossley, Alan; Elrington, C. R. (eds.). A History of the County of Oxford: Volume 12, Wootton Hundred (South) Including Woodstock. British History Online. Londra. pp. 448–460. ISBN 978-0-19-722774-9.
- ^ Green, p. 39.
- ^ Reginato, James (2016-09-28). "Inside Blenheim Palace, a dwelling fit for a duke" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-25.
- ^ "Future PLC - Content and Brand Licensing. Stock photos, stock images and image library". www.futurecontenthub.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-10-04. Miġbur 2022-09-25.
- ^ "Blenheim Palace | Patrick Baty – Historical paint consultant" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-25. Miġbur 2022-09-25.
- ^ Games, p. 334.
- ^ Mavor, p. 23.
- ^ Holmes: Marlborough: England's Fragile Genius, p. 477.
- ^ "BLENHEIM PALACE, Blenheim - 1052912 | Historic England". historicengland.org.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-25.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Palazz ta' Blenheim, X'inhi Palazz ta' Blenheim? Xi tfisser Palazz ta' Blenheim?
Il Palazz ta Blenheim pronunzjata ˈblɛnɪm BLEN im huwa residenza fil kampanja f Woodstock Oxfordshire l Ingilterra Huwa s sede tad Duki ta Marlborough u l unika residenza mhux irjali u mhux episkopali fl Ingilterra li għandha t titlu ta palazz Il palazz li huwa waħda mill ikbar djar fl Ingilterra inbena bejn l 1705 u l 1722 u tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Veduta tal Palazz ta Blenheim mill ajru Il palazz ingħata dan l isem għall Battalja ta Blenheim tal 1704 u b hekk fl aħħar mill aħħar għal Blindheim magħruf ukoll bħala Blenheim fil Bavarja Oriġinarjament kien maħsub bħala premju għal l Ewwel Duka ta Marlborough għat trijonfi militari tiegħu kontra l Franċizi u l Bavarjani fil Gwerra tas Suċċessjoni Spanjola li laħqet il qofol tagħha fil Battalja ta Blenheim L art ingħatat bħala rigal u l kostruzzjoni bdiet fl 1705 b xi sostenn finanzjarju mir Reġina Anna Il proġett malajr qajjem ġlied politiku u r Reġina kkanċellat kwalunkwe sostenn finanzjarju ulterjuri fl 1712 Id Duka ta Marlborough għamel tliet snin ta ezilju volontarju fl Ewropa id dukessa tilfet l influwenza tagħha u r reputazzjoni tal arkitett Sir tħamġet sew Id disinn tal palazz sar bl istil rari u għomru qasir tal Barokk Ingliz L apprezzament arkitettoniku tal palazz huwa maqsum illum il ġurnata daqs kemm kien fis snin 20 tas seklu 18 Huwa uniku fl uzu kkombinat tiegħu bħala residenza ta familja mawzolew u monument nazzjonali Il palazz huwa notevoli bħala l post fejn twieled Sir Winston Churchill u fejn għexu l antenati tiegħu Wara t tlestija tal palazz sar id dar tal familja Churchill iktar il quddiem Spencer Churchill għat 300 sena ta wara u diversi membri tal familja wettqu bidliet fuq ġewwa tal palazz fil park u fil ġonna tiegħu Lejn l aħħar tas seklu 19 il palazz ġie salvat mit telqa permezz ta fondi miksuba miz zwieġ tad Disa Duka ta Marlborough mal werrieta Amerikana tal linji ferrovjarji Familja ChurchillJohn Churchill l Ewwel Duka ta Marlborough John Churchill twieled f Devon Għalkemm familtu kellha relazzjonijiet aristokratiċi kienet tagħmel parti mil livelli inferjuri iktar milli superjuri tas soċjeta tas seklu 17 Fl 1678 Churchill izzewweġ lil u f April ta dik is sena huwa ntbagħat minn lejn sabiex jinnegozja konvenzjoni dwar l istazzjonar tal armata Ingliza fil Fjandri Il missjoni ma rnexxietx F Mejju Churchill ġie maħtur għall grad temporanju ta Brigadier Ġeneral tal Fanterija izda l possibbilta ta kampanja militari kontinentali ġiet eliminata bit Trattat ta Nijmegen Meta Churchill irritorna lejn l Ingilterra il Komplott Papali rrizulta fi tkeċċija temporanja ta tliet snin għal id Duka ta Id Duka obbliga lil Churchill jieħu ħsiebu l ewwel f Den Haag u mbagħad fi Brussell Għas servizzi tiegħu matul il krizi Churchill sar Lord Churchill ta Eyemouth fin nobbilta tal Iskozja fl 1682 u s sena ta wara nħatar bħala Kurunell tar Riġment Irjali tad Draguni tar Re stess Mal mewt ta Karlu II fl 1685 ħuh id Duka ta York sar ir Re Ġakbu kien il Gvernatur tal Kumpanija tal Bajja ta Hudson bl Ingliz Hudson s Bay Company illum il ġurnata l eqdem kumpanija tal Amerka ta Fuq stabbilita b dokument irjali fl 1670 Bis suċċessjoni ta Ġakbu II għat tron Churchill inħatar bħala t tielet gvernatur tal kumpanija Kien ġie affermat ukoll bħala l Ġentlom tal Kamra tas Sodda Rjali f April u ddaħħal fin nobbilta Ingliza bħala l Baruni Churchill ta Sandridge fil kontea ta Hertfordshire f Mejju Wara r Ribelljoni ta Monmouth Churchill ġie promoss għal Maġġur Ġeneral u ngħata remunerazzjoni tajba tat Tielet Truppa tal Gwardjani Meta invada l Ingilterra f Novembru 1688 Churchill flimkien ma xi 400 uffiċjal u raġel mar jingħaqad miegħu f Axminster Meta r Re ra li lanqas seta jzomm lil Churchill li kien qaddej leali u intimu tiegħu għal zmien twil huwa ħarab lejn Franza Bħala parti mill unuri tal inkurunazzjoni ta Churchill sar il Konti ta Marlborough ħa l ġurament fil Kunsill Privat u sar Ġentlom tal Kamra tas Sodda tar Re Sarah Churchill id Dukessa ta Marlborough Matul il Gwerra tas Suċċessjoni Spanjola Churchill kiseb reputazzjoni bħala kmandant militari kapaċi u fl 1702 ġie elevat għal Duka ta Marlborough Matul il gwerra huwa rebaħ sensiela ta rebħiet inkluz il Battalja ta Blenheim 1704 il Battalja ta Ramillies 1706 il Battalja ta Oudenarde 1708 u l Battalja ta Malplaquet 1709 Għar rebħa tiegħu fi Blenheim il Kuruna ppremjatu bit territorju rjali ta Hensington li jinsab fis sit ta Woodstock sabiex ikun jista jibni palazz ġdid u l Parlament ivvota favur somma sostanzjali ta flus għall ħolqien tal palazz Il kirja jew petit serjeanty dovuta lill Kuruna għall art ġiet stabbilita għal kirja tal prezz tal bzar jew il kirja ta kopja waħda tal bandiera rjali Franċiza li kellha tingħata lill monarka kull sena fl anniversarju tal Battalja ta Blenheim Din il bandiera tinsab għall wiri fuq mejda Franċiza tas seklu 17 li tintuza għall kitba fil Il mara tad Duka ta Marlborough kienet mara pikuza izda kellha l kapaċita li ssaħħar lil dak li jkun Kienet għamlet ħbieb mal Prinċipessa Anna meta kienet zgħira u iktar il quddiem meta l prinċipessa saret Reġina id Dukessa ta Marlborough li kienet tgħin lill Maesta Tagħha fl Għazla tal Ħwejjeġ kellha influwenza kbira fuq ir Reġina kemm fuq livell personali kif ukoll fuq livell politiku Ir relazzjoni bejn ir Reġina u d Dukessa iktar il quddiem saret ikkumplikata u wara l aħħar dizgwid bejniethom fl 1711 il flus għall kostruzzjoni tal Palazz ta Blenheim waqfu għalkollox Għal raġunijiet politiċi id Duki ta Marlborough marru f ezilju fil kontinent sar ritorn tagħhom l għada tal mewt tar Reġina fl 1 ta Awwissu 1714 ProprjetaPittura tal Palazz ta Blenheim Il proprjeta mogħtija min nazzjon lid Duka ta Marlborough għall palazz il ġdid kienet proprjeta ta Woodstock xi kultant imsejħa l Palazz ta Woodstock li kien proprjeta rjali fil verita kemxejn iktar minn park taċ ċriev Il leġġendi tappnu l oriġini tal proprjeta Ir Re għalaq il park sabiex jikkonfina ċ ċriev ospita lill maħbuba tiegħu xi kultant magħrufa bħala Fair Rosamund hemmhekk f post imkenni u labirint għad hemm fawwara li jingħad li kienet tgħum fiha imsemmija għaliha Milli jidher il loġġa tal kaċċa lussuza ġiet rikostruwita bosta drabi u ma kellhiex storja importanti wisq qabel li qabel is suċċessjoni tagħha ġiet mizmuma hemmhekk minn oħtha tar rispett bejn l 1554 u l 1555 Elizabetta kienet ġiet implikata fil Komplott ta Wyatt izda l priġunija f Woodstock kienet qasira u l proprjeta ntesiet sa meta ġiet ibbumbardjata u rvinata mit truppi ta matul il Gwerra Ċivili Meta l park kienet qed jitħejja bħala pajsaġġ għall Palazz l Ewwel Dukessa riedet li l fdalijiet storiċi jinqerdu filwaqt li Vanbrugh konservazzjonista bikri ried li jiġu rrestawrati u jkunu karatteristika tal pajsaġġ Id Dukessa kif seħħ spiss fid dizgwidi tagħha mal arkitett għaddiet tagħha u l fdalijiet tneħħew Il faċċata tal Punent tal Palazz ta Blenheim Sit ta Wirt DinjiIl Palazz ta Blenheim ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ArkitettL arkitett Sir John Vanbrugh L arkitett magħzul għall proġett ambizzjuz kien wieħed kontroversjali Kien magħruf li d Dukessa kienet tiffavurixxi lil Sir famuz għall u bosta binjiet nazzjonali oħra fir Renju Unit Madankollu id Duka wara laqgħa li attenda b kumbinazzjoni jingħad li kkummissjona minnufih lil Sir Vanbrugh drammaturgu popolari kien arkitett mhux imħarreġ li normalment kien jaħdem mal imħarreġ It tnejn flimkien kienu għadhom kemm lestew l ewwel stadji tal Kastell Barokk ta Howard Din il villa enormi f Yorkshire kienet waħda mill ewwel djar fl Ingilterra bl istil Barokk Ewropew Is suċċess tal Kastell ta Howard wassal biex id Duka ta Marlborough jikkummissjona xi ħaġa simili f Woodstock Madankollu il Palazz ta Blenheim ma wassalx għar rikonoxximent arkitettoniku li Vanbrugh kien qed jistenna li jkollu Il ġlieda rigward il finanzjament wasslet għal akkuzi ta stravaganza u imprattiċita tad disinn u ħafna minnhom twasslu minn fazzjonijiet ta Whig fil poter Id Dukessa ta Marlborough xejn ma ddifendietu Peress li x xewqa tagħha li timpjega lil Wren ma kinitx ġiet issodisfata hija kkritikat lil Vanbrugh fuq kull livell mid disinn sal gosti Parti mill problemi tagħhom feġġew minn dak li kien intalab mill arkitett In nazzjon li kemm l arkitett kif ukoll is sidien assumew li kien se jħallas il kontijiet ried monument izda d Dukessa riedet mhux biss ġieħ denju għar raġel tagħha izda dar komda wkoll zewġ rekwiziti li ma kinux kompatibbli fl arkitettura tas seklu 18 Finalment fil jiem bikrin tal binja id Duka spiss kien imsiefer minħabba l kampanji militari tiegħu u kienet id Dukessa li ħadet ħsieb tinnegozja ma Vanbrugh Peress li kienet iktar konxja mir raġel tagħha bl istat prekarju tas sostenn finanzjarju li kienu qed jirċievu hija kkritikat l ideat grandjuzi ta Vanbrugh għax kienu wisq stravaganti Id daħla tal park tal Palazz ta Blenheim Wara l aħħar dizgwid bejniethom Vanbrugh tkeċċa mis sit Fl 1719 meta d Dukessa kienet imsiefra Vanbrugh bil moħbi mar jara l palazz Madankollu meta l mara ta Vanbrugh ġiet biex izzur il Palazz ta Blenheim meta tlesta bħala membru tal pubbliku fl 1725 id Dukessa rrifjutat li tħalliha saħansitra tidħol fil park Il Barokk massiċċ li Vanbrugh uza fil Palazz ta Blenheim qatt ma ġibed wisq l immaġinazzjoni tal pubbliku u malajr ġie sostitwit bit tqanqil mill ġdid tal istil Palladjan Ir reputazzjoni ta Vanbrugh qalgħet daqqa ta ħarta kbira u huwa ma ngħata l ebda kummissjoni pubblika kbira oħra Għad disinn finali tiegħu Seaton Delaval Hall f Northumberland li ġie mfaħħar bħala l kapulavur tiegħu huwa uza verzjoni raffinata tal Barokk li uza fil Palazz ta Blenheim Huwa miet ftit qabel it tlestija tal binja Finanzjament tal kostruzzjoniIr responsabbilta preċiza għall finanzjament tal palazz il ġdid dejjem kienet suġġett dibattibbli li għadu mhux solvut sa llum il ġurnata Il palazz bħala premju ġie propost fi zmien ftit xhur mill Battalja ta Blenheim fi zmien meta d Duka ta Marlborough kien għadu ma rebaħx il bosta rebħiet f isem il pajjiz Li n nazzjon rikonoxxenti mmexxi mir Reġina Anna xtaq u ried jagħti dar xierqa lill eroj nazzjonali huwa bla dubju Permezz ta dokument iffirmat fl 1705 mit tezorier parlamentari l Konti ta Godolphin Vanbrugh ġie maħtur bħala arkitett u fih ġie deskritt il kompitu tiegħu B xorti ħazina għall familja Churchill imkien fid dokument ma ssemmiet ir Reġina jew il monarkija Id Duka ta Marlborough ikkontribwixxa 60 000 għall kost inizjali meta beda x xogħol fl 1705 li ssupplimentat mill Parlament kellu jwassal biex tinbena dar monumentali Il Parlament ivvota favur fondi għall bini tal Palaazz ta Blenheim izda ma ssemmiet l ebda somma ezatta u lanqas ma tqiesu l inflazzjoni jew l ispejjez il fuq mill baġit Kwazi mill bidu nett il fondi ġew bl iskossi Ir Reġina Anna ħallset għal uħud mill kostijiet izda kulma jmur dan beda jsir bl iskossi wara d dizgwidi frekwenti tagħha mad Dukessa Wara l argument finali bejniethom fl 1712 il flejjes statali kollha waqfu ħesrem u x xogħol twaqqaf Diġa kienu ntefqu 220 000 u 45 000 kienu dovuti lill ħaddiema Id Duka u d Dukessa ta Marlborough ġew imġiegħla jeziljaw lejn il kontinent u ma reġgħux lura qabel mewt ir Reġina fl 1714 Mar ritorn tagħhom id Duka u d Dukessa reġgħu kisbu s sostenn tal qorti rjali Id Duka issa kellu 64 sena u ddeċieda li jlesti l proġett għas spejjez tiegħu Fl 1716 ix xogħol tkompla izda l proġett serraħ għalkollox fuq il mezzi limitati tad Duka nnifsu L armonija fuq is sit tal bini ma damitx wisq peress li fl 1717 id Duka kellu puplesija qawwija u d Dukessa ħadet ir riedni f idejha Id Dukessa waħħlet kompletament f Vanbrugh għall kostijiet dejjem jizdiedu u għall istravaganza tal palazz speċjalment għaliex id disinn tiegħu qatt ma għoġobha Wara laqgħa mad Dukessa Vanbrugh telaq mill binja rrabjat filwaqt li insista li l bennejja il mastrudaxxa u l artiġjana l ġodda li impjegat id Dukessa kienu inferjuri għal dawk li kien impjega hu Madankollu l artiġjani ewlenin li kien qabbad hu bħal irrifjutaw li jaħdmu għal pagi iktar baxxi mħallsa mid Dukessa ta Marlborough L artiġjani li qabbdet id Dukessa taħt il gwida tad disinjatur tal għamara u l assistent arkitett ta Vanbrugh Hawksmoor lestew ix xogħol b imitazzjoni perfetta tal imgħallma tagħhom Taħt l awspiċji ta sovran ġeneruz din id dar inbniet għal Ġwanni d Duka ta Marlborough u għal Sarah id Dukessa tiegħu minn Sir J Vanbrugh bejn l 1705 u l 1722 u l Proprjeta Rjali ta Woodstock flimkien ma għotja ta 240 000 għall kostruzzjoni tal Palazz ta Blenheim ingħataw mill Maesta Tagħha r Reġina Anna u kkonfermati permezz ta att tal Parlament lill imsemmi Ġwanni d Duka ta Marlborough u lin nisel dixxendenti maskili u femminili kollu tiegħu Plakka fuq id daħla tal Lvant tal Palazz ta Blenheim Wara l mewt tad Duka fl 1722 it tlestija tal palazz u l park tiegħu saru l ambizzjoni ewlenija tad Dukessa L assistent ta Vanbrugh Hawksmoor issejjaħ mill ġdid u fl 1723 iddisinja l Arkata Trijonfali abbazi tal Arkata ta Titus fid daħla tal park minn Woodstock Hawksmoor lesta wkoll id disinn fuq ġewwa tal librerija is soqfa ta ħafna mill kmamar statali u dettalji oħra f bosta kmamar minuri oħra kif ukoll f diversi strutturi oħra tal palazz u tal park Wara li naqset il pagi tal ħaddiema u bl uzu ta materjali ta kwalita inferjuri f postijiet mhux ewlenin id Dukessa armla lestiet id dar enormi bħala ġieħ lil zewġha li kien miet Id data finali tat tlestija mhix magħrufa izda saħansitra sal 1735 id Dukessa kienet qed tinnegozja ma Rysbrack fuq il kost tal istatwa tar Reġina Anna li tpoġġiet fil librerija Fl 1732 id Dukessa kitbet Il Kappella tlestiet u iktar minn nofs il qabar hemmhekk tlesta wkoll Disinn u arkitetturaPjanta bla skala tal piano nobile tal Palazz ta Blenheim Disa kmamar statali jinsabu tul il faċċata tan Nofsinhar tal palazz immarkati N sa G fin naħa ta fuq Dawn huma frott is sengħa tal mastrudaxxi li installaw bibien bejn il kmamar li meta l imfietaħ jitneħħew mis sokra wieħed seta jnemmes fil kmamar kollha A Sala Prinċipali B Sala Sekondarja C Kamra Ħadra ta Stennija L Kamra Ħamra tat Tpinġija M Kamra Ħadra tat Tpinġija N Kabinett Grandjuz H Librerija J mogħdija bil kolonni msaqqfa K Kamra tat Twelid ta Sir Winston Churchill H2 Kappella O Kamra tal Qwies Vanbrugh ippjana l Palazz ta Blenheim b perspettiva jiġifieri l aqwa veduta tiegħu kienet mill bogħod Peress li s sit ikopri xi seba akri 28 000 m2 din hija wkoll neċessita Il pjanta tal blokka prinċipali jew corps de logis tal palazz hija rettangolari ara l pjanta fuq ix xellug mikula minn zewġ btieħi Wara l faċċata tan Nofsinhar hemm l appartamenti prinċipali fuq in naħa tal Lvant hemm l appartamenti privati tad Duka u tad Dukessa u fuq in naħa tal Punent tul il piano nobile hemm gallerija twila oriġinarjament maħsuba bħala gallerija tal pitturi izda issa tintuza bħala librerija Mal ġnub tal corps de logis hemm zewġ blokok oħra tas servizz madwar btieħi kwadri mhux murija fil pjanta tax xellug In naħa tal Lvant tospita l kċejjen il kamra tal ħasil tal ħwejjeġ u uffiċċji domestiċi oħra u n naħa tal Punent biswit il kappella tospita l istalel u l iskola tal irkib taz zwiemel fuq ġewwa It tliet blokok flimkien jiffurmaw il Bitħa l Kbira iddisinjata apposta biex timpressjona l vizitaturi mal wasla tagħhom fejn il palazz Hemm pilastri u kolonni b abbundanza filwaqt li mas soqfa hemm statwi kbar bi stil Rinaxximentali bħall Bazilika ta San Pietru f Ruma li jċeknu lill vizitatur Diversi statwi oħra qishom trofej marzjali jzejnu s soqfa l iktar notevoli hija dik ta Britannia fuq id daħla prinċipali quddiem zewġ skjavi Franċizi bil ktajjen skolpiti bl istil ta Michelangelo u l iljun Ingliz jaħtaf is serduq Franċiz fuq in naħa t isfel tas soqfa Ħafna minn dawn l istatwi saru minn Grinling Gibbons Fid disinn tad djar tas seklu 18 il kumdita u l konvenjenza kienu sekondarji għall kobor u dan huwa ċertament il kaz ukoll fil Palazz ta Blenheim Dan is sens ta kobor joħroġ fid dieher fil pjanijiet tal arkitett li ma riedx jibni dar biss izda monument nazzjonali wkoll sabiex jirrifletti l poter u ċ ċivilta tan nazzjon Sabiex joħloq dan l effett monumentali Vanbrugh għazel li jiddisinja bi stil Barokk ferm u uza mases kbar tal ġebel sabiex jimita s saħħa u joħloq id dellijiet bħala tizjin L istruttura fuq il portiku tan Nofsinhar ma taqbel xejn mal istil tradizzjonali ġenerali tal palazz Il parti ta fuq ċatta hija mzejna b trofew bil bust tal irħam ta Lwiġi XIV li d Duka ta Marlborough seraq minn fl 1709 li jizen 30 tunnellata Il pozizzjonament tal bust kien disinn innovattiv ġdid fit tizjin ta struttura ta dan it tip Il portiku mastizz u enormi tad daħla fin naħa tat Tramuntana tixbah daħla ta panteon iktar milli daħla ta dar tal familja Vanbrugh kien jieħu gost juza l arja tal kastell tiegħu kif kien isejħilha u dan kisbu billi poġġa torri baxx f kull rokna tal blokka ċentrali u ddisinja belveder enormi tal ġebel fuq kull torri bi strutturi apposta li jaħbu ċ ċmieni Dawn it torrijiet li qishom il pilastri ta xi tempju Eġizzjan ikomplu jzidu l atmosfera erojka tal binja qisha ta xi panteon Hemm zewġ approċċi għad daħla grandjuza tal palazz wieħed mill mogħdija twila mix xatbiet tal ħadid ferrobattut li twassal sal Bitħa l Kbira l ieħor bħalu jekk mhux iktar impressjonanti imur kontra l vizjoni reali ta Vanbrugh il palazz bħala bastjun jew ċittadella il monument reali u d dar ta ġellied grandjuz Id Daħla l Kbira tal Lvant f nofs il blokk tal Lvant fiha arkata trijonfali monumentali b disinn iktar Eġizzjan milli Ruman Illuzjoni ottika nħolqot bid disinn tal ħitan sabiex jagħtu impressjoni li huma ogħla milli fil fatt huma Dawk li jakkuzaw lil Vanbrugh li ma kienx prattiku jisħqu fuq din id daħla li hija wkoll it torri tal ilma tal palazz Mill arkata tad daħla wieħed jista jara daħla enormi oħra fuq in naħa l oħra tal bitħa dik taħt it torri tal arloġġ Is sala prinċipali tal Palazz ta Blenheim għall ħabta tal 1918 William Bruce Ellis Ranken Din il veduta tad Duka bħala xi ħadd onnipotenti hija riflessa wkoll fuq id disinn fuq ġewwa tal palazz u tabilħaqq hija l assi tiegħu għal ċerti karatteristiċi fil park Kien ippjanat li meta d Duka kien ikollu xi ċena f postu fis sala ewlenij huwa kien ikun il qofol ta sensiela sħiħa ta mases arkitettoniċi li jkabbruh bħal proscenium Il linja ta ċelebrazzjoni u unuri tal ħajja tiegħu mimlija rebħiet tibda bil kolonna l kbir tar rebħa li fuqha għandha statwa tiegħu b dettall dwar it trijonfi tiegħu u l punt li jmiss fuq l assi kbir imħawwel b siġar fil pozizzjoni ta truppi hemm il pont kbir bi stil Ruman L approċċ tal mogħdija jkompli sejjer mill portiku l kbir sas sala bis saqaf impitter minn bl apoteozi tad Duka imbagħad ikompli minn taħt arkata trijonfali kbira mid daħla l kbira tal irħam bl istemma tiegħu fuqha bl iskrizzjoni dukali Lanqas Awgustu ma kien kapaċi jikkalma l umanita aħjar minnu u għal ġos sala ewlenija mpittra l izjed kamra mzejna fil palazz fejn id Duka kellu t tron Id Duka kien joqgħod b dahru lejn il bust tal irħam ta 30 tunnellata tal avversarju tiegħu Lwiġi XIV ippozizzjonat fil għoli fuq il portiku tan Nofsinhar Hemmhekk ir re li ġarrab it telfa mad Duka donnu jiġi umiljat iħares l isfel lejn min rebaħlu bl istess ħsieb bħalma ġenerazzjonijiet qabel kien jiġri bl irjus maqtugħin Id Duka ma għex bizzejjed biex jara dan it tribut lilu u jpoġġi bilqiegħda fit tron f din il vizjoni arkitettonika Id Duka u d Dukessa daħlu fl appartamenti tagħhom fuq in naħa tal Lvant tal palazz izda l palazz kollu kien għadu ma tlestiex qabel mewt id Duka Il palazz ġie elenkat bħala binja tal Grad Nru I fil Lista tal Wirt Nazzjonali għall Ingilterra minn Awwissu 1957 BiblijografijaBingham Jane 2015 The Cotswolds A Cultural History Signal Books ISBN 978 1909930223 Colvin Howard 2007 A biographical dictionary of British architects 1600 1840 4th ed New Haven Conn Yale University Press ISBN 978 0 300 12508 5 Cooper Dana 2014 Informal Ambassadors American Women Transatlantic Marriages and Anglo American Relations 1865 1945 The Kent State University Press ISBN 9781612778365 Cropplestone Trewin 1963 World Architecture Londra Hamlyn Dal Lago Adalbert 1966 Ville Antiche Milan Fratelli Fabbri Editori Downes Kerry 1979 Hawksmoor Londra Thames amp Hudson Downes Kerry 1987 Sir John Vanbrugh A Biography Londra Sidgwick amp Jackson ISBN 9780283994975 Field Ophelia 2002 The Favourite Sarah Duchess of Marlborough Londra Hodder and Stoughton ISBN 0 340 76808 8 Games Stephen 2014 Pevsner The Complete Broadcast Talks Architecture and Art on Radio and Television 1945 1977 Routledge ISBN 978 1409461975 Girouard Mark 1978 Life in the English Country House New Haven Yale University Press ISBN 9780300022735 Green David Bronte 1982 1950 Blenheim Palace Woodstock Oxfordshire Oxford Alden Press Halliday F E 1967 An Illustrated Cultural History of England Londra Thames amp Hudson Harlin Robert 1969 Historic Houses Londra Conde Nast Publications Mavor William Fordyce 2010 1787 Blenheim a poem Gale Ecco ISBN 978 1170457344 Pevsner Nikolaus Sherwood Jennifer 1974 The Buildings of England Oxfordshire Harmondsworth Penguin Books pp 459 475 ISBN 0 14 071045 0 Purcell Mark 2019 The Country House Library New Haven l Istati Uniti u Londra Yale University Press ISBN 978 0 300 24868 5 Spencer Churchill The Lady Henrietta 2013 Blenheim and the Churchill Family A personal portrait of one of the most important buildings in Europe CICO Books ISBN 978 1782490593 Tintner Adeline R 2015 Edith Wharton in Context Essays on Intertextuality University of Alabama Press ISBN 978 0 8173 5840 2 Turner Roger 1999 Capability Brown and the Eighteenth century English Landscape 2nd ed Chichester Phillimore Vanderbilt Arthur II 1989 Fortune s Children The fall of the house of Vanderbilt Londra Michael Joseph Vanderbilt Balsan Consuelo 2012 1953 The Glitter and the Gold The American Duchess In Her Own Words New York St Martin s Press ISBN 978 1250017185 Watkin David 1979 English Architecture Londra Thames amp Hudson Iktar qariConniff Richard 2001 The House that John Built Smithsonian Journeys Cornforth John 2004 Early Georgian Interiors New Haven Conn Londra Yale University Press for the Paul Mellon Centre for Studies in British Art pp 275 9 ISBN 978 0 30 010330 4 OCLC 938151474 Murdoch Tessa ed 2006 Noble Households Eighteenth Century Inventories of Great English Houses A Tribute to John Cornforth Cambridge John Adamson pp 273 83 ISBN 978 0 9524322 5 8 OCLC 78044620 Wallechinsky David Wallace Irving 1981 Excesses of the Rich and Wealthy The Vanderbilts The People s Almanac Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Blenheim Palace UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 23 Churchill Marlborough His Life and Times Bk 1 129 Chandler Marlborough as Military Commander 10 Holmes Marlborough England s Fragile Genius 92 Churchill Marlborough His Life and Times Bk 1 164 Holmes Marlborough England s Fragile Genius 126 Churchill Marlborough His Life and Times Bk 1 240 Holmes Marlborough England s Fragile Genius 194 Stephen Leslie 1887 Churchill John 1650 1722 Dictionary of National Biography Vol 10 pp 315 341 Royal Collection Writing table web archive org 2017 08 29 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 08 29 Miġbur 2022 09 23 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Field p 229 251 5 265 344 BBC Woodstock s lost royal palace www bbc co uk bl Ingliz Miġbur 2022 09 23 Britain Discover 2015 02 02 The imaginative genius of Sir John Vanbrugh architect of Blenheim Palace and Castle Howard bl Ingliz Miġbur 2022 09 23 Marlborough House web archive org 2017 02 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 02 26 Miġbur 2022 09 23 Colvin p 850 a b Lee Sidney ed 1899 Vanbrugh John 58 London Elder Smith amp Co Miġbur 2022 09 23 Baggs A P Blair W J Chance Eleanor Colvin Christina Cooper Janet Day C J Selwyn Nesta Townley S C 1990 Blenheim Blenheim Palace In Crossley Alan Elrington C R eds A History of the County of Oxford Volume 12 Wootton Hundred South Including Woodstock British History Online Londra pp 448 460 ISBN 978 0 19 722774 9 Green p 39 Reginato James 2016 09 28 Inside Blenheim Palace a dwelling fit for a duke bl Ingliz Miġbur 2022 09 25 Future PLC Content and Brand Licensing Stock photos stock images and image library www futurecontenthub com Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 10 04 Miġbur 2022 09 25 Blenheim Palace Patrick Baty Historical paint consultant bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 09 25 Miġbur 2022 09 25 Games p 334 Mavor p 23 Holmes Marlborough England s Fragile Genius p 477 BLENHEIM PALACE Blenheim 1052912 Historic England historicengland org uk bl Ingliz Miġbur 2022 09 25