Andrea Palladio 30 ta Novembru 1508 19 ta Awwissu 1580 ismu veru Andrea di Pietro della Gondola kien arkitett famuż Talj
Andrea Palladio

Andrea Palladio (30 ta’ Novembru 1508 – 19 ta’ Awwissu 1580), ismu veru Andrea di Pietro della Gondola, kien arkitett famuż Taljan tas-seklu 16. Ta l-isem lil stil - l-istil Palladjan, li jżomm mal-prinċipji Klassiko-Rumani, kontra t-tiżjin rikk Rinaxximentali. Palladio ppjana ħafna knejjes, vilel u palazzi, l-iżjed f’Vicenza, fejn trabba u għex, f’Venezja u fl-inħawi ta’ madwar. Kien l-arkitett l-iżjed importanti tar-. Ippubblika t-trattat I Quattro Libri dell'Architettura (1570) li bid-disinji li jinsabu fih kellu influwenza profonda fuq l-arkitettura Ewropea; l-imitazzjoni tal-istil tiegħu bdiet moviment li jissejjaħ il-Palladjaniżmu jew in-Neo-Palladjaniżmu, li dam ħaj tliet sekli.
Andrea Palladio | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Andrea di Pietro della Gondola |
Twelid | , Novembru 1508 |
Nazzjonalità | |
Mewt | , 19 Awwissu 1580 |
Familja | |
Konjuga/i | (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Għalliema | (en) (mul) |
Studenti | uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | arkitett |
Post tax-xogħol | Venezja |
Xogħlijiet importanti | (en) (en) (en) (en) Belt ta’ Vicenza u l-Vilel ta’ Palladio fil-Veneto (en) |
Sħubija | (en) |
Bijografija
Andrea di Pietro della Gondola twieled , dak iż-żmien parti mir-Repubblika ta’ Venezja, f’familja ta’ nisel umli: missieru Pietro kien tal-mitħna u ommu Marta, imlaqqma la Zota, kienet mara tad-dar.
Meta kellu 13-il sena Andrea sar lavrant bħala scalpellino f’Padova, fil-ħanut ta’ Bartolomeo Cavazza da Sossano imma wara 18-il xahar biss, f’April 1532, ħarab lejn il-belt ta’ Vicenza fil-qrib, iżda kellu jiġi lura għax kien kiser il-kuntratt ma’ Cavazza. Sena wara nkiteb fl-għaqda tal-iskulturi ta’ Vicenza. Hemm ħadem bħala assistent fil-ħwienet prinċipali tal-iskulturi u l-bennejja, speċjalment mal-bennejja Pedemuro li għalihom beda jieħu ħsieb il-parti arkitettonika l-iżjed elaborata tal-proġetti tagħhom. L-ewwel traċċi tal-istil ta’ Palladio ġejjin minn din il-fażi, diġà narawhom fil-portal tal-Chiesa dei Servi u forsi nistgħu nsibu xi ħjiel tiegħu ukoll fil-Palazzo Gualdo.
Andrea kien għadu ma jissejjaħx "Palladio" meta ħadem fuq il-bini tal-villa ta’ Gerolamo Godi f’Lonedo di Lugo Vicentino. X’aktarx li l-proġett ma kienx f'idejh għalkollox, imma kien inkarigat biex imexxih mill-bennejja Pedemuro, li ġa semmejna, li kienu jqisu ż-żagħżugħ Andrea, li bilkemm kellu tletin sena, bħala speċjalista tal-parti arkitettonika.
Minn barra, il-bini prinċipali ta' Villa Godi hu solidu, massiv u bil-forma ta’ dar tipika tal-kampanja Veneta tal-aħħar tas-seklu 15, b’żewġ torrijiet, qisu iżjed l-evoluzzjoni ta’ kastell antik fewdali milli l-prekursur tal-villa Palladjana: joħorġu l-karattri lokali u tradizzjonali, bħall-pożizzjoni asimetrika tat-twieqi fil-faċċata, il-portiku b’tliet ħnejjiet u l-bini ċentrali mdaħħal ’il ġewwa. L-esperjenza diretta tal-arkitett żagħżugħ kienet limitata għall-ambjent tal-Veneto u l-bini sħiħ jirrifletti it-taħriġ tiegħu li f'dak iż-żmien kien għadu limitat. L-istil tiegħu kien se jinbidel, u jinbidel ħafna, imma biss wara li kellu jara b’għajnejh stess l-arkitettura ta’ Ruma antika. Madankollu, f’Villa Godi, bis-sempliċità tal-forom, biċ-caħda ta’ kull tiżjin estern, Palladio pprova fl-istess ħin, għalkemm timidament, jgħaqqad it-tradizzjoni lokali mat-tensjonijiet innovativi li kienu ħa jimmaturaw bil-ħbiberija ma’ Gian Giorgio Trissino, biex jiksbu struttura simetrika b’taqsim ċar tal-volumi.
Fl-1534, Andrea kien intagħżel mill-Konti Gian Giorgio Trissino bħala l-imgħallem biex immexxi l-bini ta’ Villa Cricoli. Trissino kien poeta, filosfu, litterat u diplomatiku fis-servizz tal-Kurja Rumana. Kien umanista, espert tal-arti militari, dilettant tal-arkitettura u awtur tax-xogħol epiku u poetiku L’Italia liberata dai Goti. Kien hu li ta lil Andrea l-laqam Palladio. Trissino daħħal lil Palladio fiċ-ċirku umanista ta’ Vicenza, l-Academia Olimpica, għarrfu bix-xogħlijiet ta’ u ta’ Leone Battista Alberti, u għenu jipperfezzjona ruħu fl-arti liberali u fl-umaniżmu. Trissino u Palladio fl-1541 għamlu l-ewwel vjaġġ arkeoloġiku lejn Ruma biex jitgħallmu iżjed fuq l-arti antika tal-bini.
Wara l-ewwel vjaġġ, reġa’ lura Vicenza, fejn waqt li kompla jaħdem, studja iżjed fil-fond lil Vitruvju. Mar lura Ruma bosta drabi fl-1545, fl-1547 u fl-1549. Barra Vitruvju, li kien jaqra bir-reqqa, Palladio kien jirreferi wkoll għal għadd ta’ awturi Latini oħra bħal , u kittieba oħra iktar qrib ta’ żmienu bħal jew Vasari.
Mill-1550, minkejja l-mewt ta’ Gian Giorgio Trissino, il-fama ta’ Palladio nfirxet sa Venezja fejn mexxa l-bini tal-Bażilika ta’ San Giorgio Maggiore.
Fl-1554, taħt Ġulju III, Palladio għamel l-aħħar vjaġġ lejn Ruma mar-"reverendissmu Daniele Barbaro, Patrijarka ta’ Aquileia", li kkollabora miegħu fl-edizzjoni ta’ De architectura ta’ Vitruvju, ippubblikata f’Venezja fl-1556. Fl-istess sena, Palladio ppubblika L'Antichità di Roma.
Minkejja r-rappreżentazzjonijiet tat-tempji ta’ fil-Quattro libri dell'architettura jidher li Palladio qatt ma ħalla l-Italja fil-vjaġġi tiegħu. Seta’ għamel vjaġġ fil-, fuq it-talba ta’ fis-sajf tal-1566. Jista’ jkun li kien matul dan il-vjaġġ li mar fi Franza u ra l-monument Ruman tagħha li ddeskriva fil-Quattro libri.
It-talenti tiegħu kienu apprezzati ukoll f’Firenze fejn fl-1566 daħħluh bħala membru tal-. Il-Quattro libri dell'architettura, li kien ħadem fuqhom minn meta kien żagħżugħ, kienu ppubblikati f’Venezja fl-1570. Fihom wera l-parti l-kbira tax-xogħlijiet tiegħu bħala fl-injam maħdumin taħt id-direzzjoni tiegħu.
Fl-istess sena Palladio kien nominat għall-kariga prestiġjuża ta' Proto della Serenissima (arkitett prinċipali tar-Repubblika ta’ Venezja), minflok Jacopo Sansovino li kien miet. Hemm bena l-Bażilika ta’ San Giorgio Maggiore u l-knisja tar-Redentur.
Andrea Palladio miet fl-1580 qabel ma lesta t-Teatru Olimpiku ta’ li spiċċawh ibnu Silla u d-dixxiplu tiegħu Vincenzo Scamozzi.
Xogħlijiet
Bini
Ix-xogħlijiet arkitettoniċi ta’ Palladio huma kkonċentrati fil-Veneto, fejn wieħed għadu jista’ jarahom. Vicenza hemm it-Teatru Olimpiku, il-Palazz Muniċipali msejjaħ il-Bażilika Palladjana, il-Loggia del Capitanio, bosta palazzi u vilel, li fostom l-iżjed famuża hi Villa Rotonda.
Fil-bosta vilel mibnijin fil-Veneto, Palladio kien ispirat u oriġinali fl-użu ta’ elementi mill-arkitettura antika li sa llum għadhom jagħtu x-xogħol tiegħu dehra ta’ grazzja u ekwilbriju. Il-bini kien jinbena bil-brikks u miksi bl-istukko; il-ġebla kienet tintuża biss għad-dettalji.
Il-vilel Palladjani l-iżjed famużi huma:
- Villa Godi,
- Villa Badoer,
- Villa Barbaro msejħa Villa Volpi, Maser,
- Villa Foscari qrib Mira,
- Villa Capra msejħa Villa Rotonda, qrib Vicenza,
- Villa Serego, Santa Sofia.
Ix-xogħlijiet pubbliċi u r-residenzi urbani l-iżjed famużi huma:
- Palazzo la Ragione, Vicenza,
- Palazzo Chiericati, Vicenza,
- Il-Kjostru ta’ San Giorgio Maggiore,
- Palazzo Valmarana,
- Il-Bażilika ta’ San Giorgio Maggiore,
- Il-Knisja tar-Redentur,
- Loggia del Capitanio, li ma tlestietx,
- It-Teatru Olimpiku ta’ Vicenza.
I Quattro Libri dell'Architettura
I Quattro Libri dell'Architettura ma nistgħux nifirduhom mix-xogħol ta’ Palladio. Dan it-trattat tal-arkitettura u fl-istess ħin l-espressjoni tal-ħsieb teoriku u l-preżentazzjoni tal-bini li nbena minn Palladio jew kien disinjat minnu.
L-influenza ta’ Palladio fuq l-arkitettura
Palladio hu arkitett tar-Rinaxximent Taljan li jista’ jitqies bħala . Palladio hu bniedem ta’ żmienu, mill-kitba tiegħu toħroġ teorija universalista, forsi influwenzata minn Vitruvju u Plinju. L-attenzjoni kontinwa li ta għall-proporzjon u s-simetrija bħalma jinstabu fin-natura tidher ċara f’xogħlu. Palladio qagħad attent ħafna biex japplika r-regoli tal-proporzjon għall-kompożizzjoni arkitettonika kostitwiti mill-Antiki u, ta’ minn jinnota, ir-regoli tal-proporzjon mużikali mnedija minn Pitagora. Palladio stess qalu dan fl-1567: "Il-proporzjonijiet tal-vuċi huma armonija għall-widnejn: dawk tal-qies huma armonija għall-għajnejn".
Is-suċċess tal-ħsieb ta’ Palladio hu marbut ukoll ma’ kontroversji kbar bħall-Querelle des Anciens et des Modernes (Il-polemika bejn L-Antiki u l-Moderni) fi Franza. Palladio bħal Trissino kien kritiku tal-arti Gotika. Ix-xogħol teoriku tiegħu għandu bħala għan li joħloq metodu espliċitu biex l-arkitettura ma terġax taqa’ fid-diżordni antika.
L-ideat arkitettoniċi ta’ Palladio kellhom suċċess kbir l-Ingilterra fejn l-arkitett Inigo Jones kien promotur entużjasta ta’ dawn l-ideat. Ħaġa tal-għaġeb li fit-test storiku ta’ Constitutions tal-mażun James Anderson ippublikat f’Londra fl-1723 hemm imsemmijin Palladio u bosta arkitetti oħra tar-Rinaxximent. L-arti ta’ Palladio daħlet Franza mill-Ingilterra lejliet ir-Rivoluzzjoni Franċiża: fil-fatt, kien l-arkitett Claude Nicolas Ledoux li skopra il-Palladjaniżmu l-Ingilterra u introduċieh ġo Franza.
, it-tielet President tal-Istati Uniti, interessa ruħhu ħafna fix-xogħol ta’ Palladio fil-vjaġġi tiegħu fl-Ewropa. Id-dar ta’ Monticello, qrib hi eżempju tal-influwenza tiegħu. Kontemporanju tal-President Jefferson qal li dan kien iħobb jgħid: “Palladio l-mulej tiegħi u l-Erba’ Kotba tal-Arkitettura l-Bibbja tiegħi”.
Xi arkitetti iżjed kontemporanji huma wkoll influwenzati minn Palladio, fosthom Ricardo Bofill li ħadem fuq xi ħames mitt proġett f’xi ħamsin pajjiż, Aldo Rossi, Charles Moore u oħrajn.
Pubblikazzjonijiet
- Madwar l-1554, Venezja u Ruma L'Antichita di Roma kellu bosta edizzjonijiet (1557) - (1560)
- Fl-1570, it-trattat L-Erba’ Kotba tal-Arkitettura (I Quattro Libri dell'Architettura)
- Fl-1556 ikkollabora fil-pubblikazzjoni minn Daniele Barbaro ta’ De architectura ta’ Vitruvju li għalih għamel għadd kbir ta’ inċiżjonijiet juru l-arkitettura.
Kronoloġija tax-xogħlijiet
Nota: Id-data tirriferixxi għall-bidu tal-ippjanar tax-xogħol u mhux neċessarjament għal meta sar ix-xogħol. Sors: CISA
- 1531: Portal tal-knisja ta’ Santa Maria dei Servi, Vicenza
- 1534: Villa Trissino, Cricoli, Vicenza (ma’ Gian Giorgio Trissino)
- 1537- 1542: Villa Godi (għal Girolamo, Pietro e Marcantonio Godi), Lonedo di Lugo di Vicenza
- 1539 (bejn wieħed u ieħor): Villa Piovene, Lonedo di Lugo di Vicenza (Vicenza) (attribwita)
- 1540-1542 (bejn wieħed u ieħor): Palazzo Civena, Vicenza
- 1540 (bejn wieħed u ieħor)-1566 (bejn wieħed u ieħor): Palazzo Poiana, Vicenza (attribwit)
- 1542-1556 (bejn wieħed u ieħor): Palazzo Thiene, Vicenza (x’aktarx fuq proġett ta’ Giulio Romano)
- 1542: Villa Gazzotti (għal Taddeo Gazzotti), Bertesina, Vicenza
- 1542 (bejn wieħed u ieħor): Villa Caldogno (għal Losco Caldogno), Caldogno (Vicenza) (attribwita)
- 1542: Villa Pisani (għal Vettore, Marco e Daniele Pisani), Bagnolo di Lonigo (Vicenza)
- 1542: Villa Thiene (għal Marcantonio u Adriano Thiene), Quinto Vicentino (Vicenza) (x’aktarx modifika ta’ proġett ta’ Giulio Romano)
- 1543: Villa Saraceno (għal Biagio Saraceno) (Vicenza)
- 1544 (madwar)-1552: Palazzo Porto (għal Iseppo De' Porti), Vicenza
- 1546-1549: Logge del Palazzo della Ragione (Basilica Palladiana), Vicenza (tlestew fl-1614 wara mewtu)
- 1546 (bejn wieħed u ieħor)-1563 (bejn wieħed u ieħor): Villa Pojana (għal Bonifacio Pojana), Pojana Maggiore (Vicenza)
- 1546 (bejn wieħed u ieħor): Villa Contarini, Piazzola sul Brenta (Padova) (attribwita)
- 1547: Villa Arnaldi (għal Vincenzo Arnaldi), Meledo di Sarego (Vicenza) (ma tkomplietx)
- 1548: Villa Angarano, Bassano del Grappa (VI) (bini ċentrali ppjanat mill-ġdid minn Baldassarre Longhena)
- 1550-1557: Palazzo Chiericati (għal Girolamo Chiericati), Vicenza (tlesta fl-1680 (bejn wieħed u ieħor) wara mewtu)
- 1550: Villa Chiericati (għal Giovanni Chiericati), Vancimuglio di Grumolo delle Abbadesse (Vicenza) (tlestiet fl-1584 wara mewtu minn Domenico Groppino)
- Villa Cornaro (għal Giorgio Cornaro), Piombino Dese (Padova)
- 1552 (bejn wieħed u ieħor): Villa Pisani (għal Francesco Pisani), Montagnana (Padova)
- 1554-1563: Villa Badoer magħrufa bħala La Badoera (għal Francesco Badoer), Fratta Polesine (Ruma)
- 1554: Villa Porto (għal Paolo Porto), Vivaro di Dueville (Vicenza) (attribwita)
- 1554: Villa Barbaro (għal Daniele u Marcantonio Barbaro), Maser (Treviso)
- 1554?: Villa Zeno (għal Marco Zeno), Donegal di Cessalto (Treviso)
- 1555 (bejn wieħed u ieħor): Palazzo Dalla Torre, Verona (parti biss inbniet; parti nqerdet f’bumbardament fl-1945)
- 1556: Arco Bollani,
- 1556 (madwar): Palazzo Antonini, Udine (saru diversi tibdiliet wara)
- 1556: Barchessa di Villa Thiene, Cicogna di Villafranca Padovana (Padova)
- 1557: Villa Repeta, Campiglia dei Berici (Vicenza) (meqruda min-nar u mibnija mill-ġdid f’forma oħra)
- 1558: Faċċata tal-Bażilika ta’ San Pietro di Castello, Venezja (tlestiet wara mewtu)
- 1558: Villa Emo (għal Leonardo Emo), Fanzolo di Vedelago ()
- 1558: Koppla tal-Katidral ta’ Vicenza, Vicenza (meqruda f’bumbardament fit-Tieni Gwerra Dinjija u mibnija mill-ġdid)
- 1559: Villa Foscari magħrufa bħala La Malcontenta, Malcontenta di Mira (Venezja)
- 1559: Casa Cogollo (għal Pietro Cogollo), magħrufa bħala Casa del Palladio, Vicenza (attribwita)
- 1560-1563 (bejn wieħed u ieħor): kjostru tac-ċipressi u refettorju tal-monasteru ta’ San Giorgio Maggiore, Venezja
- 1560: Kunvent tal-Karità, Venezja (tlestew biss il-kjostru u l-atriju, inqered fl-1630 min-nar)
- 1560: Palazzo Schio (għal Bernardo Schio), Vicenza
- 1563 (bejn wieħed u ieħor): Portal tal-ġenb tal-Katidral ta’ Vicenza
- 1563 (bejn wieħed u ieħor): Villa Valmarana, Lisiera di Bolzano Vicentino (Vicenza)
- 1564: Faċċata tal-Knisja ta’ San Francesco della Vigna, Venezja
- 1564: Palazzo Pretorio, Cividale del Friuli (Udine) (proġett, attribwit)
- 1565: Knisja tal-monasteru ta’ San Giorgio Maggiore, Venezja (tlestiet bejn l-1607 u l-1611 wara mewtu b’faċċata differenti)
- 1565: Teatru tal-injam fil-bitħa fil-kunvent tal-Karità, Venezja (meqrud fl-1570 min-nar)
- 1565: Loggia del Capitanio, Vicenza
- 1565: Palazzo Valmarana (għal Isabella Nogarola Valmarana), Vicenza
- 1565: Villa Serego (għal Marcantonio Serègo), Santa Sofia di Pedemonte (Verona)
- 1565 (bejn wieħed u ieħor): Villa Forni Cerato (għal Girolamo Forni), Montecchio Precalcino (Vicenza)
- 1566: Villa Capra magħrufa bħala La Rotonda (għal Paolo Almerico), Vicenza (tlestiet fl-1585 wara mewtu minn Vincenzo Scamozzi)
- 1567 (bejn wieħed u ieħor): Barchesse di Villa Trissino, Meledo di Sarego (Vicenza)
- 1568: Ponte di Bassano, Bassano del Grappa (mibni mill-ġdid fl-1748 u wara t-Tieni Gwerra Dinjija)
- 1569-1575: Palazzo Barbaran da Porto (għal Montano Barbarano), Vicenza
- 1569: Ponte sul Tesina, Torri di Quartesolo (Vicenza) (attribwit)
- 1570: Villa Porto (għal Iseppo Porto), Molina di Malo (Vicenza)
- 1571: Palazzo Porto fi Pjazza Castello, Vicenza (tlesta parzjalment fl-1615 minn Vincenzo Scamozzi)
- 1572?: Palazzo Thiene Bonin Longare, Vicenza
- 1574-1577: xogħol fis-swali tal-Palazzo Ducale, Venezja
- 1574: studji għall-faċċata tal-Bażilika ta’ San Petronio, Bolonja
- 1576 (madwar): Kappella Valmarana (għal Isabella Nogarola Valmarana) fil-Knisja ta’ Santa Corona, Vicenza
- 1577: Knisja tar-Redentur, Venezja
- 1578: Knisja ta’ Santa Maria Nova, Vicenza (attribwita, proġett, tlestiet fl-1590 wara mewtu)
- 1579: Porta Gemona, San Daniele del Friuli (Udine)
- 1580: Knisja ta’ Santa Luċija, Venezja (disinji tal-intern; twaqqgħet)
- 1580: Tempietto di Villa Barbaro, Maser
- 1580: Teatro Olimpico, Vicenza (tlesta wara mewtu minn ibnu Silla u d-dixxiplu tiegħu Vincenzo Scamozzi)
Noti
- ^ Minn Pallas l-alla Griega tal-għerf
- ^ Daħla għall-Ktieb I u Kap XVI ta’ Ktieb II, Ktieb III tal-Quattro libri dell'architettura.
- ^ kien hekk li Palladio poġġa ritratt ta’ Barbaro fil-Quattro libri dell'architettura
- ^ G. Zorzi, I disegni delle antichità di Andrea Palladio, Venezia, Neri Pozza Editore, 1959
- ^ http://www.cesr.univ-tours.fr/architectura/Traite/Notice/ENSBA_LES1338.asp
- ^ http://www.cisapalladio.org/veneto/index.php?lingua=i&modo=nomi&ordine=alfa
Biblijografija
- I Quattro Libri dell’architettura, Andrea Palladio - Edizzjon Franchesci, Venezja 1570
- Jean Guillaume, Du Cerceau et Palladio. Fortune de la villa dans la France du XVI siècle fl-Annali di architettura n° 12, Vicenza 2000
- Claude Mignot, Palladio et l’architecture française du XVII siècle, une admiration critique fl-Annali di architettura n° 12, Vicenza 2000
- Parallèle de l'architecture moderne et de l'antique minn Roland Fréart de Chambray f'Edme Martin 1650 [1]
- "Les quatre livres de l'architecture" - Edituri Arthaud, Pariġi 1980 - Daħla ta' François Herbert Stevens
- "L'architecture de Palladio" - Edituri Arthaud, Pariġi 1981 - Awtur : Pepi Merisio - Daħla ta' Wolftraud de Concini.
Ħoloq esterni
- Andrea Palladio, architecte humaniste par Lorenzo Pericolo, Maître de conférence à l'université Rennes II-Haute Bretagne
- Base ARCHITECTURA du Centre d'Études Supérieures de la Renaissance à Tours
- Les plus grands Européens
- Centro Internazionale di Studi di Architettura Andrea Palladio (CISA)
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Andrea Palladio, X'inhi Andrea Palladio? Xi tfisser Andrea Palladio?
Andrea Palladio 30 ta Novembru 1508 19 ta Awwissu 1580 ismu veru Andrea di Pietro della Gondola kien arkitett famuz Taljan tas seklu 16 Ta l isem lil stil l istil Palladjan li jzomm mal prinċipji Klassiko Rumani kontra t tizjin rikk Rinaxximentali Palladio ppjana ħafna knejjes vilel u palazzi l izjed f Vicenza fejn trabba u għex f Venezja u fl inħawi ta madwar Kien l arkitett l izjed importanti tar Ippubblika t trattat I Quattro Libri dell Architettura 1570 li bid disinji li jinsabu fih kellu influwenza profonda fuq l arkitettura Ewropea l imitazzjoni tal istil tiegħu bdiet moviment li jissejjaħ il Palladjanizmu jew in Neo Palladjanizmu li dam ħaj tliet sekli Andrea PalladioĦajjaIsem propju Andrea di Pietro della GondolaTwelid Novembru 1508NazzjonalitaMewt 19 Awwissu 1580FamiljaKonjuga i en EdukazzjoniLingwi TaljanGħalliema en mul Studenti uri mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni arkitettPost tax xogħol VenezjaXogħlijiet importanti en en en en Belt ta Vicenza u l Vilel ta Palladio fil Veneto en Sħubija en Andrea PalladioBijografijaAndrea di Pietro della Gondola twieled dak iz zmien parti mir Repubblika ta Venezja f familja ta nisel umli missieru Pietro kien tal mitħna u ommu Marta imlaqqma la Zota kienet mara tad dar Meta kellu 13 il sena Andrea sar lavrant bħala scalpellino f Padova fil ħanut ta Bartolomeo Cavazza da Sossano imma wara 18 il xahar biss f April 1532 ħarab lejn il belt ta Vicenza fil qrib izda kellu jiġi lura għax kien kiser il kuntratt ma Cavazza Sena wara nkiteb fl għaqda tal iskulturi ta Vicenza Hemm ħadem bħala assistent fil ħwienet prinċipali tal iskulturi u l bennejja speċjalment mal bennejja Pedemuro li għalihom beda jieħu ħsieb il parti arkitettonika l izjed elaborata tal proġetti tagħhom L ewwel traċċi tal istil ta Palladio ġejjin minn din il fazi diġa narawhom fil portal tal Chiesa dei Servi u forsi nistgħu nsibu xi ħjiel tiegħu ukoll fil Palazzo Gualdo Andrea kien għadu ma jissejjaħx Palladio meta ħadem fuq il bini tal villa ta Gerolamo Godi f Lonedo di Lugo Vicentino X aktarx li l proġett ma kienx f idejh għalkollox imma kien inkarigat biex imexxih mill bennejja Pedemuro li ġa semmejna li kienu jqisu z zagħzugħ Andrea li bilkemm kellu tletin sena bħala speċjalista tal parti arkitettonika Waħda mill ewwel xogħlijiet ta Palladio Villa Godi Minn barra il bini prinċipali ta Villa Godi hu solidu massiv u bil forma ta dar tipika tal kampanja Veneta tal aħħar tas seklu 15 b zewġ torrijiet qisu izjed l evoluzzjoni ta kastell antik fewdali milli l prekursur tal villa Palladjana joħorġu l karattri lokali u tradizzjonali bħall pozizzjoni asimetrika tat twieqi fil faċċata il portiku b tliet ħnejjiet u l bini ċentrali mdaħħal il ġewwa L esperjenza diretta tal arkitett zagħzugħ kienet limitata għall ambjent tal Veneto u l bini sħiħ jirrifletti it taħriġ tiegħu li f dak iz zmien kien għadu limitat L istil tiegħu kien se jinbidel u jinbidel ħafna imma biss wara li kellu jara b għajnejh stess l arkitettura ta Ruma antika Madankollu f Villa Godi bis sempliċita tal forom biċ caħda ta kull tizjin estern Palladio pprova fl istess ħin għalkemm timidament jgħaqqad it tradizzjoni lokali mat tensjonijiet innovativi li kienu ħa jimmaturaw bil ħbiberija ma Gian Giorgio Trissino biex jiksbu struttura simetrika b taqsim ċar tal volumi Fl 1534 Andrea kien intagħzel mill Konti Gian Giorgio Trissino bħala l imgħallem biex immexxi l bini ta Villa Cricoli Trissino kien poeta filosfu litterat u diplomatiku fis servizz tal Kurja Rumana Kien umanista espert tal arti militari dilettant tal arkitettura u awtur tax xogħol epiku u poetiku L Italia liberata dai Goti Kien hu li ta lil Andrea l laqam Palladio Trissino daħħal lil Palladio fiċ ċirku umanista ta Vicenza l Academia Olimpica għarrfu bix xogħlijiet ta u ta Leone Battista Alberti u għenu jipperfezzjona ruħu fl arti liberali u fl umanizmu Trissino u Palladio fl 1541 għamlu l ewwel vjaġġ arkeoloġiku lejn Ruma biex jitgħallmu izjed fuq l arti antika tal bini Wara l ewwel vjaġġ reġa lura Vicenza fejn waqt li kompla jaħdem studja izjed fil fond lil Vitruvju Mar lura Ruma bosta drabi fl 1545 fl 1547 u fl 1549 Barra Vitruvju li kien jaqra bir reqqa Palladio kien jirreferi wkoll għal għadd ta awturi Latini oħra bħal u kittieba oħra iktar qrib ta zmienu bħal jew Vasari Bazilika ta San Giorgio Maggiore Venezja Mill 1550 minkejja l mewt ta Gian Giorgio Trissino il fama ta Palladio nfirxet sa Venezja fejn mexxa l bini tal Bazilika ta San Giorgio Maggiore Fl 1554 taħt Ġulju III Palladio għamel l aħħar vjaġġ lejn Ruma mar reverendissmu Daniele Barbaro Patrijarka ta Aquileia li kkollabora miegħu fl edizzjoni ta De architectura ta Vitruvju ippubblikata f Venezja fl 1556 Fl istess sena Palladio ppubblika L Antichita di Roma Minkejja r rapprezentazzjonijiet tat tempji ta fil Quattro libri dell architettura jidher li Palladio qatt ma ħalla l Italja fil vjaġġi tiegħu Seta għamel vjaġġ fil fuq it talba ta fis sajf tal 1566 Jista jkun li kien matul dan il vjaġġ li mar fi Franza u ra l monument Ruman tagħha li ddeskriva fil Quattro libri It talenti tiegħu kienu apprezzati ukoll f Firenze fejn fl 1566 daħħluh bħala membru tal Il Quattro libri dell architettura li kien ħadem fuqhom minn meta kien zagħzugħ kienu ppubblikati f Venezja fl 1570 Fihom wera l parti l kbira tax xogħlijiet tiegħu bħala fl injam maħdumin taħt id direzzjoni tiegħu Fl istess sena Palladio kien nominat għall kariga prestiġjuza ta Proto della Serenissima arkitett prinċipali tar Repubblika ta Venezja minflok Jacopo Sansovino li kien miet Hemm bena l Bazilika ta San Giorgio Maggiore u l knisja tar Redentur Andrea Palladio miet fl 1580 qabel ma lesta t Teatru Olimpiku ta li spiċċawh ibnu Silla u d dixxiplu tiegħu Vincenzo Scamozzi XogħlijietVilla Capra msejħa Villa Rotonda ħdejn Vicenza Bini Ix xogħlijiet arkitettoniċi ta Palladio huma kkonċentrati fil Veneto fejn wieħed għadu jista jarahom Vicenza hemm it Teatru Olimpiku il Palazz Muniċipali msejjaħ il Bazilika Palladjana il Loggia del Capitanio bosta palazzi u vilel li fostom l izjed famuza hi Villa Rotonda Fil bosta vilel mibnijin fil Veneto Palladio kien ispirat u oriġinali fl uzu ta elementi mill arkitettura antika li sa llum għadhom jagħtu x xogħol tiegħu dehra ta grazzja u ekwilbriju Il bini kien jinbena bil brikks u miksi bl istukko il ġebla kienet tintuza biss għad dettalji Villa Badoer Il vilel Palladjani l izjed famuzi huma Villa Godi Villa Badoer Villa Barbaro msejħa Villa Volpi Maser Villa Foscari qrib Mira Villa Capra msejħa Villa Rotonda qrib Vicenza Villa Serego Santa Sofia Ix xogħlijiet pubbliċi u r residenzi urbani l izjed famuzi huma Palazzo la Ragione Vicenza Palazzo Chiericati Vicenza Il Kjostru ta San Giorgio Maggiore Villa Pisani Bagnolo di Lonigo mill ktieb I Quattro Libri dell Architettura edizzjoni tal 1570 Palazzo Valmarana Il Bazilika ta San Giorgio Maggiore Il Knisja tar Redentur Loggia del Capitanio li ma tlestietx It Teatru Olimpiku ta Vicenza I Quattro Libri dell Architettura I Quattro Libri dell Architettura ma nistgħux nifirduhom mix xogħol ta Palladio Dan it trattat tal arkitettura u fl istess ħin l espressjoni tal ħsieb teoriku u l prezentazzjoni tal bini li nbena minn Palladio jew kien disinjat minnu L influenza ta Palladio fuq l arkitetturaPalladio hu arkitett tar Rinaxximent Taljan li jista jitqies bħala Palladio hu bniedem ta zmienu mill kitba tiegħu toħroġ teorija universalista forsi influwenzata minn Vitruvju u Plinju L attenzjoni kontinwa li ta għall proporzjon u s simetrija bħalma jinstabu fin natura tidher ċara f xogħlu Palladio qagħad attent ħafna biex japplika r regoli tal proporzjon għall kompozizzjoni arkitettonika kostitwiti mill Antiki u ta minn jinnota ir regoli tal proporzjon muzikali mnedija minn Pitagora Palladio stess qalu dan fl 1567 Il proporzjonijiet tal vuċi huma armonija għall widnejn dawk tal qies huma armonija għall għajnejn Is suċċess tal ħsieb ta Palladio hu marbut ukoll ma kontroversji kbar bħall Querelle des Anciens et des Modernes Il polemika bejn L Antiki u l Moderni fi Franza Palladio bħal Trissino kien kritiku tal arti Gotika Ix xogħol teoriku tiegħu għandu bħala għan li joħloq metodu espliċitu biex l arkitettura ma terġax taqa fid dizordni antika L ideat arkitettoniċi ta Palladio kellhom suċċess kbir l Ingilterra fejn l arkitett Inigo Jones kien promotur entuzjasta ta dawn l ideat Ħaġa tal għaġeb li fit test storiku ta Constitutions tal mazun James Anderson ippublikat f Londra fl 1723 hemm imsemmijin Palladio u bosta arkitetti oħra tar Rinaxximent L arti ta Palladio daħlet Franza mill Ingilterra lejliet ir Rivoluzzjoni Franċiza fil fatt kien l arkitett Claude Nicolas Ledoux li skopra il Palladjanizmu l Ingilterra u introduċieh ġo Franza it tielet President tal Istati Uniti interessa ruħhu ħafna fix xogħol ta Palladio fil vjaġġi tiegħu fl Ewropa Id dar ta Monticello qrib hi ezempju tal influwenza tiegħu Kontemporanju tal President Jefferson qal li dan kien iħobb jgħid Palladio l mulej tiegħi u l Erba Kotba tal Arkitettura l Bibbja tiegħi Xi arkitetti izjed kontemporanji huma wkoll influwenzati minn Palladio fosthom Ricardo Bofill li ħadem fuq xi ħames mitt proġett f xi ħamsin pajjiz Aldo Rossi Charles Moore u oħrajn PubblikazzjonijietMadwar l 1554 Venezja u Ruma L Antichita di Roma kellu bosta edizzjonijiet 1557 1560 Fl 1570 it trattat L Erba Kotba tal Arkitettura I Quattro Libri dell Architettura Fl 1556 ikkollabora fil pubblikazzjoni minn Daniele Barbaro ta De architectura ta Vitruvju li għalih għamel għadd kbir ta inċizjonijiet juru l arkitettura Kronoloġija tax xogħlijietStatwa ta Andrea Palladio Vicenza Villa Emo Villa Foscari magħrufa bħala La Malcontenta Palazzo del Capitanio Vicenza Pjanta ta Palazzo Rotonda Vicenza Palazzo Chiericati Vicenza mill ktieb I Quattro Libri dell Architettura Nota Id data tirriferixxi għall bidu tal ippjanar tax xogħol u mhux neċessarjament għal meta sar ix xogħol Sors CISA 1531 Portal tal knisja ta Santa Maria dei Servi Vicenza 1534 Villa Trissino Cricoli Vicenza ma Gian Giorgio Trissino 1537 1542 Villa Godi għal Girolamo Pietro e Marcantonio Godi Lonedo di Lugo di Vicenza 1539 bejn wieħed u ieħor Villa Piovene Lonedo di Lugo di Vicenza Vicenza attribwita 1540 1542 bejn wieħed u ieħor Palazzo Civena Vicenza 1540 bejn wieħed u ieħor 1566 bejn wieħed u ieħor Palazzo Poiana Vicenza attribwit 1542 1556 bejn wieħed u ieħor Palazzo Thiene Vicenza x aktarx fuq proġett ta Giulio Romano 1542 Villa Gazzotti għal Taddeo Gazzotti Bertesina Vicenza 1542 bejn wieħed u ieħor Villa Caldogno għal Losco Caldogno Caldogno Vicenza attribwita 1542 Villa Pisani għal Vettore Marco e Daniele Pisani Bagnolo di Lonigo Vicenza 1542 Villa Thiene għal Marcantonio u Adriano Thiene Quinto Vicentino Vicenza x aktarx modifika ta proġett ta Giulio Romano 1543 Villa Saraceno għal Biagio Saraceno Vicenza 1544 madwar 1552 Palazzo Porto għal Iseppo De Porti Vicenza 1546 1549 Logge del Palazzo della Ragione Basilica Palladiana Vicenza tlestew fl 1614 wara mewtu 1546 bejn wieħed u ieħor 1563 bejn wieħed u ieħor Villa Pojana għal Bonifacio Pojana Pojana Maggiore Vicenza 1546 bejn wieħed u ieħor Villa Contarini Piazzola sul Brenta Padova attribwita 1547 Villa Arnaldi għal Vincenzo Arnaldi Meledo di Sarego Vicenza ma tkomplietx 1548 Villa Angarano Bassano del Grappa VI bini ċentrali ppjanat mill ġdid minn Baldassarre Longhena 1550 1557 Palazzo Chiericati għal Girolamo Chiericati Vicenza tlesta fl 1680 bejn wieħed u ieħor wara mewtu 1550 Villa Chiericati għal Giovanni Chiericati Vancimuglio di Grumolo delle Abbadesse Vicenza tlestiet fl 1584 wara mewtu minn Domenico Groppino Villa Cornaro għal Giorgio Cornaro Piombino Dese Padova 1552 bejn wieħed u ieħor Villa Pisani għal Francesco Pisani Montagnana Padova 1554 1563 Villa Badoer magħrufa bħala La Badoera għal Francesco Badoer Fratta Polesine Ruma 1554 Villa Porto għal Paolo Porto Vivaro di Dueville Vicenza attribwita 1554 Villa Barbaro għal Daniele u Marcantonio Barbaro Maser Treviso 1554 Villa Zeno għal Marco Zeno Donegal di Cessalto Treviso 1555 bejn wieħed u ieħor Palazzo Dalla Torre Verona parti biss inbniet parti nqerdet f bumbardament fl 1945 1556 Arco Bollani 1556 madwar Palazzo Antonini Udine saru diversi tibdiliet wara 1556 Barchessa di Villa Thiene Cicogna di Villafranca Padovana Padova 1557 Villa Repeta Campiglia dei Berici Vicenza meqruda min nar u mibnija mill ġdid f forma oħra 1558 Faċċata tal Bazilika ta San Pietro di Castello Venezja tlestiet wara mewtu 1558 Villa Emo għal Leonardo Emo Fanzolo di Vedelago 1558 Koppla tal Katidral ta Vicenza Vicenza meqruda f bumbardament fit Tieni Gwerra Dinjija u mibnija mill ġdid 1559 Villa Foscari magħrufa bħala La Malcontenta Malcontenta di Mira Venezja 1559 Casa Cogollo għal Pietro Cogollo magħrufa bħala Casa del Palladio Vicenza attribwita 1560 1563 bejn wieħed u ieħor kjostru tac ċipressi u refettorju tal monasteru ta San Giorgio Maggiore Venezja 1560 Kunvent tal Karita Venezja tlestew biss il kjostru u l atriju inqered fl 1630 min nar 1560 Palazzo Schio għal Bernardo Schio Vicenza 1563 bejn wieħed u ieħor Portal tal ġenb tal Katidral ta Vicenza 1563 bejn wieħed u ieħor Villa Valmarana Lisiera di Bolzano Vicentino Vicenza 1564 Faċċata tal Knisja ta San Francesco della Vigna Venezja 1564 Palazzo Pretorio Cividale del Friuli Udine proġett attribwit 1565 Knisja tal monasteru ta San Giorgio Maggiore Venezja tlestiet bejn l 1607 u l 1611 wara mewtu b faċċata differenti 1565 Teatru tal injam fil bitħa fil kunvent tal Karita Venezja meqrud fl 1570 min nar 1565 Loggia del Capitanio Vicenza 1565 Palazzo Valmarana għal Isabella Nogarola Valmarana Vicenza 1565 Villa Serego għal Marcantonio Serego Santa Sofia di Pedemonte Verona 1565 bejn wieħed u ieħor Villa Forni Cerato għal Girolamo Forni Montecchio Precalcino Vicenza 1566 Villa Capra magħrufa bħala La Rotonda għal Paolo Almerico Vicenza tlestiet fl 1585 wara mewtu minn Vincenzo Scamozzi 1567 bejn wieħed u ieħor Barchesse di Villa Trissino Meledo di Sarego Vicenza 1568 Ponte di Bassano Bassano del Grappa mibni mill ġdid fl 1748 u wara t Tieni Gwerra Dinjija 1569 1575 Palazzo Barbaran da Porto għal Montano Barbarano Vicenza 1569 Ponte sul Tesina Torri di Quartesolo Vicenza attribwit 1570 Villa Porto għal Iseppo Porto Molina di Malo Vicenza 1571 Palazzo Porto fi Pjazza Castello Vicenza tlesta parzjalment fl 1615 minn Vincenzo Scamozzi 1572 Palazzo Thiene Bonin Longare Vicenza 1574 1577 xogħol fis swali tal Palazzo Ducale Venezja 1574 studji għall faċċata tal Bazilika ta San Petronio Bolonja 1576 madwar Kappella Valmarana għal Isabella Nogarola Valmarana fil Knisja ta Santa Corona Vicenza 1577 Knisja tar Redentur Venezja 1578 Knisja ta Santa Maria Nova Vicenza attribwita proġett tlestiet fl 1590 wara mewtu 1579 Porta Gemona San Daniele del Friuli Udine 1580 Knisja ta Santa Luċija Venezja disinji tal intern twaqqgħet 1580 Tempietto di Villa Barbaro Maser 1580 Teatro Olimpico Vicenza tlesta wara mewtu minn ibnu Silla u d dixxiplu tiegħu Vincenzo Scamozzi Noti Minn Pallas l alla Griega tal għerf Daħla għall Ktieb I u Kap XVI ta Ktieb II Ktieb III tal Quattro libri dell architettura kien hekk li Palladio poġġa ritratt ta Barbaro fil Quattro libri dell architettura G Zorzi I disegni delle antichita di Andrea Palladio Venezia Neri Pozza Editore 1959 http www cesr univ tours fr architectura Traite Notice ENSBA LES1338 asp http www cisapalladio org veneto index php lingua i amp modo nomi amp ordine alfaBiblijografijaI Quattro Libri dell architettura Andrea Palladio Edizzjon Franchesci Venezja 1570 Jean Guillaume Du Cerceau et Palladio Fortune de la villa dans la France du XVI siecle fl Annali di architettura n 12 Vicenza 2000 Claude Mignot Palladio et l architecture francaise du XVII siecle une admiration critique fl Annali di architettura n 12 Vicenza 2000 Parallele de l architecture moderne et de l antique minn Roland Freart de Chambray f Edme Martin 1650 1 Les quatre livres de l architecture Edituri Arthaud Pariġi 1980 Daħla ta Francois Herbert Stevens L architecture de Palladio Edituri Arthaud Pariġi 1981 Awtur Pepi Merisio Daħla ta Wolftraud de Concini Ħoloq esterniAndrea Palladio architecte humaniste par Lorenzo Pericolo Maitre de conference a l universite Rennes II Haute Bretagne Base ARCHITECTURA du Centre d Etudes Superieures de la Renaissance a Tours Les plus grands Europeens Centro Internazionale di Studi di Architettura Andrea Palladio CISA