Visby pronunzjata bl ˈvǐːsbʏ hija żona urbana fl Iżvezja u s sede tal Muniċipalità ta fil Kontea ta Gotland fil gżira ta
Visby

Visby (pronunzjata bl-: [ˈvǐːsbʏ]) hija żona urbana fl-Iżvezja u s-sede tal-Muniċipalità ta' fil-Kontea ta' Gotland fil-gżira ta' Gotland, b'24,330 abitant skont iċ-ċensiment tal-2017. Visby hija wkoll is-sede episkopali għad-Djoċesi ta' Visby. Il-belt Anseatika ta' Visby x'aktarx li hija l-iżjed belt Medjevali ppreservata tajjeb fl-Iskandinavja, u mill-1995 iddaħħlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fost l-iżjed fdalijiet storiċi notevoli hemm is-sur twil 3.4 kilometri tal-belt madwar iċ-ċentru storiku, u għadd ta' fdalijiet ta' knejjes. Id-deklin bħala belt Anseatika fl-aħħar tal-Medjuevu kienet il-kawża għaliex ħafna djar tal-ġebel ġew ippreservati bl-istil Medjevali oriġinali tagħhom.
Visby | ||
---|---|---|
Żvezja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Żvezja | |
County of Sweden | Kontea ta' Gotland | |
Municipality of Sweden | Muniċipalità ta' Gotland | |
Isem uffiċjali | Visby | |
Ismijiet oriġinali | Visby | |
Kodiċi postali | 621 xx | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 57°37′44″N 18°18′26″E / 57.628997°N 18.307109°EKoordinati: 57°37′44″N 18°18′26″E / 57.628997°N 18.307109°E | |
Visby Visby (Sweden) | ||
Superfiċjenti | 1,687±0.5 hectare | |
Għoli | 22 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 26,305 abitanti (31 Diċembru 2023) | |
Informazzjoni oħra | ||
Kodiċi tat-telefon | 0498 | |
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | |
visby.se |
Visby hija destinazzjoni popolari għall-vaganzi fost l-Iskandinavi matul is-sajf u tilqa' eluf ta' turisti kull sena. Bla dubju hija l-iżjed lokalità Żvediża popolata 'l barra mill-art kontinentali tal-Iżvezja. L-Università ta' Gotland tinsab f'Visby, u mill-1 ta' Lulju 2013, hija dipartiment tal-Università ta' bl-isem ta' Uppsala University–Campus Gotland. Visby hija wkoll l-unika sede ta' kontea fl-Iżvezja li hija aċċessibbli mill-art kontinentali bil-baħar u bl-ajru biss.
Etimoloġija
L-isem "Visby" ġej min-Normann Antik Vis, is-singular ġenitiv ta' Vi, jiġifieri post pagan tas-sagrifiċċji", u by, jiġifieri "villaġġ". Fil-Gutasagan (nofs is-seklu 14), issir referenza għall-post bħala Wi biss, jiġifieri "post sagru, post ta' qima".
Visby xi kultant tissejjaħ "il-belt tal-ward" jew "il-belt tal-fdalijiet".
Storja
L-istorja bikrija ta' Visby mhijiex ċara, iżda huwa magħruf li l-belt kienet ċentru tal-merkanzija għall-ħabta tad-900 W.K. Visby kienet abitata saħansitra fi Żmien il-Ħaġar, x'aktarx minħabba l-aċċess għall-ilma ħelu u l-port naturali.
Fis-seklu 12 inbena l-Katidral ta' Visby iddedikat lil Santa Marija. Ġie msawwar mill-ġdid fis-seklu 13 għad-dehra li għandu llum il-ġurnata, u nfetaħ uffiċjalment fl-1225, mill-isqof tal-belt Żvediża ta' Linköping. Diversi knejjes oħra nbnew ukoll tul is-sekli ta' wara. Il-belt iffjorixxiet bis-saħħa tal- Ġermaniża.
Ix-xogħol fuq is-swar mad-dawra tal-belt x'aktarx li nbeda fis-seklu 12. Għall-ħabta tal-1300, ġie rikostruwit u laħħaq l-għoli attwali tiegħu, u kiseb it-torrijiet karatteristiċi tiegħu, għalkemm uħud mit-torrijiet ma nbnewx qabel is-seklu 15. Is-swar mad-dawra tal-belt għadu kważi intatt.
Fl-ewwel nofs tas-seklu 14 (1300-1350) Visby laħqet il-qofol tal-ġid u tal-influwenza tagħha, u matul dan iż-żmien x'aktarx li ġew ippromulgati l-Liġijiet ta' Wisbuy, li kienu sett ta' liġijiet marittimi li kellhom influwenza mifruxa fil-Baltiku u lil hinn.
Fl-1361, Gotland inħakmet minn tad-Danimarka. 1,800 ċittadin ta' Gotland inqatlu fil-battalja quddiem il-belt. Valdemar ġarraf parti mis-swar, qiegħed tliet btieti enormi tal-birra u hedded li kien se jordna lin-nies tiegħu jisirqu u jagħmlu ħerba mill-belt sakemm ma kinux jiġu mimlija bil-fidda u bid-deheb. Il-missirijiet tal-belt ta' Visby issodisfaw it-talba tiegħu bl-oġġetti ta' valur tal-knejjes. Valdemar żied "Re ta' Gotland" mal-lista ta' titli tiegħu. Il-mod kif ittratta lil Visby, membru tal-Lega Anseatika, wassal biex il-Lega tidħol fi gwerra mad-Danimarka; madankollu, għalkemm Valdemar ġie mġiegħel jagħti diversi konċessjonijiet, żamm lil Visby bħala belt Daniża.
Fl-1391, fl-1394 u fl-1398, il-belt ittieħdet u nsterqet mill-, li kienu pirati li kienu jbaħħru fil-. Armata invażiva tal- ħakmet lil Gotland fl-1398, qerdet lil Visby u keċċiet lill-aħwa. Fl-1409, il-Gran Mastru Ulrich von Jungingen tal-Kavallieri Tewtoniċi ggarantixxa l-paċi mal-Unjoni ta' Kalmar tal-Iskandinavja billi bigħ il-gżira ta' Gotland lir-Reġina Margaret tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja.
Fl-1411, ir-Re Norveġiż, Daniż u Żvediż Eric tal-Pomeranja ordna li jinbena l-Kastell ta' Visborg, u għex fih għal tnax-il sena. Matul dan iż-żmien il-belt prattikament inħakmet mill-pirati u l-kummerċ waqaf ħesrem. Mill-1470, il-Lega Anseatika neħħiet l-istatus ta' belt Anseatika lil Visby.
Fl-1525, waslet l-aħħar daqqa ta' ħarta. Fit-taqbida tat-tron Daniż, Lübeck, Belt Ħielsa tal-Imperu Ruman Sagru u membru ewlieni tal-Lega Anseatika, appoġġat lil , filwaqt li , il-gvernatur Daniż ta' Gotland iġġieled għal , anke wara r-riżenja uffiċjali ta' Christian fl-1523. Sakemm Norby issielet kontra azzjoni militari fl-Iżvezja, iċ-ċittadini ta' Lübeck irnexxielhom jattakkaw lil Visby u tawha n-nar minn erba' bnadi. Iżda kuntrarjament għal li jingħad spiss, diversi knejjes xorta waħda baqgħu jeżistu għall-ewwel. Il-knejjes ta' San Ġakbu (li diġà kienet ingħalqet qabel), San Nikola u Santa Gertruda nsterqu mill-armata ta' Lübeck. Bir-riformazzjoni, il-knejjes kollha għajr dik ta' San Ġwann, li saret il-knisja parrokkjali, ingħalqu. Fl-1528, iċ-ċittadini ta' Visby serqu l-Knisja tat-Trinità Mqaddsa jew il-Knisja ta' Kristu Sidna (bl-Iżvediż: Drottens kyrka) bħala tpattija għas-serq li ġarrbet il-belt tagħhom. Fl-1533-1534, il-gvernatur Daniż il-ġdid, , ġarraf il-knejjes ta' San Ġwann u ta' San Pietru biex itejjeb id-difiża tal-kastell tiegħu magħruf bħala Visborgs slott. Il-Katidral ta' Santa Marija baqa' l-aħħar knisja funzjonali u sar il-knisja parrokkjali l-ġdida.
Mill-ġdid Gotland ittieħdet mill-Iżvezja fl-1645, permezz tat-Trattat ta' Brömsebro, wara 300 sena ta' tmexxija Daniża. Il-belt żviluppat bil-mod u kważi kollox tħalla kif kien. F'nofs is-seklu 18, wara li l-pesta naqqset il-popolazzjoni ta' Visby, saru xi tentattivi minn uffiċjali tal-gvern Żvediż biex jittejbu l-istandards tal-għajxien, iżda ma tantx inkiseb wisq. Ma kienx qabel il-bidu tas-seklu 19 li Visby mill-ġdid reġgħet bdiet tattira l-kummerċ u l-industrija portwali. Fl-istess żmien – fl-1808 – Gotland inħakmet mir-Russja, iżda reġgħet ittieħdet lura paċifikament mill-Iżvediżi wara ftit xhur biss.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Anseatika ta' Visby ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Ġeografija
Visby huwa isem il-lokalità jew il-belt, kif ukoll l-isem taż-żona usa' madwarha, Visby socken. Fl-1936, is-socken ġiet inkorporata fi ħdan il-belt ta' Visby li kienet għadha kemm ġiet iffurmata; l-unika lokalità bi status ta' belt storika f'Gotland. Visby socken tinkludi l-istess żona bħad-Distrett amministrattiv ta' Visby, stabbilit fl-1 ta' Jannar 2016. Mill-2019, il-Katidral ta' Visby, il-Knisja ta' Visborg u l-Knisja ta' Terra Nova f'Visby saru parti mill-parroċċa tal-Katidral ta' Visby (Visby Domkyrkoförsamling). Visby hija wkoll l-unika sede tal-muniċipalità tal-Iżvezja li hija aċċessibbli mill-art kontinentali bil-baħar u bit-traffiku tal-ajru biss.
Visby tinsab fil-kosta ċentrali tal-Punent ta' Gotland, max-xaqlibiet pjuttost weqfin tal-irdumijiet tal-ġebla tal-ġir madwar l-ewwel port naturali. Il-belt evolviet madwar il-port Medjevali li issa jikkostitwixxi l-park ta' Almedalen. Hemm toroq twal li huma paralleli mal-linja antika tal-kosta b'toroq iqsar f'angolu ta' 90 grad magħhom, li jwasslu mill-port, fuq ix-xaqliba, sal-parti iktar għolja tal-Lvant tal-belt magħrufa bħala Klinten.
Il-parti antika oriġinali ta' Visby hija mdawra kważi għalkollox bis-swar tal-belt lejn it-Tramuntana, il-Lvant u n-Nofsinhar, bil-port antik u l-Baħar Baltiku fil-Punent. Il-partijiet iktar moderni tal-belt jinsabu l-iktar lejn il-Lvant u iktar 'il ġewwa mis-swar. Tul il-kosta fin-Nofsinhar tas-swar hemm il-port modern bit-terminals tal-laneċ u tal-bastimenti, u iktar lejn in-Nofsinhar hemm żona rikreattiva ħadra msejha Södra Hällarna. Eżatt fil-parti tat-Tramuntana tas-swar kif ukoll tul il-kosta tat-Tramuntana 'l barra mis-swar, hemm diversi bajjiet: Kallbadhuset, Norderstrand, Snäckgärdsbaden (jew sempliċement Snäck) u Gustavsvik.
Visby u Tallinn huma l-unika żewġ bliet tat-Tramuntana tal-Ewropa fejn baqgħet ippreservata għalkollox sa żminijietna l-pjanta Medjevali tal-belt qisha grilja.
Waħda mill-asterojdi fis-smewwiet, is-6102 Visby, ingħatat isem il-belt.
Klima
Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Visby għandha klima oċeanika (Cfb). B'hekk is-sjuf ikunu iktar friski u x-xtiewi inqas qalila mill-biċċa l-kbira tal-art kontinentali tal-Iżvezja. Madankollu, minkejja l-pożizzjoni marittima tagħha, il-klima tal-belt hija influwenzata ferm mill-flussi tal-arja kontinentali. L-ammonti ta' preċipitazzjoni huma pjuttost moderati, speċjalment għal klima oċeanika, u relattivament konsistenti matul is-sena kollha. Visby hija waħda mill-iżjed bliet xemxin fl-Iżvezja u fil-pajjiżi Nordiċi, speċjalment matul is-sajf.
Data klimatika dwar l-Ajruport ta' Visby tal-1991-2020; temp. normali u estremi ta' kull xahar | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 10.2 (50.4) | 11.2 (52.2) | 16.1 (61.0) | 25.2 (77.4) | 27.7 (81.9) | 31.2 (88.2) | 33.7 (92.7) | 32.9 (91.2) | 28.1 (82.6) | 20.9 (69.6) | 14.9 (58.8) | 12.5 (54.5) | 33.7 (92.7) |
Temp. massima medja f'°C (°F) | 6.6 (43.9) | 6.8 (44.2) | 11.2 (52.2) | 18.5 (65.3) | 23.4 (74.1) | 25.8 (78.4) | 27.8 (82.0) | 27.0 (80.6) | 22.3 (72.1) | 16.0 (60.8) | 10.7 (51.3) | 7.8 (46.0) | 28.9 (84.0) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 2.0 (35.6) | 1.8 (35.2) | 4.4 (39.9) | 9.8 (49.6) | 15.0 (59.0) | 18.9 (66.0) | 21.6 (70.9) | 21.1 (70.0) | 16.6 (61.9) | 10.9 (51.6) | 6.3 (43.3) | 3.5 (38.3) | 11.0 (51.8) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 0.2 (32.4) | −0.3 (31.5) | 1.3 (34.3) | 5.4 (41.7) | 10.2 (50.4) | 14.5 (58.1) | 17.4 (63.3) | 17.1 (62.8) | 13.0 (55.4) | 8.3 (46.9) | 4.5 (40.1) | 1.8 (35.2) | 7.8 (46.0) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −1.9 (28.6) | −2.6 (27.3) | −1.8 (28.8) | 1.2 (34.2) | 5.3 (41.5) | 10.0 (50.0) | 13.2 (55.8) | 13.2 (55.8) | 9.6 (49.3) | 5.6 (42.1) | 2.5 (36.5) | −0.3 (31.5) | 4.5 (40.1) |
Temp. minima medja f'°C (°F) | −11.5 (11.3) | −10.9 (12.4) | −9.9 (14.2) | −5.3 (22.5) | −1.4 (29.5) | 3.8 (38.8) | 7.4 (45.3) | 6.8 (44.2) | 2.7 (36.9) | −2.0 (28.4) | −4.3 (24.3) | −8.3 (17.1) | −14.2 (6.4) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −20.1 (−4.2) | −21.2 (−6.2) | −19.5 (−3.1) | −8.7 (16.3) | −7.8 (18.0) | −0.3 (31.5) | 4.1 (39.4) | 4.3 (39.7) | −2.9 (26.8) | −6.0 (21.2) | −10.2 (13.6) | −22.2 (−8.0) | −22.2 (−8.0) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 42.7 (1.68) | 35.3 (1.39) | 27.6 (1.09) | 24.9 (0.98) | 29.0 (1.14) | 42.5 (1.67) | 61.3 (2.41) | 56.6 (2.23) | 47.5 (1.87) | 54.0 (2.13) | 55.5 (2.19) | 56.2 (2.21) | 533.2 (20.99) |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 41 | 70 | 156 | 243 | 317 | 315 | 314 | 261 | 188 | 102 | 42 | 31 | 2,080 |
Sors 1 | |||||||||||||
Sors 2 |
Data klimatika dwar l-Ajruport ta' Visby (temp. medji u estremi tal-2002-2020 mill-1901) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 10.2 (50.4) | 12.9 (55.2) | 18.6 (65.5) | 25.2 (77.4) | 27.7 (81.9) | 31.4 (88.5) | 33.7 (92.7) | 32.9 (91.2) | 29.0 (84.2) | 20.9 (69.6) | 14.9 (58.8) | 12.5 (54.5) | 33.7 (92.7) |
Temp. massima medja f'°C (°F) | 6.8 (44.2) | 6.8 (44.2) | 11.7 (53.1) | 18.2 (64.8) | 23.8 (74.8) | 26.2 (79.2) | 28.1 (82.6) | 27.5 (81.5) | 23.1 (73.6) | 16.3 (61.3) | 11.2 (52.2) | 8.1 (46.6) | 29.2 (84.6) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 1.8 (35.2) | 1.8 (35.2) | 4.6 (40.3) | 10.2 (50.4) | 15.6 (60.1) | 19.4 (66.9) | 21.9 (71.4) | 21.5 (70.7) | 17.1 (62.8) | 11.0 (51.8) | 6.9 (44.4) | 3.9 (39.0) | 11.3 (52.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | −0.3 (31.5) | −0.5 (31.1) | 1.3 (34.3) | 5.2 (41.4) | 10.6 (51.1) | 14.8 (58.6) | 17.7 (63.9) | 17.4 (63.3) | 13.6 (56.5) | 8.3 (46.9) | 4.9 (40.8) | 2.0 (35.6) | 7.9 (46.3) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | −2.4 (27.7) | −2.7 (27.1) | −2.1 (28.2) | 1.1 (34.0) | 5.5 (41.9) | 10.2 (50.4) | 13.4 (56.1) | 13.3 (55.9) | 10.0 (50.0) | 5.5 (41.9) | 2.9 (37.2) | 0.1 (32.2) | 4.6 (40.2) |
Temp. minima medja f'°C (°F) | −12.7 (9.1) | −11.0 (12.2) | −10.9 (12.4) | −5.9 (21.4) | −1.7 (28.9) | 3.1 (37.6) | 7.6 (45.7) | 6.5 (43.7) | 3.3 (37.9) | −2.2 (28.0) | −3.8 (25.2) | −7.8 (18.0) | −14.6 (5.7) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −25.0 (−13.0) | −25.4 (−13.7) | −23.5 (−10.3) | −12.7 (9.1) | −7.8 (18.0) | −1.0 (30.2) | 2.9 (37.2) | 1.1 (34.0) | −2.9 (26.8) | −6.0 (21.2) | −11.5 (11.3) | −22.2 (−8.0) | −25.4 (−13.7) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 46.5 (1.83) | 32.0 (1.26) | 27.9 (1.10) | 20.2 (0.80) | 28.2 (1.11) | 39.8 (1.57) | 64.8 (2.55) | 58.6 (2.31) | 40.1 (1.58) | 57.4 (2.26) | 60.9 (2.40) | 57.8 (2.28) | 534.2 (21.05) |
Fond estrem medju ta' borra f'cm (pulzieri) | 15 (5.9) | 13 (5.1) | 8 (3.1) | 1 (0.4) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 0 (0) | 5 (2.0) | 7 (2.8) | 21 (8.3) |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 37 | 70 | 167 | 261 | 322 | 331 | 313 | 265 | 200 | 103 | 42 | 31 | 2,142 |
Sors 1 | |||||||||||||
Sors 2 |
Infrastruttura
Trasport
Visby hija kkollegata mal-art kontinentali tal-Iżvezja permezz tal-laneċ u l-ajruplani. Il-laneċ jaslu kemm minn Oskarshamn f'Småland kif ukoll minn Nynäshamn, qrib Stokkolma, u t-tnejn jieħdu madwar tliet sigħat. Il-laneċ huma amministrati minn Destination Gotland u huma ssussidjati mill-gvern Żvediż. Destination Gotland huwa l-uniku operatur tal-laneċ – fis-sajf tal-2016, il-kumpanija indipendenti tat-trasport marittimu Gotlandsbåten kienet tamministra l-laneċ lejn Västervik u Nynäshamn, iżda dan is-servizz ma kienx iwassal għal profitt u ma reġax ġie offrut mill-2017.
L-Ajruport ta' Visby jinsab madwar ħames kilometri (3.1 mili) fit-Tramuntana tal-belt u joffri kollegamenti mal-art kontinentali Żvediża. Fl-2018 kellu 467,857 passiġġier u huwa d-disa' l-ikbar ajruport fl-Iżvezja. It-titjiriet ta' kuljum lejn l-Ajruport ta' Arlanda fi Stokkolma u minnu huma mod komuni kif wieħed jitlaq minn Visby jew jasal.
Hemm ukoll karozzi tal-linja li joperaw fil-belt ta' Visby kif ukoll karozzi tal-linja lejn partijiet oħra ta' Gotland.
Visby tat isimha lill-Emendi ta' Visby tal-1968, li kienu emendi għar-Regoli ta' tal-liġi dwar it-trasport marittimu, li wasslu għar-Regoli ta' Den Haag–Visby.
Visby qabel kienet moqdija minn żewġ linji ferrovjarji, il-Linja Ferrovjarja ta' Gotland li kienet taħdem minn Lärbro fit-Tramuntana, sa Burgsvik fin-Nofsinhar, u kienet tgħaddi mill-port ta' Visby, u l-Linja Ferrovjarja Visby–Visborgsslätt–Bjärs, fin-Nofsinhar lejn Visborgsslätt u Västerhejde. L-ewwel linja, minn Visby sa Hemse nbdiet fl-1878, taħt il-patroċinju tal-Linja Ferrovjarja ta' Gotland. It-trasport tal-passiġġieri ma baqax jopera wara Settembru 1960. It-trasport tal-merkanzija fir-rotta bejn Slakteriet u l-port ta' Visby baqa' jopera sa Mejju 1962. L-aħħar sezzjonijiet tar-rotta tal-port f'Visby tneħħew f'Marzu 1964. L-istazzjon ferrovjarju ta' Visby, fin-Nofsinhar tas-Söderport f'Söderväg, tlesta fl-1878 u huwa wieħed mill-ftit fdalijiet tal-linja ferrovjarja f'Visby.
Impjanti
Ħdejn Visby hemm l-impjant tal-invertitur statiku għall-ewwel interkonnessjoni HVDC ta' park tat-turbini tar-riħ (HVDC Visby–Näs).
Attrazzjonijiet u avvenimenti
Matul l-ewwel ġimgħa ta' Lulju, f'Visby issir il-Ġimgħa ta' Almedalen, forum importanti għal kull min hu involut fil-politika Żvediża. Matul dik il-ġimgħa, ir-rappreżentanti mill-partiti politiċi ewlenin fl-Iżvezja lkoll jagħmlu diskorsi fil-Park ta' Almedalen.
F'Awwissu, l-istaġun turistiku jilħaq il-qofol tiegħu. Matul il-ġimgħa 32, minn Ħadd sa Ħadd, kull sena ssir il-Ġimgħa Medjevali f'Gotland. Matul dik il-ġimgħa, l-għadd ta' turisti jisboq l-għadd ta' nies li jkunu lebsin kostumi Medjevali. Il-festival beda jsir fl-1984 u jinkludi varjetà ta' avvenimenti: mużika, buffi, teatru, suq Medjevali, tornej tal-ġostra, u ħafna iktar.
Il-kwartier ġenerali tal-Forum Ekoloġiku Dinji jinsab f'Visby.
Kultura u arti
Visby tospita ċ-Ċentru Baltiku għall-Kittieba u t-Tradutturi u ċ-Ċentru Internazzjonali ta' Visby għall-Kompożituri.
Kultura popolari
L-awtriċi Żvediża ambjentat disa' ġrajjiet investigattivi fuq il-gżira ta' Gotland. Il-karattru prinċipali, DS Anders Knutas, huwa stazzjonat fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija f'Visby, u hemm bosta siltiet deskrittivi dwar il-belt u l-gżira.
kiteb li Visby kienet l-ispirazzjoni viżiva prinċipali għar-raħal f'Kiki's Delivery Service, b'elementi minn postijiet oħra bħal Stokkolma.
Fl-1971 ġibed The Touch (1971) (Beröringen) b', u f'Visby.
Visby tissemma wkoll fil-kanzunetta ta' Yorushika, Rain With Cappuccino.
Sport
Il-klabbs sportivi li ġejjin jinsabu f'Visby:
- Endre IF (floorball)
- Visby Ladies (basketball tan-nisa)
- Visby IBK (floorball)
- Visby/Roma HK (hockey tas-silġ)
- FC Gute (futbol)
- IFK Visby (futbol)
- Visby AIK (futbol)
- Visby Klätterklubb (Tixbit)
Referenzi
- ^ "21 amazing World Heritage Sites you've probably never heard of" (bl-Ingliż). 2016-02-04. Miġbur 2022-06-27.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Hanseatic Town of Visby". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-27.
- ^ "Svenska uppslagsverk - Nationalencyklopedin". uppslag.psilander.se. Miġbur 2022-06-27.
- ^ "Cercurius - Smeknamn och öknamn på svenska städer". web.archive.org. 2017-05-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-05-14. Miġbur 2022-06-27.
- ^ "Rosornas stads mest urvattnade tradition". www.expressen.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-27.
- ^ Westholm, Gun (2000). "Visby och Gotland – Medeltida byggnadsutveckling". Gotländskt Arkiv. Visby: Gotlands fornsal. 2000 (72): 85.
- ^ Yrwing, Hugo (1986). Visby – hansestad på Gotland (in Swedish). Stockholm: Gidlund. ISBN 91-7844-055-6.
- ^ Andrén, Anders (2011). Det medeltida Gotland: en arkeologisk guidebok. Lund: Historiska media. ISBN 978-91-85873-83-8.
- ^ Westholm, Gun (2007). Visby 1361: Invasionen (bl-Iżvediż). Stockholm: Prisma. ISBN 978-91-518-4568-5.
- ^ a b ċ d e "Gotlands historia". www.tacitus.nu. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "S:ta Karin, Sverige | Slottsguiden". www.slottsguiden.info. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "S:t Per och S:t Hans, Sverige | Slottsguiden". www.slottsguiden.info. Miġbur 2022-06-28.
- ^ Englund, Peter (2003). Ofredsår (in Swedish). Stockholm: Atlantis. pp. 368 u 394. ISBN 91-7486-349-5.
- ^ "Församlingar på Gotland". www.svenskakyrkan.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-28.
- ^ "Visby - Uppslagsverk - NE.se". www.ne.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-28.
- ^ Guide, Universe. "6102 Visby Asteroid Facts". Universe Guide (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ a b "Dataserier med normalvärden för perioden 1991-2020 | SMHI". www.smhi.se. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "Ladda ner meteorologiska observationer | SMHI". www.smhi.se. Miġbur 2022-06-28.
- ^ "Års- och månadsstatistik | SMHI". www.smhi.se.
- ^ Nyheter, S. V. T.; Widegren, Patrik (2016-01-22). "Efter motgångar: Ny färja till Gotland i sommar" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ Kalmar, P4 (2018-04-06). "Gotlandsbåten avregistreras – inga nya planer" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Om flygplatsen". www.swedavia.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Sveriges flygplatser 2017- Arlanda störst, Hagfors minst & Skellefteå ökade mest – flyg24nyheter". flyg24nyheter.com. Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Ny direktlinje mellan Oslo och Visby". www.aftonbladet.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Kollektivtrafiken". Region Gotland (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Comparison of Hauge-Visby and Hamburg rules" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-11-23. Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Gotlands Jornvag -GJ". web.archive.org. 2011-08-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-08-22. Miġbur 2022-06-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "World Ecological Forum | Contact Us" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ jesperelen. "Home" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "Baltic Centre for Writers and Translators". www.bcwt.org. Miġbur 2022-06-29.
- ^ Hayao Miyazaki. Creating Kiki's Delivery Service (DVD) (bl-Ingliż u bil-). Disney Presents Studio Ghib.
- ^ "Beröringen (1971) - SFdb" (bl-Iżvediż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "ヨルシカ - 雨とカプチーノ(Official Video) | Ghostarchive". ghostarchive.org. Miġbur 2022-06-29.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Visby, X'inhi Visby? Xi tfisser Visby?
Visby pronunzjata bl ˈvǐːsbʏ hija zona urbana fl Izvezja u s sede tal Muniċipalita ta fil Kontea ta Gotland fil gzira ta Gotland b 24 330 abitant skont iċ ċensiment tal 2017 Visby hija wkoll is sede episkopali għad Djoċesi ta Visby Il belt Anseatika ta Visby x aktarx li hija l izjed belt Medjevali ppreservata tajjeb fl Iskandinavja u mill 1995 iddaħħlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Fost l izjed fdalijiet storiċi notevoli hemm is sur twil 3 4 kilometri tal belt madwar iċ ċentru storiku u għadd ta fdalijiet ta knejjes Id deklin bħala belt Anseatika fl aħħar tal Medjuevu kienet il kawza għaliex ħafna djar tal ġebel ġew ippreservati bl istil Medjevali oriġinali tagħhom Visby ZvezjaAmministrazzjoniStat sovranZvezjaCounty of SwedenKontea ta GotlandMunicipality of SwedenMuniċipalita ta GotlandIsem uffiċjali VisbyIsmijiet oriġinali VisbyKodiċi postali 621 xxĠeografijaKoordinati 57 37 44 N 18 18 26 E 57 628997 N 18 307109 E 57 628997 18 307109 Koordinati 57 37 44 N 18 18 26 E 57 628997 N 18 307109 E 57 628997 18 307109VisbyVisby Sweden Superfiċjenti 1 687 0 5 hectareGħoli 22 mDemografijaPopolazzjoni 26 305 abitanti 31 Diċembru 2023 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0498Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2visby se Visby hija destinazzjoni popolari għall vaganzi fost l Iskandinavi matul is sajf u tilqa eluf ta turisti kull sena Bla dubju hija l izjed lokalita Zvediza popolata l barra mill art kontinentali tal Izvezja L Universita ta Gotland tinsab f Visby u mill 1 ta Lulju 2013 hija dipartiment tal Universita ta bl isem ta Uppsala University Campus Gotland Visby hija wkoll l unika sede ta kontea fl Izvezja li hija aċċessibbli mill art kontinentali bil baħar u bl ajru biss EtimoloġijaL isem Visby ġej min Normann Antik Vis is singular ġenitiv ta Vi jiġifieri post pagan tas sagrifiċċji u by jiġifieri villaġġ Fil Gutasagan nofs is seklu 14 issir referenza għall post bħala Wi biss jiġifieri post sagru post ta qima Visby xi kultant tissejjaħ il belt tal ward jew il belt tal fdalijiet StorjaL istorja bikrija ta Visby mhijiex ċara izda huwa magħruf li l belt kienet ċentru tal merkanzija għall ħabta tad 900 W K Visby kienet abitata saħansitra fi Zmien il Ħaġar x aktarx minħabba l aċċess għall ilma ħelu u l port naturali Fis seklu 12 inbena l Katidral ta Visby iddedikat lil Santa Marija Ġie msawwar mill ġdid fis seklu 13 għad dehra li għandu llum il ġurnata u nfetaħ uffiċjalment fl 1225 mill isqof tal belt Zvediza ta Linkoping Diversi knejjes oħra nbnew ukoll tul is sekli ta wara Il belt iffjorixxiet bis saħħa tal Ġermaniza Ix xogħol fuq is swar mad dawra tal belt x aktarx li nbeda fis seklu 12 Għall ħabta tal 1300 ġie rikostruwit u laħħaq l għoli attwali tiegħu u kiseb it torrijiet karatteristiċi tiegħu għalkemm uħud mit torrijiet ma nbnewx qabel is seklu 15 Is swar mad dawra tal belt għadu kwazi intatt Fl ewwel nofs tas seklu 14 1300 1350 Visby laħqet il qofol tal ġid u tal influwenza tagħha u matul dan iz zmien x aktarx li ġew ippromulgati l Liġijiet ta Wisbuy li kienu sett ta liġijiet marittimi li kellhom influwenza mifruxa fil Baltiku u lil hinn Fl 1361 Gotland inħakmet minn tad Danimarka 1 800 ċittadin ta Gotland inqatlu fil battalja quddiem il belt Valdemar ġarraf parti mis swar qiegħed tliet btieti enormi tal birra u hedded li kien se jordna lin nies tiegħu jisirqu u jagħmlu ħerba mill belt sakemm ma kinux jiġu mimlija bil fidda u bid deheb Il missirijiet tal belt ta Visby issodisfaw it talba tiegħu bl oġġetti ta valur tal knejjes Valdemar zied Re ta Gotland mal lista ta titli tiegħu Il mod kif ittratta lil Visby membru tal Lega Anseatika wassal biex il Lega tidħol fi gwerra mad Danimarka madankollu għalkemm Valdemar ġie mġiegħel jagħti diversi konċessjonijiet zamm lil Visby bħala belt Daniza Valdemar Atterdag izomm lil Visby bħala rahan 1361 ta Carl Gustaf Hellqvist 1851 1890 Fl 1391 fl 1394 u fl 1398 il belt ittieħdet u nsterqet mill li kienu pirati li kienu jbaħħru fil Armata invaziva tal ħakmet lil Gotland fl 1398 qerdet lil Visby u keċċiet lill aħwa Fl 1409 il Gran Mastru Ulrich von Jungingen tal Kavallieri Tewtoniċi ggarantixxa l paċi mal Unjoni ta Kalmar tal Iskandinavja billi bigħ il gzira ta Gotland lir Reġina Margaret tad Danimarka tan Norveġja u tal Izvezja Fl 1411 ir Re Norveġiz Daniz u Zvediz Eric tal Pomeranja ordna li jinbena l Kastell ta Visborg u għex fih għal tnax il sena Matul dan iz zmien il belt prattikament inħakmet mill pirati u l kummerċ waqaf ħesrem Mill 1470 il Lega Anseatika neħħiet l istatus ta belt Anseatika lil Visby Fl 1525 waslet l aħħar daqqa ta ħarta Fit taqbida tat tron Daniz Lubeck Belt Ħielsa tal Imperu Ruman Sagru u membru ewlieni tal Lega Anseatika appoġġat lil filwaqt li il gvernatur Daniz ta Gotland iġġieled għal anke wara r rizenja uffiċjali ta Christian fl 1523 Sakemm Norby issielet kontra azzjoni militari fl Izvezja iċ ċittadini ta Lubeck irnexxielhom jattakkaw lil Visby u tawha n nar minn erba bnadi Izda kuntrarjament għal li jingħad spiss diversi knejjes xorta waħda baqgħu jezistu għall ewwel Il knejjes ta San Ġakbu li diġa kienet ingħalqet qabel San Nikola u Santa Gertruda nsterqu mill armata ta Lubeck Bir riformazzjoni il knejjes kollha għajr dik ta San Ġwann li saret il knisja parrokkjali ingħalqu Fl 1528 iċ ċittadini ta Visby serqu l Knisja tat Trinita Mqaddsa jew il Knisja ta Kristu Sidna bl Izvediz Drottens kyrka bħala tpattija għas serq li ġarrbet il belt tagħhom Fl 1533 1534 il gvernatur Daniz il ġdid ġarraf il knejjes ta San Ġwann u ta San Pietru biex itejjeb id difiza tal kastell tiegħu magħruf bħala Visborgs slott Il Katidral ta Santa Marija baqa l aħħar knisja funzjonali u sar il knisja parrokkjali l ġdida Mill ġdid Gotland ittieħdet mill Izvezja fl 1645 permezz tat Trattat ta Bromsebro wara 300 sena ta tmexxija Daniza Il belt zviluppat bil mod u kwazi kollox tħalla kif kien F nofs is seklu 18 wara li l pesta naqqset il popolazzjoni ta Visby saru xi tentattivi minn uffiċjali tal gvern Zvediz biex jittejbu l istandards tal għajxien izda ma tantx inkiseb wisq Ma kienx qabel il bidu tas seklu 19 li Visby mill ġdid reġgħet bdiet tattira l kummerċ u l industrija portwali Fl istess zmien fl 1808 Gotland inħakmet mir Russja izda reġgħet ittieħdet lura paċifikament mill Izvedizi wara ftit xhur biss Sit ta Wirt DinjiVeduta ġenerali tal katidral minn Ovre Finngrand fi Klinten Il Belt Anseatika ta Visby ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1995 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli ĠeografijaRikostruzzjoni tal port ta Visby fil Medju Evu Visby huwa isem il lokalita jew il belt kif ukoll l isem taz zona usa madwarha Visby socken Fl 1936 is socken ġiet inkorporata fi ħdan il belt ta Visby li kienet għadha kemm ġiet iffurmata l unika lokalita bi status ta belt storika f Gotland Visby socken tinkludi l istess zona bħad Distrett amministrattiv ta Visby stabbilit fl 1 ta Jannar 2016 Mill 2019 il Katidral ta Visby il Knisja ta Visborg u l Knisja ta Terra Nova f Visby saru parti mill parroċċa tal Katidral ta Visby Visby Domkyrkoforsamling Visby hija wkoll l unika sede tal muniċipalita tal Izvezja li hija aċċessibbli mill art kontinentali bil baħar u bit traffiku tal ajru biss Visby tinsab fil kosta ċentrali tal Punent ta Gotland max xaqlibiet pjuttost weqfin tal irdumijiet tal ġebla tal ġir madwar l ewwel port naturali Il belt evolviet madwar il port Medjevali li issa jikkostitwixxi l park ta Almedalen Hemm toroq twal li huma paralleli mal linja antika tal kosta b toroq iqsar f angolu ta 90 grad magħhom li jwasslu mill port fuq ix xaqliba sal parti iktar għolja tal Lvant tal belt magħrufa bħala Klinten Il parti antika oriġinali ta Visby hija mdawra kwazi għalkollox bis swar tal belt lejn it Tramuntana il Lvant u n Nofsinhar bil port antik u l Baħar Baltiku fil Punent Il partijiet iktar moderni tal belt jinsabu l iktar lejn il Lvant u iktar il ġewwa mis swar Tul il kosta fin Nofsinhar tas swar hemm il port modern bit terminals tal laneċ u tal bastimenti u iktar lejn in Nofsinhar hemm zona rikreattiva ħadra msejha Sodra Hallarna Ezatt fil parti tat Tramuntana tas swar kif ukoll tul il kosta tat Tramuntana l barra mis swar hemm diversi bajjiet Kallbadhuset Norderstrand Snackgardsbaden jew sempliċement Snack u Gustavsvik Visby u Tallinn huma l unika zewġ bliet tat Tramuntana tal Ewropa fejn baqgħet ippreservata għalkollox sa zminijietna l pjanta Medjevali tal belt qisha grilja Waħda mill asterojdi fis smewwiet is 6102 Visby ingħatat isem il belt KlimaSkont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Visby għandha klima oċeanika Cfb B hekk is sjuf ikunu iktar friski u x xtiewi inqas qalila mill biċċa l kbira tal art kontinentali tal Izvezja Madankollu minkejja l pozizzjoni marittima tagħha il klima tal belt hija influwenzata ferm mill flussi tal arja kontinentali L ammonti ta preċipitazzjoni huma pjuttost moderati speċjalment għal klima oċeanika u relattivament konsistenti matul is sena kollha Visby hija waħda mill izjed bliet xemxin fl Izvezja u fil pajjizi Nordiċi speċjalment matul is sajf Data klimatika dwar l Ajruport ta Visby tal 1991 2020 temp normali u estremi ta kull xahar Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 10 2 50 4 11 2 52 2 16 1 61 0 25 2 77 4 27 7 81 9 31 2 88 2 33 7 92 7 32 9 91 2 28 1 82 6 20 9 69 6 14 9 58 8 12 5 54 5 33 7 92 7 Temp massima medja f C F 6 6 43 9 6 8 44 2 11 2 52 2 18 5 65 3 23 4 74 1 25 8 78 4 27 8 82 0 27 0 80 6 22 3 72 1 16 0 60 8 10 7 51 3 7 8 46 0 28 9 84 0 Temp għolja medja f C F 2 0 35 6 1 8 35 2 4 4 39 9 9 8 49 6 15 0 59 0 18 9 66 0 21 6 70 9 21 1 70 0 16 6 61 9 10 9 51 6 6 3 43 3 3 5 38 3 11 0 51 8 Temp medja ta kuljum f C F 0 2 32 4 0 3 31 5 1 3 34 3 5 4 41 7 10 2 50 4 14 5 58 1 17 4 63 3 17 1 62 8 13 0 55 4 8 3 46 9 4 5 40 1 1 8 35 2 7 8 46 0 Temp baxxa medja f C F 1 9 28 6 2 6 27 3 1 8 28 8 1 2 34 2 5 3 41 5 10 0 50 0 13 2 55 8 13 2 55 8 9 6 49 3 5 6 42 1 2 5 36 5 0 3 31 5 4 5 40 1 Temp minima medja f C F 11 5 11 3 10 9 12 4 9 9 14 2 5 3 22 5 1 4 29 5 3 8 38 8 7 4 45 3 6 8 44 2 2 7 36 9 2 0 28 4 4 3 24 3 8 3 17 1 14 2 6 4 Temp baxxa rekord f C F 20 1 4 2 21 2 6 2 19 5 3 1 8 7 16 3 7 8 18 0 0 3 31 5 4 1 39 4 4 3 39 7 2 9 26 8 6 0 21 2 10 2 13 6 22 2 8 0 22 2 8 0 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 42 7 1 68 35 3 1 39 27 6 1 09 24 9 0 98 29 0 1 14 42 5 1 67 61 3 2 41 56 6 2 23 47 5 1 87 54 0 2 13 55 5 2 19 56 2 2 21 533 2 20 99 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 41 70 156 243 317 315 314 261 188 102 42 31 2 080 Sors 1 Sors 2 Data klimatika dwar l Ajruport ta Visby temp medji u estremi tal 2002 2020 mill 1901 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 10 2 50 4 12 9 55 2 18 6 65 5 25 2 77 4 27 7 81 9 31 4 88 5 33 7 92 7 32 9 91 2 29 0 84 2 20 9 69 6 14 9 58 8 12 5 54 5 33 7 92 7 Temp massima medja f C F 6 8 44 2 6 8 44 2 11 7 53 1 18 2 64 8 23 8 74 8 26 2 79 2 28 1 82 6 27 5 81 5 23 1 73 6 16 3 61 3 11 2 52 2 8 1 46 6 29 2 84 6 Temp għolja medja f C F 1 8 35 2 1 8 35 2 4 6 40 3 10 2 50 4 15 6 60 1 19 4 66 9 21 9 71 4 21 5 70 7 17 1 62 8 11 0 51 8 6 9 44 4 3 9 39 0 11 3 52 4 Temp medja ta kuljum f C F 0 3 31 5 0 5 31 1 1 3 34 3 5 2 41 4 10 6 51 1 14 8 58 6 17 7 63 9 17 4 63 3 13 6 56 5 8 3 46 9 4 9 40 8 2 0 35 6 7 9 46 3 Temp baxxa medja f C F 2 4 27 7 2 7 27 1 2 1 28 2 1 1 34 0 5 5 41 9 10 2 50 4 13 4 56 1 13 3 55 9 10 0 50 0 5 5 41 9 2 9 37 2 0 1 32 2 4 6 40 2 Temp minima medja f C F 12 7 9 1 11 0 12 2 10 9 12 4 5 9 21 4 1 7 28 9 3 1 37 6 7 6 45 7 6 5 43 7 3 3 37 9 2 2 28 0 3 8 25 2 7 8 18 0 14 6 5 7 Temp baxxa rekord f C F 25 0 13 0 25 4 13 7 23 5 10 3 12 7 9 1 7 8 18 0 1 0 30 2 2 9 37 2 1 1 34 0 2 9 26 8 6 0 21 2 11 5 11 3 22 2 8 0 25 4 13 7 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 46 5 1 83 32 0 1 26 27 9 1 10 20 2 0 80 28 2 1 11 39 8 1 57 64 8 2 55 58 6 2 31 40 1 1 58 57 4 2 26 60 9 2 40 57 8 2 28 534 2 21 05 Fond estrem medju ta borra f cm pulzieri 15 5 9 13 5 1 8 3 1 1 0 4 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 5 2 0 7 2 8 21 8 3 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 37 70 167 261 322 331 313 265 200 103 42 31 2 142 Sors 1 Sors 2InfrastrutturaTrasport It terminal ta Visby Visby hija kkollegata mal art kontinentali tal Izvezja permezz tal laneċ u l ajruplani Il laneċ jaslu kemm minn Oskarshamn f Smaland kif ukoll minn Nynashamn qrib Stokkolma u t tnejn jieħdu madwar tliet sigħat Il laneċ huma amministrati minn Destination Gotland u huma ssussidjati mill gvern Zvediz Destination Gotland huwa l uniku operatur tal laneċ fis sajf tal 2016 il kumpanija indipendenti tat trasport marittimu Gotlandsbaten kienet tamministra l laneċ lejn Vastervik u Nynashamn izda dan is servizz ma kienx iwassal għal profitt u ma reġax ġie offrut mill 2017 L Ajruport ta Visby jinsab madwar ħames kilometri 3 1 mili fit Tramuntana tal belt u joffri kollegamenti mal art kontinentali Zvediza Fl 2018 kellu 467 857 passiġġier u huwa d disa l ikbar ajruport fl Izvezja It titjiriet ta kuljum lejn l Ajruport ta Arlanda fi Stokkolma u minnu huma mod komuni kif wieħed jitlaq minn Visby jew jasal Hemm ukoll karozzi tal linja li joperaw fil belt ta Visby kif ukoll karozzi tal linja lejn partijiet oħra ta Gotland Visby tat isimha lill Emendi ta Visby tal 1968 li kienu emendi għar Regoli ta tal liġi dwar it trasport marittimu li wasslu għar Regoli ta Den Haag Visby Ferrovija fl istazzjon ferrovjarju ta Visby matul l aħħar sena tat traffiku ferrovjarju fl 1960 Visby qabel kienet moqdija minn zewġ linji ferrovjarji il Linja Ferrovjarja ta Gotland li kienet taħdem minn Larbro fit Tramuntana sa Burgsvik fin Nofsinhar u kienet tgħaddi mill port ta Visby u l Linja Ferrovjarja Visby Visborgsslatt Bjars fin Nofsinhar lejn Visborgsslatt u Vasterhejde L ewwel linja minn Visby sa Hemse nbdiet fl 1878 taħt il patroċinju tal Linja Ferrovjarja ta Gotland It trasport tal passiġġieri ma baqax jopera wara Settembru 1960 It trasport tal merkanzija fir rotta bejn Slakteriet u l port ta Visby baqa jopera sa Mejju 1962 L aħħar sezzjonijiet tar rotta tal port f Visby tneħħew f Marzu 1964 L istazzjon ferrovjarju ta Visby fin Nofsinhar tas Soderport f Sodervag tlesta fl 1878 u huwa wieħed mill ftit fdalijiet tal linja ferrovjarja f Visby Impjanti Ħdejn Visby hemm l impjant tal invertitur statiku għall ewwel interkonnessjoni HVDC ta park tat turbini tar riħ HVDC Visby Nas Attrazzjonijiet u avvenimentiIl Park ta Almedalen Matul l ewwel ġimgħa ta Lulju f Visby issir il Ġimgħa ta Almedalen forum importanti għal kull min hu involut fil politika Zvediza Matul dik il ġimgħa ir rapprezentanti mill partiti politiċi ewlenin fl Izvezja lkoll jagħmlu diskorsi fil Park ta Almedalen F Awwissu l istaġun turistiku jilħaq il qofol tiegħu Matul il ġimgħa 32 minn Ħadd sa Ħadd kull sena ssir il Ġimgħa Medjevali f Gotland Matul dik il ġimgħa l għadd ta turisti jisboq l għadd ta nies li jkunu lebsin kostumi Medjevali Il festival beda jsir fl 1984 u jinkludi varjeta ta avvenimenti muzika buffi teatru suq Medjevali tornej tal ġostra u ħafna iktar Il kwartier ġenerali tal Forum Ekoloġiku Dinji jinsab f Visby Kultura u artiVisby tospita ċ Ċentru Baltiku għall Kittieba u t Tradutturi u ċ Ċentru Internazzjonali ta Visby għall Kompozituri Kultura popolariL awtriċi Zvediza ambjentat disa ġrajjiet investigattivi fuq il gzira ta Gotland Il karattru prinċipali DS Anders Knutas huwa stazzjonat fil kwartieri ġenerali tal pulizija f Visby u hemm bosta siltiet deskrittivi dwar il belt u l gzira kiteb li Visby kienet l ispirazzjoni viziva prinċipali għar raħal f Kiki s Delivery Service b elementi minn postijiet oħra bħal Stokkolma Fl 1971 ġibed The Touch 1971 Beroringen b u f Visby Visby tissemma wkoll fil kanzunetta ta Yorushika Rain With Cappuccino SportIl klabbs sportivi li ġejjin jinsabu f Visby Endre IF floorball Visby Ladies basketball tan nisa Visby IBK floorball Visby Roma HK hockey tas silġ FC Gute futbol IFK Visby futbol Visby AIK futbol Visby Klatterklubb Tixbit Referenzi 21 amazing World Heritage Sites you ve probably never heard of bl Ingliz 2016 02 04 Miġbur 2022 06 27 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Hanseatic Town of Visby UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 06 27 Svenska uppslagsverk Nationalencyklopedin uppslag psilander se Miġbur 2022 06 27 Cercurius Smeknamn och oknamn pa svenska stader web archive org 2017 05 14 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 05 14 Miġbur 2022 06 27 Rosornas stads mest urvattnade tradition www expressen se bl Izvediz Miġbur 2022 06 27 Westholm Gun 2000 Visby och Gotland Medeltida byggnadsutveckling Gotlandskt Arkiv Visby Gotlands fornsal 2000 72 85 Yrwing Hugo 1986 Visby hansestad pa Gotland in Swedish Stockholm Gidlund ISBN 91 7844 055 6 Andren Anders 2011 Det medeltida Gotland en arkeologisk guidebok Lund Historiska media ISBN 978 91 85873 83 8 Westholm Gun 2007 Visby 1361 Invasionen bl Izvediz Stockholm Prisma ISBN 978 91 518 4568 5 a b ċ d e Gotlands historia www tacitus nu Miġbur 2022 06 28 S ta Karin Sverige Slottsguiden www slottsguiden info Miġbur 2022 06 28 S t Per och S t Hans Sverige Slottsguiden www slottsguiden info Miġbur 2022 06 28 Englund Peter 2003 Ofredsar in Swedish Stockholm Atlantis pp 368 u 394 ISBN 91 7486 349 5 Forsamlingar pa Gotland www svenskakyrkan se bl Izvediz Miġbur 2022 06 28 Visby Uppslagsverk NE se www ne se bl Izvediz Miġbur 2022 06 28 Guide Universe 6102 Visby Asteroid Facts Universe Guide bl Ingliz Miġbur 2022 06 29 a b Dataserier med normalvarden for perioden 1991 2020 SMHI www smhi se Miġbur 2022 06 28 Ladda ner meteorologiska observationer SMHI www smhi se Miġbur 2022 06 28 Ars och manadsstatistik SMHI www smhi se Nyheter S V T Widegren Patrik 2016 01 22 Efter motgangar Ny farja till Gotland i sommar bl Izvediz Miġbur 2022 06 29 Kalmar P4 2018 04 06 Gotlandsbaten avregistreras inga nya planer bl Izvediz Miġbur 2022 06 29 Om flygplatsen www swedavia se bl Izvediz Miġbur 2022 06 29 Sveriges flygplatser 2017 Arlanda storst Hagfors minst amp Skelleftea okade mest flyg24nyheter flyg24nyheter com Miġbur 2022 06 29 Ny direktlinje mellan Oslo och Visby www aftonbladet se bl Izvediz Miġbur 2022 06 29 Kollektivtrafiken Region Gotland bl Izvediz Miġbur 2022 06 29 Comparison of Hauge Visby and Hamburg rules PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2018 11 23 Miġbur 2022 06 29 Gotlands Jornvag GJ web archive org 2011 08 22 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 08 22 Miġbur 2022 06 29 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link World Ecological Forum Contact Us bl Ingliz Miġbur 2022 06 29 jesperelen Home bl Ingliz Miġbur 2022 06 29 Baltic Centre for Writers and Translators www bcwt org Miġbur 2022 06 29 Hayao Miyazaki Creating Kiki s Delivery Service DVD bl Ingliz u bil Disney Presents Studio Ghib Beroringen 1971 SFdb bl Izvediz Miġbur 2022 06 29 ヨルシカ 雨とカプチーノ Official Video Ghostarchive ghostarchive org Miġbur 2022 06 29