Il Ġnien Persjan jew il Ġnien Iranjan bil Persjan باغ ایرانی jirrappreżenta t tradizzjoni u l istil tad disinn tal ġonna
Ġnien Persjan

Il-Ġnien Persjan jew il-Ġnien Iranjan (bil-Persjan: باغ ایرانی) jirrappreżenta t-tradizzjoni u l-istil tad-disinn tal-ġonna "pajsaġġistiċi" li feġġew matul l-Imperu fl-Iran. Il-ġnien qisu ġenna, li huwa eżempju ta' ġnien Persjan, influwenza d-disinn ta' ġonna mill-Andalusija sal-Indja u lil hinn. Il-ġonna tal-Alhambra juru l-influwenza tal-filosofija u tal-istil tal-Ġnien Persjan fuq skala ta' Palazz tal-Għarab Iberiċi, mill-era ta' al-Andalus fi Spanja. Il-Qabar ta' Humayun u t-Taj Mahal jinkludu wħud mill-ikbar ġonna Persjani fid-dinja, mill-era tal- fl-Indja.
Kunċett u etimoloġija
Minn żmien l-Imperu Akemenid, l-idea ta' ġenna tal-art infirxet permezz tal-letteratura Persjana u kienet ta' eżempju għal kulturi oħra, kemm il-ġonna Ellenistiċi tal-Imperu tas- kif ukoll it- f'. Pairidaēza- bl-Avestan, *paridaida- bil-Persjan Antik, *paridaiza- bil-Medjan, li jfissru "mdawra b'ħajt", jiġifieri ġnien imdawwar b'ħajt, ġew mislufa mill-Akkadjan, u mbagħad mill-Grieg Antik: παράδεισος, b'ittri Rumani: parádeisos, u mbagħad mil-Latin: paradīsus, u mbagħad il-kelma daħlet fil-lingwi Ewropej bħall-Franċiż: paradis, il-Ġermaniż: Paradies, u l-Ingliż: paradise.
Bħalma nafu min-nisel tal-kelma, dawn il-ġonna kienu jkunu mdawra b'ħajt. L-iskop tal-ġnien kien u għadu li jservi bħala post għar-rilassament protett b'varjetà ta' modi: spiritwali, u ta' mgħoddija taż-żmien (bħal laqgħat mal-ħbieb), essenzjalment ġenna tal-art. Il-kelma komuni bil-Persjan għal "spazju magħluq" kienet *pari-daiza- (bl-Avestan: pairi-daēza-), terminu li ġie adottat mill-mitoloġija Kristjana bħala deskrizzjoni tal-ġnien tal-Eden jew Ġenna tal-art.
Il-kostruzzjoni tal-ġnien tista' tkun formali (b'enfasi fuq l-istruttura) jew informali (b'enfasi fuq in-natura), u ssegwi diversi regoli sempliċi tad-disinn. B'hekk ikun jista' jiġi massimizzat, f'termini ta' funzjoni u ta' emozzjoni", dak li jista' jsir fil-ġnien.
Storja
Il-ġonna Persjani jaf oriġinaw saħansitra fl-4000 Q.K., iżda mhuwiex ċar jekk din it-tradizzjoni bdietx meta kien hemm id-dinastija Akemenida għall-ħabta tas-seklu 6 Q.K. It-tiżjin tal-bċejjeċ tal-fuħħar ta' dak iż-żmien għandu l-istess pjanta tipika b'għamla ta' salib tal-ġnien Persjan. Il-kontorn ta' Pasargadae, sit li nbena għall-ħabta tal-500 Q.K., għadu viżibbli llum il-ġurnata. L-Iranjani Klassiċi kienu meqjusa mill-Griegi bħala "ġardinara mill-aqwa" tal-antikità; (magħruf ukoll bħala Cyrus iż-Żgħir) allegatament qal lill-kmandant li kien jagħmel xogħol fil-ġnien meta ma kienx ikun impenjat f'xi kampanja militari, u hu stess kien stabbilixxa park f'Sardis, li sejjaħlu l-"ġenna" tiegħu.
Matul it-tmexxija tal-Imperu tas-, taħt l-influwenza taż-Żoroastrijaniżmu, l-ilma fl-arti kulma jmur beda jsir iktar importanti. Din ix-xejra ħarġet fid-dieher ukoll fid-disinn tal-ġonna, b'iktar enfasi fuq il-funtani u fuq l-għadajjar fil-ġonna.
Matul il-perjodi tal- u tal-, l-aspett estetiku tal-ġonna sar iktar importanti, saħansitra iktar mill-utilità tagħhom. Matul dan iż-żmien, ir-regoli estetiċi li jirregolaw il-ġonna saru iktar importanti. Eżempju ta' dan hu ċ-chahār bāgh (چهارباغ), tip ta' ġnien li jipprova jemula il-kunċett tal-Ġnien tal-Eden, b'erba' xmajjar u erba' kwadranti li jirrappreżentaw id-dinja. Id-disinn xi kultant ikun estiż fuq assi itwal mill-assi trasversali u jista' jinkludi kanali tal-ilma li jgħaddu minn kull wieħed mill-erba' ġonna u jingħaqdu ma' vaska jew għadira ċentrali.
Taħt id-dinastija Abbasida (is-seklu 8 W.K.), dan it-tip ta' ġnien sar parti integrali tal-arkitettura rappreżentattiva.
Il-ġnien Persjan huwa ġnien pajsaġġistiku, iddisinjat individwalment u maħluq intenzjonalment bħala spazju integrat f'kuntest estetiku u spiritwali tal-ambjent kulturali, politiku u soċjali tal-imgħoddi u kontemporanju. Il-karatteristika ewlenija ta' dawn il-ġonna formali hija l-konfigurazzjoni ġeometrika skont prinċipji ġeometriċi u viżwali, implimentata fin-natura permezz ta' kanali tal-ilma u vaski li jiddividu l-ispazju magħluq f'kwadranti ddefiniti b'mod ċar; prinċipju li sar magħruf bħala Chahar Bagh (jiġifieri "erba' ġonna"), b'kanali, vaski, funtani u kaskati, paviljuni, assi ċentrali prominenti b'veduta, u veġetazzjoni mħawla bir-reqqa b'varjetà ta' siġar, ħxejjex aromatiċi u fjuri. Il-kelma bil-Persjan Antik għal dawn il-ġonna, "pari-daizi", tesprimi l-kunċett ta' ġenna tal-art inerenti għalihom. B'hekk, il-ġonna jistgħu jitqiesu bħala metafora tal-ordni divina kif ukoll tal-unifikazzjoni u tal-protezzjoni ta' dawk li jagħmlu l-ġid. Il-kontropartijiet tagħhom fuq l-art jaqdu funzjoni simili. Dawn il-prinċipji joħorġu fid-dieher b'mod perfett fil-ġonna tal-imperatur bħala l-"ġardinar it-tajjeb".
Minkejja standardizzazzjoni formali, il-ġonna pajsaġġistiċi jirriflettu wkoll id-diversità u l-iżvilupp, marbuta mal-funzjoni, ma' karatteristiċi reġjonali u kronoloġiċi, kif ukoll teknoloġiċi, mal-preferenzi abbażi tal-għarfien personali, mal-ambizzjonijiet u mad-domanda. Il-ġonna Persjani huma multifunzjonali: mhux talli jservu għall-kontemplazzjoni u għar-rilassament, iżda huma wkoll rappreżentazzjoni u manifestazzjoni tal-poter. Id-disinn u l-implimentazzjoni ta' ġnien juru l-okkupazzjoni tal-art, l-ilqugħ tal-udjenzi, u ċ-ċelebrazzjoni tar-rebħiet jew taż-żwiġijiet f'dawn il-ġonna bħala sinjal ta' superjorità, jew rabtiet soċjali u politiċi. Mis-sekli 12-13, l-oqbra għall-membri tal-familja rjali jew għall-personalitajiet importanti kienu jitpoġġew f'tali ġonna formali, biex b'hekk min jemmen kien jingħata l-opportunità li jgawdi mill-ispiritwalità ta' persuna venerata u mill-awra partikolari tal-ġnien.
L-invażjoni tal-Persja mill-Mongoli fis-seklu 13 wasslet għal enfasi ġdid fuq l-istruttura mżejna ferm fil-ġnien. Eżempji ta' dan jinkludu l-peonji u l-kriżantemi. Il-Mongoli mbagħad ħadu magħhom it-tradizzjoni tal-ġnien Persjan lejn partijiet oħra tal-imperu tagħhom (l-iktar l-Indja).
L-imperatur Mugal introduċa l-ġnien Persjan fl-Indja, u pprova jirreplika l-awra friska ta' art twelidu fil-Wied ta' Fergana permezz tal-kostruzzjoni ta' ġonna Persjani, bħal dawk fi bliet Timuridi oħra bħal Samarkanda u . Babur kien ġardinar ħawtiel u ddisinja u ssorvelja personalment mill-inqas għaxar ġonna fil-belt kapitali tiegħu ta' Kabul fl-Afganistan modern, bħal , fejn huwa rreġistra s-seħer tas-siġar tar-rummien, taċ-ċirasa u tal-larinġ li kien ħawwel. Għalkemm l-imperu tiegħu f'qasir żmien ġie estiż saħansitra sal-Indja ċentrali u sat-Tramuntana tal-Indja, tassew kien jobgħod l-ambjent sħun u umduż tal-pjanuri mimlijin trab tal-Indja; b'hekk ġie midfun f'Bagh-e Babur f'Kabul mill-mara tiegħu fl-1544.
L-Aram Bagh ta' kien l-ewwel ġnien Persjan minn ħafna li ħoloq fl-Indja stess. Il-ġonna tal-Mugal għandhom erba' rekwiżiti bażiċi, li jissimbolizzaw erba' elementi allegoriċi essenzjali għall-ħajja wara l-mewt: id-dell, il-frott, il-fragranza u l-ilma ġieri, u dan il-mudell intuża biex jinbnew bosta ġonna Persjani fis-subkontinent Indjan, bħall-Ġonna ta' Shalimar f', is-Shalimar Bagh u n-Nishat Bagh f', u l-ġonna tat-Taj Mahal. Il-ġonna tat-Taj Mahal iħaddnu l-kunċett Persjan ta' ġnien ideali qisu ġenna tal-art, u nbnew b'kanali tal-irrigazzjoni u b'kanali mix-xmara . Dawn il-ġonna dan l-aħħar ġew irrestawrati mill-awtoritajiet Indjani għas-sbuħija oriġinali tagħhom wara deċennji ta' tniġġis u ta' qtugħ tas-siġar tal-frott tal-ġnien li kienu jipprovdu wkoll id-dell.
Id-dinastija Safavida (is-sekli 17 u 18) bniet u żviluppat konfigurazzjonijiet grandjużi u epiċi li marru lil hinn minn sempliċi estensjoni ta' palazz u saru parti estetika u funzjonali integrali tiegħu. Fis-sekli ta' wara, id-disinn tal-ġonna Ewropej beda jinfluwenza lill-Persja, b'mod partikolari d-disinni ta' Franza, kif ukoll dawk tar-Russja u tar-Renju Unit. L-influwenzi tal-Punent wasslu għal bidliet fl-użu tal-ilma u fl-ispeċijiet użati għall-marqad tal-ġonna Persjani.
Il-forom u l-istil tradizzjonali għadhom jiġu applikati fil-ġonna Iranjani moderni. Jidhru wkoll f'siti storiċi, f'mużewijiet u f'ġonna privati tad-djar tal-għonja.
Elementi tal-Ġnien Persjan
Id-dawl tax-xemx u l-effetti tiegħu kienu fattur importanti tad-disinn strutturali fil-ġonna Persjani. L-isfumaturi u l-għamliet kienu jintgħażlu apposta mill-arkitetti sabiex jisfruttaw id-dawl.
Minħabba n-nixfa u s-sħana tal-Iran, id-dell huwa tassew importanti fil-ġonna, inkella jkun impossibbli li wieħed igawdihom mingħajru. Is-siġar u l-kannizzati kienu jintużaw għad-dell bijotiku; il-paviljuni u l-ħitan huma elementi prominenti wkoll strutturalment biex jimblokkaw ix-xemx.
Minħabba s-sħana, l-ilma huwa tassew importanti wkoll, kemm fid-disinn kif ukoll fil-manutenzjoni tal-ġnien. It-tisqija jaf tkun meħtieġa, u kienet tiġi pprovduta permezz ta' sistema ta' gandotti magħrufa bħala qanat, li jittrasportaw l-ilma minn akwifer lokali. Imbagħad, strutturi qishom bjar kienu jkunu kkollegati mal-qanat, sabiex l-ilma jkun jista' jittieħed minnhom. Bħala alternattiva għalihom, kienu jintużaw ukoll bjar Persjani mħaddma bl-użu tal-annimali biex l-ilma jittella' fil-wiċċ. Tali sistemi kienu jintużaw biex l-ilma jiġi ttrasportat anke mis-sistemi tal-ilma fil-wiċċ, bħal dawk fl-istil ta' chahar bāgh. Spiss is-siġar kienu jitħawlu f'foss imsejjaħ juy, li kien jipprevjeni l-evaporazzjoni tal-ilma u kien jippermetti l-aċċess rapidu għall-għeruq tas-siġar.
L-istil Persjan spiss jipprova jintegra l-ispazji fuq ġewwa mal-ispazji fuq barra permezz tal-kollegament ta' ġnien madwar spazju fil-beraħ intern. Id-disinjaturi sikwit jinkludu elementi arkitettoniċi bħal ħnejjiet bil-volti bejn iż-żewġ żoni sabiex joħolqu distakk bejniethom.
Deskrizzjoni
Deskrizzjoni bikrija (mill-ewwel nofs tas-seklu 4 Q.K.) ta' ġnien Persjan tinsab fl-Oeconomicus ta' fejn jirrakkontra l-ġrajja taż-żjara tal-ġeneral Spartan Lysander għand il-prinċep Persjan Cyrus iż-Żgħir. Dan tal-aħħar juri l-"ġenna tal-art tiegħu f'Sardis". F'din il-ġrajja, Lysander jibqa' "msaħħar bis-sbuħija tas-siġar tal-ġnien, kollha mħawla f'intervalli ugwali, bir-ringieli dritti u twal ta' siġar bil-friegħi jixxejru mar-riħ, bir-regolarità perfetta, bis-simetrija rettangolari tal-assjem, u bil-bosta rwejjaħ ifuħu li xammew huma u mexjin fil-park".
L-eqdem deskrizzjonijiet u illustrazzjoni rappreżentattivi tal-ġonna Persjani saru minn vjaġġaturi li vvjaġġaw lejn l-Iran mill-Punent. Dawn ir-rakkonti jinkludu dawk ta' Ibn Battuta fis-seklu 14, ta' Ruy González de Clavijo fis-seklu 15 u ta' Engelbert Kaempfer fis-seklu 17. Battuta u Clavijo għamlu referenzi żgħar għall-ġonna u ma ddeskrivewx id-disinn tagħhom, iżda Kaempfer għamel tpinġijiet bir-reqqa u kkonvertihom f'inċiżjonijiet dettaljati meta mar lura l-Ewropa. Dawn juru l-ġonna tat-tip charbagh li kienu mdawra b'ħajt, vaski rettangoli, network intern ta' kanali, paviljuni u veġetazzjoni folta. Hemm eżempji eżistenti ta' dan it-tip ta' ġnien f'Yazd (Dowlatabad) u f'Kashan (il-Ġnien ta' Fin). Il-pożizzjoni tal-ġonna fl-illustrazzjonijiet ta' Kaempfer jistgħu jiġu identifikati bħala ġonna f'Esfahan.
Stili
Is-sitt stili primarji tal-ġonna Persjani huma elenkati fit-tabella ta' hawn isfel, fil-kuntest tal-funzjoni u tal-istil tagħhom. Il-ġonna mhumiex limitati għal stil partikolari, iżda sikwit jintegraw stili differenti, jew ikollhom żoni b'funzjonijiet u bi stili differenti.
Klassiku | Formali | Informali | |
Pubbliku | Hayāt | Meidān | Park |
Privat | Hayāt | Chahār Bāgh | Bāgh |
Hayāt
Pubblikament, dan il-ġnien għandu konfigurazzjoni Persjana klassika b'enfasi qawwija fuq l-estetika iktar milli fuq il-funzjoni. L-istrutturi magħmula mill-bniedem huma partikolarment importanti, bil-ħnejjiet u bil-vaski (li setgħu jintużaw bħala pixxini). L-art spiss kienet miksija biż-żrar u bil-ġebel. Il-veġetazzjoni tipikament kienet tkun sempliċi ħafna, pereżempju ringiela ta' siġar li jipprovdu d-dell ukoll.
Privatament, dan il-ġnien ikun iċċentrat fuq vaska jew għadira, u mill-ġdid huwa strutturali. Il-vaska sservi bħala sors ta' umdità u bħala enfasi għall-atmosfera tal-madwar. Ikollu ftit pjanti, spiss minħabba l-ilma limitat disponibbli fiż-żoni urbani.
Meidān
Dan huwa ġnien formali pubbliku li jagħmel iktar enfasi fuq l-element bijotiku meta mqabbel mal-hayāt u li jimminimizza l-istruttura. Il-pjanti fih ivarjaw minn siġar, arbuxxelli, pjanti tal-marqad u ħaxix. Mill-ġdid, ikun fih elementi bħala vaska u mogħdijiet biż-żrar li jiddividu l-lon. Meta jintużaw xi strutturi, spiss ikunu mibnija, bħal fil-każ tal-paviljuni, biex jipprovdu d-dell.
Chahar Bāgh
Dawn il-ġonna huma privati u formali. L-istruttura bażika tikkonsisti minn erba' kwadranti maqsuma permezz ta' mogħdijiet tal-ilma jew tal-mixi. Tradizzjonalment, l-għonja kienu jużaw dawn il-ġonna għal funzjonijiet marbuta max-xogħol (pereżempju l-intratteniment tal-ambaxxaturi). Dawn il-ġonna jibbilanċjaw l-istruttura mal-ħdura, u spiss il-pjanti jkunu mħawla madwar il-perimetru ta' vaska jew xi struttura bbażata fuq il-mogħdijiet.
Boostān
Bħal parks oħra, il-park Persjan jaqdi funzjoni pubblika informali b'enfasi fuq il-pjanti. Jipprovdu mogħdijiet għall-mixi u postijiet fejn wieħed joqogħdu bilqiegħda, iżda mill-bqija normalment ikunu limitati f'termini ta' elementi strutturali. L-iskop ta' tali postijiet huwa r-rilassament u s-soċjalizzazzjoni.
Bāgh
Bħall-ġnien informali l-ieħor, il-bāgh jenfasizza l-aspett naturali u ekoloġiku tal-ġnien. Għad-differenza ta' park dan il-ġnien ikun żona privata spiss mehmuża mad-djar u jkun jikkonsisti minn lon, siġar u pjanti baxxi. Il-mogħdijiet tal-ilma u tal-mixi ma tantx jispikkaw daqs il-kontropartijiet iktar formali u jkunu pjuttost funzjonali. Il-funzjoni primarja ta' tali postijiet hija r-rilassament tal-familja.
Sit ta' Wirt Dinji
Disa' komponenti rappreżentattivi tal-Ġnien Persjan ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Komponenti ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji u Siti ta' Wirt Dinji oħra relatati
- Il-Ġnien ta' Pasargad, Pasargadae, l-Iran (kodiċi: 1372-001)
- Il-Ġnien ta' Eram, Shiraz, l-Iran (kodiċi: 1372-002)
- Iċ-Chehel Sotoun, Esfahan, l-Iran (kodiċi: 1372-003)
- Il-Ġnien ta' Fin, Kashan, l-Iran (kodiċi: 1372-004)
- Il-Ġnien ta' Abbasabad, Abbasabad, Mazandaran, l-Iran (kodiċi: 1372-005)
- Il-Ġnien ta' Shazdeh, Mahan, il-Provinċja ta' Kerman, l-Iran (kodiċi: 1372-006)
- Il-Ġnien ta' Dolatabad, Yazd, l-Iran (kodiċi: 1372-007)
- Il-Ġnien ta' Pahlevanpour, l-Iran (kodiċi: 1372-008)
- Il-Ġnien ta' Akbarieh, il-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, l-Iran (kodiċi: 1372-009)
- It-Taj Mahal, Agra, l-Indja (kodiċi: 252)
- Il-Qabar ta' Humayun, New Delhi, l-Indja (kodiċi: 232a)
- Il-Ġonna ta' Shalimar, Lahore, il-Pakistan (kodiċi: 171-002)
- Generalife, Granada, Spanja (kodiċi: 314-001).
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "The Persian Garden". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-30.
- ^ Persians: Masters of Empire, p. 62, ISBN 0-8094-9104-4.
- ^ Xenophon (1975-06-26). The Persian Expedition. Penguin UK. ISBN 9780141909387.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bagh-e Babur". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-30.
- ^ "THE MEMOIRS OF BABUR". depts.washington.edu. Miġbur 2023-12-30.
- ^ Magazine, Smithsonian; Daley, Jason. "Restored Mughal Gardens Bloom Once More Along Agra's Riverfront". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-30.
- ^ "From the Magazine: Agra, Again in Bloom". World Monuments Fund (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-30.
- ^ Magazine, Smithsonian. "How to Save the Taj Mahal?". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-30.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġnien Persjan, X'inhi Ġnien Persjan? Xi tfisser Ġnien Persjan?
Il Ġnien Persjan jew il Ġnien Iranjan bil Persjan باغ ایرانی jirrapprezenta t tradizzjoni u l istil tad disinn tal ġonna pajsaġġistiċi li feġġew matul l Imperu fl Iran Il ġnien qisu ġenna li huwa ezempju ta ġnien Persjan influwenza d disinn ta ġonna mill Andalusija sal Indja u lil hinn Il ġonna tal Alhambra juru l influwenza tal filosofija u tal istil tal Ġnien Persjan fuq skala ta Palazz tal Għarab Iberiċi mill era ta al Andalus fi Spanja Il Qabar ta Humayun u t Taj Mahal jinkludu wħud mill ikbar ġonna Persjani fid dinja mill era tal fl Indja Il Ġnien ta Eram huwa ġnien Persjan storiku famuz f l Iran Kunċett u etimoloġijaDijagramma skematika ta ġnien Persjan Ta min jinnota l istruttura maqsuma f erbgħa b karatteristika tal ilma ċentrali akkwedotti kkollegati u siġar fil madwar kif ukoll il kollokazzjoni tal palazz Minn zmien l Imperu Akemenid l idea ta ġenna tal art infirxet permezz tal letteratura Persjana u kienet ta ezempju għal kulturi oħra kemm il ġonna Ellenistiċi tal Imperu tas kif ukoll it f Pairidaeza bl Avestan paridaida bil Persjan Antik paridaiza bil Medjan li jfissru mdawra b ħajt jiġifieri ġnien imdawwar b ħajt ġew mislufa mill Akkadjan u mbagħad mill Grieg Antik paradeisos b ittri Rumani paradeisos u mbagħad mil Latin paradisus u mbagħad il kelma daħlet fil lingwi Ewropej bħall Franċiz paradis il Ġermaniz Paradies u l Ingliz paradise Bħalma nafu min nisel tal kelma dawn il ġonna kienu jkunu mdawra b ħajt L iskop tal ġnien kien u għadu li jservi bħala post għar rilassament protett b varjeta ta modi spiritwali u ta mgħoddija taz zmien bħal laqgħat mal ħbieb essenzjalment ġenna tal art Il kelma komuni bil Persjan għal spazju magħluq kienet pari daiza bl Avestan pairi daeza terminu li ġie adottat mill mitoloġija Kristjana bħala deskrizzjoni tal ġnien tal Eden jew Ġenna tal art Il kostruzzjoni tal ġnien tista tkun formali b enfasi fuq l istruttura jew informali b enfasi fuq in natura u ssegwi diversi regoli sempliċi tad disinn B hekk ikun jista jiġi massimizzat f termini ta funzjoni u ta emozzjoni dak li jista jsir fil ġnien StorjaIl ġonna barra mill Palazz ta tal Persja f Persepolis Il ġonna Persjani jaf oriġinaw saħansitra fl 4000 Q K izda mhuwiex ċar jekk din it tradizzjoni bdietx meta kien hemm id dinastija Akemenida għall ħabta tas seklu 6 Q K It tizjin tal bċejjeċ tal fuħħar ta dak iz zmien għandu l istess pjanta tipika b għamla ta salib tal ġnien Persjan Il kontorn ta Pasargadae sit li nbena għall ħabta tal 500 Q K għadu vizibbli llum il ġurnata L Iranjani Klassiċi kienu meqjusa mill Griegi bħala ġardinara mill aqwa tal antikita magħruf ukoll bħala Cyrus iz Zgħir allegatament qal lill kmandant li kien jagħmel xogħol fil ġnien meta ma kienx ikun impenjat f xi kampanja militari u hu stess kien stabbilixxa park f Sardis li sejjaħlu l ġenna tiegħu Matul it tmexxija tal Imperu tas taħt l influwenza taz Zoroastrijanizmu l ilma fl arti kulma jmur beda jsir iktar importanti Din ix xejra ħarġet fid dieher ukoll fid disinn tal ġonna b iktar enfasi fuq il funtani u fuq l għadajjar fil ġonna Matul il perjodi tal u tal l aspett estetiku tal ġonna sar iktar importanti saħansitra iktar mill utilita tagħhom Matul dan iz zmien ir regoli estetiċi li jirregolaw il ġonna saru iktar importanti Ezempju ta dan hu ċ chahar bagh چهارباغ tip ta ġnien li jipprova jemula il kunċett tal Ġnien tal Eden b erba xmajjar u erba kwadranti li jirrapprezentaw id dinja Id disinn xi kultant ikun estiz fuq assi itwal mill assi trasversali u jista jinkludi kanali tal ilma li jgħaddu minn kull wieħed mill erba ġonna u jingħaqdu ma vaska jew għadira ċentrali Taħt id dinastija Abbasida is seklu 8 W K dan it tip ta ġnien sar parti integrali tal arkitettura rapprezentattiva Il ġnien Persjan huwa ġnien pajsaġġistiku iddisinjat individwalment u maħluq intenzjonalment bħala spazju integrat f kuntest estetiku u spiritwali tal ambjent kulturali politiku u soċjali tal imgħoddi u kontemporanju Il karatteristika ewlenija ta dawn il ġonna formali hija l konfigurazzjoni ġeometrika skont prinċipji ġeometriċi u vizwali implimentata fin natura permezz ta kanali tal ilma u vaski li jiddividu l ispazju magħluq f kwadranti ddefiniti b mod ċar prinċipju li sar magħruf bħala Chahar Bagh jiġifieri erba ġonna b kanali vaski funtani u kaskati paviljuni assi ċentrali prominenti b veduta u veġetazzjoni mħawla bir reqqa b varjeta ta siġar ħxejjex aromatiċi u fjuri Il kelma bil Persjan Antik għal dawn il ġonna pari daizi tesprimi l kunċett ta ġenna tal art inerenti għalihom B hekk il ġonna jistgħu jitqiesu bħala metafora tal ordni divina kif ukoll tal unifikazzjoni u tal protezzjoni ta dawk li jagħmlu l ġid Il kontropartijiet tagħhom fuq l art jaqdu funzjoni simili Dawn il prinċipji joħorġu fid dieher b mod perfett fil ġonna tal imperatur bħala l ġardinar it tajjeb Minkejja standardizzazzjoni formali il ġonna pajsaġġistiċi jirriflettu wkoll id diversita u l izvilupp marbuta mal funzjoni ma karatteristiċi reġjonali u kronoloġiċi kif ukoll teknoloġiċi mal preferenzi abbazi tal għarfien personali mal ambizzjonijiet u mad domanda Il ġonna Persjani huma multifunzjonali mhux talli jservu għall kontemplazzjoni u għar rilassament izda huma wkoll rapprezentazzjoni u manifestazzjoni tal poter Id disinn u l implimentazzjoni ta ġnien juru l okkupazzjoni tal art l ilqugħ tal udjenzi u ċ ċelebrazzjoni tar rebħiet jew taz zwiġijiet f dawn il ġonna bħala sinjal ta superjorita jew rabtiet soċjali u politiċi Mis sekli 12 13 l oqbra għall membri tal familja rjali jew għall personalitajiet importanti kienu jitpoġġew f tali ġonna formali biex b hekk min jemmen kien jingħata l opportunita li jgawdi mill ispiritwalita ta persuna venerata u mill awra partikolari tal ġnien L invazjoni tal Persja mill Mongoli fis seklu 13 wasslet għal enfasi ġdid fuq l istruttura mzejna ferm fil ġnien Ezempji ta dan jinkludu l peonji u l krizantemi Il Mongoli mbagħad ħadu magħhom it tradizzjoni tal ġnien Persjan lejn partijiet oħra tal imperu tagħhom l iktar l Indja Bagh e Babur f Kabul l Afganistan L imperatur Mugal introduċa l ġnien Persjan fl Indja u pprova jirreplika l awra friska ta art twelidu fil Wied ta Fergana permezz tal kostruzzjoni ta ġonna Persjani bħal dawk fi bliet Timuridi oħra bħal Samarkanda u Babur kien ġardinar ħawtiel u ddisinja u ssorvelja personalment mill inqas għaxar ġonna fil belt kapitali tiegħu ta Kabul fl Afganistan modern bħal fejn huwa rreġistra s seħer tas siġar tar rummien taċ ċirasa u tal larinġ li kien ħawwel Għalkemm l imperu tiegħu f qasir zmien ġie estiz saħansitra sal Indja ċentrali u sat Tramuntana tal Indja tassew kien jobgħod l ambjent sħun u umduz tal pjanuri mimlijin trab tal Indja b hekk ġie midfun f Bagh e Babur f Kabul mill mara tiegħu fl 1544 L Aram Bagh ta kien l ewwel ġnien Persjan minn ħafna li ħoloq fl Indja stess Il ġonna tal Mugal għandhom erba rekwiziti baziċi li jissimbolizzaw erba elementi allegoriċi essenzjali għall ħajja wara l mewt id dell il frott il fragranza u l ilma ġieri u dan il mudell intuza biex jinbnew bosta ġonna Persjani fis subkontinent Indjan bħall Ġonna ta Shalimar f is Shalimar Bagh u n Nishat Bagh f u l ġonna tat Taj Mahal Il ġonna tat Taj Mahal iħaddnu l kunċett Persjan ta ġnien ideali qisu ġenna tal art u nbnew b kanali tal irrigazzjoni u b kanali mix xmara Dawn il ġonna dan l aħħar ġew irrestawrati mill awtoritajiet Indjani għas sbuħija oriġinali tagħhom wara deċennji ta tniġġis u ta qtugħ tas siġar tal frott tal ġnien li kienu jipprovdu wkoll id dell Id dinastija Safavida is sekli 17 u 18 bniet u zviluppat konfigurazzjonijiet grandjuzi u epiċi li marru lil hinn minn sempliċi estensjoni ta palazz u saru parti estetika u funzjonali integrali tiegħu Fis sekli ta wara id disinn tal ġonna Ewropej beda jinfluwenza lill Persja b mod partikolari d disinni ta Franza kif ukoll dawk tar Russja u tar Renju Unit L influwenzi tal Punent wasslu għal bidliet fl uzu tal ilma u fl ispeċijiet uzati għall marqad tal ġonna Persjani Il forom u l istil tradizzjonali għadhom jiġu applikati fil ġonna Iranjani moderni Jidhru wkoll f siti storiċi f muzewijiet u f ġonna privati tad djar tal għonja Elementi tal Ġnien PersjanIl paviljun u l ġnien ta Chehel Sotoun f Id dawl tax xemx u l effetti tiegħu kienu fattur importanti tad disinn strutturali fil ġonna Persjani L isfumaturi u l għamliet kienu jintgħazlu apposta mill arkitetti sabiex jisfruttaw id dawl Minħabba n nixfa u s sħana tal Iran id dell huwa tassew importanti fil ġonna inkella jkun impossibbli li wieħed igawdihom mingħajru Is siġar u l kannizzati kienu jintuzaw għad dell bijotiku il paviljuni u l ħitan huma elementi prominenti wkoll strutturalment biex jimblokkaw ix xemx Minħabba s sħana l ilma huwa tassew importanti wkoll kemm fid disinn kif ukoll fil manutenzjoni tal ġnien It tisqija jaf tkun meħtieġa u kienet tiġi pprovduta permezz ta sistema ta gandotti magħrufa bħala qanat li jittrasportaw l ilma minn akwifer lokali Imbagħad strutturi qishom bjar kienu jkunu kkollegati mal qanat sabiex l ilma jkun jista jittieħed minnhom Bħala alternattiva għalihom kienu jintuzaw ukoll bjar Persjani mħaddma bl uzu tal annimali biex l ilma jittella fil wiċċ Tali sistemi kienu jintuzaw biex l ilma jiġi ttrasportat anke mis sistemi tal ilma fil wiċċ bħal dawk fl istil ta chahar bagh Spiss is siġar kienu jitħawlu f foss imsejjaħ juy li kien jipprevjeni l evaporazzjoni tal ilma u kien jippermetti l aċċess rapidu għall għeruq tas siġar L istil Persjan spiss jipprova jintegra l ispazji fuq ġewwa mal ispazji fuq barra permezz tal kollegament ta ġnien madwar spazju fil beraħ intern Id disinjaturi sikwit jinkludu elementi arkitettoniċi bħal ħnejjiet bil volti bejn iz zewġ zoni sabiex joħolqu distakk bejniethom DeskrizzjoniIl Ġnien ta Shazdeh huwa wieħed mill ikbar ġonna tal Provinċja ta Kerman Deskrizzjoni bikrija mill ewwel nofs tas seklu 4 Q K ta ġnien Persjan tinsab fl Oeconomicus ta fejn jirrakkontra l ġrajja taz zjara tal ġeneral Spartan Lysander għand il prinċep Persjan Cyrus iz Zgħir Dan tal aħħar juri l ġenna tal art tiegħu f Sardis F din il ġrajja Lysander jibqa msaħħar bis sbuħija tas siġar tal ġnien kollha mħawla f intervalli ugwali bir ringieli dritti u twal ta siġar bil friegħi jixxejru mar riħ bir regolarita perfetta bis simetrija rettangolari tal assjem u bil bosta rwejjaħ ifuħu li xammew huma u mexjin fil park Il Ġnien ta Fin f Kashan L eqdem deskrizzjonijiet u illustrazzjoni rapprezentattivi tal ġonna Persjani saru minn vjaġġaturi li vvjaġġaw lejn l Iran mill Punent Dawn ir rakkonti jinkludu dawk ta Ibn Battuta fis seklu 14 ta Ruy Gonzalez de Clavijo fis seklu 15 u ta Engelbert Kaempfer fis seklu 17 Battuta u Clavijo għamlu referenzi zgħar għall ġonna u ma ddeskrivewx id disinn tagħhom izda Kaempfer għamel tpinġijiet bir reqqa u kkonvertihom f inċizjonijiet dettaljati meta mar lura l Ewropa Dawn juru l ġonna tat tip charbagh li kienu mdawra b ħajt vaski rettangoli network intern ta kanali paviljuni u veġetazzjoni folta Hemm ezempji ezistenti ta dan it tip ta ġnien f Yazd Dowlatabad u f Kashan il Ġnien ta Fin Il pozizzjoni tal ġonna fl illustrazzjonijiet ta Kaempfer jistgħu jiġu identifikati bħala ġonna f Esfahan StiliIs sitt stili primarji tal ġonna Persjani huma elenkati fit tabella ta hawn isfel fil kuntest tal funzjoni u tal istil tagħhom Il ġonna mhumiex limitati għal stil partikolari izda sikwit jintegraw stili differenti jew ikollhom zoni b funzjonijiet u bi stili differenti Klassiku Formali Informali Pubbliku Hayat Meidan Park Privat Hayat Chahar Bagh Bagh Il Pjazza ta Naqsh e Jahan il Maidan f Esfahan li nbniet bejn l 1598 u l 1629 Inzul ix xemx fil Ġonna ta Nishat Bagh Hayat Pubblikament dan il ġnien għandu konfigurazzjoni Persjana klassika b enfasi qawwija fuq l estetika iktar milli fuq il funzjoni L istrutturi magħmula mill bniedem huma partikolarment importanti bil ħnejjiet u bil vaski li setgħu jintuzaw bħala pixxini L art spiss kienet miksija biz zrar u bil ġebel Il veġetazzjoni tipikament kienet tkun sempliċi ħafna perezempju ringiela ta siġar li jipprovdu d dell ukoll Privatament dan il ġnien ikun iċċentrat fuq vaska jew għadira u mill ġdid huwa strutturali Il vaska sservi bħala sors ta umdita u bħala enfasi għall atmosfera tal madwar Ikollu ftit pjanti spiss minħabba l ilma limitat disponibbli fiz zoni urbani Meidan Dan huwa ġnien formali pubbliku li jagħmel iktar enfasi fuq l element bijotiku meta mqabbel mal hayat u li jimminimizza l istruttura Il pjanti fih ivarjaw minn siġar arbuxxelli pjanti tal marqad u ħaxix Mill ġdid ikun fih elementi bħala vaska u mogħdijiet biz zrar li jiddividu l lon Meta jintuzaw xi strutturi spiss ikunu mibnija bħal fil kaz tal paviljuni biex jipprovdu d dell Il Park ta Laleh Tehran Chahar Bagh Dawn il ġonna huma privati u formali L istruttura bazika tikkonsisti minn erba kwadranti maqsuma permezz ta mogħdijiet tal ilma jew tal mixi Tradizzjonalment l għonja kienu juzaw dawn il ġonna għal funzjonijiet marbuta max xogħol perezempju l intratteniment tal ambaxxaturi Dawn il ġonna jibbilanċjaw l istruttura mal ħdura u spiss il pjanti jkunu mħawla madwar il perimetru ta vaska jew xi struttura bbazata fuq il mogħdijiet Boostan Bħal parks oħra il park Persjan jaqdi funzjoni pubblika informali b enfasi fuq il pjanti Jipprovdu mogħdijiet għall mixi u postijiet fejn wieħed joqogħdu bilqiegħda izda mill bqija normalment ikunu limitati f termini ta elementi strutturali L iskop ta tali postijiet huwa r rilassament u s soċjalizzazzjoni Bagh Bħall ġnien informali l ieħor il bagh jenfasizza l aspett naturali u ekoloġiku tal ġnien Għad differenza ta park dan il ġnien ikun zona privata spiss mehmuza mad djar u jkun jikkonsisti minn lon siġar u pjanti baxxi Il mogħdijiet tal ilma u tal mixi ma tantx jispikkaw daqs il kontropartijiet iktar formali u jkunu pjuttost funzjonali Il funzjoni primarja ta tali postijiet hija r rilassament tal familja Sit ta Wirt DinjiDisa komponenti rapprezentattivi tal Ġnien Persjan ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Komponenti ta dan is Sit ta Wirt Dinji u Siti ta Wirt Dinji oħra relatatiIl Ġnien ta Pasargad Pasargadae l Iran kodiċi 1372 001 Il Ġnien ta Eram Shiraz l Iran kodiċi 1372 002 Iċ Chehel Sotoun Esfahan l Iran kodiċi 1372 003 Il Ġnien ta Fin Kashan l Iran kodiċi 1372 004 Il Ġnien ta Abbasabad Abbasabad Mazandaran l Iran kodiċi 1372 005 Il Ġnien ta Shazdeh Mahan il Provinċja ta Kerman l Iran kodiċi 1372 006 Il Ġnien ta Dolatabad Yazd l Iran kodiċi 1372 007 Il Ġnien ta Pahlevanpour l Iran kodiċi 1372 008 Il Ġnien ta Akbarieh il Provinċja tan Nofsinhar ta Khorasan l Iran kodiċi 1372 009 It Taj Mahal Agra l Indja kodiċi 252 Il Qabar ta Humayun New Delhi l Indja kodiċi 232a Il Ġonna ta Shalimar Lahore il Pakistan kodiċi 171 002 Generalife Granada Spanja kodiċi 314 001 Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage The Persian Garden UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 12 30 Persians Masters of Empire p 62 ISBN 0 8094 9104 4 Xenophon 1975 06 26 The Persian Expedition Penguin UK ISBN 9780141909387 Centre UNESCO World Heritage Bagh e Babur UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 12 30 THE MEMOIRS OF BABUR depts washington edu Miġbur 2023 12 30 Magazine Smithsonian Daley Jason Restored Mughal Gardens Bloom Once More Along Agra s Riverfront Smithsonian Magazine bl Ingliz Miġbur 2023 12 30 From the Magazine Agra Again in Bloom World Monuments Fund bl Ingliz Miġbur 2023 12 30 Magazine Smithsonian How to Save the Taj Mahal Smithsonian Magazine bl Ingliz Miġbur 2023 12 30