Damasku jew Damask bl Għarbi د م شق b ittri Rumani Dimašq hija l belt kapitali tas Sirja l eqdem belt kapitali fid dinja
Damasku

Damasku jew Damask (bl-Għarbi: دِمَشق, b'ittri Rumani: Dimašq) hija l-belt kapitali tas-Sirja, l-eqdem belt kapitali fid-dinja u, skont xi wħud, ir-raba' l-ikbar belt qaddisa fl-Iżlam. Magħrufa kollokjalment fis-Sirja bħala aš-Šām (الشَّام) u mlaqqma, poetikament, bħala l-"Belt tal-Ġiżimin" (مَدِيْنَةُ الْيَاسْمِينِ Madīnat al-Yāsmīn), Damasku hija ċentru kulturali ewlieni tal-Lvant u tad-dinja Għarbija.
Damasku | ||
---|---|---|
Sirja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Pajjiż | Sirja | |
Governorate of Syria | Governorat ta' Damasku | |
Kap tal-Gvern | (en) | |
Isem uffiċjali | دمشق | |
Ismijiet oriġinali | دمشق | |
Kodiċi postali | 0100 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 33°31′N 36°17′E / 33.51°N 36.29°EKoordinati: 33°31′N 36°17′E / 33.51°N 36.29°E | |
Damasku Damasku (Sirja) | ||
Superfiċjenti | 105 kilometru kwadru | |
Għoli | 680 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 2,685,360 abitanti (2024) | |
Informazzjoni oħra | ||
Kodiċi tat-telefon | 011 | |
Żona tal-Ħin | UTC+3 | |
bliet ġemellati | Ankara, , Istanbul, Buenos Aires, , Yerevan, , São Paulo, Toronto, Kajr, Tokjo, , Ateni, Ferrara, Firenze, Rabat, Bukarest, Córdoba, Madrid (en) , Budapest, Dubaj, Bejrut, Toledou | |
damascus.gov.sy |
Damasku tinsab fil-Lbiċ tas-Sirja u hija ċ-ċentru ta' żona metropolitana kbira. Tinsab qalb l-għoljiet tal-Lvant ta' qabel il-katina muntanjuża li tmiss mal-Libanu, 80 kilometru (50 mil) 'il ġewwa mix-xatt tal-Lvant tal-Mediterran fuq promontorju 680 metru (2,230 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, u tesperjenza klima arida minħabba l-effett tad-"dell tax-xita". Ix-xmara Barada tgħaddi mill-belt ta' Damasku.
Damasku hija waħda mill-eqdem bliet kontinwament abitati fid-dinja. Ġiet insedjata fit-tielet millenju Q.K., u ntgħażlet bħala l-belt kapitali tal-Kaliffat tal- mis-661 sas-750. Wara r-rebħa tad-dinastija , is-sede tal-poter Iżlamiku ġiet ittrasferita lejn . Damasku qabdet it-triq tan-niżla matul l-era Abbasidi, u reġgħet kisbet importanza sinifikanti fl-eri tal- u tal-. Illum il-ġurnata, il-belt hija s-sede tal-gvern ċentrali tas-Sirja. Minn Settembru 2019, tmien snin wara li faqqgħet il-gwerra ċivili Sirjana, Damasku ssemmiet bħala l-inqas belt vivibbli minn 140 belt globali fil-Klassifika Globali tal-Vivibbiltà. Minn Ġunju 2023 titqies bħala l-inqas vivibbli minn 173 belt globali.
Ismijiet u etimoloġija
L-isem ta' Damasku tfaċċa għall-ewwel darba fil-lista ġeografika ta' bħala ṯmśq (𓍘𓄟𓊃𓈎𓅱) fis-seklu 15 Q.K. L-etimoloġija tal-isem tal-qedem ṯmśq mhix ċerta. Isem il-belt ġie attestat bħala Imerišú (𒀲𒋙) bl-Akkadjan, ṯmśq (𓍘𓄟𓊃𓈎𓅱) bl-Eġizzjan, Damašq (𐡃𐡌𐡔𐡒) bl-Aramajk Antik, u Dammeśeq (דַּמֶּשֶׂק) bl-Ebrajk Bibbliku. Għadd ta' varjanti ortografiċi bl-Akkadjan jinsabu fl-ittri ta' Amarna, mis-seklu 14 Q.K.: Dimašqa (𒁲𒈦𒋡), Dimašqì (𒁲𒈦𒀸𒄀), u Dimašqa (𒁲𒈦𒀸𒋡).
Varjanti ortografiċi bl-Aramajk li ġew wara spiss kienu jinkludu resh intrusiva (l-ittra r), x'aktarx minħabba l-influwenza tal-għerq dr, bit-tifsira ta' "abitazzjoni". B'hekk, l-isem tal-belt bl-Ingliż u bil-Latin, Damascus, ġie importat mill-Grieg Δαμασκός u oriġina minn Darmeśeq (דרמשק) tal-Koran u minn Darmsûq (ܕܪܡܣܘܩ) bis-Sirjan, bit-tifsira ta' "art misqija sew".
Bl-Għarbi, il-belt tissejjaħ Dimashq (دمشق Dimašq). Il-belt hija magħrufa wkoll bħala aš-Šām miċ-ċittadini ta' Damasku, tas-Sirja u ta' pajjiżi Għarab ġirien oħra u tat-Turkija (eş-Şam). Aš-Šām huwa terminu Għarbi għal-"Lvant" u għas-"Sirja"; dan tal-aħħar, u partikolarment ir-reġjun storiku tas-Sirja, jissejjaħ Bilād aš-Šām (بلاد الشام, litteralment "l-art tal-Lvant"). Dan it-terminu tal-aħħar etimoloġikament ifisser "l-art tan-naħa tax-xellug" jew "it-Tramuntana", peress li min fil-Hijaz iħares lejn il-Lvant, orjentat lejn iż-żerniq, isib it-Tramuntana lejn ix-xellug. Dan joħloq kuntrast mal-isem tal-Jemen (اَلْيَمَن al-Yaman), li jfisser "l-art tan-naħa tal-lemin" jew "in-Nofsinhar". Il-varjant ش ء م (š-ʾ-m'), tat-terminu iktar tipiku ش م ل (š-m-l), huwa attestat ukoll fil-lingwa antika tan-Nofsinhar tal-Arabja, 𐩦𐩱𐩣 (šʾm), bl-istess żvilupp semantiku.
Ġeografija
Damasku nbniet f'sit strateġiku fuq promontorju 680 metru (2,230 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar u madwar 80 kilometru (50 mil) 'il ġewwa mill-Mediterran, għall-kenn tal-katina muntanjuża li tmiss mal-Libanu. Minnha tgħaddi x-xmara Barada, u tinsab f'salib it-toroq bejn ir-rotot kummerċjali: ir-rotot mit-Tramuntana għan-Nofsinhar li jikkollegaw l-Eġittu mal-Asja Minuri, u r-rotta tad-deżert mil-Lvant għall-Punent li tikkollega l-Libanu mal-wied tax-xmara . Il-katina muntanjuża li tmiss mal-Libanu hija l-fruntiera fiżika bejn is-Sirja u l-Libanu. Il-katina muntanjuża għandha qċaċet li jaqbżu l-10,000 pied (3,000 metru) u timblokka l-preċipitazzjoni mill-Baħar Mediterran, għaldaqstant Damasku xi kultant tkun soġġetta għal nixfiet. Madankollu, fi żmien il-qedem, dan kien jittaffa permezz tax-xmara Barada, li toriġina min-nixxigħat fil-muntanji alimentati mill-borra li ddub. F'Damasku hemm l-Għolja ta' Ghouta, li tinkludi r-raba' msaqqi fejn ilhom jitkabbru bosta ħxejjex, ċereali u frott minn żmien il-qedem. Il-mapep tas-Sirja Rumana jindikaw li x-xmara Barada kienet titbattal f'lag imdaqqas fil-Lvant ta' Damasku. Illum il-ġurnata jissejjaħ Bahira Atayba u huwa lag temporanju peress li fis-snin ta' nixfa qalila, lanqas biss jeżisti.
Il-belt moderna għandha erja ta' 105 km2 (41 mil kwadru), li minnhom 77 km2 (30 mil kwadru) hija art urbana, filwaqt li Jabal Qasioun tokkupa l-kumplament tal-art.
Iċ-ċentru storiku ta' Damasku, imdawwar mill-ħitan tal-belt, jinsab max-xatt tan-Nofsinhar tax-xmara Barada li huwa kważi niexef (fadal biss 3 ċentimetri (pulzier)). Lejn il-Lbiċ, it-Tramuntana u l-Grigal, il-belt hija mdawra minn żoni sottourbani bi storja li tmur lura sal-Medju Evu: Midan fil-Lbiċ, Sarouja u Imara fit-Tramuntana u fil-Majjistral. Dawn il-kwartieri oriġinarjament tfaċċaw mat-toroq 'il barra mill-belt, qrib l-oqbra ta' figuri reliġjużi. Fis-seklu 19, żviluppaw il-villaġġi periferiċi max-xaqlibiet ta' Jabal Qasioun, li qabel kien is-sit tal-kwartier ta' al-Salihiyah iċċentrat mas-santwarju importanti tax-xejikk u l-filosfu Andalusjan importanti . Dawn il-villaġġi ġodda inizjalment ġew insedjati minn suldati Kurdi u minn refuġjati Musulmani mir-reġjuni Ewropej tal-Imperu Ottoman li safa taħt it-tmexxija Kristjana. B'hekk kienu magħrufa bħala al-Akrad (il-Kurdi) u al-Muhajirin (il-migranti). Kienu jinsabu 2-3 kilometri (1-2 mili) fit-Tramuntana taċ-ċentru storiku tal-belt antika.
Mill-aħħar tas-seklu 19 'il quddiem, beda jiżviluppa ċentru amministrattiv u kummerċjali modern fil-Punent taċ-ċentru storiku tal-belt, madwar ix-xmara Barada, iċċentrat fiż-żona magħrufa bħala al-Marjeh jew "il-mergħa". Al-Marjeh f'qasir żmien sar l-isem ta' dik li inizjalment kienet il-pjazza ċentrali ta' Damasku modern, bil-muniċipju tal-belt fiha. Il-qrati tal-ġustizzja, l-uffiċċju postali, u l-istazzjon ferrovjarju nbnew f'art iktar għolja kemxejn lejn in-Nofsinhar. Kwartier residenzjali b'influwenza Ewropea beda jinbena fit-triq bejn al-Marjeh u al-Salihiyah. Iċ-ċentru kummerċjali u amministrattiv tal-belt il-ġdida gradwalment ġie ttrasferit lejn it-Tramuntana lejn din iż-żona.
Fis-seklu 20 ġew żviluppati subborgi ġodda fit-Tramuntana tax-xmara Barada, u sa ċertu punt fin-Nofsinhar, u naqqru ftit mill-oażi ta' Ghouta. Fl-1956-1957, il-kwartier il-ġdid ta' Yarmouk saret it-tieni dar ta' eluf ta' refuġjati Palestinjani. Il-pjanifikaturi tal-belt ippreferew jippreservaw l-oażi ta' Ghouta kemm jista' jkun, u fl-aħħar tas-seklu 20 ġew żviluppati wħud miż-żoni prinċipali lejn it-Tramuntana, fil-kwartier ta' Mezzeh fil-Punent u iktar reċentement tul il-wied tax-xmara Barada, f'Dummar fil-Majjistral, u max-xaqlibiet tal-muntanji f'Barzeh fil-Grigal. Żoni iktar foqra, li spiss inbnew mingħajr approvazzjoni uffiċjali, żviluppaw l-iktar fin-Nofsinhar tal-belt ewlenija.
Damasku fl-imgħoddi kienet imdawra b'oażi, ir-reġjun ta' Ghouta (bl-Għarbi: الغوطة, b'ittri Rumani: al-ġūṭä), misqi mix-xmara Barada. Il-fawwara ta' Fijeh, fil-Punent tul il-wied tax-xmara Barada, kienet tipprovdi l-ilma tax-xorb għall-belt u diversi għejun fil-Punent huma ġestiti minn kuntratturi tal-ilma. Il-fluss tax-xmara Barada naqas bit-tkabbir rapidu tal-abitazzjonijiet u tal-industrija fil-belt u kważi nixef għalkollox. L-akwiferi ta' taħt l-art huma mniġġsa mill-ilma mormi tal-belt, mit-toroq traffikużi, mill-industrija u mid-dranaġġ.
Klima
Damasku għandha klima arida bierda (BWk skont il-klassifikazzjoni tas-sistema Köppen-Geiger), minħabba l-effett tad-"dell tax-xita" tal-muntanji li jmissu mal-Libanu u l-kurrenti oċeaniċi prevalenti. Is-sjuf huma twal, nexfin u sħan b'inqas umdità. Ix-xtiewi huma bierda u kemxejn bix-xita; il-borra qajla tinżel. Il-ħarifa hija qasira u miti, iżda tesperjenza l-iżjed bidla drastika fit-temperaturi, għad-differenza tar-rebbiegħa fejn it-tranżizzjoni lejn is-sajf tkun iktar gradwali u kostanti. Il-preċipitazzjoni annwali hija madwar 130 mm (5 pulzieri), u tinżel bejn Ottubru u Mejju.
Data klimatika għal Damasku (l-Ajruport Internazzjonali ta' Damasku) 1991-2020 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 23.2 (73.8) | 28.0 (82.4) | 34.4 (93.9) | 37.6 (99.7) | 41.4 (106.5) | 45.0 (113.0) | 45.8 (114.4) | 44.8 (112.6) | 44.6 (112.3) | 38.0 (100.4) | 31.0 (87.8) | 25.1 (77.2) | 45.8 (114.4) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 13.1 (55.6) | 15.3 (59.5) | 20.0 (68.0) | 25.3 (77.5) | 30.9 (87.6) | 35.3 (95.5) | 37.8 (100.0) | 37.6 (99.7) | 34.6 (94.3) | 29.0 (84.2) | 20.6 (69.1) | 14.8 (58.6) | 26.2 (79.1) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 0.8 (33.4) | 2.0 (35.6) | 4.8 (40.6) | 8.0 (46.4) | 12.1 (53.8) | 15.9 (60.6) | 18.6 (65.5) | 18.6 (65.5) | 15.3 (59.5) | 11.0 (51.8) | 5.2 (41.4) | 1.9 (35.4) | 9.5 (49.1) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −10.8 (12.6) | −12 (10) | −6 (21) | −7.5 (18.5) | 1.4 (34.5) | 6.2 (43.2) | 10.5 (50.9) | 9.5 (49.1) | 3.5 (38.3) | −1.0 (30.2) | −8.6 (16.5) | −8.8 (16.2) | −12.0 (10.4) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 26.0 (1.02) | 22.4 (0.88) | 13.9 (0.55) | 5.6 (0.22) | 4.8 (0.19) | 0.3 (0.01) | 0 (0) | 0 (0) | 0.3 (0.01) | 6.3 (0.25) | 21.4 (0.84) | 23.6 (0.93) | 124.7 (4.91) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1 mm) | 4.8 | 4.4 | 2.6 | 1.3 | 1.0 | 0.1 | 0.0 | 0.0 | 0.1 | 1.2 | 3.3 | 4.2 | 23.0 |
Medja ta' jiem bil-borra | 1 | 1 | 0.1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.2 | 2.3 |
Umdità relattiva medja (%) | 76 | 69 | 59 | 50 | 43 | 41 | 44 | 48 | 47 | 52 | 63 | 75 | 56 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 164.3 | 182.0 | 226.3 | 249.0 | 322.4 | 357.0 | 365.8 | 353.4 | 306.0 | 266.6 | 207.0 | 164.3 | 3,164.1 |
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum | 5.3 | 6.5 | 7.3 | 8.3 | 10.4 | 11.9 | 11.8 | 11.4 | 10.2 | 8.6 | 6.9 | 5.3 | 8.5 |
Sors: NOAA |
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Antika ta' Damasku ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Ġemellaġġ
Gallerija
Biblijografija
- Abdulkarim, Maamoun (2003). Apollodorus of Damascus and Trajan's Column. L'Erma di Bretschneider. ISBN 978-8-8826-5233-3.
- Aharoni, Yohanan; Avi-Yonah, Michael (1977). The MacMillan Bible Atlas. Carta Ltd. ISBN 978-0-7318-1071-0. Amitai, Reuven (1987). "Mongol Raids into Palestine (AD 1260 and 1300)". Journal of the Royal Asiatic Society: 236–255.
- Burns, Ross (2005). Damascus: A History. Routledge. ISBN 978-0-415-27105-9.
- Cammelli, Stefano (2006). "Il Minareto di Gesù", (bit-Taljan), Il Mulino.
- Crawford, Peter (2013). The War of the Three Gods: Romans, Persians and the Rise of Islam. Pen and Sword. ISBN 9781473828650.
- Demurger, Alain (2007). Jacques de Molay (bil-Franċiż). Editions Payot&Rivages. ISBN 978-2-228-90235-9.
- Hamilton, Jill, Duchess of (2002). First to Damascus: The story of the Australian Light Horse and Lawrence of Arabia. ISBN 978-0-7318-1071-0. Ibn Khaldun (1952). Ibn Khaldūn and Tamerlane: Their Historic Meeting in Damascus, 1401 A.d. (803 A. H.) A Study Based on Arabic Manuscripts of Ibn Khaldūn's "Autobiography,". Translated by Walter Joseph Fischel. University of California Press. Kaegi, Walter Emil (2003).
- Heraclius: Emperor of Byzantium. Cambridge University Press. ISBN 0-521-81459-6.
- Nicolle, David (2001). The Crusades. Essential Histories. Osprey Publishing. ISBN 978-1-84176-179-4.
- Runciman, Steven (1987). A History of the Crusades: Volume 3, The Kingdom of Acre and the Later Crusades. Cambridge University Press. ISBN 9780521347723.
- Schein, Sylvia (October 1979). "Gesta Dei per Mongolos 1300. The Genesis of a Non-Event". The English Historical Review. 94 (373): 805–819. doi:10.1093/ehr/XCIV.CCCLXXIII.805. JSTOR 565554.
- Twain, Mark (1869). The Innocents Abroad. American Publishing Company.
Referenzi
- ^ Dumper, Michael R. T.; Stanley, Bruce E. (2007). "Damascus". In Janet L. Abu-Lughod (ed.). Cities of the Middle East and North Africa: A Historical Encyclopedia. ABC-CLIO. pp. 119-126. ISBN 978-1-5760-7919-5.
- ^ "Damascus: What's Left | by Sarah Birke | NYR Daily | The New York Review of Books". web.archive.org. 2018-12-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-04. Miġbur 2023-11-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Totah, Faedah M. (2009). "Return to the origin: negotiating the modern and unmodern in the old city of Damascus". City & Society. 21 (1): 58–81.
- ^ "Biggest Cities In Syria". WorldAtlas (bl-Ingliż). 2017-04-25. Miġbur 2023-11-27.
- ^ Bowker, John (2003), "Damascus", The Concise Oxford Dictionary of World Religions, Oxford University Press, ISBN 978-0-19-280094-7.
- ^ "World's most livable and least livable cities for 2019 | CNN Travel". web.archive.org. 2019-09-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-09-15. Miġbur 2023-11-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Paul E. Dion (Mejju 1988). "Ancient Damascus: A Historical Study of the Syrian City-State from Earliest Times Until Its Fall to the Assyrians in 732 BC., Wayne T. Pitard". Bulletin of the American Schools of Oriental Research (270): 98.
- ^ Frank Moore Cross (Frar 1972). "The Stele Dedicated to Melcarth by Ben-Hadad of Damascus". Bulletin of the American Schools of Oriental Research (205): 40.
- ^ Miller, Catherine; Al-Wer, Enam; Caubet, Dominique; Watson, Janet C.E. (2007). Arabic in the City: Issues in Dialect Contact and Language Variation. Routledge. p. 189. ISBN 978-1135978761.
- ^ Younger, K. Lawson Jr. (2016). A Political History of the Arameans: From Their Origins to the End of Their Polities (Archaeology and Biblical Studies). Atlanta, GA: SBL Press. p. 551. ISBN 978-1589831285.
- ^ "Statistika NOAA". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Damascus". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-27.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Damasku, X'inhi Damasku? Xi tfisser Damasku?
Damasku jew Damask bl Għarbi د م شق b ittri Rumani Dimasq hija l belt kapitali tas Sirja l eqdem belt kapitali fid dinja u skont xi wħud ir raba l ikbar belt qaddisa fl Izlam Magħrufa kollokjalment fis Sirja bħala as Sam الش ام u mlaqqma poetikament bħala l Belt tal Ġizimin م د ي ن ة ال ي اس م ين Madinat al Yasmin Damasku hija ċentru kulturali ewlieni tal Lvant u tad dinja Għarbija Damasku SirjaAmministrazzjoniPajjizSirjaGovernorate of SyriaGovernorat ta DamaskuKap tal Gvern en Isem uffiċjali دمشقIsmijiet oriġinali دمشقKodiċi postali 0100ĠeografijaKoordinati 33 31 N 36 17 E 33 51 N 36 29 E 33 51 36 29 Koordinati 33 31 N 36 17 E 33 51 N 36 29 E 33 51 36 29DamaskuDamasku Sirja Superfiċjenti 105 kilometru kwadruGħoli 680 mDemografijaPopolazzjoni 2 685 360 abitanti 2024 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 011Zona tal Ħin UTC 3bliet ġemellati Ankara Istanbul Buenos Aires Yerevan Sao Paulo Toronto Kajr Tokjo Ateni Ferrara Firenze Rabat Bukarest Cordoba Madrid en Budapest Dubaj Bejrut Toledoudamascus gov sy Damasku tinsab fil Lbiċ tas Sirja u hija ċ ċentru ta zona metropolitana kbira Tinsab qalb l għoljiet tal Lvant ta qabel il katina muntanjuza li tmiss mal Libanu 80 kilometru 50 mil il ġewwa mix xatt tal Lvant tal Mediterran fuq promontorju 680 metru 2 230 pied il fuq mil livell tal baħar u tesperjenza klima arida minħabba l effett tad dell tax xita Ix xmara Barada tgħaddi mill belt ta Damasku Damasku hija waħda mill eqdem bliet kontinwament abitati fid dinja Ġiet insedjata fit tielet millenju Q K u ntgħazlet bħala l belt kapitali tal Kaliffat tal mis 661 sas 750 Wara r rebħa tad dinastija is sede tal poter Izlamiku ġiet ittrasferita lejn Damasku qabdet it triq tan nizla matul l era Abbasidi u reġgħet kisbet importanza sinifikanti fl eri tal u tal Illum il ġurnata il belt hija s sede tal gvern ċentrali tas Sirja Minn Settembru 2019 tmien snin wara li faqqgħet il gwerra ċivili Sirjana Damasku ssemmiet bħala l inqas belt vivibbli minn 140 belt globali fil Klassifika Globali tal Vivibbilta Minn Ġunju 2023 titqies bħala l inqas vivibbli minn 173 belt globali Ismijiet u etimoloġijaL isem ta Damasku tfaċċa għall ewwel darba fil lista ġeografika ta bħala ṯmsq 𓍘𓄟𓊃𓈎𓅱 fis seklu 15 Q K L etimoloġija tal isem tal qedem ṯmsq mhix ċerta Isem il belt ġie attestat bħala Imerisu 𒀲𒋙 bl Akkadjan ṯmsq 𓍘𓄟𓊃𓈎𓅱 bl Eġizzjan Damasq 𐡃𐡌𐡔𐡒 bl Aramajk Antik u Dammeseq ד מ ש ק bl Ebrajk Bibbliku Għadd ta varjanti ortografiċi bl Akkadjan jinsabu fl ittri ta Amarna mis seklu 14 Q K Dimasqa 𒁲𒈦𒋡 Dimasqi 𒁲𒈦𒀸𒄀 u Dimasqa 𒁲𒈦𒀸𒋡 Varjanti ortografiċi bl Aramajk li ġew wara spiss kienu jinkludu resh intrusiva l ittra r x aktarx minħabba l influwenza tal għerq dr bit tifsira ta abitazzjoni B hekk l isem tal belt bl Ingliz u bil Latin Damascus ġie importat mill Grieg Damaskos u oriġina minn Darmeseq דרמשק tal Koran u minn Darmsuq ܕܪܡܣܘܩ bis Sirjan bit tifsira ta art misqija sew Bl Għarbi il belt tissejjaħ Dimashq دمشق Dimasq Il belt hija magħrufa wkoll bħala as Sam miċ ċittadini ta Damasku tas Sirja u ta pajjizi Għarab ġirien oħra u tat Turkija es Sam As Sam huwa terminu Għarbi għal Lvant u għas Sirja dan tal aħħar u partikolarment ir reġjun storiku tas Sirja jissejjaħ Bilad as Sam بلاد الشام litteralment l art tal Lvant Dan it terminu tal aħħar etimoloġikament ifisser l art tan naħa tax xellug jew it Tramuntana peress li min fil Hijaz iħares lejn il Lvant orjentat lejn iz zerniq isib it Tramuntana lejn ix xellug Dan joħloq kuntrast mal isem tal Jemen ا ل ي م ن al Yaman li jfisser l art tan naħa tal lemin jew in Nofsinhar Il varjant ش ء م s ʾ m tat terminu iktar tipiku ش م ل s m l huwa attestat ukoll fil lingwa antika tan Nofsinhar tal Arabja 𐩦𐩱𐩣 sʾm bl istess zvilupp semantiku ĠeografijaDamasku fir rebbiegħa kif tidher mis satellita Spot Damasku nbniet f sit strateġiku fuq promontorju 680 metru 2 230 pied il fuq mil livell tal baħar u madwar 80 kilometru 50 mil il ġewwa mill Mediterran għall kenn tal katina muntanjuza li tmiss mal Libanu Minnha tgħaddi x xmara Barada u tinsab f salib it toroq bejn ir rotot kummerċjali ir rotot mit Tramuntana għan Nofsinhar li jikkollegaw l Eġittu mal Asja Minuri u r rotta tad dezert mil Lvant għall Punent li tikkollega l Libanu mal wied tax xmara Il katina muntanjuza li tmiss mal Libanu hija l fruntiera fizika bejn is Sirja u l Libanu Il katina muntanjuza għandha qċaċet li jaqbzu l 10 000 pied 3 000 metru u timblokka l preċipitazzjoni mill Baħar Mediterran għaldaqstant Damasku xi kultant tkun soġġetta għal nixfiet Madankollu fi zmien il qedem dan kien jittaffa permezz tax xmara Barada li toriġina min nixxigħat fil muntanji alimentati mill borra li ddub F Damasku hemm l Għolja ta Ghouta li tinkludi r raba msaqqi fejn ilhom jitkabbru bosta ħxejjex ċereali u frott minn zmien il qedem Il mapep tas Sirja Rumana jindikaw li x xmara Barada kienet titbattal f lag imdaqqas fil Lvant ta Damasku Illum il ġurnata jissejjaħ Bahira Atayba u huwa lag temporanju peress li fis snin ta nixfa qalila lanqas biss jezisti Il belt moderna għandha erja ta 105 km2 41 mil kwadru li minnhom 77 km2 30 mil kwadru hija art urbana filwaqt li Jabal Qasioun tokkupa l kumplament tal art L Għolja ta Qasioun Iċ ċentru storiku ta Damasku imdawwar mill ħitan tal belt jinsab max xatt tan Nofsinhar tax xmara Barada li huwa kwazi niexef fadal biss 3 ċentimetri pulzier Lejn il Lbiċ it Tramuntana u l Grigal il belt hija mdawra minn zoni sottourbani bi storja li tmur lura sal Medju Evu Midan fil Lbiċ Sarouja u Imara fit Tramuntana u fil Majjistral Dawn il kwartieri oriġinarjament tfaċċaw mat toroq il barra mill belt qrib l oqbra ta figuri reliġjuzi Fis seklu 19 zviluppaw il villaġġi periferiċi max xaqlibiet ta Jabal Qasioun li qabel kien is sit tal kwartier ta al Salihiyah iċċentrat mas santwarju importanti tax xejikk u l filosfu Andalusjan importanti Dawn il villaġġi ġodda inizjalment ġew insedjati minn suldati Kurdi u minn refuġjati Musulmani mir reġjuni Ewropej tal Imperu Ottoman li safa taħt it tmexxija Kristjana B hekk kienu magħrufa bħala al Akrad il Kurdi u al Muhajirin il migranti Kienu jinsabu 2 3 kilometri 1 2 mili fit Tramuntana taċ ċentru storiku tal belt antika Wieħed mill perjodi rari meta x xmara Barada kienet għolja fiċ ċentru ta Damasku Mill aħħar tas seklu 19 il quddiem beda jizviluppa ċentru amministrattiv u kummerċjali modern fil Punent taċ ċentru storiku tal belt madwar ix xmara Barada iċċentrat fiz zona magħrufa bħala al Marjeh jew il mergħa Al Marjeh f qasir zmien sar l isem ta dik li inizjalment kienet il pjazza ċentrali ta Damasku modern bil muniċipju tal belt fiha Il qrati tal ġustizzja l uffiċċju postali u l istazzjon ferrovjarju nbnew f art iktar għolja kemxejn lejn in Nofsinhar Kwartier residenzjali b influwenza Ewropea beda jinbena fit triq bejn al Marjeh u al Salihiyah Iċ ċentru kummerċjali u amministrattiv tal belt il ġdida gradwalment ġie ttrasferit lejn it Tramuntana lejn din iz zona Fis seklu 20 ġew zviluppati subborgi ġodda fit Tramuntana tax xmara Barada u sa ċertu punt fin Nofsinhar u naqqru ftit mill oazi ta Ghouta Fl 1956 1957 il kwartier il ġdid ta Yarmouk saret it tieni dar ta eluf ta refuġjati Palestinjani Il pjanifikaturi tal belt ippreferew jippreservaw l oazi ta Ghouta kemm jista jkun u fl aħħar tas seklu 20 ġew zviluppati wħud miz zoni prinċipali lejn it Tramuntana fil kwartier ta Mezzeh fil Punent u iktar reċentement tul il wied tax xmara Barada f Dummar fil Majjistral u max xaqlibiet tal muntanji f Barzeh fil Grigal Zoni iktar foqra li spiss inbnew mingħajr approvazzjoni uffiċjali zviluppaw l iktar fin Nofsinhar tal belt ewlenija Il muniċipji ta Damasku Damasku fl imgħoddi kienet imdawra b oazi ir reġjun ta Ghouta bl Għarbi الغوطة b ittri Rumani al ġuṭa misqi mix xmara Barada Il fawwara ta Fijeh fil Punent tul il wied tax xmara Barada kienet tipprovdi l ilma tax xorb għall belt u diversi għejun fil Punent huma ġestiti minn kuntratturi tal ilma Il fluss tax xmara Barada naqas bit tkabbir rapidu tal abitazzjonijiet u tal industrija fil belt u kwazi nixef għalkollox L akwiferi ta taħt l art huma mniġġsa mill ilma mormi tal belt mit toroq traffikuzi mill industrija u mid dranaġġ Klima Damasku għandha klima arida bierda BWk skont il klassifikazzjoni tas sistema Koppen Geiger minħabba l effett tad dell tax xita tal muntanji li jmissu mal Libanu u l kurrenti oċeaniċi prevalenti Is sjuf huma twal nexfin u sħan b inqas umdita Ix xtiewi huma bierda u kemxejn bix xita il borra qajla tinzel Il ħarifa hija qasira u miti izda tesperjenza l izjed bidla drastika fit temperaturi għad differenza tar rebbiegħa fejn it tranzizzjoni lejn is sajf tkun iktar gradwali u kostanti Il preċipitazzjoni annwali hija madwar 130 mm 5 pulzieri u tinzel bejn Ottubru u Mejju Data klimatika għal Damasku l Ajruport Internazzjonali ta Damasku 1991 2020 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 23 2 73 8 28 0 82 4 34 4 93 9 37 6 99 7 41 4 106 5 45 0 113 0 45 8 114 4 44 8 112 6 44 6 112 3 38 0 100 4 31 0 87 8 25 1 77 2 45 8 114 4 Temp għolja medja f C F 13 1 55 6 15 3 59 5 20 0 68 0 25 3 77 5 30 9 87 6 35 3 95 5 37 8 100 0 37 6 99 7 34 6 94 3 29 0 84 2 20 6 69 1 14 8 58 6 26 2 79 1 Temp baxxa medja f C F 0 8 33 4 2 0 35 6 4 8 40 6 8 0 46 4 12 1 53 8 15 9 60 6 18 6 65 5 18 6 65 5 15 3 59 5 11 0 51 8 5 2 41 4 1 9 35 4 9 5 49 1 Temp baxxa rekord f C F 10 8 12 6 12 10 6 21 7 5 18 5 1 4 34 5 6 2 43 2 10 5 50 9 9 5 49 1 3 5 38 3 1 0 30 2 8 6 16 5 8 8 16 2 12 0 10 4 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 26 0 1 02 22 4 0 88 13 9 0 55 5 6 0 22 4 8 0 19 0 3 0 01 0 0 0 0 0 3 0 01 6 3 0 25 21 4 0 84 23 6 0 93 124 7 4 91 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 1 mm 4 8 4 4 2 6 1 3 1 0 0 1 0 0 0 0 0 1 1 2 3 3 4 2 23 0 Medja ta jiem bil borra 1 1 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 2 3 Umdita relattiva medja 76 69 59 50 43 41 44 48 47 52 63 75 56 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 164 3 182 0 226 3 249 0 322 4 357 0 365 8 353 4 306 0 266 6 207 0 164 3 3 164 1 Medja ta sigħat ta xemx kuljum 5 3 6 5 7 3 8 3 10 4 11 9 11 8 11 4 10 2 8 6 6 9 5 3 8 5 Sors NOAASit ta Wirt DinjiIl Belt Antika ta Damasku ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ĠemellaġġAnkara it Turkija Astana il Kazakistan Bucharest ir Rumanija Buenos Aires l Arġentina Cordoba Spanja Dubai l Emirati Għarab Magħquda Istanbul it Turkija Rabat il Marokk Toledo Spanja Yerevan l Armenja GallerijaBiblijografijaAbdulkarim Maamoun 2003 Apollodorus of Damascus and Trajan s Column L Erma di Bretschneider ISBN 978 8 8826 5233 3 Aharoni Yohanan Avi Yonah Michael 1977 The MacMillan Bible Atlas Carta Ltd ISBN 978 0 7318 1071 0 Amitai Reuven 1987 Mongol Raids into Palestine AD 1260 and 1300 Journal of the Royal Asiatic Society 236 255 Burns Ross 2005 Damascus A History Routledge ISBN 978 0 415 27105 9 Cammelli Stefano 2006 Il Minareto di Gesu bit Taljan Il Mulino Crawford Peter 2013 The War of the Three Gods Romans Persians and the Rise of Islam Pen and Sword ISBN 9781473828650 Demurger Alain 2007 Jacques de Molay bil Franċiz Editions Payot amp Rivages ISBN 978 2 228 90235 9 Hamilton Jill Duchess of 2002 First to Damascus The story of the Australian Light Horse and Lawrence of Arabia ISBN 978 0 7318 1071 0 Ibn Khaldun 1952 Ibn Khaldun and Tamerlane Their Historic Meeting in Damascus 1401 A d 803 A H A Study Based on Arabic Manuscripts of Ibn Khaldun s Autobiography Translated by Walter Joseph Fischel University of California Press Kaegi Walter Emil 2003 Heraclius Emperor of Byzantium Cambridge University Press ISBN 0 521 81459 6 Nicolle David 2001 The Crusades Essential Histories Osprey Publishing ISBN 978 1 84176 179 4 Runciman Steven 1987 A History of the Crusades Volume 3 The Kingdom of Acre and the Later Crusades Cambridge University Press ISBN 9780521347723 Schein Sylvia October 1979 Gesta Dei per Mongolos 1300 The Genesis of a Non Event The English Historical Review 94 373 805 819 doi 10 1093 ehr XCIV CCCLXXIII 805 JSTOR 565554 Twain Mark 1869 The Innocents Abroad American Publishing Company Referenzi Dumper Michael R T Stanley Bruce E 2007 Damascus In Janet L Abu Lughod ed Cities of the Middle East and North Africa A Historical Encyclopedia ABC CLIO pp 119 126 ISBN 978 1 5760 7919 5 Damascus What s Left by Sarah Birke NYR Daily The New York Review of Books web archive org 2018 12 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 12 04 Miġbur 2023 11 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Totah Faedah M 2009 Return to the origin negotiating the modern and unmodern in the old city of Damascus City amp Society 21 1 58 81 Biggest Cities In Syria WorldAtlas bl Ingliz 2017 04 25 Miġbur 2023 11 27 Bowker John 2003 Damascus The Concise Oxford Dictionary of World Religions Oxford University Press ISBN 978 0 19 280094 7 World s most livable and least livable cities for 2019 CNN Travel web archive org 2019 09 15 Arkivjat mill oriġinal fl 2019 09 15 Miġbur 2023 11 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Paul E Dion Mejju 1988 Ancient Damascus A Historical Study of the Syrian City State from Earliest Times Until Its Fall to the Assyrians in 732 BC Wayne T Pitard Bulletin of the American Schools of Oriental Research 270 98 Frank Moore Cross Frar 1972 The Stele Dedicated to Melcarth by Ben Hadad of Damascus Bulletin of the American Schools of Oriental Research 205 40 Miller Catherine Al Wer Enam Caubet Dominique Watson Janet C E 2007 Arabic in the City Issues in Dialect Contact and Language Variation Routledge p 189 ISBN 978 1135978761 Younger K Lawson Jr 2016 A Political History of the Arameans From Their Origins to the End of Their Polities Archaeology and Biblical Studies Atlanta GA SBL Press p 551 ISBN 978 1589831285 Statistika NOAA web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2017 10 19 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b Centre UNESCO World Heritage Ancient City of Damascus UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 11 27