Kairouan ˌkaɪər ʊ ˈwɑːn spelluta wkoll bħala El Qayrawān jew Kairwan bl Għarbi ٱل ق ي ر و ان b ittri Rumani al Qayrawān
Kairouan

Kairouan (/ˌkaɪər(ʊ)ˈwɑːn/), spelluta wkoll bħala El Qayrawān jew Kairwan (bl-Għarbi: ٱلْقَيْرَوَان, b'ittri Rumani: al-Qayrawān [æl qɑjrɑˈwæːn], bl-Għarbi Tuneżin: Qeirwān [qɪrˈwɛːn]), hija l-belt kapitali tal-Governorat ta' Kairouan fit-Tuneżija u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-belt ġiet stabbilita mill- għall-ħabta tas-670, matul il-perjodu tal-Kaliff Mu'awiya (li rrenja fis-661-680); f'dan iż-żmien saret ċentru importanti għall-istudjużi Iżlamiċi Sunniti u għat-tagħlim tal-Koran, u b'hekk attirat Musulmani minn diversi partijiet tad-dinja. Il-Moskea ta' Uqba tinsab fil-belt.
Kairouan | |
---|---|
Tuneżija | |
Amministrazzjoni | |
Pajjiż | Tuneżija |
Governorate of Tunisia | Governorat ta' Kairouan |
Isem uffiċjali | القيروان |
Ismijiet oriġinali | القيروان رابعة الثلاث |
Kodiċi postali | 3100 |
Ġeografija | |
Koordinati | 35°41′N 10°06′E / 35.68°N 10.1°EKoordinati: 35°41′N 10°06′E / 35.68°N 10.1°E |
Kairouan Kairouan (Tunisia) | |
Superfiċjenti | 68.02 hectare, 154.36 hectare |
Għoli | 68 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 186,653 abitanti (2014) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 670 |
Żona tal-Ħin | UTC+1 |
bliet ġemellati | , Timbuktu, Fes, Samarkanda, Córdoba |
commune-kairouan.gov.tn |
Fl-2014 il-belt kellha madwar 187,000 abitant.
L-isem (bl-Għarbi: ٱلْقَيْرَوَان, al-Qayrawān) ifisser "grupp militari" jew "karovana", terminu misluf mit-terminu Persjan Nofsani kārawān (bil-Persjan modern: کاروان kârvân), li jfisser "kolonna militari" (kâr "nies/militari" + vân "stazzjonament") jew "karovana". Bil-Berberu, il-belt kienet tissejjaħ تيكيروان Tikirwan, li huwa maħsub li kien adattament tal-isem Għarbi. L-isem ġie spellut ukoll bħala Cairoan bl-Ingliż modern bikri.
Kairouan, il-belt kapitali tal-Governorat ta' Kairouan, tinsab fin-Nofsinhar ta' , 50 kilometru (31 mil) mill-kosta tal-Lvant, 75 kilometru (47 mil) minn u 184 kilometru (114-il mil) minn Tuneż.
Storja
L-istabbiliment ta' Kairouan imur lura għall-ħabta tas-670 meta l-ġeneral Għarbi tal-Kaliff għażel sit f'nofs foresta densa, li dak iż-żmien kienet mimlija organiżmi selvaġġi u rettili, bħala sit għall-istazzjonament militari għall-konkwista tal-Punent. Preċedentement, il-belt ta' Kamounia kienet tinsab fis-sit fejn issa hemm Kairouan. Qabel il-konkwista Għarbija kienet ospitat gwarniġjon Biżantin, u kienet tinsab 'il bogħod mill-baħar – għall-kenn mill-attakki kontinwi tal-Berberi li rreżistew l-invażjoni Għarbija b'ruħhom u b'ġisimhom. Ir-reżistenza Berbera kompliet, immexxija l-ewwel minn Kusaila, u t-truppi tagħhom qatlu lil Uqba f'Biskra madwar ħmistax-il sena wara l-istabbiliment tal-istazzjonament militari, u mbagħad minn mara Berbera msejħa Al-Kahina li nqatlet u l-armata tagħha ġarrbet telfa fis-702. Sussegwentement, seħħet konverżjoni tal-massa tal-Berberi għall-Iżlam. Il-Kariġiti jew il-"barranin" Iżlamiċi li ffurmaw setta egalitarja u puritana li għadha preżenti fil-gżira ta' Djerba.
F'Ottubru 741, matul ir-Rewwixta l-Kbira tal-Berberi fil-Magreb, l-armata tal-Ifriqiya, flimkien ma' qawwa Sirjana mibgħuta mill-Kaliff, inqerdet mill-Berberi fil-Battalja ta' Bagdoura. Il-gvernatur miet fil-battalja, in-neputi tiegħu u s-suċċessur ġie midfun mal-bqija tal-armata fi Spanja, u b'hekk l-Ifriqiya kollha ġiet esposta għall-avvanzar tar-ribelli Berberi. Peress li ma kellux iktar qawwiet għad-dispożizzjoni tiegħu, il-Kaliff tal-Umajjad Hisham malajr ħatar lil Handhala ibn Safwan bħala l-gvernatur tal-Ifriqiya, b'awtorità superviżorja fuq il-Magreb kollu (it-Tramuntana tal-Afrika lejn il-Punent tal-Eġittu) u fuq al-Andalus (Spanja), u tah struzzjonijiet biex jiġbor il-qawwiet kollha possibbli biex jiddefendi l-Ifriqiya u jrażżan ir-ribelljoni Berbera. Handhala ħalla l-Eġittu f'idejn Hafs ibn al-Walid ibn Yusuf al-Hadrami, u reħielha lejn il-Punent fi Frar 742, u ġabar qawwiet addizzjonali minn Barqa (Ċirenajka) u minn Tripli (Tripolitania). Huwa wasal f'Kairouan għall-ħabta ta' April 742. Il-qadi tal-Ifriqiya, Abd al-Rahman ibn Oqba al-Ghaffari, kien qed jieħu ħsieb id-difiża ta' Kairouan, u rnexxielu jirreżisti attakk mill-armata tar-ribelli Berberi miġbura min-Nofsinhar tat-Tuneżija mill-mexxej Sufrit Oqasha ibn Ayub al-Fezari. Handhala ibn Safwan wasal f'Kairouan eżatt kif kien maħsub li Oqasha kien se jwettaq attakk ġdid, b'koordinazzjoni ma' armata Berbera kbira oħra ġejja mill-Punent u mmexxija minn Abd al-Wahid ibn Yazid al-Hawwari. L-armati tar-ribelli Berberi kellhom jiltaqgħu quddiem Kairouan, qabel ma jwettqu l-attakk finali tagħhom fuq il-belt. Mingħajr ħela ta' ħin, Handhala bagħat qawwa tal-kavallerija biex irażżan l-avvanzar ta' Abd al-Wahid, u stazzjona l-biċċa l-kbira tal-qawwiet tiegħu fin-Nofsinhar, u rebaħ kontra Oqasha f'battalja mdemmija f'El-Qarn u ħatfu bħala priġunier. Iżda Handhala kien diġà ġarrab bosta telfiet hu stess, u issa kien qed jiffaċċja l-aħbar ħażina tal-armata ġganteska ta' Abd al-Wahid, li jingħad li kellha xi 300,000 ruħ, ċertament l-ikbar armata Berbera ta' kull żmien. Handhala ħaffef lura u jingħad li arma l-popolazzjoni kollha ta' Kairouan sabiex isaħħaħ l-armata tiegħu, qabel ma reġa' mar għall-ġlied. F'dik li x'aktarx kienet l-iżjed battalja mdemmija fil-gwerer Berberi, Handhala ibn Safwan rebaħ kontra l-armata l-kbira tal-Berberi ta' Abd al-Wahid ibn Yazid f'al-Asnam f'Mejju 742 (jew forsi ftit wara), tliet mili biss 'il barra minn Kairouan. Xi 120,000-180,000 Berberu, inkluż Abd al-Wahid, mietu f'dik il-battalja.
Fis-745, il-Berberi Kaġariti ħatfu lil Kairouan, li dak iż-żmien diġà kienet belt żviluppata b'ġonna jħaddru u bis-siġar taż-żebbuġ. It-taqbid għall-poter baqa' għaddej sa ma Ibrahim ibn al-Aghlab reġa' ħataf lil Kairouan fi tmiem is-seklu 8.
Fit-800 il-Kaliff Harun ar-Rashid f' ikkonferma lil Ibrahim bħala l-Emir u l-mexxej ereditarju tal-Ifriqiya. Ibrahim ibn al-Aghlab stabbilixxa d-dinastija Aglabida li mexxiet l-Ifriqiya bejn it-800 u d-909. L-Emiri l-ġodda sebħu lil Kairouan u għamluha l-belt kapitali tagħhom. F'qasir żmien saret famuża għall-ġid u għall-prosperità tagħha, u laħqet il-livelli ta' Basra u ta' Kufa, u b'hekk it-Tuneżija gawdiet waħda mill-epoki tad-deheb wara l-glorja ta' Kartaġni.
L-Aglabidi bnew il-moskea l-kbira u fiha stabbilew università li kienet ċentru tal-edukazzjoni kemm tal-ħsieb Iżlamiku kif ukoll tax-xjenzi lajċi. Ir-rwol tagħha jista' jitqabbel ma' dak tal-Università ta' Pariġi fil-Medju Evu. Fis-seklu 9, il-belt saret il-qalba tal-kulturi Għarab u Iżlamiċi u attirat diversi studjużi mid-dinja Iżlamika kollha. F'dak il-perjodu l-Imam Sahnun u Asad ibn al-Furat żviluppaw lil Kairouan bħala tempju tal-għarfien u ċentru mill-aqwa tad-diffużjoni tax-xjenzi Iżlamiċi. L-Aglabidi bnew ukoll palazzi, fortifikazzjonijiet u strutturi fini tal-ilma li għad fadal biss il-vaski tagħhom. Minn Kairouan mibgħuta minn u l-Imperu Ruman Sagru reġgħu lura b'rapporti mistagħġba ta' palazzi, libreriji u ġonna Aglabidi – u tat-tassazzjoni kbira imposta għall-ħlas tax-xorb alkoħoliku u l-frott imqaddet tagħhom. L-Aglabidi ppaċifikaw il-pajjiż u ħakmu lil Sqallija wkoll fit-827.
Fit-893, permezz tal-missjoni ta' Abdullah al Mahdi, il-Berberi Kutama mill-Punent tal-pajjiż bdew il-moviment tal- Xiiti. Fid-909 seħħet il-waqgħa tal-Aglabidi Sunniti li rrenja fl-Ifriqiya u l-istabbiliment tad-dinastija Fatimida. Matul it-tmexxija tal-Fatimidi, Kairouan ġiet ittraskurata u telfet l-importanza li kellha: il-mexxejja l-ġodda rresjedew l-ewwel f'Raqqada iżda ftit wara ttrasferew il-belt kapitali tagħhom lejn Al Mahdiyah mal-kosta tal-Lvant tat-Tuneżija. Wara li rnexxielhom jestendu t-tmexxija tagħhom fuq il-Magreb ċentrali kollu, żona li kienet tikkonsisti mill-pajjiżi moderni tal-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija u l-Libja, eventwalment iċċaqilqu lejn il-Lvant lejn il-Kajr, l-Eġittu u għamluha l-belt kapitali tal-Kaliffat kbir tagħhom u ħallew liż- bħala l-vassalli tagħhom fl-Ifriqiya. Iż-Żiridi, li ggvernaw mill-ġdid minn Kairouan, mexxew il-pajjiż f'epoka artistika, kummerċjali u agrikoli. L-iskejjel u l-universitajiet iffjorixxew, il-kummerċ barrani tal-manifatturi u tal-biedja lokali tkattar u l-qrati tal-mexxejja Żiridi kienu ċentri raffinati li sebqu dawk tal-kontemporanji Ewropej tagħhom. Meta ż-Żiridi ddikjaraw l-indipendenza tagħhom mill-Kajr u l-konverżjoni għall-Iżlam Sunni fl-1045 bl-alleanza tagħhom lejn il-Bagdad, il-Kaliff tal-Fatimidi Ma'ad al-Mustansir Billah bagħat bħala kastig gruppi ta' tribujiet Għarab (Banu Hilal u Banu Sulaym) biex jinvadu l-Ifriqiya. Dawn l-invażuri ħakmu lil Kairouan miż-Żiridi fl-1057 u qerduha b'tali mod li qatt ma reġgħet kisbet l-importanza li kellha u l-influss tagħhom kien fattur ewlieni fit-tifrix tan-nomadiżmu f'żoni fejn l-agrikoltura qabel kienet dominanti. Xi 1,700 sena ta' progress intermittenti iżda kontinwu xxejjen fi żmien deċennju u bħal fil-biċċa l-kbira tal-pajjiż it-territorju ta' Kairouan ġie abbandunat għal kważi żewġ sekli. Fis-seklu 13, taħt id-dinastija għanja tal-Ħafsidi li rrenjaw fl-Ifriqiya, il-belt bdiet terġa' tfeġġ mill-fdalijiet tagħha. Kien biss taħt id-dinastija tal-Ħusainidi li Kairouan bdiet terġa' ssib postha fil-pajjiż u fid-dinja Iżlamika. Fl-1881, Kairouan ittieħdet mill-Franċiżi, u b'hekk in-nies mhux Musulmani tħallew jaċċessaw il-belt. Il-Franċiżi bnew il-linja ferrovjarja ta' Decauville bejn Sousse u Kairouan, li operat mill-1882 sal-1996, qabel ma ġiet ikkonvertita b'gejġ minn 600 millimetru għal 1,000 millimetru.
Sit ta' Wirt Dinji
Kairouan ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Klima
Kairouan għandha klima semiarida sħuna (BSh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen).
Data klimatika għal Kairouan (1981-2010, temp. estremi 1901-2017) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 30.0 (86.0) | 37.3 (99.1) | 39.2 (102.6) | 37.8 (100.0) | 44.6 (112.3) | 48.0 (118.4) | 47.9 (118.2) | 50.3 (122.5) | 45.0 (113.0) | 41.3 (106.3) | 36.0 (96.8) | 30.9 (87.6) | 48.1 (118.6) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 17.2 (63.0) | 18.4 (65.1) | 21.1 (70.0) | 24.3 (75.7) | 29.2 (84.6) | 34.3 (93.7) | 37.7 (99.9) | 37.5 (99.5) | 32.5 (90.5) | 27.8 (82.0) | 22.2 (72.0) | 18.3 (64.9) | 26.7 (80.1) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 11.5 (52.7) | 12.4 (54.3) | 14.8 (58.6) | 17.5 (63.5) | 21.8 (71.2) | 26.2 (79.2) | 29.3 (84.7) | 29.5 (85.1) | 25.7 (78.3) | 21.7 (71.1) | 16.5 (61.7) | 12.9 (55.2) | 20.0 (68.0) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 6.9 (44.4) | 7.3 (45.1) | 9.3 (48.7) | 11.7 (53.1) | 15.4 (59.7) | 19.3 (66.7) | 22.2 (72.0) | 22.9 (73.2) | 20.4 (68.7) | 16.7 (62.1) | 11.7 (53.1) | 8.2 (46.8) | 14.3 (57.8) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −4.5 (23.9) | −3.0 (26.6) | −3.0 (26.6) | 0.0 (32.0) | 4.0 (39.2) | 6.5 (43.7) | 8.0 (46.4) | 12.0 (53.6) | 9.0 (48.2) | 5.5 (41.9) | −3.0 (26.6) | −3.5 (25.7) | −4.5 (23.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 28.7 (1.13) | 19.1 (0.75) | 28.1 (1.11) | 26.6 (1.05) | 22.8 (0.90) | 8.0 (0.31) | 2.0 (0.08) | 11.4 (0.45) | 44.2 (1.74) | 41.6 (1.64) | 28.3 (1.11) | 29.0 (1.14) | 289.8 (11.41) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 3.5 | 3.7 | 4.9 | 4.3 | 2.9 | 1.6 | 0.7 | 2.1 | 3.5 | 4.3 | 2.9 | 3.5 | 37.9 |
Umdità relattiva medja (%) | 64 | 62 | 62 | 61 | 58 | 53 | 49 | 53 | 59 | 65 | 65 | 65 | 60 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 186.0 | 190.4 | 226.3 | 252.0 | 300.7 | 324.0 | 362.7 | 334.8 | 270.0 | 235.6 | 207.0 | 186.0 | 3,075.5 |
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum | 6.0 | 6.8 | 7.3 | 8.4 | 9.7 | 10.8 | 11.7 | 10.8 | 9.0 | 7.6 | 6.9 | 6.0 | 8.4 |
Sors 1: Institut National de la Météorologie (jiem bil-preċipitazzjoni/umdità/xemx 1961-1990, temp. estremi 1951-2017). | |||||||||||||
Sors 2: NOAA (umdità u xemx 1961-1990), Deutscher Wetterdienst (temp. estremi 1901-1990) |
Reliġjon
Bejn is-sekli 9 u 11 W.K., Kairouan kienet tintuża bħala wieħed miċ-ċentri l-kbar taċ-ċivilizzazzjoni Iżlamika u kisbet reputazzjoni bħala ċentru tal-istudji fil-Magreb kollu. Matul dan il-perjodu, il-Moskea l-Kbira ta' Kairouan saret kemm post tat-talb kif ukoll ċentru tat-tagħlim tax-xjenzi Iżlamiċi taħt it-twemmin Maliki. Tradizzjoni reliġjuża unika pprattikata f'Kairouan kienet l-użu tal-liġi Iżlamika għall-infurzar tal-monogamija billi kienet tiġi stipulata fil-kuntratt taż-żwieġ. Skont it-tradizzjoni lokali, seba' pellegrinaġġi lejn il-Moskea l-Kbira ta' Kairouan jiswew daqs pellegrinaġġ lejn il-Mekka. Skont uħud fil-fatt Kairouan hija r-raba' l-iktar belt qaddisa fl-Iżlam wara Mekka, Medina u Ġerusalemm. Sal-2004 il-belt kien fiha 89 moskea. Fil-belt isiru festi Sufisti biex ifakkru l-qaddisin.
Qabel il-wasla tal-Franċiżi fl-1881, in-nies mhux Musulmani ma setgħux jgħixu f'Kairouan. Komunità Kristjana kienet teżisti hemmhekk fil-bidu tas-seklu 11 flimkien mal-Lhud li kienu fost l-insedjaturi oriġinali ta' Kairouan. L-era tad-deheb tal-komunità Lhudija bdiet fl-aħħar tas-seklu 8 u damet sal-bidu tas-seklu 11. Matul dan iż-żmien kellha rwol importanti fl-istorja Lhudija, peress li kienet ċentru dinji tal-istudji Talmudiċi u Ħalakiċi għal mill-inqas tliet ġenerazzjonijiet. Il-ħakma ta' Kairouan fl-1057 mill-Banu Hilal wasslet għad-deklin tal-komunità Medjevali u l-Lhud reġgħu lura biss wara li t-Tuneżija ġiet stabbilita bħala protettorat Franċiż fl-1881. Sas-snin 60 tas-seklu 20, il-komunità kienet għebet, u kull ma fadal hu ċ-ċimiterju dilapidat tagħhom.
Attrazzjonijiet prinċipali
Il-Moskea l-Kbira ta' Kairouan
L-attrazzjoni prinċipali tal-belt hija l-Moskea l-Kbira ta' Sidi-Uqba (magħrufa wkoll bħala l-Moskea l-Kbira ta' Kairouan) li hija wieħed mill-ikbar monumenti Iżlamiċi u l-iżjed impressjonanti fit-Tramuntana tal-Afrika. Oriġinarjament inbniet meta Kairouan ġiet stabbilita fis-670 W.K. Attwalment il-moskea tokkupa erja ta' iktar minn 9,000 metru kwadru (97,000 pied kwadru) u hija waħda mill-eqdem postijiet ta' qima fid-dinja Iżlamika. Il-moskea saret ċentru tal-edukazzjoni kemm tal-ħsieb Iżlamiku kif ukoll tax-xjenzi lajċi u b'hekk għenet il-belt tiżviluppa u tikber.
Il-Moskea tat-Tliet Daħliet
Il-Moskea tat-Tliet Daħliet ġiet stabbilita fit-866. Il-faċċata tagħha hija eżempju notevoli tal-arkitettura Iżlamika. Għandha tliet daħliet bl-arkati mżejna bi tliet kitbiet bil-kalligrafija Kufika, kif ukoll b'riljievi ġeometriċi u bil-fjuri, u freġju mnaqqax fuq nett; l-ewwel kitba tinkludi l-versi 70-71 tas-sura 33 tal-Koran. Il-minaret żgħir żdied matul ix-xogħol ta' restawr li sar taħt id-dinastija Ħafsida. Is-sala tat-talb għandha navata u żewġ korsiji, maqsuma b'kolonni jirfdu l-ħnejjiet, b'mod parallel mal-ħajt tal-qibla.
Il-Moskea tal-Barbier
Il-Mawżolew ta' Sidi Sahib, magħruf ġeneralment bħala l-Moskea tal-Barbier, effettivament huwa zaouia li jinsab fi ħdan il-ħitan tal-belt. Inbena mill-Muradid Hammuda Pasha Bey (il-mawżolew, il-koppla u l-bitħa interna) u l-Murad II Bey (il-minaret u l-madrasa). Fil-qagħda attwali tiegħu, il-monument imur lura għas-seklu 17.
Il-moskea hija post tal-qima għal Abu Zama' al-Balaui, sieħeb tal-profeta Muħammed, li skont leġġenda, kien warrab għalih tliet xagħriet mid-daqna ta' Muħammed, u għalhekk is-sit ingħata dan il-laqam. Il-post tas-sepulkru jiġi aċċessat minn bitħa qisha kjostru mżejna b'ċeramika u bi stukko lussużi.
Vaski Aglabidi
Il-vaski Aglabidi huma monument storiku Tuneżin u jinsabu f'Kairouan. Imorru lura għas-seklu 9 u jinsabu barra mill-ħitan tal-medina ta' Kairouan. Jitqiesu bħala l-iżjed sistemi idrawliċi importanti fl-istorja tad-dinja Musulmana. L-istruttura tkopri erja ta' 11,000 metru kwadru u tikkonsisti minn vaska żgħira fejn joqgħod l-ilma, vaska kbir għall-ħżin tal-ilma u żewġ tankijiet oħra, li b'kollox għandhom kapaċità ta' ħżin totali ta' 68,800 metru kubu.
Ekonomija
Is-setturi ekonomiċi primarji f'Kairouan huma l-industrija, l-agrikoltura u t-turiżmu.
Industrija
Ir-reġjun ta' Kairouan attwalment fih 167 kumpanija industrijali li joffru iktar minn 10,000 impjieg, li minnhom 33 huma esportaturi. L-attivitajiet industrijali tar-reġjun huma pjuttost diversifikati, għalkemm is-settur industrijali tal-oġġetti agroalimentari huwa prominenti b'91 unità.
Agrikoltura
Il-Governorat ta' Kairouan huwa magħruf l-iktar għall-produzzjoni tal-ħxejjex (bżar, tadam) u tal-frott (berquq, lewż u żebbuġ). Huwa l-produttur nazzjonali ewlieni tal-bżar jaħraq bi kważi 90,000 tunnellata fl-2019, kif ukoll tal-berquq b'iktar minn 15,000 tunnellata.
Turiżmu
Kairouan hija waħda mill-erba' siti li jżuruhom l-iktar nies fit-Tuneżija, flimkien mas-siti storiċi ta' Kartaġni, El Jem u Le Bardo. Essenzjalment, jekk mhux esklużivament, l-attività turistika tiffoka l-iktar fuq is-siti u l-monumenti tal-belt ta' Kairouan.
Nies notevoli
- – prinċipessa Berbera attestata storikament li x'aktarx mietet fil-belt.
- – is-17-il Prim Ministru tat-Tuneżija (l-ewwel Prim Ministru mara fid-dinja Għarbija).
Ikel
Kairouan hija magħrufa għall-ħelu tagħha (eż. zlebia u makroudh).
Fil-kultura popolari
Kairouan intużat biex inġibed il-film tal-1981 Raiders of the Lost Ark, taparsi l-Kajr. Peress li l-film kien ambjentat fl-1936, l-antenni tat-televiżjoni fil-belt kollha tneħħew għall-ġbid kollu tal-film.
Ġemellaġġ
|
Gallerija
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Kairouan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-04.
- ^ Luscombe, David; Riley-Smith, Jonathan, eds. (2004). The New Cambridge Medieval History, Volume 2; Volume 4. Cambridge University Press. p. 696. ISBN 9780521414111.
- ^ Europa Publications "General Survey: Holy Places" The Middle East and North Africa 2003, p. 147. Routledge, 2003. ISBN 1-85743-132-4.
- ^ Hutchinson Encyclopedia 1996 Edition. Helicon Publishing Ltd, Oxford. 1996. p. 572. ISBN 1-85986-107-5.
- ^ Cairoan. Volume II. Miġbur 2023-12-04.
- ^ "Temperaturi". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Temp. rekord". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Temp. estremi". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Klima" (PDF).
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kairouan, X'inhi Kairouan? Xi tfisser Kairouan?
Kairouan ˌkaɪer ʊ ˈwɑːn spelluta wkoll bħala El Qayrawan jew Kairwan bl Għarbi ٱل ق ي ر و ان b ittri Rumani al Qayrawan ael qɑjrɑˈwaeːn bl Għarbi Tunezin Qeirwan qɪrˈwɛːn hija l belt kapitali tal Governorat ta Kairouan fit Tunezija u Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Il belt ġiet stabbilita mill għall ħabta tas 670 matul il perjodu tal Kaliff Mu awiya li rrenja fis 661 680 f dan iz zmien saret ċentru importanti għall istudjuzi Izlamiċi Sunniti u għat tagħlim tal Koran u b hekk attirat Musulmani minn diversi partijiet tad dinja Il Moskea ta Uqba tinsab fil belt Kairouan TunezijaAmministrazzjoniPajjizTunezijaGovernorate of TunisiaGovernorat ta KairouanIsem uffiċjali القيروانIsmijiet oriġinali القيروان رابعة الثلاثKodiċi postali 3100ĠeografijaKoordinati 35 41 N 10 06 E 35 68 N 10 1 E 35 68 10 1 Koordinati 35 41 N 10 06 E 35 68 N 10 1 E 35 68 10 1KairouanKairouan Tunisia Superfiċjenti 68 02 hectare 154 36 hectareGħoli 68 mDemografijaPopolazzjoni 186 653 abitanti 2014 Informazzjoni oħraFondazzjoni 670Zona tal Ħin UTC 1bliet ġemellati Timbuktu Fes Samarkanda Cordobacommune kairouan gov tn Fl 2014 il belt kellha madwar 187 000 abitant EtimoloġijaL isem bl Għarbi ٱل ق ي ر و ان al Qayrawan ifisser grupp militari jew karovana terminu misluf mit terminu Persjan Nofsani karawan bil Persjan modern کاروان karvan li jfisser kolonna militari kar nies militari van stazzjonament jew karovana Bil Berberu il belt kienet tissejjaħ تيكيروان Tikirwan li huwa maħsub li kien adattament tal isem Għarbi L isem ġie spellut ukoll bħala Cairoan bl Ingliz modern bikri ĠeografijaVeduta panoramika mill bjut ta Kairouan Kairouan il belt kapitali tal Governorat ta Kairouan tinsab fin Nofsinhar ta 50 kilometru 31 mil mill kosta tal Lvant 75 kilometru 47 mil minn u 184 kilometru 114 il mil minn Tunez StorjaL istabbiliment ta Kairouan imur lura għall ħabta tas 670 meta l ġeneral Għarbi tal Kaliff għazel sit f nofs foresta densa li dak iz zmien kienet mimlija organizmi selvaġġi u rettili bħala sit għall istazzjonament militari għall konkwista tal Punent Preċedentement il belt ta Kamounia kienet tinsab fis sit fejn issa hemm Kairouan Qabel il konkwista Għarbija kienet ospitat gwarniġjon Bizantin u kienet tinsab il bogħod mill baħar għall kenn mill attakki kontinwi tal Berberi li rrezistew l invazjoni Għarbija b ruħhom u b ġisimhom Ir rezistenza Berbera kompliet immexxija l ewwel minn Kusaila u t truppi tagħhom qatlu lil Uqba f Biskra madwar ħmistax il sena wara l istabbiliment tal istazzjonament militari u mbagħad minn mara Berbera msejħa Al Kahina li nqatlet u l armata tagħha ġarrbet telfa fis 702 Sussegwentement seħħet konverzjoni tal massa tal Berberi għall Izlam Il Kariġiti jew il barranin Izlamiċi li ffurmaw setta egalitarja u puritana li għadha prezenti fil gzira ta Djerba F Ottubru 741 matul ir Rewwixta l Kbira tal Berberi fil Magreb l armata tal Ifriqiya flimkien ma qawwa Sirjana mibgħuta mill Kaliff inqerdet mill Berberi fil Battalja ta Bagdoura Il gvernatur miet fil battalja in neputi tiegħu u s suċċessur ġie midfun mal bqija tal armata fi Spanja u b hekk l Ifriqiya kollha ġiet esposta għall avvanzar tar ribelli Berberi Peress li ma kellux iktar qawwiet għad dispozizzjoni tiegħu il Kaliff tal Umajjad Hisham malajr ħatar lil Handhala ibn Safwan bħala l gvernatur tal Ifriqiya b awtorita supervizorja fuq il Magreb kollu it Tramuntana tal Afrika lejn il Punent tal Eġittu u fuq al Andalus Spanja u tah struzzjonijiet biex jiġbor il qawwiet kollha possibbli biex jiddefendi l Ifriqiya u jrazzan ir ribelljoni Berbera Handhala ħalla l Eġittu f idejn Hafs ibn al Walid ibn Yusuf al Hadrami u reħielha lejn il Punent fi Frar 742 u ġabar qawwiet addizzjonali minn Barqa Ċirenajka u minn Tripli Tripolitania Huwa wasal f Kairouan għall ħabta ta April 742 Il qadi tal Ifriqiya Abd al Rahman ibn Oqba al Ghaffari kien qed jieħu ħsieb id difiza ta Kairouan u rnexxielu jirrezisti attakk mill armata tar ribelli Berberi miġbura min Nofsinhar tat Tunezija mill mexxej Sufrit Oqasha ibn Ayub al Fezari Handhala ibn Safwan wasal f Kairouan ezatt kif kien maħsub li Oqasha kien se jwettaq attakk ġdid b koordinazzjoni ma armata Berbera kbira oħra ġejja mill Punent u mmexxija minn Abd al Wahid ibn Yazid al Hawwari L armati tar ribelli Berberi kellhom jiltaqgħu quddiem Kairouan qabel ma jwettqu l attakk finali tagħhom fuq il belt Mingħajr ħela ta ħin Handhala bagħat qawwa tal kavallerija biex irazzan l avvanzar ta Abd al Wahid u stazzjona l biċċa l kbira tal qawwiet tiegħu fin Nofsinhar u rebaħ kontra Oqasha f battalja mdemmija f El Qarn u ħatfu bħala priġunier Izda Handhala kien diġa ġarrab bosta telfiet hu stess u issa kien qed jiffaċċja l aħbar ħazina tal armata ġganteska ta Abd al Wahid li jingħad li kellha xi 300 000 ruħ ċertament l ikbar armata Berbera ta kull zmien Handhala ħaffef lura u jingħad li arma l popolazzjoni kollha ta Kairouan sabiex isaħħaħ l armata tiegħu qabel ma reġa mar għall ġlied F dik li x aktarx kienet l izjed battalja mdemmija fil gwerer Berberi Handhala ibn Safwan rebaħ kontra l armata l kbira tal Berberi ta Abd al Wahid ibn Yazid f al Asnam f Mejju 742 jew forsi ftit wara tliet mili biss il barra minn Kairouan Xi 120 000 180 000 Berberu inkluz Abd al Wahid mietu f dik il battalja Fis 745 il Berberi Kaġariti ħatfu lil Kairouan li dak iz zmien diġa kienet belt zviluppata b ġonna jħaddru u bis siġar taz zebbuġ It taqbid għall poter baqa għaddej sa ma Ibrahim ibn al Aghlab reġa ħataf lil Kairouan fi tmiem is seklu 8 Fit 800 il Kaliff Harun ar Rashid f ikkonferma lil Ibrahim bħala l Emir u l mexxej ereditarju tal Ifriqiya Ibrahim ibn al Aghlab stabbilixxa d dinastija Aglabida li mexxiet l Ifriqiya bejn it 800 u d 909 L Emiri l ġodda sebħu lil Kairouan u għamluha l belt kapitali tagħhom F qasir zmien saret famuza għall ġid u għall prosperita tagħha u laħqet il livelli ta Basra u ta Kufa u b hekk it Tunezija gawdiet waħda mill epoki tad deheb wara l glorja ta Kartaġni L Aglabidi bnew il moskea l kbira u fiha stabbilew universita li kienet ċentru tal edukazzjoni kemm tal ħsieb Izlamiku kif ukoll tax xjenzi lajċi Ir rwol tagħha jista jitqabbel ma dak tal Universita ta Pariġi fil Medju Evu Fis seklu 9 il belt saret il qalba tal kulturi Għarab u Izlamiċi u attirat diversi studjuzi mid dinja Izlamika kollha F dak il perjodu l Imam Sahnun u Asad ibn al Furat zviluppaw lil Kairouan bħala tempju tal għarfien u ċentru mill aqwa tad diffuzjoni tax xjenzi Izlamiċi L Aglabidi bnew ukoll palazzi fortifikazzjonijiet u strutturi fini tal ilma li għad fadal biss il vaski tagħhom Minn Kairouan mibgħuta minn u l Imperu Ruman Sagru reġgħu lura b rapporti mistagħġba ta palazzi libreriji u ġonna Aglabidi u tat tassazzjoni kbira imposta għall ħlas tax xorb alkoħoliku u l frott imqaddet tagħhom L Aglabidi ppaċifikaw il pajjiz u ħakmu lil Sqallija wkoll fit 827 Fit 893 permezz tal missjoni ta Abdullah al Mahdi il Berberi Kutama mill Punent tal pajjiz bdew il moviment tal Xiiti Fid 909 seħħet il waqgħa tal Aglabidi Sunniti li rrenja fl Ifriqiya u l istabbiliment tad dinastija Fatimida Matul it tmexxija tal Fatimidi Kairouan ġiet ittraskurata u telfet l importanza li kellha il mexxejja l ġodda rresjedew l ewwel f Raqqada izda ftit wara ttrasferew il belt kapitali tagħhom lejn Al Mahdiyah mal kosta tal Lvant tat Tunezija Wara li rnexxielhom jestendu t tmexxija tagħhom fuq il Magreb ċentrali kollu zona li kienet tikkonsisti mill pajjizi moderni tal Marokk l Alġerija it Tunezija u l Libja eventwalment iċċaqilqu lejn il Lvant lejn il Kajr l Eġittu u għamluha l belt kapitali tal Kaliffat kbir tagħhom u ħallew liz bħala l vassalli tagħhom fl Ifriqiya Iz Ziridi li ggvernaw mill ġdid minn Kairouan mexxew il pajjiz f epoka artistika kummerċjali u agrikoli L iskejjel u l universitajiet iffjorixxew il kummerċ barrani tal manifatturi u tal biedja lokali tkattar u l qrati tal mexxejja Ziridi kienu ċentri raffinati li sebqu dawk tal kontemporanji Ewropej tagħhom Meta z Ziridi ddikjaraw l indipendenza tagħhom mill Kajr u l konverzjoni għall Izlam Sunni fl 1045 bl alleanza tagħhom lejn il Bagdad il Kaliff tal Fatimidi Ma ad al Mustansir Billah bagħat bħala kastig gruppi ta tribujiet Għarab Banu Hilal u Banu Sulaym biex jinvadu l Ifriqiya Dawn l invazuri ħakmu lil Kairouan miz Ziridi fl 1057 u qerduha b tali mod li qatt ma reġgħet kisbet l importanza li kellha u l influss tagħhom kien fattur ewlieni fit tifrix tan nomadizmu f zoni fejn l agrikoltura qabel kienet dominanti Xi 1 700 sena ta progress intermittenti izda kontinwu xxejjen fi zmien deċennju u bħal fil biċċa l kbira tal pajjiz it territorju ta Kairouan ġie abbandunat għal kwazi zewġ sekli Fis seklu 13 taħt id dinastija għanja tal Ħafsidi li rrenjaw fl Ifriqiya il belt bdiet terġa tfeġġ mill fdalijiet tagħha Kien biss taħt id dinastija tal Ħusainidi li Kairouan bdiet terġa ssib postha fil pajjiz u fid dinja Izlamika Fl 1881 Kairouan ittieħdet mill Franċizi u b hekk in nies mhux Musulmani tħallew jaċċessaw il belt Il Franċizi bnew il linja ferrovjarja ta Decauville bejn Sousse u Kairouan li operat mill 1882 sal 1996 qabel ma ġiet ikkonvertita b gejġ minn 600 millimetru għal 1 000 millimetru Sit ta Wirt DinjiIl Moskea l Kbira ta Kairouan Kairouan ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju KlimaKairouan għandha klima semiarida sħuna BSh skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Data klimatika għal Kairouan 1981 2010 temp estremi 1901 2017 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 30 0 86 0 37 3 99 1 39 2 102 6 37 8 100 0 44 6 112 3 48 0 118 4 47 9 118 2 50 3 122 5 45 0 113 0 41 3 106 3 36 0 96 8 30 9 87 6 48 1 118 6 Temp għolja medja f C F 17 2 63 0 18 4 65 1 21 1 70 0 24 3 75 7 29 2 84 6 34 3 93 7 37 7 99 9 37 5 99 5 32 5 90 5 27 8 82 0 22 2 72 0 18 3 64 9 26 7 80 1 Temp medja ta kuljum f C F 11 5 52 7 12 4 54 3 14 8 58 6 17 5 63 5 21 8 71 2 26 2 79 2 29 3 84 7 29 5 85 1 25 7 78 3 21 7 71 1 16 5 61 7 12 9 55 2 20 0 68 0 Temp baxxa medja f C F 6 9 44 4 7 3 45 1 9 3 48 7 11 7 53 1 15 4 59 7 19 3 66 7 22 2 72 0 22 9 73 2 20 4 68 7 16 7 62 1 11 7 53 1 8 2 46 8 14 3 57 8 Temp baxxa rekord f C F 4 5 23 9 3 0 26 6 3 0 26 6 0 0 32 0 4 0 39 2 6 5 43 7 8 0 46 4 12 0 53 6 9 0 48 2 5 5 41 9 3 0 26 6 3 5 25 7 4 5 23 9 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 28 7 1 13 19 1 0 75 28 1 1 11 26 6 1 05 22 8 0 90 8 0 0 31 2 0 0 08 11 4 0 45 44 2 1 74 41 6 1 64 28 3 1 11 29 0 1 14 289 8 11 41 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 1 0 mm 3 5 3 7 4 9 4 3 2 9 1 6 0 7 2 1 3 5 4 3 2 9 3 5 37 9 Umdita relattiva medja 64 62 62 61 58 53 49 53 59 65 65 65 60 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 186 0 190 4 226 3 252 0 300 7 324 0 362 7 334 8 270 0 235 6 207 0 186 0 3 075 5 Medja ta sigħat ta xemx kuljum 6 0 6 8 7 3 8 4 9 7 10 8 11 7 10 8 9 0 7 6 6 9 6 0 8 4 Sors 1 Institut National de la Meteorologie jiem bil preċipitazzjoni umdita xemx 1961 1990 temp estremi 1951 2017 Sors 2 NOAA umdita u xemx 1961 1990 Deutscher Wetterdienst temp estremi 1901 1990 ReliġjonMunita tad deheb tal Kaliff Fatimid Al Mahdi Billah izzekkata f Kairouan fid 912 W K Bejn is sekli 9 u 11 W K Kairouan kienet tintuza bħala wieħed miċ ċentri l kbar taċ ċivilizzazzjoni Izlamika u kisbet reputazzjoni bħala ċentru tal istudji fil Magreb kollu Matul dan il perjodu il Moskea l Kbira ta Kairouan saret kemm post tat talb kif ukoll ċentru tat tagħlim tax xjenzi Izlamiċi taħt it twemmin Maliki Tradizzjoni reliġjuza unika pprattikata f Kairouan kienet l uzu tal liġi Izlamika għall infurzar tal monogamija billi kienet tiġi stipulata fil kuntratt taz zwieġ Skont it tradizzjoni lokali seba pellegrinaġġi lejn il Moskea l Kbira ta Kairouan jiswew daqs pellegrinaġġ lejn il Mekka Skont uħud fil fatt Kairouan hija r raba l iktar belt qaddisa fl Izlam wara Mekka Medina u Ġerusalemm Sal 2004 il belt kien fiha 89 moskea Fil belt isiru festi Sufisti biex ifakkru l qaddisin Triq Bab Chouhada fl 1899 Qabel il wasla tal Franċizi fl 1881 in nies mhux Musulmani ma setgħux jgħixu f Kairouan Komunita Kristjana kienet tezisti hemmhekk fil bidu tas seklu 11 flimkien mal Lhud li kienu fost l insedjaturi oriġinali ta Kairouan L era tad deheb tal komunita Lhudija bdiet fl aħħar tas seklu 8 u damet sal bidu tas seklu 11 Matul dan iz zmien kellha rwol importanti fl istorja Lhudija peress li kienet ċentru dinji tal istudji Talmudiċi u Ħalakiċi għal mill inqas tliet ġenerazzjonijiet Il ħakma ta Kairouan fl 1057 mill Banu Hilal wasslet għad deklin tal komunita Medjevali u l Lhud reġgħu lura biss wara li t Tunezija ġiet stabbilita bħala protettorat Franċiz fl 1881 Sas snin 60 tas seklu 20 il komunita kienet għebet u kull ma fadal hu ċ ċimiterju dilapidat tagħhom Attrazzjonijiet prinċipaliIl Moskea l Kbira ta Kairouan hija magħrufa wkoll bħala l Moskea ta Uqba il Moskea l Kbira ta Sidi Uqba Il Moskea l Kbira ta Kairouan L attrazzjoni prinċipali tal belt hija l Moskea l Kbira ta Sidi Uqba magħrufa wkoll bħala l Moskea l Kbira ta Kairouan li hija wieħed mill ikbar monumenti Izlamiċi u l izjed impressjonanti fit Tramuntana tal Afrika Oriġinarjament inbniet meta Kairouan ġiet stabbilita fis 670 W K Attwalment il moskea tokkupa erja ta iktar minn 9 000 metru kwadru 97 000 pied kwadru u hija waħda mill eqdem postijiet ta qima fid dinja Izlamika Il moskea saret ċentru tal edukazzjoni kemm tal ħsieb Izlamiku kif ukoll tax xjenzi lajċi u b hekk għenet il belt tizviluppa u tikber Il Moskea tat Tliet Daħliet Il Moskea tat Tliet Daħliet ġiet stabbilita fit 866 Il faċċata tagħha hija ezempju notevoli tal arkitettura Izlamika Għandha tliet daħliet bl arkati mzejna bi tliet kitbiet bil kalligrafija Kufika kif ukoll b riljievi ġeometriċi u bil fjuri u freġju mnaqqax fuq nett l ewwel kitba tinkludi l versi 70 71 tas sura 33 tal Koran Il minaret zgħir zdied matul ix xogħol ta restawr li sar taħt id dinastija Ħafsida Is sala tat talb għandha navata u zewġ korsiji maqsuma b kolonni jirfdu l ħnejjiet b mod parallel mal ħajt tal qibla Il Moskea tal Barbier Il Moskea tal Barbier Il Mawzolew ta Sidi Sahib magħruf ġeneralment bħala l Moskea tal Barbier effettivament huwa zaouia li jinsab fi ħdan il ħitan tal belt Inbena mill Muradid Hammuda Pasha Bey il mawzolew il koppla u l bitħa interna u l Murad II Bey il minaret u l madrasa Fil qagħda attwali tiegħu il monument imur lura għas seklu 17 Il moskea hija post tal qima għal Abu Zama al Balaui sieħeb tal profeta Muħammed li skont leġġenda kien warrab għalih tliet xagħriet mid daqna ta Muħammed u għalhekk is sit ingħata dan il laqam Il post tas sepulkru jiġi aċċessat minn bitħa qisha kjostru mzejna b ċeramika u bi stukko lussuzi Il Vaski Aglabidi Vaski Aglabidi Il vaski Aglabidi huma monument storiku Tunezin u jinsabu f Kairouan Imorru lura għas seklu 9 u jinsabu barra mill ħitan tal medina ta Kairouan Jitqiesu bħala l izjed sistemi idrawliċi importanti fl istorja tad dinja Musulmana L istruttura tkopri erja ta 11 000 metru kwadru u tikkonsisti minn vaska zgħira fejn joqgħod l ilma vaska kbir għall ħzin tal ilma u zewġ tankijiet oħra li b kollox għandhom kapaċita ta ħzin totali ta 68 800 metru kubu Veduta panoramika tal Vaski Aglabidi EkonomijaIs setturi ekonomiċi primarji f Kairouan huma l industrija l agrikoltura u t turizmu Industrija Ir reġjun ta Kairouan attwalment fih 167 kumpanija industrijali li joffru iktar minn 10 000 impjieg li minnhom 33 huma esportaturi L attivitajiet industrijali tar reġjun huma pjuttost diversifikati għalkemm is settur industrijali tal oġġetti agroalimentari huwa prominenti b 91 unita Agrikoltura Il Governorat ta Kairouan huwa magħruf l iktar għall produzzjoni tal ħxejjex bzar tadam u tal frott berquq lewz u zebbuġ Huwa l produttur nazzjonali ewlieni tal bzar jaħraq bi kwazi 90 000 tunnellata fl 2019 kif ukoll tal berquq b iktar minn 15 000 tunnellata Il Lukanda ta Kasba Turizmu Kairouan hija waħda mill erba siti li jzuruhom l iktar nies fit Tunezija flimkien mas siti storiċi ta Kartaġni El Jem u Le Bardo Essenzjalment jekk mhux eskluzivament l attivita turistika tiffoka l iktar fuq is siti u l monumenti tal belt ta Kairouan Nies notevoli prinċipessa Berbera attestata storikament li x aktarx mietet fil belt is 17 il Prim Ministru tat Tunezija l ewwel Prim Ministru mara fid dinja Għarbija Produttur tal ikel tradizzjonali f Kairouan IkelKairouan hija magħrufa għall ħelu tagħha ez zlebia u makroudh Fil kultura popolariKairouan intuzat biex inġibed il film tal 1981 Raiders of the Lost Ark taparsi l Kajr Peress li l film kien ambjentat fl 1936 l antenni tat televizjoni fil belt kollha tneħħew għall ġbid kollu tal film ĠemellaġġFes il Marokk mit 22 ta Ottubru 1965 l Alġerija mit 28 ta Mejju 1969 Cordoba Spanja mill 10 ta Ġunju 1969 Kajr l Eġittu mill 14 ta Marzu 1976 Samarkanda l Uzbekistan mill 5 ta Ottubru 1977 Timbuktu il Mali mit 2 ta Ġunju 1986 it Turkija mis 26 ta Diċembru 1987 l Iran mis 26 ta Diċembru 1987GallerijaReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Kairouan UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 12 04 Luscombe David Riley Smith Jonathan eds 2004 The New Cambridge Medieval History Volume 2 Volume 4 Cambridge University Press p 696 ISBN 9780521414111 Europa Publications General Survey Holy Places The Middle East and North Africa 2003 p 147 Routledge 2003 ISBN 1 85743 132 4 Hutchinson Encyclopedia 1996 Edition Helicon Publishing Ltd Oxford 1996 p 572 ISBN 1 85986 107 5 Cairoan Volume II Miġbur 2023 12 04 Temperaturi web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2019 12 19 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Temp rekord web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2019 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Temp estremi web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2019 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Klima PDF