Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Malta taħt il Franċiżi kien perjodu qasir ta sentejn mill 1798 sal 1800 L Ordni ta San Ġwann ċeda Malta lil Napuljun Bon

Malta taħt il Franċiżi

  • Paġna Ewlenija
  • Malta taħt il Franċiżi
Malta taħt il Franċiżi
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Malta taħt il-Franċiżi kien perjodu qasir ta' sentejn mill-1798 sal-1800. L-Ordni ta' San Ġwann ċeda Malta lil Napuljun Bonaparte hekk kif il-Franċiżi żbarkaw f'Ġunju 1798. Il-Franċiżi f'Malta stabbilew tradizzjoni kostituzzjonali fl-istorja tal-gżejjer (bħala parti mir-Repubblika Franċiża), ipprovdew edukazzjoni b'xejn lil kulħadd, u teorikament stabbilew il-, għalkemm matul l-okkupazzjoni ġiet ippubblikata biss il-gazzetta favur il-Franċiżi Journal de Malte.

Il-Franċiżi abolixxew tan-nobbiltà, l-iskjavitù, is-sistema fewdali u l-inkwiżizzjoni. L-uniku tfakkira arkitetturali tal-okkupazzjoni tal-Franċiżi x'aktarx hija l-isfreġju tal-biċċa l-kbira tal-istemmi fil-faċċati tal-binjiet tal-Kavallieri. Il-Maltin wara ftit irribellaw u b'hekk il-Franċiżi kellhom jirtiraw fil-Belt Valletta u fil-fortifikazzjonijiet tal- fejn kienu assedjati għal sentejn sħaħ. Il-Franċiżi ċedew meta l-provvisti tal-ikel tagħhom kienu waslu biex jispiċċaw.

Invażjoni tal-Franċiżi f'Malta

Fid-19 ta' Mejju 1798, flotta Franċiża salpat minn Toulon, b'aktar minn 30,000 suldat taħt il-kmand tal-Ġeneral Napuljun Bonaparte. L-ispedizzjoni kellha l-mira prinċipali li tieħu l-Eġittu, iżda t-teħid ta' Malta kien ukoll jagħmel parti minn din l-avventura militari. Il-Franċiżi ried jaħkem l-Eġittu biex ikollu aktar kontroll lejn l-artijiet Asjatiċi. B'hekk seta' wkoll iġiegħel lill-Ingliżi iċedu fil- li kienu bdew fl-1792. Il-flotta hi u tbaħħar lejn Malta, ġabret magħha mezzi oħra tat-trasport mill-portijiet Taljani. Fid-9 ta' Ġunju il-qawwa navali Franċiża feġġgħet quddiem il-Port il-Kbir. Dak iż-żmien, Malta u l-gżejjer ġirien kienu mmexxija mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, ordni fewdali antika li tal-Imperu Ruman Sagru kien wiegħed li jipproteġi. L-Ordni kiernet tilfet ħafna dħul finanzjarju matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Il- irrifjuta t-talba ta' Napuljun li l-konvoj kollu tiegħu jitħalla jidħol fil-Port il-Kbir biex jieħu xi provvisti tal-ilma, għaliex insista li n-newtralità ta' Malta kienet tippermetti li jitħallew jidħlu żewġ bastimenti biss.

Malli rċieva din it-tweġiba, Napuljun mill-ewwel ordna l-flotta tiegħu tibbumbardja lill-Belt Valletta u fil-11 ta' Ġunju, il-Ġeneral Louis Baraguey d'Hilliers iddirieġa l-operazzjoni tal-iżbark ta' diversi eluf ta' suldati f'seba' siti strateġiċi madwar Malta. Ħafna mill-Kavallieri Franċiżi ma tawx każ l-ordni (għalkemm uħud iġġieldu bi qlubija), biss ma rnexxielhomx jagħmlu wisq reżistenza. Mal-2,000 suldat Malti irreżista u ġew sparati xi tiri tal-kanuni. Biss fl-ewwel 24 siegħa mill-isbark, bosta rtiraw lejn il-Belt Valletta. L-Imdina ittieħdet malajr mill-Ġeneral Claude-Henri Belgrand de Vaubois. Napuljun ġiegħel lill-Gran Mastru Hompesch iċedi lil Malta u r-riżorsi kollha tagħha lill-Franċiżi. Bi tpattija kellu jingħata flus u proprjetajiet fi Franza għalih u għall-Ordni. Napuljun malajr stabbilixxa gwarniġjon ta' suldati Franċiżi - daqs 4,000 - taħt il-kmand ta' Vaubois. Wara sitt ijiem, fid-19 ta' Ġunju, Napulju salpa bil-flotta tiegħu lejn .

Riformi

Waqt il-waqfa qasira tiegħu f'Malta, Napuljun għex f' fil-Belt Valletta (illum iservi bħala l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin). Napuljun implimenta għadd ta' riformi li kienu msejsa fuq il-prinċipji tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Dawn ir-riformi jistgħu jinqasmu f'erba' kategoriji ewlenin:

Soċjali

Il-poplu Malti ngħata l-ugwaljanza quddiem il-liġi, u bdew jitqiesu daqslikieku kienu ċittadini Franċiżi. In-nobbiltà Maltija ġiet abolita, u l-iskjavi f'Malta li kienu hawn fi żmien l-Ordni nħelsu kollha. Napuljun stabbilixxa Kummissjoni magħmula mill-uffiċjali Franġiżi taħt Vaubois u ħames ċittadini Maltin biex imexxu fil-bżonnijiet amministrattivi l-Gżejjer Maltin. Ġiet igarantita l-libertà tal-kelma u tal-istampa, għalkemm, fil-fatt kienet ippublikata gazzetta waħda biss - il- Journal de Malte. Il-priġunieri politiċi bħal Mikiel Anton Vassalli u dawk li kienu ħadu sehem fir-Rewwixta tal-Qassisin inħelsu, filwaqt li l-popolazzjoni tal-Lhud ingħatat permess tibni .

Amministrattivi

Il-proprjetajiet kollha tal-Ordni ngħatat lill-Gvern Franċiż. Il-Kummissjoni tal-Gvern li kellha tamministra l-gżejjer, kienet magħmula minn dawn li ġejjin:

Karigi Persuni
Commission de gouvernement (Kummissjoni tal-Gvern)
Gvernatur Militari Claude-Henri Belgrand de Vaubois
Kummissarju Michel-Louis-Étienne Regnaud
President tal-Kummissjoni Ċivili Jean de Boisredon de Ransijat
Segretarju tal-Kummissarju Coretterie
Membri Dun Francesco Saverio Caruana (Kanonku tal-Katidral tal-Imdina)
Baruni Jean-François Dorell (Ġurat tal-università)
Dr. Vincenzo Caruana (segretarju tal-Arċisqof u tal-president tal-qorti)
Cristoforo Frendo (nutar)
Benedetto Schembri (maġistrat)
Paolo Ciantar (merkant)
Carlo Astor
Commission des domaines (Kummissjoni ta' oqsma speċifiċi)
Membri Martthieu Poussielgue
Jean-André Caruson
Robert Roussel

Barra minn hekk, Malta ġiet maqsuma f'cantons (distretti awtonomi) u f'muniċipalitajiet. Kull canton u kull muniċipalità kienu mmexxija minn president, segretarju u erba' membri:

Malta
Karigi Persuni
Canton ta' Malta - Muniċipalità tal-Punent (il-Belt Valletta u l-Furjana)
Segretarju Aimable Vella
Membri Etienne Libreri
Nicolas Effner
Camille Sceberras
Philippe Torriggiani
Xavier Portoghese
Canton ta' Malta - Muniċipalità tal-Lvant (Birgu, Senglea u Cospicua)
Segretarju Francois Roux
Membri Joseph Maurin
Marc'Antoine Muscat
Jean Dalli
Gaetano Bertis
Gaetano Pisani
Canton tal-Imdina, Rabat u Dingli
President Grégorio Bonici
Segretarju Gaetano Vitale (nutar)
Membri Saverio Bernard (tabib)
Joseph Bonnici (avukat)
Paul Scriberras (bidwi)
Antonio Gionanni Pietro Vitale
Canton taż-Żebbuġ
President Stanislao L'Hoste
Segretarju Joseph Brignone (nutar)
Membri Francesco Azzopardi (bidwi)
Gaetano Fournier (bidwi)
Luigi Briffa (bidwi)
Saverio Bonanno
Canton ta' Qormi u Luqa
President Stanislao Gatt ()
Segretarju Joseph Casha
Membri Luigi Saverio Grech (nutar u segretarju ta' Luqa)
Emmanuele Micalef (tabib)
Alberto Camilleri (bidwi)
Horace Ellul (bidwi)
Canton tan-Naxxar, tal-Mosta u tal-Għargħur
President Andrea Micallef (nutar)
Segretarju Giovanni Maria Borg (avukat)
Membri Francesco Falzon (tabib)
Luigi Bezzina (avukat)
Giovanni Gafa (avukat)
Tommaso Chetcuti (avukat)
Canton ta' Birkirkara, Lija, Balzan u Attard
President Luigi Caruana (nutar)
Segretarju Francesco Saverio Zarb (nutar)
Membri Joseph Attard (qassis)
Gregorio Gatt (bidwi)
Pietro Cammenzuli (bidwi)
Angelo Grech (bidwi)
Canton tas-Siġġiewi, tal-Qrendi u tal-Imqabba
President Michelangelo Azzopardi (tabib)
Segretarju Francesco Farrugia
Membri Carmelo Saliba (bidwi)
Simone Spiteri (bidwi)
Giuseppe Magro (bidwi)
Nicolas Camilleri
Canton taż-Żejtun, taż-Żabbar, ta' Għaxaq u ta' Tarxien
President Paolo Mallia (tabib)
Segretarju Gregorio Mifsud (nutar)
Membri Alessandro Zammit (tabib)
Antonio Busuttil (bidwi)
Angelo Castagna (bidwi)
Giuseppe Montebello (bidwi)
Canton taż-Żurrieq, Safi, Kirkop u tal-Gudja
President Gaetano Sajdon (tabib)
Segretarju Giovanni Battista Sajdon
Membri Gaetano Dalli (bidwi)
Alessandro Damato (bidwi)
Giovanni Cassar (bidwi)
Filippo Castagna (bidwi)
Għawdex

Kmandant Franċiż: Jean Louis Ebénézer Reynier

Kariga Persuni
Muniċipalità tal-Belt ta' Għawdex (Rabat, Għarb, Sannat and Xewkija)
President Saverio Cassar (arċipriet)
Segretarju Giovanni Cassar
Membri Saverio Busuttil
Giuseppe Bondi
Francesco Pace
Saverio Pace
Muniċipalità ta' Caccia (Xagħra, Żebbuġ and Nadur)
President Vincenzo Cauchi (qassis)
Segretarju Benigno Cutajar
Membri Fortunato Grech (qassis)
Bartolomeo Busuttil
Giovanni Maria Sapiano
Francesco Attard

Twaqqfet ukoll Gwardja Nazzjonali, b'900 ruħ.

Edukattivi

Kien ippjanat li jinfetħu skejjel primarji fil-bliet u fl-irħula ewlenin, filwaqt li 60 student kellhom jitħallew jistudjaw fi Franza. L-Università ta' Malta ġiet abolita u minflok kellha tibda topera il-Polytecnique, biex jiġu mgħallma s-suġġetti xjentifiċi. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ir-riformi ma ġiet implimentata effettivament minħabba li wara biss tliet xhur il-Maltin irvellaw u fir-rewwixta ġiegħlu l-Franċiżi jissakkru wara s-swar u jibda l-Imblokk li dam sejjer sentejn.

Relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat

Il-proprjetà estensiva tal-Knisja f'Malta ġiet meħuda mill-Gvern, u l-ordnijiet reliġjużi tħallew iżommu kunvent/monasteru wieħed biss kull Ordni. L-Inkwiżizzjoni ġiet abolita wkoll, u l-aħħar inkwiżitur tkeċċa minn Malta.

Iktar 'il quddiem, it-truppi Franċiżi bdew jisirqu l-proprjetà tal-Knisja, u din kienet waħda mir-raġunijiet ewlenin li wasslet għar-rewwixta tal-Maltin.

Rewwixta tal-Maltin

Il-Franċiżi malajr sfaxxaw l-istituzzjonijiet tal-Ordni ta' San Ġwann, u l-poplu Malti ma kienx kuntent b'dan. Tfaċċaw il-problemi ekonomiċi u l-gvern Franċiż ma baqax iħallas il-pagi jew il-pensjonijiet, u beda jieħu d-deheb u l-fidda mill-banek u mill-palazzi tal-Ordni.

Il-proprjetà tal-Knisja ġiet misruqa u ttieħdet biex titħallas l-ispedizzjoni lejn l-Eġittu, att li ġġenera għadab konsiderevoli fost il-poplu Malti. Fit-2 ta' Settembru, il-poplu infexx f'rewwixta waqt irkant ta' proprjetà tal-Knisja, u fi ftit jiem, eluf ta' Maltin qamu kontra l-Franċiżi li ġiegħlu il-gwarniġjoni tal-Franċiżi jirtiraw fil-Belt Valletta u t-Tlett Ibliet. Dawn ġew iċċirkondati mill-Milizja magħmula minn daqs 10,000 suldat, immexxija minn Emmanuele Vitale u l-Kanonku Francesco Saverio Caruana. Il-Maltin bnew batteriji madwar iż-żona tal-port u bdew jibbumbardjaw l-ibliet fejn kien hemm il-Franċiżi.

Il-Maltin talbu lir-Re ta' Napli Ferdinandu biex jaqbeż għalihom. Dan talab lil Nelson biex jintervjeni u jgħin lill-Maltin fl-imblokk tal-Franċiżi. Intbagħtu suldati Portugiżi u l-Ingliżi waslu aktar tard. Fl-aħħar, il-gwarniġjon tal-Franċiżi fil-Belt Valletta kellu jċedi fil-5 ta' Settembru 1800, u sar it-trattat bejn Vaubois u l-kmandant Pigot. Il-Franċiżi tħallew jitliqgu minn Malta bl-unuri fuq ix-xwieni tagħhom.

Għal iktar tagħrif

  • Frendo, Henry (1998). "The French in Malta 1798 - 1800 : reflections on an insurrection". Cahiers de la Méditerranée (bl-Ingliż). L-Università ta' Malta. 57 (1): 143–151. :10.3406/camed.1998.1231.  1773-0201.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d Marco, Elena di (2013). "The state of the Maltese economy at the end of the eighteenth century. Considerations based on the deeds of a local notary Stefano Farrugia" (PDF). Journal of Maltese History (bl-Ingliż). Malta: Dipartiment tal-Istorja, L-Università ta' Malta. 3 (2): 91–100.  2077-4338.
  2. ^ Grima, Joseph F. (2019-07-14). "It happened this month: The publication of Malta's first newspaper" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-02-22.
  3. ^ Pullicino, Mark (2013). The Obama Tribe Explorer, James Martin's Biography (bl-Ingliż). MPI Publishing. pp. 75–77. ISBN 978-99957-0-584-8.  870266285.
  4. ^ Ellul, Michael (1982). "Art and Architecture in Malta in the Early Nineteenth Century" (PDF) (bl-Ingliż). Melitensia Historica: 4–5. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-10-11. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  5. ^ Savona-Ventura, C. (1998). "Human Suffering during the Maltese Insurrection of 1798" (PDF). Storja (bl-Ingliż). 3 (6): 48–65. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-07-05. Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna)
  6. ^ a b ċ d Sciberras, Sandro. "Maltese History - F. The French Occupation" (PDF) (bl-Ingliż). Kulleġġ San Benedittu. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-05-03. Miġbur 2021-02-22.
  7. ^ Spiteri, Stephen C. (2008-05-01). "Maltese 'siege' batteries of the blockade 1798-1800" (PDF). Arx - Online Journal of Military Architecture and Fortification (bl-Ingliż) (6): 4–47.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 05:53

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Malta taħt il Franċiżi, X'inhi Malta taħt il Franċiżi? Xi tfisser Malta taħt il Franċiżi?

Malta taħt il Franċizi kien perjodu qasir ta sentejn mill 1798 sal 1800 L Ordni ta San Ġwann ċeda Malta lil Napuljun Bonaparte hekk kif il Franċizi zbarkaw f Ġunju 1798 Il Franċizi f Malta stabbilew tradizzjoni kostituzzjonali fl istorja tal gzejjer bħala parti mir Repubblika Franċiza ipprovdew edukazzjoni b xejn lil kulħadd u teorikament stabbilew il għalkemm matul l okkupazzjoni ġiet ippubblikata biss il gazzetta favur il Franċizi Journal de Malte Il Franċizi abolixxew tan nobbilta l iskjavitu is sistema fewdali u l inkwizizzjoni L uniku tfakkira arkitetturali tal okkupazzjoni tal Franċizi x aktarx hija l isfreġju tal biċċa l kbira tal istemmi fil faċċati tal binjiet tal Kavallieri Il Maltin wara ftit irribellaw u b hekk il Franċizi kellhom jirtiraw fil Belt Valletta u fil fortifikazzjonijiet tal fejn kienu assedjati għal sentejn sħaħ Il Franċizi ċedew meta l provvisti tal ikel tagħhom kienu waslu biex jispiċċaw Invazjoni tal Franċizi f MaltaKapitulazzjoni ta Malta lill Ġeneral Napuljun Bonaparte Fid 19 ta Mejju 1798 flotta Franċiza salpat minn Toulon b aktar minn 30 000 suldat taħt il kmand tal Ġeneral Napuljun Bonaparte L ispedizzjoni kellha l mira prinċipali li tieħu l Eġittu izda t teħid ta Malta kien ukoll jagħmel parti minn din l avventura militari Il Franċizi ried jaħkem l Eġittu biex ikollu aktar kontroll lejn l artijiet Asjatiċi B hekk seta wkoll iġiegħel lill Inglizi iċedu fil li kienu bdew fl 1792 Il flotta hi u tbaħħar lejn Malta ġabret magħha mezzi oħra tat trasport mill portijiet Taljani Fid 9 ta Ġunju il qawwa navali Franċiza feġġgħet quddiem il Port il Kbir Dak iz zmien Malta u l gzejjer ġirien kienu mmexxija mill Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann ordni fewdali antika li tal Imperu Ruman Sagru kien wiegħed li jipproteġi L Ordni kiernet tilfet ħafna dħul finanzjarju matul ir Rivoluzzjoni Franċiza Il irrifjuta t talba ta Napuljun li l konvoj kollu tiegħu jitħalla jidħol fil Port il Kbir biex jieħu xi provvisti tal ilma għaliex insista li n newtralita ta Malta kienet tippermetti li jitħallew jidħlu zewġ bastimenti biss Plakka mal ħajt ta fil Belt Valletta li tfakkar il waqfa ta Napuljun hemmhekk Malli rċieva din it tweġiba Napuljun mill ewwel ordna l flotta tiegħu tibbumbardja lill Belt Valletta u fil 11 ta Ġunju il Ġeneral Louis Baraguey d Hilliers iddirieġa l operazzjoni tal izbark ta diversi eluf ta suldati f seba siti strateġiċi madwar Malta Ħafna mill Kavallieri Franċizi ma tawx kaz l ordni għalkemm uħud iġġieldu bi qlubija biss ma rnexxielhomx jagħmlu wisq rezistenza Mal 2 000 suldat Malti irrezista u ġew sparati xi tiri tal kanuni Biss fl ewwel 24 siegħa mill isbark bosta rtiraw lejn il Belt Valletta L Imdina ittieħdet malajr mill Ġeneral Claude Henri Belgrand de Vaubois Napuljun ġiegħel lill Gran Mastru Hompesch iċedi lil Malta u r rizorsi kollha tagħha lill Franċizi Bi tpattija kellu jingħata flus u proprjetajiet fi Franza għalih u għall Ordni Napuljun malajr stabbilixxa gwarniġjon ta suldati Franċizi daqs 4 000 taħt il kmand ta Vaubois Wara sitt ijiem fid 19 ta Ġunju Napulju salpa bil flotta tiegħu lejn RiformiWaqt il waqfa qasira tiegħu f Malta Napuljun għex f fil Belt Valletta illum iservi bħala l Ministeru tal Affarijiet Barranin Napuljun implimenta għadd ta riformi li kienu msejsa fuq il prinċipji tar Rivoluzzjoni Franċiza Dawn ir riformi jistgħu jinqasmu f erba kategoriji ewlenin Soċjali Il poplu Malti ngħata l ugwaljanza quddiem il liġi u bdew jitqiesu daqslikieku kienu ċittadini Franċizi In nobbilta Maltija ġiet abolita u l iskjavi f Malta li kienu hawn fi zmien l Ordni nħelsu kollha Napuljun stabbilixxa Kummissjoni magħmula mill uffiċjali Franġizi taħt Vaubois u ħames ċittadini Maltin biex imexxu fil bzonnijiet amministrattivi l Gzejjer Maltin Ġiet igarantita l liberta tal kelma u tal istampa għalkemm fil fatt kienet ippublikata gazzetta waħda biss il Journal de Malte Il priġunieri politiċi bħal Mikiel Anton Vassalli u dawk li kienu ħadu sehem fir Rewwixta tal Qassisin inħelsu filwaqt li l popolazzjoni tal Lhud ingħatat permess tibni Amministrattivi Il proprjetajiet kollha tal Ordni ngħatat lill Gvern Franċiz Il Kummissjoni tal Gvern li kellha tamministra l gzejjer kienet magħmula minn dawn li ġejjin Karigi Persuni Commission de gouvernement Kummissjoni tal Gvern Gvernatur Militari Claude Henri Belgrand de Vaubois Kummissarju Michel Louis Etienne Regnaud President tal Kummissjoni Ċivili Jean de Boisredon de Ransijat Segretarju tal Kummissarju Coretterie Membri Dun Francesco Saverio Caruana Kanonku tal Katidral tal Imdina Baruni Jean Francois Dorell Ġurat tal universita Dr Vincenzo Caruana segretarju tal Arċisqof u tal president tal qorti Cristoforo Frendo nutar Benedetto Schembri maġistrat Paolo Ciantar merkant Carlo Astor Commission des domaines Kummissjoni ta oqsma speċifiċi Membri Martthieu Poussielgue Jean Andre Caruson Robert Roussel Barra minn hekk Malta ġiet maqsuma f cantons distretti awtonomi u f muniċipalitajiet Kull canton u kull muniċipalita kienu mmexxija minn president segretarju u erba membri Malta Karigi Persuni Canton ta Malta Muniċipalita tal Punent il Belt Valletta u l Furjana Segretarju Aimable Vella Membri Etienne Libreri Nicolas Effner Camille Sceberras Philippe Torriggiani Xavier Portoghese Canton ta Malta Muniċipalita tal Lvant Birgu Senglea u Cospicua Segretarju Francois Roux Membri Joseph Maurin Marc Antoine Muscat Jean Dalli Gaetano Bertis Gaetano Pisani Canton tal Imdina Rabat u Dingli President Gregorio Bonici Segretarju Gaetano Vitale nutar Membri Saverio Bernard tabib Joseph Bonnici avukat Paul Scriberras bidwi Antonio Gionanni Pietro Vitale Canton taz Zebbuġ President Stanislao L Hoste Segretarju Joseph Brignone nutar Membri Francesco Azzopardi bidwi Gaetano Fournier bidwi Luigi Briffa bidwi Saverio Bonanno Canton ta Qormi u Luqa President Stanislao Gatt Segretarju Joseph Casha Membri Luigi Saverio Grech nutar u segretarju ta Luqa Emmanuele Micalef tabib Alberto Camilleri bidwi Horace Ellul bidwi Canton tan Naxxar tal Mosta u tal Għargħur President Andrea Micallef nutar Segretarju Giovanni Maria Borg avukat Membri Francesco Falzon tabib Luigi Bezzina avukat Giovanni Gafa avukat Tommaso Chetcuti avukat Canton ta Birkirkara Lija Balzan u Attard President Luigi Caruana nutar Segretarju Francesco Saverio Zarb nutar Membri Joseph Attard qassis Gregorio Gatt bidwi Pietro Cammenzuli bidwi Angelo Grech bidwi Canton tas Siġġiewi tal Qrendi u tal Imqabba President Michelangelo Azzopardi tabib Segretarju Francesco Farrugia Membri Carmelo Saliba bidwi Simone Spiteri bidwi Giuseppe Magro bidwi Nicolas Camilleri Canton taz Zejtun taz Zabbar ta Għaxaq u ta Tarxien President Paolo Mallia tabib Segretarju Gregorio Mifsud nutar Membri Alessandro Zammit tabib Antonio Busuttil bidwi Angelo Castagna bidwi Giuseppe Montebello bidwi Canton taz Zurrieq Safi Kirkop u tal Gudja President Gaetano Sajdon tabib Segretarju Giovanni Battista Sajdon Membri Gaetano Dalli bidwi Alessandro Damato bidwi Giovanni Cassar bidwi Filippo Castagna bidwi Għawdex Kmandant Franċiz Jean Louis Ebenezer Reynier Kariga Persuni Muniċipalita tal Belt ta Għawdex Rabat Għarb Sannat and Xewkija President Saverio Cassar arċipriet Segretarju Giovanni Cassar Membri Saverio Busuttil Giuseppe Bondi Francesco Pace Saverio Pace Muniċipalita ta Caccia Xagħra Zebbuġ and Nadur President Vincenzo Cauchi qassis Segretarju Benigno Cutajar Membri Fortunato Grech qassis Bartolomeo Busuttil Giovanni Maria Sapiano Francesco Attard Twaqqfet ukoll Gwardja Nazzjonali b 900 ruħ Edukattivi Kien ippjanat li jinfetħu skejjel primarji fil bliet u fl irħula ewlenin filwaqt li 60 student kellhom jitħallew jistudjaw fi Franza L Universita ta Malta ġiet abolita u minflok kellha tibda topera il Polytecnique biex jiġu mgħallma s suġġetti xjentifiċi Madankollu l ebda waħda minn dawn ir riformi ma ġiet implimentata effettivament minħabba li wara biss tliet xhur il Maltin irvellaw u fir rewwixta ġiegħlu l Franċizi jissakkru wara s swar u jibda l Imblokk li dam sejjer sentejn Relazzjonijiet bejn il Knisja u l Istat Il proprjeta estensiva tal Knisja f Malta ġiet meħuda mill Gvern u l ordnijiet reliġjuzi tħallew izommu kunvent monasteru wieħed biss kull Ordni L Inkwizizzjoni ġiet abolita wkoll u l aħħar inkwizitur tkeċċa minn Malta Iktar il quddiem it truppi Franċizi bdew jisirqu l proprjeta tal Knisja u din kienet waħda mir raġunijiet ewlenin li wasslet għar rewwixta tal Maltin Rewwixta tal MaltinIl bieb tal fidda fil Kon Katidral ta San Ġwann kien ġie mizbugħ iswed mill Maltin biex it truppi Franċizi ma jindunawx li kien tal u jdewbuh f ingotti Il Franċizi malajr sfaxxaw l istituzzjonijiet tal Ordni ta San Ġwann u l poplu Malti ma kienx kuntent b dan Tfaċċaw il problemi ekonomiċi u l gvern Franċiz ma baqax iħallas il pagi jew il pensjonijiet u beda jieħu d deheb u l fidda mill banek u mill palazzi tal Ordni Il proprjeta tal Knisja ġiet misruqa u ttieħdet biex titħallas l ispedizzjoni lejn l Eġittu att li ġġenera għadab konsiderevoli fost il poplu Malti Fit 2 ta Settembru il poplu infexx f rewwixta waqt irkant ta proprjeta tal Knisja u fi ftit jiem eluf ta Maltin qamu kontra l Franċizi li ġiegħlu il gwarniġjoni tal Franċizi jirtiraw fil Belt Valletta u t Tlett Ibliet Dawn ġew iċċirkondati mill Milizja magħmula minn daqs 10 000 suldat immexxija minn Emmanuele Vitale u l Kanonku Francesco Saverio Caruana Il Maltin bnew batteriji madwar iz zona tal port u bdew jibbumbardjaw l ibliet fejn kien hemm il Franċizi Il Maltin talbu lir Re ta Napli Ferdinandu biex jaqbez għalihom Dan talab lil Nelson biex jintervjeni u jgħin lill Maltin fl imblokk tal Franċizi Intbagħtu suldati Portugizi u l Inglizi waslu aktar tard Fl aħħar il gwarniġjon tal Franċizi fil Belt Valletta kellu jċedi fil 5 ta Settembru 1800 u sar it trattat bejn Vaubois u l kmandant Pigot Il Franċizi tħallew jitliqgu minn Malta bl unuri fuq ix xwieni tagħhom Għal iktar tagħrifFrendo Henry 1998 The French in Malta 1798 1800 reflections on an insurrection Cahiers de la Mediterranee bl Ingliz L Universita ta Malta 57 1 143 151 10 3406 camed 1998 1231 1773 0201 Referenzi a b ċ d Marco Elena di 2013 The state of the Maltese economy at the end of the eighteenth century Considerations based on the deeds of a local notary Stefano Farrugia PDF Journal of Maltese History bl Ingliz Malta Dipartiment tal Istorja L Universita ta Malta 3 2 91 100 2077 4338 Grima Joseph F 2019 07 14 It happened this month The publication of Malta s first newspaper bl Ingliz Times of Malta Miġbur 2021 02 22 Pullicino Mark 2013 The Obama Tribe Explorer James Martin s Biography bl Ingliz MPI Publishing pp 75 77 ISBN 978 99957 0 584 8 870266285 Ellul Michael 1982 Art and Architecture in Malta in the Early Nineteenth Century PDF bl Ingliz Melitensia Historica 4 5 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2016 10 11 Ċitazzjoni journal għandha bzonn journal għajnuna Savona Ventura C 1998 Human Suffering during the Maltese Insurrection of 1798 PDF Storja bl Ingliz 3 6 48 65 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2016 07 05 Parametru mhux magħruf access date injorat għajnuna a b ċ d Sciberras Sandro Maltese History F The French Occupation PDF bl Ingliz Kulleġġ San Benedittu Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2015 05 03 Miġbur 2021 02 22 Spiteri Stephen C 2008 05 01 Maltese siege batteries of the blockade 1798 1800 PDF Arx Online Journal of Military Architecture and Fortification bl Ingliz 6 4 47

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    San Ġwann Battista

  • Ġunju 09, 2025

    San Ġlormu

  • Ġunju 08, 2025

    San Ġorġ Preca

  • Ġunju 09, 2025

    San Ġilormu

  • Ġunju 08, 2025

    San Vinċenz u l-Grenadini

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq