It tkabbir tal Unjoni Ewropea huwa proċess li permezz tiegħu pajjiżi jissieħbu fl Unjoni Ewropea S issa tnejn u għoxrin
Tkabbir tal Unjoni Ewropea

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea huwa proċess li permezz tiegħu pajjiżi jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. S’issa, tnejn u għoxrin pajjiż ingħaqdu mas-sitt membri fondaturi tal-Komunitajiet Ewropej (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Kull pajjiż Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-UE msemmija fit- (TUE) u huwa impenjat li jippromwovihom jista' japplika biex isir membru tal-UE.
Kriterji tal-adeżjoni
L-ewwel pass huwa li l-pajjiż jissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni. Dawn il-kriterji ġew definiti f'laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Copenhagen fl-, u spiss jissejħu l-"kriterji ta' Copenhagen".
Il-kriterji ta' Copenhagen jistabbilixxu numru ta' kondizzjonijiet demokratiċi, ekonomiċi u politiċi għall-pajjiżi li jridu jissieħbu fl-UE:
- istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi
- ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-UE
- il-ħila tal-pajjiż li jwettaq u jimplimenta b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, fosthom il-konformità mal-għanijiet tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja
L-UE teħtieġ ukoll li tkun tista' tintegra membri ġodda.
Mewġiet suċċessivi ta' tkabbir tal-UE
Benefiċċji tat-tkabbir tal-UE
iktar prosperità għall-istati membri kollha: 3 darbiet aktar skambji kummerċjali bejn stati membri antiki u ġodda, 5 darbiet aktar fost l-
- istati membri l-ġodda
- stabbiltà akbar fl-Ewropa
- aktar saħħa għall-UE fi kwistjonijiet globali
Strateġija għat-tkabbir
Il-kunsens imġedded dwar it-tkabbir, li ntlaħaq qbil dwaru fil-laqgħa tal- f'Diċembru 2006, ikompli jiggwida l-politika tat-tkabbir tal-UE. Il-mexxejja tal-UE qablu li jsegwu strateġija bbażata fuq:
- il-konsolidazzjoni tal-impenji tal-UE għan-negozjati tal-adeżjoni li għaddejjin
- kundizzjonalità ġusta u rigoruża fl-istadji kollha tan-negozjati mal-pajjiżi kandidati
- aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar biex jiġi żgurat appoġġ wiesa' u sostnut mill-pubbliku
- il-kapaċità tal-UE li tintegra membri ġodda
Matul il-perjodu tal-2014-2020, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) jirrapreżenta l-istrument finanzjarju tal-'UE għall-proċess ta’ qabel l-adeżjoni.
Negozjati dwar l-adeżjoni
In-negozjati dwar l-adeżjoni jridu jkunu konklużi qabel ġdid ikun jista’ jissieħeb mal-Unjoni. In-negozjati jridu jseħħu bejn il-ministri u l-ambaxxaturi tal-gvernijiet tal-UE u l-pajjiż kandidat f’dik li tissejjaħ konferenza intergovernattiva.
L-ewwel fażi tinvolvi eżami analitiku rigoruż tal-leġiżlazzjoni 'tal-pajjiż kandidat; in-negozjati mbagħad jipproċedu b’mod metodiku biex iħarsu lejn il-firxa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE, li l-pajjiż kandidat irid jadotta, jimplimenta u jinforza. In-negozjati jestendu wkoll għal drittijiet u obbligi oħrajn li l-Istati Membri kollha jridu jaċċettaw - dawn huma magħrufin bħala l-acquis communautaire.
Ir-riformi politiċi u ekonomiċi mwettqa mill-pajjiż kandidat huma ssorveljati u vvalutati regolarment, u l-pass tan-negozjati huwa ddeterminat mir-riżultati. Huwa biss meta l-partijiet kollha jkunu ssodisfati li l-proċess jintemm bl-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat tal-Adeżjoni.
Matul il-proċess tan-negozjati dwar l-adeżjoni, il-kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jistgħu jingħataw appoġġ permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). Dan jinkludi numru ta’ programmi transfruntiera mal-Istati Membri tal-UE, li jirriflettu mill-qrib il-funzjonament tal-fondi strutturali.
Il-Balkani tal-Punent
Fil-laqgħa tiegħu f'Tessaloniki fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew afferma d-determinazzjoni tiegħu li jappoġġa bis-sħiħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-.
F'laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru tal-2006, il-mexxejja tal-UE kkonfermaw li l-futur tal-Balkani tal-Punent huwa fl-Unjoni Ewropea.
Il-Balkani tal-Punent ser isiru parti integrali mill-UE ladarba jkunu kompletament konformi ma':
- il-kriterji tal-adeżjoni
- il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (PSA)
Fi Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea adottat strateġija għall-Balkani tal-Punent.
Is-summit UE-Balkani tal-Punent sar f'Sofija, il-Bulgarija, fis-17 ta' Mejju 2018. Dan laqqa':
- il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern mill-istati membri tal-UE
- il-mexxejja tas-sitt pajjiżi sħab tal-: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Kosovo*
Il-mexxejja tal-UE qablu dwar id-dikjarazzjoni ta' Sofija, li s-sħab tal-Balkani tal-Punent allinjaw ruħhom magħha. Huma adottaw ukoll l-aġenda ta' prijoritajiet ta' Sofija, bħala anness għad-dikjarazzjoni, li tiddeskrivi miżuri l-ġodda għal kooperazzjoni akbar fir-reġjun. Waqt is-summit il-mexxejja tal-UE tennew l-appoġġ inekwivoku tagħhom għall-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent. L-UE hija determinata li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għat-trasformazzjoni politika, ekonomika u soċjali tar-reġjun.
Fl-10 ta' Diċembru 2018, il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-Balkani tal-Punent. Wara sena ta' relazzjonijiet intensivi ħafna bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, il-ministri kellhom l-opportunità biex jevalwaw l-involviment u l-kooperazzjoni tal-UE mar-reġjun. Huma fakkru fl-aspettattivi tagħhom għall-passi li jmiss fil-progress tar-reġjun fil-mixja Ewropea tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
)==Sitwazzjoni attwali===
- Bidu tan-negozjati għall-adeżjoni
- Is-Serbja - Jannar 2014
- Il-Montenegro - Ġunju 2012
- It-Turkija - Ottubru 2005
- Deċiżjonijiet biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni
- L-Albanija - pajjiż kandidat minn Ġunju 2014
- Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq - pajjiż kandidat minn Diċembru 2005
- Kandidati potenzjali
- Il-Bożnija-Ħerzegovina - applikazzjoni mressqa fi Frar 2016
- Il-Kosovo - Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni daħal fis-seħħ f'April 2016
Fil-Kunsill
Il-konfigurazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (KAĠ) tistabbilixxi u tissorvelja l-proċess tat-tkabbir u n-negozjati tal-adeżjoni tal-UE. Meta pajjiż jippreżenta applikazzjoni biex jissieħeb fl-UE, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar din l-applikazzjoni.
Id-deċiżjonijiet tal-KAĠ jiftħu proċedura ta' evalwazzjoni teknika li għandha tiddetermina:
- jekk il-pajjiż jissodisfax il-kriterji neċessarji kollha biex jiġi kkunsidrat bħala kandidat uffiċjali għas-sħubija fl-UE
- jekk in-negozjati formali għas-sħubija jistgħux jinfetħu u jintemmu b'suċċess
- jekk il-pajjiż kandidat jistax jissieħeb fl-UE
Id-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-KAĠ biex jiġi evalwat il-progress li jkun sar mill-pajjiżi kandidati jeħtieġu qbil unanimu bejn l-istati membri tal-UE.
Kull sena, il-KAĠ jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-proċess tat-tkabbir. Id-diskussjoni u kull deċiżjoni potenzjali jkunu bbażati fuq ir-rapporti dwar il-progress individwali ta' kull pajjiż tat-tkabbir u l-istrateġija annwali dwar it-tkabbir tal-Kummissjoni.
L-aħħar żviluppi
Fl-24 ta' Marzu 2020, il-ministri għall-affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fil-25 ta' Marzu, il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil-miktub. Fis-26 ta' Marzu 2020, il-membri tal-Kunsill Ewropew approvaw il-konklużjonijiet.
Referenzi
- Tkabbir tal-UE, Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tkabbir tal Unjoni Ewropea, X'inhi Tkabbir tal Unjoni Ewropea? Xi tfisser Tkabbir tal Unjoni Ewropea?
It tkabbir tal Unjoni Ewropea huwa proċess li permezz tiegħu pajjizi jissieħbu fl Unjoni Ewropea S issa tnejn u għoxrin pajjiz ingħaqdu mas sitt membri fondaturi tal Komunitajiet Ewropej il Belġju Franza il Ġermanja l Italja il Lussemburgu il Pajjizi l Baxxi It territorji tal istati membri tal Unjoni Ewropea il Komunitajiet Ewropej qabel l 1993 animati fl ordni tal adezjoni Territorji barra l Ewropa u l inħawi immedjati tagħha mhumiex murija Kull pajjiz Ewropew li jirrispetta l valuri tal UE msemmija fit TUE u huwa impenjat li jippromwovihom jista japplika biex isir membru tal UE Kriterji tal adezjoniL ewwel pass huwa li l pajjiz jissodisfa l kriterji tal adezjoni Dawn il kriterji ġew definiti f laqgħa tal Kunsill Ewropew f Copenhagen fl u spiss jissejħu l kriterji ta Copenhagen Il kriterji ta Copenhagen jistabbilixxu numru ta kondizzjonijiet demokratiċi ekonomiċi u politiċi għall pajjizi li jridu jissieħbu fl UE istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d demokrazija l istat tad dritt id drittijiet tal bniedem u r rispett u l protezzjoni tal minoranzi ekonomija tas suq li tiffunzjona u l kapaċita tal pajjiz li jlaħħaq mal kompetizzjoni u l forzi tas suq fl UE il ħila tal pajjiz li jwettaq u jimplimenta b mod effettiv l obbligi tas sħubija fosthom il konformita mal għanijiet tal unjoni politika ekonomika u monetarja L UE teħtieġ ukoll li tkun tista tintegra membri ġodda Mewġiet suċċessivi ta tkabbir tal UE2013 il Kroazja 2007 il Bulgarija u r Rumanija 2004 Ċipru l Estonja il Latvja il Litwanja Malta il Polonja ir Repubblika Ċeka is Slovakkja is Slovenja u l Ungerija 1995 l Awstrija il Finlandja u l 1986 il Portugall u Spanja 1981 il Greċja 1973 id Danimarka l Irlanda u r Renju UnitBenefiċċji tat tkabbir tal UEiktar prosperita għall istati membri kollha 3 darbiet aktar skambji kummerċjali bejn stati membri antiki u ġodda 5 darbiet aktar fost l istati membri l ġodda stabbilta akbar fl Ewropa aktar saħħa għall UE fi kwistjonijiet globaliStrateġija għat tkabbirIl kunsens imġedded dwar it tkabbir li ntlaħaq qbil dwaru fil laqgħa tal f Diċembru 2006 ikompli jiggwida l politika tat tkabbir tal UE Il mexxejja tal UE qablu li jsegwu strateġija bbazata fuq il konsolidazzjoni tal impenji tal UE għan negozjati tal adezjoni li għaddejjin kundizzjonalita ġusta u rigoruza fl istadji kollha tan negozjati mal pajjizi kandidati aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar biex jiġi zgurat appoġġ wiesa u sostnut mill pubbliku il kapaċita tal UE li tintegra membri ġodda Matul il perjodu tal 2014 2020 l Istrument għall Assistenza ta Qabel l Adezjoni IPA jirraprezenta l istrument finanzjarju tal UE għall proċess ta qabel l adezjoni Negozjati dwar l adezjoniIn negozjati dwar l adezjoni jridu jkunu konkluzi qabel ġdid ikun jista jissieħeb mal Unjoni In negozjati jridu jseħħu bejn il ministri u l ambaxxaturi tal gvernijiet tal UE u l pajjiz kandidat f dik li tissejjaħ konferenza intergovernattiva L ewwel fazi tinvolvi ezami analitiku rigoruz tal leġizlazzjoni tal pajjiz kandidat in negozjati mbagħad jipproċedu b mod metodiku biex iħarsu lejn il firxa ta leġizlazzjoni tal UE li l pajjiz kandidat irid jadotta jimplimenta u jinforza In negozjati jestendu wkoll għal drittijiet u obbligi oħrajn li l Istati Membri kollha jridu jaċċettaw dawn huma magħrufin bħala l acquis communautaire Ir riformi politiċi u ekonomiċi mwettqa mill pajjiz kandidat huma ssorveljati u vvalutati regolarment u l pass tan negozjati huwa ddeterminat mir rizultati Huwa biss meta l partijiet kollha jkunu ssodisfati li l proċess jintemm bl iffirmar u r ratifika tat Trattat tal Adezjoni Matul il proċess tan negozjati dwar l adezjoni il kandidati u l pajjizi kandidati potenzjali jistgħu jingħataw appoġġ permezz tal Istrument għall Assistenza ta Qabel l Adezjoni IPA Dan jinkludi numru ta programmi transfruntiera mal Istati Membri tal UE li jirriflettu mill qrib il funzjonament tal fondi strutturali Il Balkani tal PunentFil laqgħa tiegħu f Tessaloniki fid 19 u l 20 ta Ġunju 2003 il Kunsill Ewropew afferma d determinazzjoni tiegħu li jappoġġa bis sħiħ il perspettiva Ewropea tal pajjizi tal F laqgħa tal Kunsill Ewropew f Diċembru tal 2006 il mexxejja tal UE kkonfermaw li l futur tal Balkani tal Punent huwa fl Unjoni Ewropea Il Balkani tal Punent ser isiru parti integrali mill UE ladarba jkunu kompletament konformi ma il kriterji tal adezjoni il kondizzjonijiet stabbiliti fil Proċess ta Stabbilizzazzjoni u ta Assoċjazzjoni PSA Fi Frar 2018 il Kummissjoni Ewropea adottat strateġija għall Balkani tal Punent Is summit UE Balkani tal Punent sar f Sofija il Bulgarija fis 17 ta Mejju 2018 Dan laqqa il kapijiet ta stat jew ta gvern mill istati membri tal UE il mexxejja tas sitt pajjizi sħab tal l Albanija il Boznija Ħerzegovina is Serbja il Montenegro ir Repubblika tal Maċedonja ta Fuq u l Kosovo Il mexxejja tal UE qablu dwar id dikjarazzjoni ta Sofija li s sħab tal Balkani tal Punent allinjaw ruħhom magħha Huma adottaw ukoll l aġenda ta prijoritajiet ta Sofija bħala anness għad dikjarazzjoni li tiddeskrivi mizuri l ġodda għal kooperazzjoni akbar fir reġjun Waqt is summit il mexxejja tal UE tennew l appoġġ inekwivoku tagħhom għall perspettiva Ewropea tal Balkani tal Punent L UE hija determinata li ssaħħaħ l appoġġ tagħha għat trasformazzjoni politika ekonomika u soċjali tar reġjun Fl 10 ta Diċembru 2018 il ministri għall affarijiet barranin iddiskutew il Balkani tal Punent Wara sena ta relazzjonijiet intensivi ħafna bejn l UE u l Balkani tal Punent il ministri kellhom l opportunita biex jevalwaw l involviment u l kooperazzjoni tal UE mar reġjun Huma fakkru fl aspettattivi tagħhom għall passi li jmiss fil progress tar reġjun fil mixja Ewropea tiegħu b mod partikolari fir rigward tal istat tad dritt u l ġlieda kontra l korruzzjoni Sitwazzjoni attwali Bidu tan negozjati għall adezjoni Is Serbja Jannar 2014 Il Montenegro Ġunju 2012 It Turkija Ottubru 2005 Deċizjonijiet biex jinfetħu n negozjati tal adezjoni L Albanija pajjiz kandidat minn Ġunju 2014 Ir Repubblika tal Maċedonja ta Fuq pajjiz kandidat minn Diċembru 2005 Kandidati potenzjali Il Boznija Ħerzegovina applikazzjoni mressqa fi Frar 2016 Il Kosovo Il Ftehim ta Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni daħal fis seħħ f April 2016Fil KunsillIl konfigurazzjoni tal Kunsill Affarijiet Ġenerali KAĠ tistabbilixxi u tissorvelja l proċess tat tkabbir u n negozjati tal adezjoni tal UE Meta pajjiz jipprezenta applikazzjoni biex jissieħeb fl UE il Kunsill jistieden lill Kummissjoni Ewropea biex tipprezenta l opinjoni tagħha dwar din l applikazzjoni Id deċizjonijiet tal KAĠ jiftħu proċedura ta evalwazzjoni teknika li għandha tiddetermina jekk il pajjiz jissodisfax il kriterji neċessarji kollha biex jiġi kkunsidrat bħala kandidat uffiċjali għas sħubija fl UE jekk in negozjati formali għas sħubija jistgħux jinfetħu u jintemmu b suċċess jekk il pajjiz kandidat jistax jissieħeb fl UE Id deċizjonijiet kollha meħuda fil KAĠ biex jiġi evalwat il progress li jkun sar mill pajjizi kandidati jeħtieġu qbil unanimu bejn l istati membri tal UE Kull sena il KAĠ jikkunsidra s sitwazzjoni tal proċess tat tkabbir Id diskussjoni u kull deċizjoni potenzjali jkunu bbazati fuq ir rapporti dwar il progress individwali ta kull pajjiz tat tkabbir u l istrateġija annwali dwar it tkabbir tal Kummissjoni L aħħar zviluppi Fl 24 ta Marzu 2020 il ministri għall affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n negozjati tal adezjoni mal Albanija u mar Repubblika tal Maċedonja ta Fuq Fil 25 ta Marzu il konkluzjonijiet dwar it tkabbir u l proċess ta stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil miktub Fis 26 ta Marzu 2020 il membri tal Kunsill Ewropew approvaw il konkluzjonijiet Referenzi a b Tkabbir Il Kummissjoni Ewropea Il Kummissjoni Ewropea Negozjati dwar l adezjoni Tkabbir tal UE Kunsill tal Unjoni Ewropea