Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

It Torri Mmejjel ta Pisa bit Taljan torre pendente di Pisa jew sempliċement it Torri ta Pisa torre di Pisa ˈtorre di ˈpi

Torri Mxengel ta' Pisa

  • Paġna Ewlenija
  • Torri Mxengel ta' Pisa
Torri Mxengel ta' Pisa
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

It-Torri Mmejjel ta' Pisa (bit-Taljan: torre pendente di Pisa) jew sempliċement it-Torri ta' Pisa (torre di Pisa [ˈtorre di ˈpiːza; ˈpiːsa]) huwa t-torri tal-kampnar (mibni bħala binja għaliha) tal-, l-Italja, magħruf mad-dinja kollha peress li huwa mmejjel bi kważi erba' gradi minħabba l-pedamenti mhux stabbli tiegħu. Il-kampnar jinsab wara l-Katidral ta' Pisa u huwa t-tielet l-iktar struttura antika fil-Pjazza tal-Mirakli, wara l-katidral u l-, u parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1987 'l hawn.

Torri ta' Pisa

Torre di Pisa (it)

Post Pisa ( Italja)
Presentazzjoni
Tip Campanile
Stil
Perit
Materjali u
Kostruzzjoni 1173 - 1372
Rinnovament 1933 - 1935
Għoli 58.36 m
Sid Opera della Primaziale Pisana
Websajt https://www.opapisa.it/

It-Torri Mmejjel ta' Pisa huwa għoli 55.86 metru mill-art min-naħa l-baxxa tiegħu u 56.67 metru min-naħa l-għolja tiegħu. Il-wisa' tal-ħitan fil-bażi tiegħu hija 2.44 metri. Huwa stmat li l-piż tiegħu huwa 14,500 tunnellata metrika. Il-kampnar fih 294 jew 296 tarġa; is-seba' sular għandu żewġ tarġiet inqas fil-garigor fin-naħa tat-Tramuntana.

It-torri tal-kampnar beda jmil waqt il-kostruzzjoni fis-seklu 12, minħabba l-art ratba ta' taħtu li ma setgħetx tiflaħ il-piż tal-istruttura, u kompla jmil iktar meta tlestiet il-kostruzzjoni fis-seklu 14. Fl-1964, il-gvern Taljan talab l-għajnuna biex isir xogħol biex it-torri tal-kampnar ma jaqax. Sal-1990, kien miel b'ħames gradi u nofs. L-istruttura ġiet stabilizzata permezz ta' xogħlijiet ta' rimedju li saru bejn l-1993 u l-2001, li naqsu t-timjil għal 3.97 gradi. It-torri tal-kampnar jiġi ġestit mill-Opera della Primaziale Pisana, l-entità li ġġestixxi l-monumenti kollha tal-Pjazza tal-Mirakli ta' Pisa. It-Torri ta' Pisa kien ġie propost bħala wieħed mis-.

Arkitett

Kien hemm kontroversja dwar l-identità reali tal-arkitett tat-Torri Mmejjel ta' Pisa. Għal ħafna snin, id-disinn ġie attribwit lil u lil , artist residenti tal-belt fis-seklu 12, li kien magħruf għall-fużjonijiet bil-, partikolarment fil-Katidral ta' Pisa. Pisano telaq minn Pisa fl-1185 u mar , fi Sqallija, fejn għex kważi sal-aħħar ta' ħajtu qabel ma reġa' lura Pisa u miet f'belt twelidu. Biċċa bronż fondut b'ismu ġiet skoperta quddiem it-torri tal-kampnar fl-1820, iżda jaf din setgħet kienet marbuta mal-bieb tal-bronż fil-faċċata tal-katidral li nqered fl-1595.Studju li sar fl-2001 jidher li jindika li kien l-arkitett oriġinali tat-Torri Mmejjel ta' Pisa, minħabba ż-żmien meta nbena u l-affinità ma' xogħlijiet oħra ta' Diotisalvi, b'mod partikolari t-torri tal-kampnar ta' u l-Battisterju f'Pisa stess.

Storja

Kostruzzjoni

Il-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar saret fi tliet stadji tul 199 sena. Fil-5 ta' Jannar 1172, , armla u residenta tad-dar tal-Opera di Santa Mariaa, ħalliet sittin sold lill-Opera Campanilis petrarum Sancte Marie. Is-somma dak iż-żmien intużat biex jinxtraw ftit ġebliet li għadhom jiffurmaw parti mill-bażi tat-torri tal-kampnar. Fid-9 ta' Awwissu 1173, tħejjew il-pedamenti tat-torri. Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel sular tat-torri tal-kampnar tal- abjad inbdew fl-14 ta' Awwissu tal-istess sena matul perjodu ta' suċċess militari u prosperità. Dan is-sular fih sensiela ta' arkati mal-ħajt mingħajr fetħiet u kolonni b' . Kważi erba' sekli wara, Giorgio Vasari kiteb: "Guglielmo, skont dak li kien qed jintqal, fl-1174, flimkien mal-iskultur Bonanno, ħejjew il-pedamenti tat-torri tal-kampnar tal-Katidral ta' Pisa".

It-torri beda jċedi wara l-kostruzzjoni kienet waslet sat-tieni sular fl-1178. Dan seħħ minħabba li l-pedamenti ta' xi tliet metri, kienu ġew stabbiliti fuq art dgħajfa u mhux stabbli, jiġifieri d-disinn kien difettuż mill-bidu nett. Sussegwentement, il-kostruzzjoni waqfet għal kważi seklu, peress li r-Repubblika ta' Pisa kienet kważi dejjem involuta f'battalji ma' , Lucca u Firenze. B'hekk, kien hemm biżżejjed żmien biex l-art ta' taħt il-pedamenti toqgħod. Li kieku ma kienx hemm dan l-intervall twil fil-kostruzzjoni, wisq probabbli t-Torri Mmejjel ta' Pisa kien jaqa' għalkollox. Fis-27 ta' Diċembru 1233, il-ħaddiem , iben , issorvelja t-tkomplija tal-kostruzzjoni tat-torri tal-kampnar.

Fit-23 ta' Frar 1260, , iben , ġie inkarigat biex jissorvelja l-kostruzzjoni tat-torri. Fit-12 ta' April 1264, il-bennej ewlieni jew mastru bennej , arkitett taċ-Ċimiterju Monumentali, flimkien ma' 23 ħaddiem marru lejn il-muntanji qrib Pisa biex jaqtgħu l-irħam għat-torri tal-kampnar. L-irħam li ġie maqtugħ ingħata lil , ħaddiem ta' San Franġisk. Fl-1272, il-kostruzzjoni tkompliet taħt it-tmexxija ta' Di Simone. Fi sforz biex jiġu kkumpensat it-timjil, l-inġiniera bnew is-sulari ta' fuq b'naħa itwal mill-oħra. Minħabba f'hekk, it-torri ġej għat-tond. Il-kostruzzjoni reġgħet waqfet fl-1284 meta r-Repubblika ta' Pisa tilfet kontra dik ta' Genova fil-.

Is-seba' sular tlesta fl-1319. Fl-1372 ġie miżjud il-kompartiment tal-. Dan inbena minn , li rnexxielu joħloq armonija l-elementi Gotiċi tal-kompartiment tal-qniepen mal-istil tat-torri tal-kampnar. B'kollox hemm seba' qniepen, waħda għal kull nota tal-iskala maġġuri mużikali. L-ikbar qanpiena tpoġġiet fl-1655.

Esperimenti

Bejn l-1589 u l-1592, Galileo Galilei, li dak iż-żmien kien jgħix f'Pisa, jingħad li kien waqqa' żewġ balal ta' b'massa differenti mit-torri tal-kampner sabiex juri li l-veloċità tal-waqgħa tagħhom ma kinitx tiddependi mill-massa tagħhom, abbażi tal-liġi tal-waqgħa ħielsa. Is-sors primarju ta' dan huwa l- Racconto istorico della vita di Galileo Galilei (Rendikont storiku tal-ħajja ta' Galileo Galilei), miktub mill-istudent u s-segretarju ta' Galileo, , fl-1654, iżda li ġie ppubblikat biss fl-1717, ħafna wara mewtu.

Gwerra

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Alleati ssuspettaw li l-Ġermaniżi kienu qed jużaw it-torri bħala post ta' osservazzjoni. , surġent tal-Armata tal-Istati Uniti mibgħut biex jikkonferma l-preżenza ta' truppi Ġermaniżi fit-torri, baqa' impressjonat bil-ġmiel tal-katidral u tat-torri tal-kampnar, u għalhekk reġa' bdielu li jordna attakk mill-ajru sabiex il-monumenti ma jinqerdux.

Restawr

Saru diversi sforzi biex it-Torri Mmejjel ta' Pisa jiġi ddrittat jew minn tal-inqas ma jaqax għalkollox. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-isforzi ma rnexxewx; uħud saħansitra żiedu t-timjil. Fis-27 ta' Frar 1964, il-gvern tal-Italja talab l-għajnuna biex it-torri ma jitħalliex jaqa'. Madankollu, ġie kkunsidrat li l-grad ta' timjil kellu jibqa' kif inhu minħabba r-rwol li kellu għall-promozzjoni tat-turiżmu f'Pisa.

Mill-1993, bdew jitqiegħdu 870 tunnellata ta' kontropiżijiet taċ- ħdejn il-bażi tat-torri tal-kampnar, u b'hekk beda jiddritta kemxejn.

It-Torri Mmejjel ta' Pisa ngħalaq għall-pubbliku fis-7 ta' Jannar 1990, wara iktar minn żewġ deċennji ta' studji dwar l-istabbilizzazzjoni u xprunat mill-waqgħa f'daqqa tat-Torri Ċiviku ta' fl-1989. Il-qniepen tneħħew biex jitnaqqas ftit mill-piż, u twaħħlu kejbils tal- mit-tielet sular u li ġew ankrati diversi metri lil hinn mit-Torri ta' Pisa. L-appartamenti u d-djar li kieku kienu jiġu milquta f'każ li t-torri kellu jaqa' ġew evakwati għas-sikurezza. Il-metodu li ntgħażel għall-prevenzjoni tal-waqgħa tat-torri kien li jitnaqqsu kemxejn il-gradi tat-timjil tiegħu billi jitneħħew 38 metru kubu ta' minn taħt it-torri min-naħa olzata mill-art. Il-gradi tat-timjil tat-torri tal-kampnar tnaqqsu b'45 ċentimetru, u b'hekk it-torri reġa' lura għal kif kien fl-1838. Wara deċennju ta' rikostruzzjoni korrettiva u sforzi ta' stabbilizzazzjoni, it-torri reġa' nfetaħ għall-pubbliku fil-15 ta' Diċembru 2001, u ġie ddikjarat li kien stabbli għal minn tal-inqas 300 sena oħra. B'kollox, tneħħew 70 tunnellata metrika ta' ħamrija.

Wara fażi ta' tisħiħ strutturali mill-1990 sal-2001, it-torri sarlu restawr gradwali tas-superfiċe biex il-ħsara viżibbli tiġi restawrata, l-iktar il- u s-swidija mit-tniġġis. Dawn kienu waslu fi stat gravi minħabba l-età tat-torri u mill-esponiment tiegħu għar-riħ, għax-xita u għat-tniġġis. F'Mejju 2008, l-inġiniera ħabbru li t-torri kien ġie stabbilizzat u għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu kien waqaf jiċċaqlaq. Huma ddikjaraw li kien se jibqa' stabbli għal minn tal-inqas 200 sena. Wara għoxrin sena ta' xogħlijiet ta' tindif tat-tniġġis u tal-ħmieġ minn fuq l-irħam abjad tat-torri tal-kampnar b'diversi armar imwaħħal miegħu, fit-22 ta' April 2011 ix-xogħlijiet tlestew għalkollox kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa u tneħħa l-armar kollu tar-restawr.

Terremoti

Minn tal-inqas erba' b'saħħithom heżżew ir-reġjun mill-1280 'l hawn, iżda t-Torri Mmejjel ta' Pisa baqa' qawwi u sħiħ sa llum. Ir-raġuni ma kinitx magħrufa qabel ma grupp ta' riċerkaturi ta' 16-il inġinier bdew jinvestigaw. Ir-riċerkaturi kkonkludew li t-Torri ta' Pisa seta' jiflaħ it-theżżiżiet minħabba l-interazzjoni dinamika bejn il-ħamrija u l-istruttura: l-għoli u r-robustezza tat-Torri ta' Pisa, flimkien mal-ħamrija ratba taħt il-pedamenti, jinfluwenzaw il-karatteristiċi tal- tal-istruttura b'tali mod li t-torri tal-kampnar ma jbatix mir- meta l-art tiċċaqlaq minħabba xi terremot. L-istess ħamrija ratba taħt il-pedamenti li kkawżat it-timjil u wasslet biex it-torri kważi jasal biex jaqa' għalkollox, fil-każ tat-terremoti salvatu.

Tagħrif tekniku

  • Elevazzjoni tal-Pjazza tal-Mirakli: xi żewġ metri
  • Għoli mill-art: 55.863 metru, tmien sulari
  • Għoli mill-pedamenti: 58.36 metru
  • Dijametru ta' barra tal-bażi: 15.484-il metru
  • Dijametru ta' ġewwa tal-bażi: 7.368 metri
  • Anglu tat-timjil: 3.97 gradi jew 3.9 metri mill-vertikali
  • Piż: 14,700 tunnellata metrika
  • Ħxuna tal-ħitan fil-bażi: 2.44 metri
  • Għadd totali ta' qniepen: sebgħa, intonati skont l-iskala mużikali, fid-direzzjoni tal-arloġġ
    • L-ewwel qanpiena: "l-Assunta", fonduta fl-1654 minn , b'piż ta' 3,620 kg
    • It-tieni qanpiena: "Il Crocefisso", fonduta fl-1572 minn , b'piż ta' 2,462 kg
    • It-tielet qanpiena: "San Ranieri", fonduta fl-1719-21 minn , b'piż ta' 1,448 kg
    • Ir-raba' qanpiena: "La Terza", fonduta fl-1473, b'piż ta' 300 kg
    • Il-ħames qanpiena: "La Pasquereccia" jew "La Giustizia", fonduta fl-1262 minn , b'piż ta' 1,014 kg
    • Is-sitt qanpiena: "Il Vespruccio", fonduta fis-seklu 14 u mill-ġdid fl-1501 minn , b'piż ta' 1,000 kg
    • Is-seba' qanpiena: "Dal Pozzo", fonduta fl-1606 u mill-ġdid fl-2004, b'piż ta' 652 kg
  • Għadd ta' tarġiet sa fuq nett: 296

Referenzi

  1. ^ "DiPI Online - Dizionario di Pronuncia Italiana" (bit-Taljan). Dizionario di Pronuncia Italiana.
  2. ^ "Piazza del Duomo, Pisa" (bl-Ingliż). UNESCO.
  3. ^ "Torre" (bit-Taljan). Opera della Primaziale Pisana.
  4. ^ "Torre di Pisa - guida online informazioni sulla visita". historiaweb.net (bit-Taljan). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-11-14.
  5. ^ "Leaning Tower of Pisa Facts". towerofpisa.org (bl-Ingliż).
  6. ^ Mulvey, Stephen (2001-12-15). "Saving the Leaning Tower" (bl-Ingliż). BBC News.
  7. ^ "Leaning Tower of Pisa tower, Pisa, Italy" (bl-Ingliż). Britannica.
  8. ^ "La Torre di Pisa non è più da Guinness - Il Sole 24 ORE" (bit-Taljan). Il Sole 24 Ore. 2007-11-02.
  9. ^ Scally, Derek (2007-11-08). "Leaning tower of Pisa loses crooked crown" (bl-Ingliż). The Irish Times.
  10. ^ "Leaning Tower of Pisa". endex.com (bl-Ingliż). 2007-08-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-08-13.
  11. ^ Pierotti, Piero (2001). Deotisalvi – L'architetto pisano del secolo d'oro (bit-Taljan). Pisa: Pacini Editore.
  12. ^ L-Uffiċċji Kapitolari tar-Reġistri ta' Pisa, il-parċmina n. 248.
  13. ^ a b Potts, David M.; Zdravkovic, Lidija (2001). Finite Element Analysis in Geotechnical Engineering: Application (bl-Ingliż). Thomas Telford. p. 254. ISBN 9780727727831.
  14. ^ Vasari, Giorgio (1878). Le opere di Giorgio Vasari: Le vite de' più eccellenti pittori, scultori ed architettori (bit-Taljan). G.C. Sansoni. p. 274.
  15. ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 27 ta' Diċembru 1234.
  16. ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 23 ta' Frar 1260.
  17. ^ Uffiċċji tar-Reġistri Pubbliċi ta' Pisa, Opera della Primaziale, 12 ta' April 1265.
  18. ^ McLain, Bill (1999). Do Fish Drink Water? (bit-Taljan). New York: William Morrow and Company, Inc. pp. 291–292. ISBN 0-688-16512-5.
  19. ^ Touring club italiano, ed. (2005). Authentic Tuscany (bl-Ingliż). Touring Editore. p. 64. ISBN 9788836532971.
  20. ^ Roth, Leland M. (2018-03-13). Understanding Architecture: Its Elements, History, and Meaning (bl-Ingliż). Routledge. p. 98. ISBN 9780429975219.
  21. ^ Barsali, G. (1999). Pisa. History and masterpieces (bl-Ingliż). Bonechi. p. 18. ISBN 8872041880.
  22. ^ Vasari, Giorgio; Richter, Jean Paul (1855). Lives of the Most Eminent Painters, Sculptors, and Architects (bl-Ingliż). H. G. Bohn. p. 153.
  23. ^ "Fall of the Leaning Tower - History of Interventions" (bl-Ingliż). Public Broadcasting Service.
  24. ^ "Vincenzo Viviani" (bl-Ingliż). Istitut u Mużew tal-Istorja tax-Xjenza (Firenze).
  25. ^ Shrady, Nicholas (2003). Tilt: a skewed history of the Tower of Pisa (bl-Ingliż).
  26. ^ Carroll, Rory (2000-01-13). "Why I spared the Leaning Tower of Pisa" (bl-Ingliż). The Guardian.
  27. ^ "FOLLOW-UP ON THE NEWS; Securing the Lean In Tower of Pisa (Published 1987)" (bl-Ingliż). The New York Times. 1987-11-01.
  28. ^ "Tipping The Balance" (bl-Ingliż). Time. 2001-01-25.
  29. ^ Hofmann, Paul (1989-07-30). "Italy's Endangered Treasures (Published 1989)" (bl-Ingliż). The New York Times.
  30. ^ Montalbano, William D. (1989-03-18). "900-Year-Old Bell Tower Collapses in Italy; Three Killed" (bl-Ingliż). Los Angeles Times.
  31. ^ a b Duff, Mark (2008-05-28). "Pisa's leaning tower 'stabilised'" (bl-Ingliż). BBC News.
  32. ^ Burland, John. "Ingenia Articles" (bl-Ingliż). Ingenia. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-27.
  33. ^ "Piazza dei Miracoli: la Piazza del Duomo di Pisa" (bit-Taljan). Opera della Primaziale Pisana. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-25.
  34. ^ Gasperetti, Marco (2011-04-22). "Bianca e lucente come in origine Ecco la nuova Torre di Pisa" (bit-Taljan). Corriere della Sera.
  35. ^ "500-year-old Leaning Tower of Pisa mystery unveiled by engineers" (bl-Ingliż). Science Daily. 2018-05-09.
  36. ^ a b ċ Michigan Architect and Engineer, Incorporated, ed. (1952). The Michigan Architect and Engineer (bl-Ingliż).
  37. ^ Burland, J.B. (2008). "Stabilising the Leaning Tower of Pisa: the Evolution of Geotechnical Solutions". Trans. Newcomen Soc. (bl-Ingliż). 78 (2): 174.  0372-0187.
  38. ^ Valdes, Giuliano (1994). Art and History of Pisa (bl-Ingliż). Casa Editrice Bonechi. p. 44. ISBN 9788880290247.
  39. ^ "German steeple beats Leaning Tower of Pisa into Guinness book" (bl-Ingliż). Trend News Agency. 2007-11-09.
  40. ^ Strom, Steven; Nathan, Kurt; Woland, Jake; Lamm, David (2009-09-28). Site Engineering for Landscape Architects (bl-Ingliż). John Wiley and Sons. p. 124. ISBN 9780471695493.
  41. ^ Black, William Harman (1920). The Real Europe Pocket Guide-book: Number 10 of the 'Black's Blue Books (bl-Ingliż). Brentanos. p. 360.
  42. ^ Black, Charles Bertram (1898). The Riviera, Or The Coast from Marseilles to Leghorn: Including the Interior Towns of Carrara, Lucca, Pisa and Pistoia (bl-Ingliż). A. & C. Black. p. 148.
  43. ^ "Leaning Tower of Pisa: 1920's Photo of Dal Pozzo". endex.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-18.
  44. ^ Davies, Andrew (2005). The Children's Visual World Atlas (bl-Ingliż). Sydney: The Fog Press. ISBN 1-74089-317-4.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Torri Mmejjel ta' Pisa (Leaning Tower (Pisa))
  • (EN, IT) Sit uffiċjali

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 21 Ġun, 2025 / 11:36

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Torri Mxengel ta' Pisa, X'inhi Torri Mxengel ta' Pisa? Xi tfisser Torri Mxengel ta' Pisa?

It Torri Mmejjel ta Pisa bit Taljan torre pendente di Pisa jew sempliċement it Torri ta Pisa torre di Pisa ˈtorre di ˈpiːza ˈpiːsa huwa t torri tal kampnar mibni bħala binja għaliha tal l Italja magħruf mad dinja kollha peress li huwa mmejjel bi kwazi erba gradi minħabba l pedamenti mhux stabbli tiegħu Il kampnar jinsab wara l Katidral ta Pisa u huwa t tielet l iktar struttura antika fil Pjazza tal Mirakli wara l katidral u l u parti mis Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO mill 1987 l hawn Torri ta Pisa Torre di Pisa it Post Pisa Italja Presentazzjoni Tip Campanile Stil Perit Materjali u Kostruzzjoni 1173 1372 Rinnovament 1933 1935 Għoli 58 36 m Sid Opera della Primaziale Pisana Websajt https www opapisa it It Torri Mmejjel ta Pisa huwa għoli 55 86 metru mill art min naħa l baxxa tiegħu u 56 67 metru min naħa l għolja tiegħu Il wisa tal ħitan fil bazi tiegħu hija 2 44 metri Huwa stmat li l piz tiegħu huwa 14 500 tunnellata metrika Il kampnar fih 294 jew 296 tarġa is seba sular għandu zewġ tarġiet inqas fil garigor fin naħa tat Tramuntana It torri tal kampnar beda jmil waqt il kostruzzjoni fis seklu 12 minħabba l art ratba ta taħtu li ma setgħetx tiflaħ il piz tal istruttura u kompla jmil iktar meta tlestiet il kostruzzjoni fis seklu 14 Fl 1964 il gvern Taljan talab l għajnuna biex isir xogħol biex it torri tal kampnar ma jaqax Sal 1990 kien miel b ħames gradi u nofs L istruttura ġiet stabilizzata permezz ta xogħlijiet ta rimedju li saru bejn l 1993 u l 2001 li naqsu t timjil għal 3 97 gradi It torri tal kampnar jiġi ġestit mill Opera della Primaziale Pisana l entita li ġġestixxi l monumenti kollha tal Pjazza tal Mirakli ta Pisa It Torri ta Pisa kien ġie propost bħala wieħed mis ArkitettKien hemm kontroversja dwar l identita reali tal arkitett tat Torri Mmejjel ta Pisa Għal ħafna snin id disinn ġie attribwit lil u lil artist residenti tal belt fis seklu 12 li kien magħruf għall fuzjonijiet bil partikolarment fil Katidral ta Pisa Pisano telaq minn Pisa fl 1185 u mar fi Sqallija fejn għex kwazi sal aħħar ta ħajtu qabel ma reġa lura Pisa u miet f belt twelidu Biċċa bronz fondut b ismu ġiet skoperta quddiem it torri tal kampnar fl 1820 izda jaf din setgħet kienet marbuta mal bieb tal bronz fil faċċata tal katidral li nqered fl 1595 Studju li sar fl 2001 jidher li jindika li kien l arkitett oriġinali tat Torri Mmejjel ta Pisa minħabba z zmien meta nbena u l affinita ma xogħlijiet oħra ta Diotisalvi b mod partikolari t torri tal kampnar ta u l Battisterju f Pisa stess StorjaKostruzzjoni Is sensiela ta arkati mal ħajt mingħajr fetħiet u kolonni b kapitelli Korinzji Il kostruzzjoni tat torri tal kampnar saret fi tliet stadji tul 199 sena Fil 5 ta Jannar 1172 armla u residenta tad dar tal Opera di Santa Mariaa ħalliet sittin sold lill Opera Campanilis petrarum Sancte Marie Is somma dak iz zmien intuzat biex jinxtraw ftit ġebliet li għadhom jiffurmaw parti mill bazi tat torri tal kampnar Fid 9 ta Awwissu 1173 tħejjew il pedamenti tat torri Ix xogħlijiet fuq l ewwel sular tat torri tal kampnar tal abjad inbdew fl 14 ta Awwissu tal istess sena matul perjodu ta suċċess militari u prosperita Dan is sular fih sensiela ta arkati mal ħajt mingħajr fetħiet u kolonni b Kwazi erba sekli wara Giorgio Vasari kiteb Guglielmo skont dak li kien qed jintqal fl 1174 flimkien mal iskultur Bonanno ħejjew il pedamenti tat torri tal kampnar tal Katidral ta Pisa It Torri Mmejjel ta Pisa fl 1890 It torri beda jċedi wara l kostruzzjoni kienet waslet sat tieni sular fl 1178 Dan seħħ minħabba li l pedamenti ta xi tliet metri kienu ġew stabbiliti fuq art dgħajfa u mhux stabbli jiġifieri d disinn kien difettuz mill bidu nett Sussegwentement il kostruzzjoni waqfet għal kwazi seklu peress li r Repubblika ta Pisa kienet kwazi dejjem involuta f battalji ma Lucca u Firenze B hekk kien hemm bizzejjed zmien biex l art ta taħt il pedamenti toqgħod Li kieku ma kienx hemm dan l intervall twil fil kostruzzjoni wisq probabbli t Torri Mmejjel ta Pisa kien jaqa għalkollox Fis 27 ta Diċembru 1233 il ħaddiem iben issorvelja t tkomplija tal kostruzzjoni tat torri tal kampnar Fit 23 ta Frar 1260 iben ġie inkarigat biex jissorvelja l kostruzzjoni tat torri Fit 12 ta April 1264 il bennej ewlieni jew mastru bennej arkitett taċ Ċimiterju Monumentali flimkien ma 23 ħaddiem marru lejn il muntanji qrib Pisa biex jaqtgħu l irħam għat torri tal kampnar L irħam li ġie maqtugħ ingħata lil ħaddiem ta San Franġisk Fl 1272 il kostruzzjoni tkompliet taħt it tmexxija ta Di Simone Fi sforz biex jiġu kkumpensat it timjil l inġiniera bnew is sulari ta fuq b naħa itwal mill oħra Minħabba f hekk it torri ġej għat tond Il kostruzzjoni reġgħet waqfet fl 1284 meta r Repubblika ta Pisa tilfet kontra dik ta Genova fil Lapida li tfakkar l esperimenti li kien iwettaq Galileo f Pisa Is seba sular tlesta fl 1319 Fl 1372 ġie mizjud il kompartiment tal Dan inbena minn li rnexxielu joħloq armonija l elementi Gotiċi tal kompartiment tal qniepen mal istil tat torri tal kampnar B kollox hemm seba qniepen waħda għal kull nota tal iskala maġġuri muzikali L ikbar qanpiena tpoġġiet fl 1655 Esperimenti Bejn l 1589 u l 1592 Galileo Galilei li dak iz zmien kien jgħix f Pisa jingħad li kien waqqa zewġ balal ta b massa differenti mit torri tal kampner sabiex juri li l veloċita tal waqgħa tagħhom ma kinitx tiddependi mill massa tagħhom abbazi tal liġi tal waqgħa ħielsa Is sors primarju ta dan huwa l Racconto istorico della vita di Galileo Galilei Rendikont storiku tal ħajja ta Galileo Galilei miktub mill istudent u s segretarju ta Galileo fl 1654 izda li ġie ppubblikat biss fl 1717 ħafna wara mewtu Gwerra Matul it Tieni Gwerra Dinjija l Alleati ssuspettaw li l Ġermanizi kienu qed juzaw it torri bħala post ta osservazzjoni surġent tal Armata tal Istati Uniti mibgħut biex jikkonferma l prezenza ta truppi Ġermanizi fit torri baqa impressjonat bil ġmiel tal katidral u tat torri tal kampnar u għalhekk reġa bdielu li jordna attakk mill ajru sabiex il monumenti ma jinqerdux Restawr Kontropizijiet temporanji Saru diversi sforzi biex it Torri Mmejjel ta Pisa jiġi ddrittat jew minn tal inqas ma jaqax għalkollox Il biċċa l kbira ta dawn l isforzi ma rnexxewx uħud saħansitra ziedu t timjil Fis 27 ta Frar 1964 il gvern tal Italja talab l għajnuna biex it torri ma jitħalliex jaqa Madankollu ġie kkunsidrat li l grad ta timjil kellu jibqa kif inhu minħabba r rwol li kellu għall promozzjoni tat turizmu f Pisa Mill 1993 bdew jitqiegħdu 870 tunnellata ta kontropizijiet taċ ħdejn il bazi tat torri tal kampnar u b hekk beda jiddritta kemxejn It Torri Mmejjel ta Pisa ngħalaq għall pubbliku fis 7 ta Jannar 1990 wara iktar minn zewġ deċennji ta studji dwar l istabbilizzazzjoni u xprunat mill waqgħa f daqqa tat Torri Ċiviku ta fl 1989 Il qniepen tneħħew biex jitnaqqas ftit mill piz u twaħħlu kejbils tal mit tielet sular u li ġew ankrati diversi metri lil hinn mit Torri ta Pisa L appartamenti u d djar li kieku kienu jiġu milquta f kaz li t torri kellu jaqa ġew evakwati għas sikurezza Il metodu li ntgħazel għall prevenzjoni tal waqgħa tat torri kien li jitnaqqsu kemxejn il gradi tat timjil tiegħu billi jitneħħew 38 metru kubu ta minn taħt it torri min naħa olzata mill art Il gradi tat timjil tat torri tal kampnar tnaqqsu b 45 ċentimetru u b hekk it torri reġa lura għal kif kien fl 1838 Wara deċennju ta rikostruzzjoni korrettiva u sforzi ta stabbilizzazzjoni it torri reġa nfetaħ għall pubbliku fil 15 ta Diċembru 2001 u ġie ddikjarat li kien stabbli għal minn tal inqas 300 sena oħra B kollox tneħħew 70 tunnellata metrika ta ħamrija Wara fazi ta tisħiħ strutturali mill 1990 sal 2001 it torri sarlu restawr gradwali tas superfiċe biex il ħsara vizibbli tiġi restawrata l iktar il u s swidija mit tniġġis Dawn kienu waslu fi stat gravi minħabba l eta tat torri u mill esponiment tiegħu għar riħ għax xita u għat tniġġis F Mejju 2008 l inġiniera ħabbru li t torri kien ġie stabbilizzat u għall ewwel darba fl istorja tiegħu kien waqaf jiċċaqlaq Huma ddikjaraw li kien se jibqa stabbli għal minn tal inqas 200 sena Wara għoxrin sena ta xogħlijiet ta tindif tat tniġġis u tal ħmieġ minn fuq l irħam abjad tat torri tal kampnar b diversi armar imwaħħal miegħu fit 22 ta April 2011 ix xogħlijiet tlestew għalkollox kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa u tneħħa l armar kollu tar restawr Terremoti Minn tal inqas erba b saħħithom hezzew ir reġjun mill 1280 l hawn izda t Torri Mmejjel ta Pisa baqa qawwi u sħiħ sa llum Ir raġuni ma kinitx magħrufa qabel ma grupp ta riċerkaturi ta 16 il inġinier bdew jinvestigaw Ir riċerkaturi kkonkludew li t Torri ta Pisa seta jiflaħ it thezziziet minħabba l interazzjoni dinamika bejn il ħamrija u l istruttura l għoli u r robustezza tat Torri ta Pisa flimkien mal ħamrija ratba taħt il pedamenti jinfluwenzaw il karatteristiċi tal tal istruttura b tali mod li t torri tal kampnar ma jbatix mir meta l art tiċċaqlaq minħabba xi terremot L istess ħamrija ratba taħt il pedamenti li kkawzat it timjil u wasslet biex it torri kwazi jasal biex jaqa għalkollox fil kaz tat terremoti salvatu Tagħrif teknikuSkema tat Torri Mmejjel ta Pisa Elevazzjoni tal Pjazza tal Mirakli xi zewġ metri Għoli mill art 55 863 metru tmien sulari Għoli mill pedamenti 58 36 metru Dijametru ta barra tal bazi 15 484 il metru Dijametru ta ġewwa tal bazi 7 368 metri Anglu tat timjil 3 97 gradi jew 3 9 metri mill vertikali Piz 14 700 tunnellata metrika Ħxuna tal ħitan fil bazi 2 44 metri Għadd totali ta qniepen sebgħa intonati skont l iskala muzikali fid direzzjoni tal arloġġ L ewwel qanpiena l Assunta fonduta fl 1654 minn b piz ta 3 620 kg It tieni qanpiena Il Crocefisso fonduta fl 1572 minn b piz ta 2 462 kg It tielet qanpiena San Ranieri fonduta fl 1719 21 minn b piz ta 1 448 kg Ir raba qanpiena La Terza fonduta fl 1473 b piz ta 300 kg Il ħames qanpiena La Pasquereccia jew La Giustizia fonduta fl 1262 minn b piz ta 1 014 kg Is sitt qanpiena Il Vespruccio fonduta fis seklu 14 u mill ġdid fl 1501 minn b piz ta 1 000 kg Is seba qanpiena Dal Pozzo fonduta fl 1606 u mill ġdid fl 2004 b piz ta 652 kg Għadd ta tarġiet sa fuq nett 296Referenzi DiPI Online Dizionario di Pronuncia Italiana bit Taljan Dizionario di Pronuncia Italiana Piazza del Duomo Pisa bl Ingliz UNESCO Torre bit Taljan Opera della Primaziale Pisana Torre di Pisa guida online informazioni sulla visita historiaweb net bit Taljan Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 11 14 Leaning Tower of Pisa Facts towerofpisa org bl Ingliz Mulvey Stephen 2001 12 15 Saving the Leaning Tower bl Ingliz BBC News Leaning Tower of Pisa tower Pisa Italy bl Ingliz Britannica La Torre di Pisa non e piu da Guinness Il Sole 24 ORE bit Taljan Il Sole 24 Ore 2007 11 02 Scally Derek 2007 11 08 Leaning tower of Pisa loses crooked crown bl Ingliz The Irish Times Leaning Tower of Pisa endex com bl Ingliz 2007 08 13 Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 08 13 Pierotti Piero 2001 Deotisalvi L architetto pisano del secolo d oro bit Taljan Pisa Pacini Editore L Uffiċċji Kapitolari tar Reġistri ta Pisa il parċmina n 248 a b Potts David M Zdravkovic Lidija 2001 Finite Element Analysis in Geotechnical Engineering Application bl Ingliz Thomas Telford p 254 ISBN 9780727727831 Vasari Giorgio 1878 Le opere di Giorgio Vasari Le vite de piu eccellenti pittori scultori ed architettori bit Taljan G C Sansoni p 274 Uffiċċji tar Reġistri Pubbliċi ta Pisa Opera della Primaziale 27 ta Diċembru 1234 Uffiċċji tar Reġistri Pubbliċi ta Pisa Opera della Primaziale 23 ta Frar 1260 Uffiċċji tar Reġistri Pubbliċi ta Pisa Opera della Primaziale 12 ta April 1265 McLain Bill 1999 Do Fish Drink Water bit Taljan New York William Morrow and Company Inc pp 291 292 ISBN 0 688 16512 5 Touring club italiano ed 2005 Authentic Tuscany bl Ingliz Touring Editore p 64 ISBN 9788836532971 Roth Leland M 2018 03 13 Understanding Architecture Its Elements History and Meaning bl Ingliz Routledge p 98 ISBN 9780429975219 Barsali G 1999 Pisa History and masterpieces bl Ingliz Bonechi p 18 ISBN 8872041880 Vasari Giorgio Richter Jean Paul 1855 Lives of the Most Eminent Painters Sculptors and Architects bl Ingliz H G Bohn p 153 Fall of the Leaning Tower History of Interventions bl Ingliz Public Broadcasting Service Vincenzo Viviani bl Ingliz Istitut u Muzew tal Istorja tax Xjenza Firenze Shrady Nicholas 2003 Tilt a skewed history of the Tower of Pisa bl Ingliz Carroll Rory 2000 01 13 Why I spared the Leaning Tower of Pisa bl Ingliz The Guardian FOLLOW UP ON THE NEWS Securing the Lean In Tower of Pisa Published 1987 bl Ingliz The New York Times 1987 11 01 Tipping The Balance bl Ingliz Time 2001 01 25 Hofmann Paul 1989 07 30 Italy s Endangered Treasures Published 1989 bl Ingliz The New York Times Montalbano William D 1989 03 18 900 Year Old Bell Tower Collapses in Italy Three Killed bl Ingliz Los Angeles Times a b Duff Mark 2008 05 28 Pisa s leaning tower stabilised bl Ingliz BBC News Burland John Ingenia Articles bl Ingliz Ingenia Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 01 27 Piazza dei Miracoli la Piazza del Duomo di Pisa bit Taljan Opera della Primaziale Pisana Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 10 25 Gasperetti Marco 2011 04 22 Bianca e lucente come in origine Ecco la nuova Torre di Pisa bit Taljan Corriere della Sera 500 year old Leaning Tower of Pisa mystery unveiled by engineers bl Ingliz Science Daily 2018 05 09 a b ċ Michigan Architect and Engineer Incorporated ed 1952 The Michigan Architect and Engineer bl Ingliz Burland J B 2008 Stabilising the Leaning Tower of Pisa the Evolution of Geotechnical Solutions Trans Newcomen Soc bl Ingliz 78 2 174 0372 0187 Valdes Giuliano 1994 Art and History of Pisa bl Ingliz Casa Editrice Bonechi p 44 ISBN 9788880290247 German steeple beats Leaning Tower of Pisa into Guinness book bl Ingliz Trend News Agency 2007 11 09 Strom Steven Nathan Kurt Woland Jake Lamm David 2009 09 28 Site Engineering for Landscape Architects bl Ingliz John Wiley and Sons p 124 ISBN 9780471695493 Black William Harman 1920 The Real Europe Pocket Guide book Number 10 of the Black s Blue Books bl Ingliz Brentanos p 360 Black Charles Bertram 1898 The Riviera Or The Coast from Marseilles to Leghorn Including the Interior Towns of Carrara Lucca Pisa and Pistoia bl Ingliz A amp C Black p 148 Leaning Tower of Pisa 1920 s Photo of Dal Pozzo endex com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 04 18 Davies Andrew 2005 The Children s Visual World Atlas bl Ingliz Sydney The Fog Press ISBN 1 74089 317 4 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Torri Mmejjel ta Pisa Leaning Tower Pisa EN IT Sit uffiċjali

L-aħħar artikli
  • Ġunju 20, 2025

    K. Waterschei SV Thor Genk

  • Ġunju 12, 2025

    Jupp Heynckes

  • Ġunju 21, 2025

    Jum l-Indipendenza (Malta)

  • Ġunju 17, 2025

    Jum l-Indipendenza

  • Ġunju 19, 2025

    Jum il-Ħelsien (Malta)

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq