Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Aksum spelluta wkoll Axum pronunzjata ˈɑːkˈsuːm hija belt fir Reġjun ta Tigray tal Etjopja b popolazzjoni ta 66 900 resi

Aksum

  • Paġna Ewlenija
  • Aksum
Aksum
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Aksum, spelluta wkoll Axum (pronunzjata: /ˈɑːkˈsuːm/), hija belt fir-Reġjun ta' Tigray tal-Etjopja b'popolazzjoni ta' 66,900 resident (mill-2015). Hija s-sit tal-belt kapitali storika tal-Imperu tal-Aksumiti, setgħa navali u kummerċjali li kellha f'idejha r-reġjun kollu flimkien ma' partijiet tal-Punent tal-Asja bħall-Arabja Sawdija u l-Jemen. L-imperu mexxa r-reġjun minn madwar l-400 Q.K. sas-seklu 10 W.K. Aksum tinsab fid-distrett ta' La’ilay Maychew tal-Etjopja.

Aksum
 Etjopja
Amministrazzjoni
Stat sovranEtjopja
Region of EthiopiaReġjun ta' Tigray
Zone of EthiopiaŻona ta' Mehakelegnaw
District of EthiopiaBelt ta' Aksum
Ġeografija
Koordinati 14°07′18″N 38°43′53″E / 14.1218°N 38.7315°E / 14.1218; 38.7315Koordinati: 14°07′18″N 38°43′53″E / 14.1218°N 38.7315°E / 14.1218; 38.7315
Aksum
Aksum (Ethiopia)
Superfiċjenti 17.27 kilometru kwadru
Għoli 2,131 m
Demografija
Popolazzjoni 66,800 abitanti (2015)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati

Aksum tinsab fiż-Żona Ċentrali tar-Reġjun ta' Tigray, qrib il-bażi tal-muntanji ta' Adwa. Għandha elevazzjoni ta' 2,131 metru (6,991 pied) u hija mdawra bid-distrett ta' La'ilay Maychew, woreda amministrata separatament tar-Reġjun ta' Tigray.

Fl-1980, is-siti arkeoloġiċi ta' Aksum żdiedu fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-valur storiku tagħhom. Qabel il-bidu tal-Gwerra ta' Tigray fl-2020, Aksum kienet destinazzjoni turistika ewlenija għall-viżitaturi barranin.

Storja

Qedem

Ma tantx hemm informazzjoni disponibbli rigward is-sekli bikrin tal-evoluzzjoni preżunta ta' Aksum minn ċentru reġjonali umli għal setgħa dominanti. Is-sejbiet arkeoloġiċi f'Gobadra (Gobo Dara) u f'Anqar Baahti jissuġġerixxu li fil-qrib x'aktarx li hemm fdalijiet ta' Żmien il-Ħaġar. L-iskavi ta' f'Amba Beta Giyorgis 'il fuq minn Aksum jivvalidaw l-għeruq pre-Aksumiti ta' insedjament f'Aksum li jmur lura sa madwar is-sekli 7 sa 4 Q.K. Barra minn hekk, l-iskavi fil-Park tal-Isteli fil-qalba ta' Aksum jissostanzjaw attività kontinwa f'dik iż-żona mill-bidu tal-era komuni. Sas-seklu 1 W.K., Aksum ġiet deskritta bħala "metropoli" fil-Manuskritt tal-Baħar Eritrew.

Diversi spedizzjonijiet arkeoloġiċi wettqu skavi f'diversi partijiet ta' Aksum. L-użu bikri ta' steli jew ta' obeliski bħala markaturi tal-oqbra huwa ddokumentat, u evolva maż-żmien biex jinkorpora wħud mill-ikbar monumenti fid-dinja. Inizjalment, l-isteli tal-granit fiċ-ċimiterju primarju li kien fih l-oqbra rjali Aksumiti u ċimiterji oħra madwar il-belt kienu sempliċi u mhux mirquma. Sussegwentement, baqgħu sempliċi iżda bdew jiġu mżejna bil-granit bir-reqqa kollha, u eventwalment bdew jiġu mnaqqxa biex jemulaw torrijiet ta' diversi sulari bi stil arkitettoniku uniku. L-arkitettura Aksumita hija kkaratterizzata minn blokok enormi tal-granit, ħaġa iżgħar mhux maqtugħ għall-ħitan, tkaħħil tat-tajn għat-tiswija, brikks għall-volti u għall-ħnejjiet, u qafas estern tal-injam qisu ta' "rjus tax-xadini" jew għamliet kwadri ħerġin 'il barra. Il-ħitan kellhom it-tendenza li jkunu inklinati 'l ġewwa iktar ma jitilgħu, u spiss kien ikun fihom diversi niċeċ 'il ġewwa biex ikollhom iktar saħħa. Stil arkitettoniku komparabbli huwa evidenti fi strutturi sostanzjali ta' "palazzi" mhux biss f'Aksum iżda wkoll fi bliet oħra bħal Adulis u Matara. Il-preżenza ta' ġibjun kbir, issa magħruf bħala May Sum, taħt l-għolja msejħa May Qoho, jaf imur lura għal żmien l-Imperu Aksumita, u b'hekk jindika l-provvista tal-ilma affidabbli tal-belt. Aksum x'aktarx kellha viċinat agrikolu prosperuż, li huwa evidenti mill-qamħ fuq il-muniti Aksumiti, abbundanza ta' bhejjem, foresti lokali għall-provvista tal-ħatab għal sekli sħaħ, u diversi industriji bħall-produzzjoni tal-metalli, tal-ħġieġ u tal-bċejjeċ tal-fuħħar. Il-kisbiet tal-Aksumiti fl-arkitettura u fix-xogħol bil-ġebel, flimkien ma' evidenza ta' xogħol bl-avorju u bil-ġlud, instabu fl-oqbra Aksumiti.

, li żar Aksum fit-tieni deċennju tas-seklu 6, iddeskriva l-palazz b'erba' torrijiet tar-re tal-Etjopja, li kien imżejjen bi statwi ta' unikorni tal-bronż. F'Aksum fl-imgħoddi kien hemm ukoll ringieli ta' tronijiet monumentali tal-granit, li x'aktarx kellhom statwi tal-metall iddedikati lil divinitajiet pre-Kristjani bħal Astar, Baher, Madr u Mahram. Dawn it-tronijiet kienu jinkorporaw panewijiet kbar b'kitbiet imnaqqxa, uħud attribwiti lil Ousanas, Ezana, Kaleb, u ibnu stess Wazeb, li jirrakkontaw il-gwerer tagħhom u li jservu bħala monumenti tar-rebħiet. Kitba mnaqqxa partikolari ssemmi lil Ezana jistabbilixxi tron "hawnhekk f'Sado", x'aktarx xi post f'Aksum. Il-librerija f'Aksum kellhom dokumenti Kristjani essenzjali, u l-patrijiet Koptiċi ttraduċew bosta minn dawn il-kotba fis-sekli 5 u 6. Il-Bibbja ġiet tradotta bil-lingwa Ge'ez, u l-unika kopja sħiħa li għadha teżisti tal-Ktieb ta' Enoch hija bil-lingwa Ge'ez.

Il-kuntatt mal-Imperu Biżantin waqaf wara li l-provinċji tal-Lvant tiegħu nħatfu mill-Għarab u b'konsegwenza ta' dan, Aksum saret iktar fqira u iktar iżolata. Ma baqgħetx tkun il-belt kapitali politika tar-Renju ta' Aksum xi żmien wara s-seklu 8, li ġie rilokat lejn in-Nofsinhar. Kitba mnaqqxa, maħduma minn ċertu , issemmi s-suċċess tiegħu ta' suġġogazzjoni tar-re ta' Aksum u t-tnaqqis tal-istatus tal-belt għal dak ta' tributarja lir-renju tiegħu stess fis-seklu 9. Huwa konċepibbli li l-ħsara ekoloġika kienet estiża lejn l-inħawi madwar Aksum minħabba d-domanda dejjem tikber għall-oġġetti tal-ikel u għall-ħatab. Ir-reġjun madwar il-belt jaf eventwalment kien sar inkapaċi li jsostni l-popolazzjoni ta' ċentru politiku ewlieni. Sal-aħħar tas-seklu 9, Aksum ġiet abbandunata għalkollox u tħalliet fi stat ta' fdalijiet.

Medjevali

Il-belt reġgħet saret prominenti wara l-wasla tad-dinastija ta' Salamun, u saret il-belt kapitali spiritwali tal-Imperu Etjopjan. Ġabra ta' dokumenti bil-lingwa Ge'ez, li jinkorporaw storja leġġendarja konċiża ta' Aksum, dokumenti dwar l-artijiet, u materjal relatat ieħor, magħrufa bħala l-Ktieb ta' Aksum, ġie skopert b'kumbinazzjoni flimkien ma' manuskritti, il-Kebra Nagast u xogħlijiet oħra. Din il-kompilazzjoni tagħti diversi ħjiel dwar il-pussessi tal-knisja u l-istorja sussegwenti tal-belt. Il-belt kellha wkoll il-gvernatur tagħha stess magħruf bħala n-Nebure Id, li kien ukoll dinjitarju għoli tal-knisja. Il-Kebra Nagast inkiteb min-Nebure Id , li rrikonoxxa li Aksum kienet il-post fejn kien hemm l-Arka tal-Alleanza, għalkemm Aksum qatt ma ssemmiet fil-ktieb. Minflok, il-"belt tar-renju" tissejjaħ Dabra Makadda.

Is-Seyon ta' Aksum ġiet irrestawrata minn Dawit I fl-1406. Ingħad li kienet tospita l-Arka tal-Alleanza tal-Bibbja, li kienet iżżomm it-Tavli tal-Ġebel li fuqhom kien imnaqqxa l-Għaxar Kmandamenti. ġie inkurunat hemmhekk fl-1436 u baqa' jirresjedi f'Aksum għal tliet snin. Sussegwentement, ftit monarki oħra wkoll għażlu lil Aksum bħala s-sit għaċ-ċerimonji tal-inkurunazzjoni tagħhom. Dan ir-ritwali uniku kien jinvolvi l-qtugħ ta' korda miżmuma mill-"ulied bniet ta' Aksum", bħala simbolu tat-tlugħ tar-re bħala r-"re ta' Zion". It-tronijiet tal-ġebel Aksumiti tal-qedem kienu jintużaw bħala sedji tal-inkurunazzjoni, għalkemm l-"inkurunazzjoni" stess kienet tinkludi r-ritwali tad-dlik u tal-qtugħ tat-tonsura, segwiti minn quddiesa fil-knisja.

qatta' tmien xhur f'Aksum fis-snin 20 tas-seklu 16 u ddeskriva l-knisja ta' Aksum Seyon, l-isteli, it-tronijiet u strutturi oħra. Huwa ħaseb li l-belt kienet l-eks residenza tar-Reġina ta' Sheba, kif ukoll ta' Kandake u ta' Gudit. Fil-kitba tiegħu huwa ddeskriva l-knisja: "Din il-knisja hija tassew kbira; għandha ħames korsiji wesgħin u twal sew, bil-volti mas-saqaf, u l-volti kollha magħluqin, u s-saqaf u l-ġnub kollha mpittrin. Il-korp tal-knisja huwa maħdum sew b'lavur mirqum tal-ġebel; għandha seba' kappelli, kollha b'daharhom lejn il-Lvant, u b'artali mżejna sew. Għandha kor bi stil minn tagħna, għajr li huwa baxx, u wieħed imiss il-volti tas-saqaf b'rasu; u l-kor jinsab ukoll 'il fuq mill-volta, imma ma jintużax".

Ir-rikkezzi ta' Aksum insterqu u ngħataw in-nar fl-1535 mit-truppi ta' li qered il-knisja li Alvares kien iddeskriva. Qabel ma l-belt insterqet, dokument fil-Ktieb ta' Aksum jelenka 1,705 oġġetti tad-deheb kif ukoll bosta oġġetti oħra ta' Aksum li Lebna Dengel qassam lid-diversi gvernaturi biex isalvahom mill-qerda, u l-kronista ta' Ahmad isemmi li oġġett kbir tal-ġebel kien tneħħa matul dan iż-żmien u ttieħed f'post sikur f'"Tabr".

kkonferma l-kobor tal-qerda ta' Aksum fis-seklu 16 u kkummenta li mbagħad kien fadlilha 100 abitant biss.

Il-belt ġiet rikostruwita fl-1580 mill-Imperatur Sarsa Dengel li rrestawra l-knisja u ġie inkurunat hemmhekk.

Seklu 17

Fl-1604-1605 żar il-belt il- , li rrapporta li l-knisja kellha navata, żewġ korsiji u bejt tal-ħuxlief. Jista' jkun li xi elementi tal-arkitettura interna mill-knisja preċedenti baqgħu jeżistu, inkluż il-ħitan ta' barra, li mbagħad fi ħdanhom inbniet il-knisja iżgħar il-ġdida. Fl-1608, matul l-inkurunazzjoni ta' Susenyos I f'Aksum, ġiet iċċelebrata quddiesa f'dan il-post. Madankollu, fl-1611 ir-rikkezzi ta' Aksum insterqu minn Oromo, li ta n-nar lill-knisja. li żar Aksum għall-ħabta tal-1620 ra madwar 150-200 dar tat-tajn biss, u kiten li Aksum kienet villaġġ żgħir biss.

Fl-1655, Fasilides ordna li l-knisja tiġi rrestawrata. Id-dedika tagħha ġiet iċċelebrata minn bintu, il-Prinċipessa Yodit, li tat "ammont inkalkolabbli ta' flus", sabiex il-knisja tkun "mill-isbaħ u tal-għaġeb". Fl-1678, xi ribelli taħt Ras 'Faris, il-gvernatur ta' Salawa, taw in-nar lil Aksum, iżda l-knisja baqgħet teżisti u ntużat fl-inkurunazzjoni ta' Iyasu I fl-1693.

Seklu 18

Il-vjaġġatur Franċiż żar Aksum (li sejħilha "Heleni") fl-1700, u ddeskriva l-isteli u l-knisja. ħalla wkoll xi deskrizzjonijiet tal-belt tal-qedem, li fi żmienu kienet tikkonsisti skontu f'madwar 600 dar. Huwa kien jemmen li Aksum kienet l-iktar frott ix-xogħol tat-, u akkredita l-biċċa l-kbira tal-monumenti lil .

Wara d-deklin tal-awtorità imperjali fi żmien Zemene Mesafint, Aksum sfat taħt il-kontroll tal-mexxejja ta' Tigray. Wieħed minnhom, Wolde Selassie, ta għotja ta' art lill-Knisja ta' Santa Marija fl-1794.

Seklu 19

Skont il-missjunarju , fil-bidu tas-seklu 19 Aksum kienet sejra tajjeb ekonomikament, peress li kienet tinsab fi "pjanura għammiela enormi" li kienet "ikkultivata sew". Apparti l-fdalijiet, l-insedjament kien magħmul kważi kompletament minn għorfiet tondi b'soqfa tal-ħuxlief.

Il-mexxej u ġellied tal-gwerer , ta għotja ta' art lill-Knisja ta' Santa Marija kif ġie rreġistrat f'dokument bla data.

Fit-12 ta' Jannar 1872, Yohannes IV ġie inkurunat bħala l-Imperatur tal-Etjopja fil-belt ta' Aksum.

Fi Frar 1893, l-esploraturi Brittaniċi u martu , ivvjaġġaw b'dgħajsa lejn Massawa mal-kosta tal-Punent tal-Baħar l-Aħmar. Imbagħad ivvjaġġaw bl-art sabiex iwettqu skavi f'Aksum u f'Yeha, bit-tama li jirriċerkaw rabtiet possibbli bejn in-networks kummerċjali bikrin u l-kulturi bikrin fuq iż-żewġ naħat tal-Baħar l-Aħmar. Huwa waslu f'Aksum fl-24 ta' Frar 1893, iżda xogħolhom kellu jieqaf ħesrem minħabba t-tensjonijiet bejn l-okkupanti Taljani u l-mexxejja u l-ġellieda tal-gwerer lokali, flimkien mal-konsegwenzi kontinwi tal-Ewwel Gwerra bejn l-Italja u l-Etjopja, u b'hekk kellhom jirtiraw malajr sal-aħħar ta' Marzu lejn Zula u reġgħu lura l-Ingilterra.

Il-ġurnalist Brittaniku wara li żar Aksum fl-1897 kiteb: "wara li niżlet xita qliel, feġġew muniti antiki mill-ħamrija, u s-subien lokali kienu jieħdu pjaċir jakkumpanjaw stranġier u juruh il-post. Kienu intelliġenti u b'seba' għajnejn, u kienu jinteressaw ruħhom u kurjużi, iżda sakemm ma jkunx hemm xi ħadd hemmhekk biex jippremjahom talli sabu xi muniti antiki, lanqas biss kienu jiġbruhom minn mal-art, għaliex għalihom ma kellhomx valur".

Seklu 20

Il-fdalijiet ta' Aksum ġew investigati fl-1906 minn missjoni arkeoloġika importanti Ġermaniża mmexxija mill-istudjuż rinomat .

Fil-bidu tat-Tieni Gwerra bejn l-Italja u l-Etjopja, it-truppi Taljani ħatfu lil Aksum f'Ottubru 1936. Fl-1937, obelisk ta' Aksum twil 24 metru (79 pied) ta' 1,700 sena ilu, ġie maqsum f'ħames biċċiet mit-Taljani li ttrasportawh bil-baħar lejn Ruma biex imbagħad jerġa' jittella'. L-obelisk jitqies minn ħafna bħala wieħed mill-ifjen eżempji ta' inġinerija mill-quċċata tal-Imperu Aksumit. Minkejja ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1947 biex l-obelisk jerġa' jiġi ttrasportat lura, l-Italja għall-ewwel reġa' bdielha, u b'hekk inħoloq diżgwid diplomatiku fit-tul mal-gvern Etjopjan, li kien iqis l-obelisk bħala simbolu tal-identità nazzjonali.

Matul il-Gwerra Ċivili Etjopjana, fit-30 ta' Marzu 1989, Aksum ġiet ibbumbardjata mill-ajru mill-Forza tal-Ajru Etjopjana u tliet persuni nqatlu.

Seklu 21

F'April 2005, l-Italja finalment irritornat il-biċċiet tal-obeliski lejn Aksum qalb ħafna briju uffiċjali u pubbliku. L-Italja kopriet ukoll il-kostijiet ta' US$4 miljun tat-trasferiment. L-UNESCO ħadet ir-responsabbiltà għall-installazzjoni mill-ġdid ta' din l-istele f'Aksum, u sal-aħħar ta' Lulju 2008, l-obelisk kien ġie installat mill-ġdid u beda jintwera lill-pubbliku uffiċjalment fl-4 ta' Settembru 2008.

Matul il-Gwerra ta' Tigray, madwar 100-800 persuna ċivili ġew immassakrati mill-Armata tal-Eritrea bejn it-28 ta' Novembru u l-15 ta' Diċembru 2020.

Sit ta' Wirt Dinji

Aksum ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1980.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Attrazzjonijiet ewlenin ta' Aksum

Il-monumenti Aksumiti ewlenin fil-belt huma l-isteli. Dawn l-obeliski għandhom madwar 1,700 sena u sar simbolu tal-identià tal-poplu Etjopjan. L-ikbar għadd ta' obeliski jinsabu fil-Park tal-Isteli tat-Tramuntana, fejn l-itwal wieħed, l-Istele l-Kbira, fih 33 metru (108 pied), li hu maħsub li waqa' u nkiser waqt il-kostruzzjoni tiegħu. L-Obelisk ta' Aksum tneħħa mill-armata Taljana fl-1937, ġie rritornat lill-Etjopja fl-2005 u ġie installat mill-ġdid fil-31 ta' Lulju 2008. It-tieni l-itwal stele hija l-Istele tar-Re Ezana li hija twila 24 metru (79 pied). Tliet steli oħra huma għoljin 18.2-il metru (60 pied), 15.8-il metru (52 pied), u 15.3-il metru (50 pied). Huwa maħsub li l-isteli jimmarkaw l-oqbra u fl-imgħoddi kellhom diski tal-metall fondut imwaħħlin mal-ġnub tagħhom, li kienu mnaqqxin ukoll b'disinni arkitettoniċi. L-Istele ta' Gudit lejn il-Punent tal-belt, għad-differenza tal-oħrajn fit-Tramuntana, huma sparsi flimkien ma' oqbra l-iktar tas-seklu 4.

L-attrazzjonijiet ewlenin l-oħra tal-belt huma l-knejjes antiki u ġodda ta' Santa Marija ta' Zion. Il-Knisja ta' Santa Marija ta' Zion inbniet fl-1665 mill-Imperatur Fasilides u jingħad li kienet tospita l-Arka tal-Alleanza. Il-katidral oriġinali, li jingħad li nbniet minn Ezana u tkabbret diversi drabi iktar 'il quddiem, jingħad li kienet enormi bi 12-il navata. Ingħata n-nar minn Gudit, ġie rikostruwit, u mbagħad reġa' nqered matul il-gwerra bejn l-Abissinja u Adal tas-seklu 16. Reġa' nbena mill-ġdid mill-Imperatur Gelawdewos (u tlesta minn ħuh u s-suċċessur l-Imperatur Minas) u l-Imperatur Fasilides issostitwih bl-istruttura preżenti. L-irġiel biss jitħallew jidħlu fil-Katidral l-Antik ta' Santa Marija (uħud jgħidu li minħabba l-qerda tal-knisja oriġinali minn Gudit). Il-Katidral il-Ġdid ta' Santa Marija ta' Zion tinsab qrib il-Katidral l-Antik, u nbena biex tiġi onorata wegħda mill-Imperatur Haile Selassie lil Santa Marija ta' Zion tal-liberazzjoni tal-Etjopja mill-okkupazzjoni . Mibni bi stil neo-Biżantin, il-Katidral il-Ġdid beda jinbena fl-1955, u l-aċċess tan-nisa huwa permess. L-Imperatur Haile Selassie interrompa ż-żjara statali tar-Reġina Eliżabetta II biex tivvjaġġa lejn Aksum u tattendi d-dedikazzjoni tal-Katidral il-Ġdid u tagħti ġieħ personali, u b'hekk tintwera l-importanza ta' din il-knisja fl-Imperu Etjopjan. Ir-Reġina Eliżabetta żaret il-katidral ftit jiem wara. Bejn iż-żewġ katidrali hemm kappella żgħira magħrufa bħala l-Kappella tat-Tavla li nbniet fl-istess żmien bħala l-Katidral il-Ġdid, li hija maħsuba li tospita l-Arka tal-Alleanza. Il-konsorti tal-Imperatur Haile Selassie, l-Imperatriċi Menen Asfaw, ħallset għall-kostruzzjoni tagħha mill-fondi privati tagħha. Il-kappella hija magħluqa għal kulħadd għajr għall-patri gwardjan li jirresjedi hemmhekk. Id-dħul huwa pprojbit saħansitra lill-Patriarka tal-Knisja Ortodossa, u lill-Imperatur tal-Etjopja matul il-monarkija. Iż-żewġ kattidrali u l-kappella tal-Arka huma l-qofol ta' pellegrinaġġ u jitqiesu bħala l-iżjed siti sagri fl-Etjopja għall-membri tal-Knisja Ortodossa Etjopjana.

Attrazzjonijiet oħra f'Aksum jinkludu l-mużewijiet arkeoloġiċi u etnografiċi, il-Ħaġra ta' Ezana bil-kitba mnaqqxa bis-Sabajan, bil-Geʽez u bil-Grieg Antik b'mod simili bħall-Ġebla ta' Rosetta, il-Qabar tar-Re Bazen (sit megalitiku li jitqies bħala waħda mill-iżjed strutturi bikrin), l-hekk imsejjaħ Banju tar-Reġina ta' Sheba (li fil-fatt huwa ġibjun), il-palazzi ta' Ta'akha Maryam tas-seklu 4 u ta' Dungur tas-seklu 6, il-Monasteri ta' Pentalewon u ta' Abba Liqanos, u madwar 2 kilometri (1.2 mil) fil-Punent hemm is-sit tal-arti fuq il-blat magħruf bħala l-Iljun Femminili ta' Gobedra.

Leġġenda lokali ssostni li r-Reġina ta' Sheba kienet tgħix fil-belt.

Klima

Is-sistema tal-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen-Geiger tikklassifika l-klima ta' Aksum bħala klima subtropikali tal-artijiet għoljin (Cwb).

Data klimatika għal Aksum
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. massima medja ta' kuljum f'°C (°F) 25.9

(78.6)

27.2

(81.0)

28.6

(83.5)

29.4

(84.9)

28.8

(83.8)

27.0

(80.6)

22.5

(72.5)

22.3

(72.1)

24.8

(76.6)

26.3

(79.3)

26.8

(80.2)

25.7

(78.3)

26.3

(79.3)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 16.7

(62.1)

17.8

(64.0)

17.7

(63.9)

21.0

(69.8)

20.8

(69.4)

19.7

(67.5)

17.2

(63.0)

17.4

(63.3)

17.9

(64.2)

17.9

(64.2)

17.4

(63.3)

16.2

(61.2)

18.1

(64.7)

Temp. minima medja ta' kuljum f'°C (°F) 7.5

(45.5)

8.4

(47.1)

10.8

(51.4)

12.7

(54.9)

12.9

(55.2)

12.4

(54.3)

12.0

(53.6)

12.6

(54.7)

11.1

(52.0)

9.6

(49.3)

8.0

(46.4)

6.7

(44.1)

10.4

(50.7)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 3

(0.1)

2

(0.1)

9

(0.4)

27

(1.1)

31

(1.2)

67

(2.6)

221

(8.7)

199

(7.8)

67

(2.6)

12

(0.5)

13

(0.5)

1

(0.0)

652

(25.6)

Sors: Climate-Data.org (altitudni: 2,133 metru).

Demografija

Skont l-Aġenzija Statistika Ċentrali (CSA), tal-1 ta' Lulju 2012 il-popolazzjoni tal-belt ta' Aksum kienet stmata li tlaħħaq is-56,576 ruħ. Iċ-ċensiment kien jindika li 30,293 ruħ tal-popolazzjoni kienu nisa u 26,283 ruħ kienu rġiel.

Iċ-ċensiment nazzjonali tal-2007 wera li l-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 44,647 ruħ, li minnhom 20,741 ruħ kienu rġiel u 23,906 ruħ kienu nisa). Il-maġġoranza tal-abitanti qalu li kienu jipprattikaw il-Kristjaneżmu Ortodoss Etjopjan, bi 88.03 % irrapportaw li dik kienet ir-reliġjon tagħhom, filwaqt li 10.89 % tal-popolazzjoni kienu Musulmani Etjopjani.

Iċ-ċensiment nazzjonali tal-1994 irrapporta li l-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 27,148 ruħ, li minnhom 12,536 ruħ kienu rġiel u 14,612-il ruħ kienu nisa. L-ikbar grupp etniku rrapportat kien il-poplu ta' Tigray b'98.54 % u l-lingwa Tigrinya kienet mitkellma bħala l-ewwel lingwa minn 98.68 %. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni kienet tipprattika l-Kristjaneżmu Ortodoss Etjopjan, b'85.08 % irrapportaw li kienu jipprattikaw dik ir-reliġjon, filwaqt li 14.81 % kienu Musulmani.

Trasport

L-Ajruport ta' Aksum, magħruf ukoll bħala l-Ajruport tal-Imperatur Yohannes IV, jinsab 5.5 kilometri (3.4 mili) biss lejn il-Lvant tal-belt.

Edukazzjoni

L-Università ta' Aksum ġiet stabbilita f'Mejju 2006 fuq sit li inizjalment ma kienx maħsub għall-kostruzzjoni, 4 kilometri (2.5 mili) miż-żona ċentrali ta' Aksum. Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni saret fis-16 ta' Frar 2007 u l-erja attwali tal-kampus ta' 107 ettari (260 akru), bi spazju biżżejjed għat-tkabbir. Huwa mistenni li l-istabbiliment ta' università f'Aksum se jagħti kontribut siewi għall-iżvilupp kontinwu tal-pajjiż inġenerali u tar-reġjun b'mod partikolari.

Nies notevoli

  • (twieled fl-1941), li fost it-titli tiegħu kien l-"Arċisqof ta' Aksum";
  • (1953-2021), politiku u membru fundatur tal-Front tal-Liberazzjoni tal-Poplu ta' Tigray;
  • (1599-1692), filosfu;
  • (twieled fl-1969), paleoantropologu u eks President tad-Dipartiment tal-Antropoloġija fl-Akkademja tax-Xjenzi tal-California f'San Francisco, l-Istati Uniti.

Gallerija

Referenzi

  1. ^ "Ethiopia: Regions, Districts, Cities, Towns - Population Statistics in Maps and Charts". www.citypopulation.de (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-12.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Aksum". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-12.
  3. ^ "Aksum | Ancient City, Stelae, Ruins, & Map | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2023-12-03. Miġbur 2024-01-12.
  4. ^ Phillipson, David W. (2014). Foundations of an African Civilisation: Aksum and the Northern Horn, 1000 BC - AD 1300. Boydell & Brewer Ltd. p. 69. ISBN 9781847010889.
  5. ^ "Axum - Walkin Ethiopia Tour and Travel". walkinethiopia.com. Miġbur 2024-01-12.
  6. ^ "Axum climate: Weather Axum & temperature by month". en.climate-data.org. Miġbur 2024-01-12.
  7. ^ "2011 National Statistics (Abstract) - 2011 National Statistics (Abstract)". web.archive.org. 2013-01-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-26. Miġbur 2024-01-12.
  8. ^ "Census 2007 Tables: Tigray Region". web.archive.org. 2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-14.
  9. ^ "1994 Population and Housing Census of Ethiopia: Results for Southern Nations, Nationalities and Peoples' Region, Vol. 1, part 1" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-11-19. Miġbur 2024-01-12.
  10. ^ "Axum Airport". web.archive.org. 2012-04-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-29. Miġbur 2024-01-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 25 Ġun, 2025 / 19:28

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Aksum, X'inhi Aksum? Xi tfisser Aksum?

Aksum spelluta wkoll Axum pronunzjata ˈɑːkˈsuːm hija belt fir Reġjun ta Tigray tal Etjopja b popolazzjoni ta 66 900 resident mill 2015 Hija s sit tal belt kapitali storika tal Imperu tal Aksumiti setgħa navali u kummerċjali li kellha f idejha r reġjun kollu flimkien ma partijiet tal Punent tal Asja bħall Arabja Sawdija u l Jemen L imperu mexxa r reġjun minn madwar l 400 Q K sas seklu 10 W K Aksum tinsab fid distrett ta La ilay Maychew tal Etjopja Aksum EtjopjaAmministrazzjoniStat sovranEtjopjaRegion of EthiopiaReġjun ta TigrayZone of EthiopiaZona ta MehakelegnawDistrict of EthiopiaBelt ta AksumĠeografijaKoordinati 14 07 18 N 38 43 53 E 14 1218 N 38 7315 E 14 1218 38 7315 Koordinati 14 07 18 N 38 43 53 E 14 1218 N 38 7315 E 14 1218 38 7315AksumAksum Ethiopia Superfiċjenti 17 27 kilometru kwadruGħoli 2 131 mDemografijaPopolazzjoni 66 800 abitanti 2015 Informazzjoni oħrabliet ġemellati Aksum tinsab fiz Zona Ċentrali tar Reġjun ta Tigray qrib il bazi tal muntanji ta Adwa Għandha elevazzjoni ta 2 131 metru 6 991 pied u hija mdawra bid distrett ta La ilay Maychew woreda amministrata separatament tar Reġjun ta Tigray Fl 1980 is siti arkeoloġiċi ta Aksum zdiedu fil lista ta Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO minħabba l valur storiku tagħhom Qabel il bidu tal Gwerra ta Tigray fl 2020 Aksum kienet destinazzjoni turistika ewlenija għall vizitaturi barranin StorjaQedem Ma tantx hemm informazzjoni disponibbli rigward is sekli bikrin tal evoluzzjoni prezunta ta Aksum minn ċentru reġjonali umli għal setgħa dominanti Is sejbiet arkeoloġiċi f Gobadra Gobo Dara u f Anqar Baahti jissuġġerixxu li fil qrib x aktarx li hemm fdalijiet ta Zmien il Ħaġar L iskavi ta f Amba Beta Giyorgis il fuq minn Aksum jivvalidaw l għeruq pre Aksumiti ta insedjament f Aksum li jmur lura sa madwar is sekli 7 sa 4 Q K Barra minn hekk l iskavi fil Park tal Isteli fil qalba ta Aksum jissostanzjaw attivita kontinwa f dik iz zona mill bidu tal era komuni Sas seklu 1 W K Aksum ġiet deskritta bħala metropoli fil Manuskritt tal Baħar Eritrew Diversi spedizzjonijiet arkeoloġiċi wettqu skavi f diversi partijiet ta Aksum L uzu bikri ta steli jew ta obeliski bħala markaturi tal oqbra huwa ddokumentat u evolva maz zmien biex jinkorpora wħud mill ikbar monumenti fid dinja Inizjalment l isteli tal granit fiċ ċimiterju primarju li kien fih l oqbra rjali Aksumiti u ċimiterji oħra madwar il belt kienu sempliċi u mhux mirquma Sussegwentement baqgħu sempliċi izda bdew jiġu mzejna bil granit bir reqqa kollha u eventwalment bdew jiġu mnaqqxa biex jemulaw torrijiet ta diversi sulari bi stil arkitettoniku uniku L arkitettura Aksumita hija kkaratterizzata minn blokok enormi tal granit ħaġa izgħar mhux maqtugħ għall ħitan tkaħħil tat tajn għat tiswija brikks għall volti u għall ħnejjiet u qafas estern tal injam qisu ta rjus tax xadini jew għamliet kwadri ħerġin il barra Il ħitan kellhom it tendenza li jkunu inklinati l ġewwa iktar ma jitilgħu u spiss kien ikun fihom diversi niċeċ il ġewwa biex ikollhom iktar saħħa Stil arkitettoniku komparabbli huwa evidenti fi strutturi sostanzjali ta palazzi mhux biss f Aksum izda wkoll fi bliet oħra bħal Adulis u Matara Il prezenza ta ġibjun kbir issa magħruf bħala May Sum taħt l għolja msejħa May Qoho jaf imur lura għal zmien l Imperu Aksumita u b hekk jindika l provvista tal ilma affidabbli tal belt Aksum x aktarx kellha viċinat agrikolu prosperuz li huwa evidenti mill qamħ fuq il muniti Aksumiti abbundanza ta bhejjem foresti lokali għall provvista tal ħatab għal sekli sħaħ u diversi industriji bħall produzzjoni tal metalli tal ħġieġ u tal bċejjeċ tal fuħħar Il kisbiet tal Aksumiti fl arkitettura u fix xogħol bil ġebel flimkien ma evidenza ta xogħol bl avorju u bil ġlud instabu fl oqbra Aksumiti li zar Aksum fit tieni deċennju tas seklu 6 iddeskriva l palazz b erba torrijiet tar re tal Etjopja li kien imzejjen bi statwi ta unikorni tal bronz F Aksum fl imgħoddi kien hemm ukoll ringieli ta tronijiet monumentali tal granit li x aktarx kellhom statwi tal metall iddedikati lil divinitajiet pre Kristjani bħal Astar Baher Madr u Mahram Dawn it tronijiet kienu jinkorporaw panewijiet kbar b kitbiet imnaqqxa uħud attribwiti lil Ousanas Ezana Kaleb u ibnu stess Wazeb li jirrakkontaw il gwerer tagħhom u li jservu bħala monumenti tar rebħiet Kitba mnaqqxa partikolari ssemmi lil Ezana jistabbilixxi tron hawnhekk f Sado x aktarx xi post f Aksum Il librerija f Aksum kellhom dokumenti Kristjani essenzjali u l patrijiet Koptiċi ttraduċew bosta minn dawn il kotba fis sekli 5 u 6 Il Bibbja ġiet tradotta bil lingwa Ge ez u l unika kopja sħiħa li għadha tezisti tal Ktieb ta Enoch hija bil lingwa Ge ez Il kuntatt mal Imperu Bizantin waqaf wara li l provinċji tal Lvant tiegħu nħatfu mill Għarab u b konsegwenza ta dan Aksum saret iktar fqira u iktar izolata Ma baqgħetx tkun il belt kapitali politika tar Renju ta Aksum xi zmien wara s seklu 8 li ġie rilokat lejn in Nofsinhar Kitba mnaqqxa maħduma minn ċertu issemmi s suċċess tiegħu ta suġġogazzjoni tar re ta Aksum u t tnaqqis tal istatus tal belt għal dak ta tributarja lir renju tiegħu stess fis seklu 9 Huwa konċepibbli li l ħsara ekoloġika kienet estiza lejn l inħawi madwar Aksum minħabba d domanda dejjem tikber għall oġġetti tal ikel u għall ħatab Ir reġjun madwar il belt jaf eventwalment kien sar inkapaċi li jsostni l popolazzjoni ta ċentru politiku ewlieni Sal aħħar tas seklu 9 Aksum ġiet abbandunata għalkollox u tħalliet fi stat ta fdalijiet Medjevali Il Ħaġra ta Ezana inċiza bejn it 330 u t 356 W K bil kitba Ge ez tal qedem bis Sabajan u bil Grieg Il belt reġgħet saret prominenti wara l wasla tad dinastija ta Salamun u saret il belt kapitali spiritwali tal Imperu Etjopjan Ġabra ta dokumenti bil lingwa Ge ez li jinkorporaw storja leġġendarja konċiza ta Aksum dokumenti dwar l artijiet u materjal relatat ieħor magħrufa bħala l Ktieb ta Aksum ġie skopert b kumbinazzjoni flimkien ma manuskritti il Kebra Nagast u xogħlijiet oħra Din il kompilazzjoni tagħti diversi ħjiel dwar il pussessi tal knisja u l istorja sussegwenti tal belt Il belt kellha wkoll il gvernatur tagħha stess magħruf bħala n Nebure Id li kien ukoll dinjitarju għoli tal knisja Il Kebra Nagast inkiteb min Nebure Id li rrikonoxxa li Aksum kienet il post fejn kien hemm l Arka tal Alleanza għalkemm Aksum qatt ma ssemmiet fil ktieb Minflok il belt tar renju tissejjaħ Dabra Makadda Is Seyon ta Aksum ġiet irrestawrata minn Dawit I fl 1406 Ingħad li kienet tospita l Arka tal Alleanza tal Bibbja li kienet izzomm it Tavli tal Ġebel li fuqhom kien imnaqqxa l Għaxar Kmandamenti ġie inkurunat hemmhekk fl 1436 u baqa jirresjedi f Aksum għal tliet snin Sussegwentement ftit monarki oħra wkoll għazlu lil Aksum bħala s sit għaċ ċerimonji tal inkurunazzjoni tagħhom Dan ir ritwali uniku kien jinvolvi l qtugħ ta korda mizmuma mill ulied bniet ta Aksum bħala simbolu tat tlugħ tar re bħala r re ta Zion It tronijiet tal ġebel Aksumiti tal qedem kienu jintuzaw bħala sedji tal inkurunazzjoni għalkemm l inkurunazzjoni stess kienet tinkludi r ritwali tad dlik u tal qtugħ tat tonsura segwiti minn quddiesa fil knisja qatta tmien xhur f Aksum fis snin 20 tas seklu 16 u ddeskriva l knisja ta Aksum Seyon l isteli it tronijiet u strutturi oħra Huwa ħaseb li l belt kienet l eks residenza tar Reġina ta Sheba kif ukoll ta Kandake u ta Gudit Fil kitba tiegħu huwa ddeskriva l knisja Din il knisja hija tassew kbira għandha ħames korsiji wesgħin u twal sew bil volti mas saqaf u l volti kollha magħluqin u s saqaf u l ġnub kollha mpittrin Il korp tal knisja huwa maħdum sew b lavur mirqum tal ġebel għandha seba kappelli kollha b daharhom lejn il Lvant u b artali mzejna sew Għandha kor bi stil minn tagħna għajr li huwa baxx u wieħed imiss il volti tas saqaf b rasu u l kor jinsab ukoll il fuq mill volta imma ma jintuzax Ir rikkezzi ta Aksum insterqu u ngħataw in nar fl 1535 mit truppi ta li qered il knisja li Alvares kien iddeskriva Qabel ma l belt insterqet dokument fil Ktieb ta Aksum jelenka 1 705 oġġetti tad deheb kif ukoll bosta oġġetti oħra ta Aksum li Lebna Dengel qassam lid diversi gvernaturi biex isalvahom mill qerda u l kronista ta Ahmad isemmi li oġġett kbir tal ġebel kien tneħħa matul dan iz zmien u ttieħed f post sikur f Tabr kkonferma l kobor tal qerda ta Aksum fis seklu 16 u kkummenta li mbagħad kien fadlilha 100 abitant biss Il belt ġiet rikostruwita fl 1580 mill Imperatur Sarsa Dengel li rrestawra l knisja u ġie inkurunat hemmhekk Seklu 17 Fl 1604 1605 zar il belt il li rrapporta li l knisja kellha navata zewġ korsiji u bejt tal ħuxlief Jista jkun li xi elementi tal arkitettura interna mill knisja preċedenti baqgħu jezistu inkluz il ħitan ta barra li mbagħad fi ħdanhom inbniet il knisja izgħar il ġdida Fl 1608 matul l inkurunazzjoni ta Susenyos I f Aksum ġiet iċċelebrata quddiesa f dan il post Madankollu fl 1611 ir rikkezzi ta Aksum insterqu minn Oromo li ta n nar lill knisja li zar Aksum għall ħabta tal 1620 ra madwar 150 200 dar tat tajn biss u kiten li Aksum kienet villaġġ zgħir biss Fl 1655 Fasilides ordna li l knisja tiġi rrestawrata Id dedika tagħha ġiet iċċelebrata minn bintu il Prinċipessa Yodit li tat ammont inkalkolabbli ta flus sabiex il knisja tkun mill isbaħ u tal għaġeb Fl 1678 xi ribelli taħt Ras Faris il gvernatur ta Salawa taw in nar lil Aksum izda l knisja baqgħet tezisti u ntuzat fl inkurunazzjoni ta Iyasu I fl 1693 Seklu 18 Il vjaġġatur Franċiz zar Aksum li sejħilha Heleni fl 1700 u ddeskriva l isteli u l knisja ħalla wkoll xi deskrizzjonijiet tal belt tal qedem li fi zmienu kienet tikkonsisti skontu f madwar 600 dar Huwa kien jemmen li Aksum kienet l iktar frott ix xogħol tat u akkredita l biċċa l kbira tal monumenti lil Wara d deklin tal awtorita imperjali fi zmien Zemene Mesafint Aksum sfat taħt il kontroll tal mexxejja ta Tigray Wieħed minnhom Wolde Selassie ta għotja ta art lill Knisja ta Santa Marija fl 1794 Seklu 19 Tpinġija tal Obelisk ta Aksum ta l 1809 Skont il missjunarju fil bidu tas seklu 19 Aksum kienet sejra tajjeb ekonomikament peress li kienet tinsab fi pjanura għammiela enormi li kienet ikkultivata sew Apparti l fdalijiet l insedjament kien magħmul kwazi kompletament minn għorfiet tondi b soqfa tal ħuxlief Il mexxej u ġellied tal gwerer ta għotja ta art lill Knisja ta Santa Marija kif ġie rreġistrat f dokument bla data Fit 12 ta Jannar 1872 Yohannes IV ġie inkurunat bħala l Imperatur tal Etjopja fil belt ta Aksum Fi Frar 1893 l esploraturi Brittaniċi u martu ivvjaġġaw b dgħajsa lejn Massawa mal kosta tal Punent tal Baħar l Aħmar Imbagħad ivvjaġġaw bl art sabiex iwettqu skavi f Aksum u f Yeha bit tama li jirriċerkaw rabtiet possibbli bejn in networks kummerċjali bikrin u l kulturi bikrin fuq iz zewġ naħat tal Baħar l Aħmar Huwa waslu f Aksum fl 24 ta Frar 1893 izda xogħolhom kellu jieqaf ħesrem minħabba t tensjonijiet bejn l okkupanti Taljani u l mexxejja u l ġellieda tal gwerer lokali flimkien mal konsegwenzi kontinwi tal Ewwel Gwerra bejn l Italja u l Etjopja u b hekk kellhom jirtiraw malajr sal aħħar ta Marzu lejn Zula u reġgħu lura l Ingilterra Il ġurnalist Brittaniku wara li zar Aksum fl 1897 kiteb wara li nizlet xita qliel feġġew muniti antiki mill ħamrija u s subien lokali kienu jieħdu pjaċir jakkumpanjaw stranġier u juruh il post Kienu intelliġenti u b seba għajnejn u kienu jinteressaw ruħhom u kurjuzi izda sakemm ma jkunx hemm xi ħadd hemmhekk biex jippremjahom talli sabu xi muniti antiki lanqas biss kienu jiġbruhom minn mal art għaliex għalihom ma kellhomx valur Seklu 20 L Ispedizzjoni Ġermaniza ta Aksum Frar 1906 Mix xellug Theodor von Lupke Dr Erich Kaschke Gebre Selassie il Gvernatur ta Tigray Enno Littmann u Daniel Krencker Il fdalijiet ta Aksum ġew investigati fl 1906 minn missjoni arkeoloġika importanti Ġermaniza mmexxija mill istudjuz rinomat Fil bidu tat Tieni Gwerra bejn l Italja u l Etjopja it truppi Taljani ħatfu lil Aksum f Ottubru 1936 Fl 1937 obelisk ta Aksum twil 24 metru 79 pied ta 1 700 sena ilu ġie maqsum f ħames biċċiet mit Taljani li ttrasportawh bil baħar lejn Ruma biex imbagħad jerġa jittella L obelisk jitqies minn ħafna bħala wieħed mill ifjen ezempji ta inġinerija mill quċċata tal Imperu Aksumit Minkejja ftehim tan Nazzjonijiet Uniti tal 1947 biex l obelisk jerġa jiġi ttrasportat lura l Italja għall ewwel reġa bdielha u b hekk inħoloq dizgwid diplomatiku fit tul mal gvern Etjopjan li kien iqis l obelisk bħala simbolu tal identita nazzjonali Matul il Gwerra Ċivili Etjopjana fit 30 ta Marzu 1989 Aksum ġiet ibbumbardjata mill ajru mill Forza tal Ajru Etjopjana u tliet persuni nqatlu Seklu 21 F April 2005 l Italja finalment irritornat il biċċiet tal obeliski lejn Aksum qalb ħafna briju uffiċjali u pubbliku L Italja kopriet ukoll il kostijiet ta US 4 miljun tat trasferiment L UNESCO ħadet ir responsabbilta għall installazzjoni mill ġdid ta din l istele f Aksum u sal aħħar ta Lulju 2008 l obelisk kien ġie installat mill ġdid u beda jintwera lill pubbliku uffiċjalment fl 4 ta Settembru 2008 Matul il Gwerra ta Tigray madwar 100 800 persuna ċivili ġew immassakrati mill Armata tal Eritrea bejn it 28 ta Novembru u l 15 ta Diċembru 2020 Sit ta Wirt DinjiAksum ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1980 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Attrazzjonijiet ewlenin ta AksumL Istele tar Re Ezana f Aksum Il monumenti Aksumiti ewlenin fil belt huma l isteli Dawn l obeliski għandhom madwar 1 700 sena u sar simbolu tal identia tal poplu Etjopjan L ikbar għadd ta obeliski jinsabu fil Park tal Isteli tat Tramuntana fejn l itwal wieħed l Istele l Kbira fih 33 metru 108 pied li hu maħsub li waqa u nkiser waqt il kostruzzjoni tiegħu L Obelisk ta Aksum tneħħa mill armata Taljana fl 1937 ġie rritornat lill Etjopja fl 2005 u ġie installat mill ġdid fil 31 ta Lulju 2008 It tieni l itwal stele hija l Istele tar Re Ezana li hija twila 24 metru 79 pied Tliet steli oħra huma għoljin 18 2 il metru 60 pied 15 8 il metru 52 pied u 15 3 il metru 50 pied Huwa maħsub li l isteli jimmarkaw l oqbra u fl imgħoddi kellhom diski tal metall fondut imwaħħlin mal ġnub tagħhom li kienu mnaqqxin ukoll b disinni arkitettoniċi L Istele ta Gudit lejn il Punent tal belt għad differenza tal oħrajn fit Tramuntana huma sparsi flimkien ma oqbra l iktar tas seklu 4 Il Kappella tat Tavla L attrazzjonijiet ewlenin l oħra tal belt huma l knejjes antiki u ġodda ta Santa Marija ta Zion Il Knisja ta Santa Marija ta Zion inbniet fl 1665 mill Imperatur Fasilides u jingħad li kienet tospita l Arka tal Alleanza Il katidral oriġinali li jingħad li nbniet minn Ezana u tkabbret diversi drabi iktar il quddiem jingħad li kienet enormi bi 12 il navata Ingħata n nar minn Gudit ġie rikostruwit u mbagħad reġa nqered matul il gwerra bejn l Abissinja u Adal tas seklu 16 Reġa nbena mill ġdid mill Imperatur Gelawdewos u tlesta minn ħuh u s suċċessur l Imperatur Minas u l Imperatur Fasilides issostitwih bl istruttura prezenti L irġiel biss jitħallew jidħlu fil Katidral l Antik ta Santa Marija uħud jgħidu li minħabba l qerda tal knisja oriġinali minn Gudit Il Katidral il Ġdid ta Santa Marija ta Zion tinsab qrib il Katidral l Antik u nbena biex tiġi onorata wegħda mill Imperatur Haile Selassie lil Santa Marija ta Zion tal liberazzjoni tal Etjopja mill okkupazzjoni Mibni bi stil neo Bizantin il Katidral il Ġdid beda jinbena fl 1955 u l aċċess tan nisa huwa permess L Imperatur Haile Selassie interrompa z zjara statali tar Reġina Elizabetta II biex tivvjaġġa lejn Aksum u tattendi d dedikazzjoni tal Katidral il Ġdid u tagħti ġieħ personali u b hekk tintwera l importanza ta din il knisja fl Imperu Etjopjan Ir Reġina Elizabetta zaret il katidral ftit jiem wara Bejn iz zewġ katidrali hemm kappella zgħira magħrufa bħala l Kappella tat Tavla li nbniet fl istess zmien bħala l Katidral il Ġdid li hija maħsuba li tospita l Arka tal Alleanza Il konsorti tal Imperatur Haile Selassie l Imperatriċi Menen Asfaw ħallset għall kostruzzjoni tagħha mill fondi privati tagħha Il kappella hija magħluqa għal kulħadd għajr għall patri gwardjan li jirresjedi hemmhekk Id dħul huwa pprojbit saħansitra lill Patriarka tal Knisja Ortodossa u lill Imperatur tal Etjopja matul il monarkija Iz zewġ kattidrali u l kappella tal Arka huma l qofol ta pellegrinaġġ u jitqiesu bħala l izjed siti sagri fl Etjopja għall membri tal Knisja Ortodossa Etjopjana Attrazzjonijiet oħra f Aksum jinkludu l muzewijiet arkeoloġiċi u etnografiċi il Ħaġra ta Ezana bil kitba mnaqqxa bis Sabajan bil Geʽez u bil Grieg Antik b mod simili bħall Ġebla ta Rosetta il Qabar tar Re Bazen sit megalitiku li jitqies bħala waħda mill izjed strutturi bikrin l hekk imsejjaħ Banju tar Reġina ta Sheba li fil fatt huwa ġibjun il palazzi ta Ta akha Maryam tas seklu 4 u ta Dungur tas seklu 6 il Monasteri ta Pentalewon u ta Abba Liqanos u madwar 2 kilometri 1 2 mil fil Punent hemm is sit tal arti fuq il blat magħruf bħala l Iljun Femminili ta Gobedra Leġġenda lokali ssostni li r Reġina ta Sheba kienet tgħix fil belt KlimaIs sistema tal klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Geiger tikklassifika l klima ta Aksum bħala klima subtropikali tal artijiet għoljin Cwb Data klimatika għal Aksum Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp massima medja ta kuljum f C F 25 9 78 6 27 2 81 0 28 6 83 5 29 4 84 9 28 8 83 8 27 0 80 6 22 5 72 5 22 3 72 1 24 8 76 6 26 3 79 3 26 8 80 2 25 7 78 3 26 3 79 3 Temp medja ta kuljum f C F 16 7 62 1 17 8 64 0 17 7 63 9 21 0 69 8 20 8 69 4 19 7 67 5 17 2 63 0 17 4 63 3 17 9 64 2 17 9 64 2 17 4 63 3 16 2 61 2 18 1 64 7 Temp minima medja ta kuljum f C F 7 5 45 5 8 4 47 1 10 8 51 4 12 7 54 9 12 9 55 2 12 4 54 3 12 0 53 6 12 6 54 7 11 1 52 0 9 6 49 3 8 0 46 4 6 7 44 1 10 4 50 7 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 3 0 1 2 0 1 9 0 4 27 1 1 31 1 2 67 2 6 221 8 7 199 7 8 67 2 6 12 0 5 13 0 5 1 0 0 652 25 6 Sors Climate Data org altitudni 2 133 metru DemografijaAksum fi Frar 2022 Skont l Aġenzija Statistika Ċentrali CSA tal 1 ta Lulju 2012 il popolazzjoni tal belt ta Aksum kienet stmata li tlaħħaq is 56 576 ruħ Iċ ċensiment kien jindika li 30 293 ruħ tal popolazzjoni kienu nisa u 26 283 ruħ kienu rġiel Iċ ċensiment nazzjonali tal 2007 wera li l popolazzjoni tal belt kienet ta 44 647 ruħ li minnhom 20 741 ruħ kienu rġiel u 23 906 ruħ kienu nisa Il maġġoranza tal abitanti qalu li kienu jipprattikaw il Kristjanezmu Ortodoss Etjopjan bi 88 03 irrapportaw li dik kienet ir reliġjon tagħhom filwaqt li 10 89 tal popolazzjoni kienu Musulmani Etjopjani Iċ ċensiment nazzjonali tal 1994 irrapporta li l popolazzjoni tal belt kienet ta 27 148 ruħ li minnhom 12 536 ruħ kienu rġiel u 14 612 il ruħ kienu nisa L ikbar grupp etniku rrapportat kien il poplu ta Tigray b 98 54 u l lingwa Tigrinya kienet mitkellma bħala l ewwel lingwa minn 98 68 Il maġġoranza tal popolazzjoni kienet tipprattika l Kristjanezmu Ortodoss Etjopjan b 85 08 irrapportaw li kienu jipprattikaw dik ir reliġjon filwaqt li 14 81 kienu Musulmani TrasportL Ajruport ta Aksum L Ajruport ta Aksum magħruf ukoll bħala l Ajruport tal Imperatur Yohannes IV jinsab 5 5 kilometri 3 4 mili biss lejn il Lvant tal belt EdukazzjoniL Universita ta Aksum ġiet stabbilita f Mejju 2006 fuq sit li inizjalment ma kienx maħsub għall kostruzzjoni 4 kilometri 2 5 mili miz zona ċentrali ta Aksum Iċ ċerimonja tal inawgurazzjoni saret fis 16 ta Frar 2007 u l erja attwali tal kampus ta 107 ettari 260 akru bi spazju bizzejjed għat tkabbir Huwa mistenni li l istabbiliment ta universita f Aksum se jagħti kontribut siewi għall izvilupp kontinwu tal pajjiz inġenerali u tar reġjun b mod partikolari Nies notevoli twieled fl 1941 li fost it titli tiegħu kien l Arċisqof ta Aksum 1953 2021 politiku u membru fundatur tal Front tal Liberazzjoni tal Poplu ta Tigray 1599 1692 filosfu twieled fl 1969 paleoantropologu u eks President tad Dipartiment tal Antropoloġija fl Akkademja tax Xjenzi tal California f San Francisco l Istati Uniti GallerijaReferenzi Ethiopia Regions Districts Cities Towns Population Statistics in Maps and Charts www citypopulation de bl Ingliz Miġbur 2024 01 12 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Aksum UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 12 Aksum Ancient City Stelae Ruins amp Map Britannica www britannica com bl Ingliz 2023 12 03 Miġbur 2024 01 12 Phillipson David W 2014 Foundations of an African Civilisation Aksum and the Northern Horn 1000 BC AD 1300 Boydell amp Brewer Ltd p 69 ISBN 9781847010889 Axum Walkin Ethiopia Tour and Travel walkinethiopia com Miġbur 2024 01 12 Axum climate Weather Axum amp temperature by month en climate data org Miġbur 2024 01 12 2011 National Statistics Abstract 2011 National Statistics Abstract web archive org 2013 01 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 01 26 Miġbur 2024 01 12 Census 2007 Tables Tigray Region web archive org 2010 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 11 14 1994 Population and Housing Census of Ethiopia Results for Southern Nations Nationalities and Peoples Region Vol 1 part 1 PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2008 11 19 Miġbur 2024 01 12 Axum Airport web archive org 2012 04 29 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 04 29 Miġbur 2024 01 12 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Ġunju 21, 2025

    San Ġwann Newfoundland

  • Ġunju 20, 2025

    San Ġwann Marija Vianney

  • Ġunju 21, 2025

    San Ġwann FC

  • Ġunju 09, 2025

    San Ġwann Battista

  • Ġunju 20, 2025

    San Ġwann Appostlu u Evanġelista

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq