Sa l 1436 kien hawn diga f Malta 10 parroċċi u llum hemm 71 parroċċa Storja tal parroċċi ta MaltaWieħed jista jgħid b ċe
Parroċċi ta' Malta

Sa l-1436 kien hawn diga f' Malta 10 parroċċi u llum hemm 71 parroċċa.
Storja tal-parroċċi ta' Malta
Wieħed jista' jgħid b'ċertezza li l-Kattidral tal-Imdina li kien l-ewwel parroċċa f'Malta, li fl-importanza tagħha tal-belt kapitali kienet toħroġ ir-regolamenti ta' x'għandu jsir f'kull parti tal-gżejjer Maltin.
Fl-1436 l-Isqof ta' Malta li kien Senatore de Mello de Noto, sab li f'Malta kien hawn diga' għaxar parroċċi differenti. Kull parroċċa kellha tieħu ħsieb il-knejjes u n-nies ta' dik iż-żona partikulari. L-ewwel għaxar parroċċi barra dawk tal-Imdina u l-Birgu, twaqqfu f'dawn l-irħula: In-Naxxar, Birkirkara, Ħal Qormi, Bir Miftuħ (Il-Gudja, tal-lum), Santa Katarina (illum iż-Żejtun), Is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żurrieq, Santa Dminka (illum Ħad-Dingli) u l-Mellieħa.
Dawn il-parroċċi kellhom il-kariga li jieħdu ħsieb il-parruċċana tagħhom li kienu jgħixu fl-irħula tal-madwar, kif ġej:
- Il-Parroċċa tan-Naxxar: Il-Mosta, Ħal Għargħur, Ħal Sammut, Ħal Kallejla, Ħal Ger, Ħal Muselmet, Ħal Dgħejf, Ħal Sir, il- u San Paulo ad mare (San Pawl Il-Bahar)
- Il-Parroċċa ta' Birkirkara: Ħ'Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, Ħal Bordi, Ħal Mann, Ħal Kaprat, Msida, Ħal Tigan, Ħas-Sajjied, Tas-Sliema u
- Il-Parroċċa ta' Ħal Qormi: Il-Belt Valletta, sakemm id-Dumnikani stabbilew il-parroċċa tagħhom fil-Belt, Il-Ħamrun, parti minn Tal-Pietà, parti minn Santa Venera, Parti minn u l-Marsa
- Il-Parroċċa ta' : Gudja, , Ħal Għallun, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, Ħal Farruġ, l-Imqabba, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Ħal Resqun, Ħal Qadi
- Il-Parroċċa ta' Santa Katarina (Iż-Żejtun): Bisqallin, Biżbud, , Ħal Għaxaq, Ħaż-Żabbar, Ħal Tmim Assant, Ħas-Sajd, Il-Bidni, Ħas-Saptan, Ħal Ħellul, Ħal Fuqani, Ħal Bajda, Ħal Ħarrat
- Il-Parroċċa tas-Siġġiewi: Ħal Kbir, Ħax-Xluq, Ħal Qdieri, Ħal Tabuni, Ħal Masur
- Il-Parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ: Ħal Muxi, Ħal Mula, Ħal Dwin
- Il-Parroċċa taż-Żurrieq: Il-Qrendi, Ħal Millieri, Ħal Lew, Bubaqra, Tal-Baqqari, Ħlantun, Ħal Niklusi, Ħas-Sejjieħ, Ħal Far, Ħal Qadim, Ħal Arrig, Ħal Ġawhar, Ħal Għabdirżaq
- Il-Parroċċa ta' Santa Dminka: Ħad-Dingli, Ħal Tartarni, Gomerina
- Il-Parroċċa tal-Mellieħa: Ħal Dragu, Ġebel Għażara, Ġebel Manikatu (illum il-Wardija), Ħal Pessa, Ħal Dmigħ
Għalkemm f'Malta kien hawn dawn il-ħafna rħula l-popolazzjoni ta' Malta kienet ħafna żgħira. Fil-fatt meta fl-1419 raw kemm hemm nies f'kull parroċċa f'Malta sabu hekk:
- Ir-Rabat = 1170 ruħ
- L-Imdina = 950 ruħ
- In-Naxxar = 950 ruħ
- Birkirkara = 920 ruħ
- Bir Miftuħ = 750 ruħ
- Is-Siġġiewi = 730 ruħ
- Iż-Żurrieq = 605 ruħ
- Żejtun = 550 ruħ
- Ħaż-Żebbuġ = 515 ruħ
- Ħal Qormi = 510 ruħ
- Santa Dminka = 325 ruħ
- Il-Mellieħa = 225 ruħ
- Il-Birgu = 104 ruħ
Il-Parroċċi llum
Fil-gżejjer Maltin, illum, insibu b'kollox 84 parroċċa differenti, 71 f'Malta u 15 f'Għawdex. Kull lokalità għandha l-parroċċa tagħha, minbarra dik tax-Xgħajra li tagħmel mal-Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar.
Insibu wkoll lokalitajiet fejn hemm iżjed minn parroċċa waħda. L-iżjed lokalità li għandha parroċċi hija dik ta' Birkirkara, b'5 parroċċi. Imbagħad hemm Tas-Sliema, Il-Belt Valletta u San Pawl il-Baħar għandhom 4 parroċċi kull wieħed.
L-iżjed parroċċa antika hi dik tal-Imdina u l-iżjed parroċċa ġdida hi tas-Swatar li saret parroċċa f'Novembru tal-2008, wara li nqatgħat minn ma' Birkirkara.
Ħarsa lejn il-Knejjes Parrokkjali f'kull Lokalità ta' Malta
Birkirkara huwa l-akbar raħal ta' Malta, b'popolazzjoni ta' kważi 25,000 ruħ u dawn in-nies kollha huma maqsumin f'ħames parroċċi. Il-parroċċi ta' Birkirkara huma dawn: Santa Liena, Santa Marija, San Ġużepp Ħaddiem, il-Madonna tal-Karmnu fiż-żona ta' Fleur-de-Lys, u San Ġorġ Preca fis-Swatar.
Santa Liena
Il-Parroċċa ta' Santa Liena hi waħda mill-ewwel għaxar parroċċi ta' Malta. Jingħad li din saret parroċċa qabel is-sena 1402. Il-festa ta' Santa Liena jiċċelebrawha bil-kbir fit-18 ta' Awissu kull sena. Knejjes oħra li jagħtu servizz fil-parroċċa huma tal-Madonna tal-Ħerba, il-Madonna tal-Vitorja, Santu Rokku, San Pawl, San Franġisk, Frate Francesco, l-Oratorju ta' San Domenico Savio, il-Mużew tas-Subien u l-knisja tan-naħa Tal-Qattus.
Santa Marija
Il-knisja ta' Santa Marija saret parroċċa fil-25 ta' Marzu, 1992, wara li nqatgħet minn parroċċa oħra Karkariża. Fil-fatt ġiet iddikjarata bit-titlu ta' parroċċa mill-isqof ta' Malta, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Il-Kappella ta' San Alwiġi b'hekk saret tagħmel ma' din il-knisja parrokkjali.
San Ġużepp Ħaddiem
Il-Parroċċa ta' San Ġużepp Ħaddiem. Il-festa ta' din il-knisja parrokkjali ssir fl-1 ta' Mejju. Saret parroċċa fil-festa ta' San Ġużepp, fid-19 ta' Marzu, 1973. Qabel il-parruċċani ta' hawn kienu jinqdew mill-parroċċa ta' Santa Liena, iżda l-Isqof Mikiel Gonzi, ta' l-permess li titwaqqaf parroċċa għalihom. Knisja oħra li tagħmel ma' din il-parroċċa hi s-Santwarju ta' Santa Tereża.
Il-Parroċċa ta' Birżebbuġa hija waħda mis-seba' li ħarġu minn dik tal-Gudja u twaqqfet mill-Isqof Pietru Pace nhar id-9 ta' Settembru tal-1913 taħt it-titlu ta' Marija Addolorata. Kienet xewqa personali tal-Isqof Mauro Caruana li l-knisja l-ġdida li bdiet tinbena fl-1926 tkun iddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen. Fl-1937, il-parroċċa ġiet trasferita mill-knisja l-antika tad-Duluri għall-knisja l-ġdida ta’ San Pietru fil-Ktajjen, u minn dik is-sena bdiet tiġi ċċelebrata l-festa titulari ta' dan il-qaddis f'kull l-ewwel Ħadd ta' Awwissu.
Kappelli li nsibu f'din il-parroċċa huma dawk tad-Duluri (il-parroċċa l-qadima), ta' San Ġorg, tal-Għajnuna tal-Insara, ta' San Ġużepp, tas-Sagra Familja, tar-Ragħaj it-Tajjeb, u tal-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħisa.
Fl-1 ta' Ġunju 1584, mill-parroċċa tal-Birgu ħarġet dik ta' Bormla, taħt it-titlu tal-Immakulata Kunċizzjoni, mill-Isqof Tomaso Gargallo. Il-festa tal-Kunċizzjoni, f'Malta hi festa pubblika, issir kull sena fit-8 ta' Diċembru, li hi waħda mill-ftit festi f'Malta li għadha ssir fix-xitwa.
Mit-tliet ibliet tal-Kottonera, din hi l-aħħar li saret parroċċa, iżda illum l-ġurnata hi l-ikbar parroċċa mit-tliet ibliet. Barra l-knisja parrokkjali, insibu knejjes oħra fosthom ta' San Pawl, Santa Tereża, San Tumas, Santa Margerita u l-Konservatorju ta' San Ġużepp.
Din il-parroċċa bit-titlu tal-Madonna tal-Karmnu tinsab fil-konfini ta' Birkirkara. Qabel ma sar parroċċa għalih, fit-18 ta' Jannar tal-1975, l-inħawi ta' Fleur-de-Lys kienu jagħmlu mal-parroċċa ta' Santa Venera, li tinsab qrib. Din il-knisja ħadet it-titlu ta' parroċċa mill-Isqof Mikiel Gonzi. B'hekk nistgħu ngħidu li Mikiel Gonzi waqqaf żewġ parroċċi f'dan ir-raħal, f'temp ta' sentejn.
Ħ'Attard, hu wieħed mill-irħula magħrufa bħala 'It-Tliet Irħula'. Dan ir-raħal sar parroċċa fis-26 ta' Marzu, 1575, mill-Isqof Martinus Roas de Portalrubio. Qabel ma sar parroċċa Ħ'Attard kien jagħmel ma' dik ta' Santa Liena, ta' Birkirkara. Il-qaddisa patruna ta' dan ir-raħal hi Santa Marija Assunta, li tiġi ċċelebrata fil-15 ta' Awissu.
Il-Kappella ta' Santa Katarina, hi l-unika post reliġjuż li jagħti s-servizz tal-quddiesa, minbarra l-knisja Parrokkjali.
F'Ħal Balzan insibu parroċċa waħda, dik ta' Marija Annunzjata. Din il-parroċċa nqatgħet minn dik ta' Santa Liena ta' Birkirkara, fl-14 ta' Awissu, 1655, mill-Isqof Michael J.Balaguer de Camarasa. Festi li jsiru f'dan ir-raħal li hu wieħed mit-'Tliet Irħula', insibu Marija Annunzjata li ssir fit-tieni Ħadd ta' Lulju u dik ta' San Valentinu fl-14 ta' Frar.
Ħad-Dingli, kien wieħed mill-ewwel għaxar parroċċi f'Malta iżda taħt l-isem ta' Santa Dminka jew Ħal Tartarni. Iżda għal ċertu raġunijiet tneħħa minn parroċċa u ngħaqad ma' dik tar-Rabat. Iżda fil-31 ta' Diċembru tal-1678, Ħad-Dingli reġa' sar parroċċa mill-Isqof Michael Hier. de Molina, taħt it-titlu ta' Santa Marija Assunta.
Il-festa ta' Santa Marija f'dan ir-raħal ssir fl-ewwel Ħadd wara l-ħmistax t'Awissu.
Ħal Għargħur, huwa raħal antik fin-naħa ta' fuq ta' Malta. Dan sar parroċċa għalih, wara li nqata' minn man-Naxxar, fi żmien l-Isqof Balthasar Cagliares, fis-16 ta' Lulju, 1610. Bħala patrun ta' Ħal Għargħur, insibu li San Bartilmew Appostlu, li l-festa tiegħu ssir fis-24 ta' Awissu.
Il-Parroċċa ta' Ħal Għaxaq hija ddedikata lil Santa Marija Tiela' s-Sema, din saret parroċċa għaliha fl-1 ta' Jannar, 1626 mill-Isqof Balthasar Cagliares. Qabel Ħal Għaxaq sar parroċċa għalih kien jagħmel mal-parroċċa taż-Żejtun.
Ir-raħal żgħir u kwiet ta' Ħal Kirkop kien jagħmel mal-parroċċa ta' Bir Miftuħ sakemm fid-29 ta' Mejju tal-1592, l-Isqof Tomaso Gargallo iddikjarah parroċċa separata.
Il-qaddis patrun ta' dan ir-raħal huwa San Leonardu Abbati, li l-festa tiegħu ssir fl-eqreb Ħadd tas-6 ta' Novembru. Festa oħra li jiċċelebraw il-Koppin hi l-festa sekondarja ta' San Ġużepp fit-tieni Ħadd ta' Lulju.
Ħal Lija, mgħaruf għas-sbuħija li jafu joffru l-kamra tan-nar San Mikiel, fil-festa ta' Kristu Salvatur, sar parroċċa qabel 1594, meta nqatgħa minn mal-parroċċa ta' Birkirkara.
Din il-parroċċa hija ddedikata lit-Trasfigurazzjoni ta' Kristu, jew aħjar is-Salvatur. Il-festa f'dan ir-raħal tiġi ċċelebrata fis-6 ta' Awissu, il-jum liturġiku tas-Salvatur.
Knejjes oħra li jinsabu f'Ħal Lija huma dik tal-Mirakli u ta' San Pietru, Santa Marija ta "Duna", Il-Kunċizzjoni, Tal-Belliegħa, is-Salvatur il-Qadim, u Sant Andrija
Il- Kamra tan- nar San Mikiel rebħet l- aħjar kulur u l- aħjar murtali.
Raħal ieħor tipiku Malti hu dak ta' Ħal Luqa. Ħal Luqa nqatgħa minn Bir Miftuħ fil-15 ta' Mejju tal-1634, u ġie ddikjarat parroċċa għalih mill-Isqof Balthasar Cagliares, taħt il-ħarsien ta' Sant' Andrija. Il-festa ta' dan il-qaddis tiġi mfakkra mill-Ħalluqin fl-ewwel Ħadd ta' Lulju.
Raħal ieħor żgħir li jgħamel mal-parroċċa u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa, huwa r-raħal ta' Ħal Farruġ, li hemm knisja żgħira wkoll f'dan ir-raħal.
San Ġorġ Martri
Din hi waħda mill-parroċċi li ġa kienu jeżistu fl-1436; madwar għoxrin sena wara din id-data nbniet knisja ġdida bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Gulju Lombardi. Fl-1584 inbniet il-knisja li hemm illum; u fl-1684 fuqha nbniet il-koppla eżistenti minn Lorenzo Gafà. Il-konfini ta' din il-parroċċa kienu jestendu sal-Għolja Xeberras Fi żmien l-Asseddju l-Kbir tal-1565, il-kappillan ta' din il-parroċċa, Dun Gwann Cilia inqatel mit-Torok ġewwa l-forti Sant Iermu waqt li kien qed jassisti l-gwarniġjon fil-ħiġijiet spiritwali tagħhom. Fl-1571 ħarġet l-ewwel parroċċa minn din il-parroċċa u b'hekk San Ġorġ saret parroċċa Matriċi. Bit-twelid ta' parroċċi oħra minn dawk li ħarġu minn din il-parroċċa, hija saret arċimatriċi. Il-parroċċi li ħarġu direttament mill-parroċċa ta' San Ġorġ huma: Madonna tal-Portu Salvu / S. Pawl / Madonna ta' Damasku (tal-Griegi) - Belt Valletta, S. Gejtanu Ħamrun, Trinità Marsa, S. Venera (parti), San Bastjan Ħal Qormi. Minn dawn ħarġu l-parroċċi tal-Floriana, Marija Reġina Marsa, Kunċizzjoni Ħamrun, Madonna ta' Fatima tal-Pietà, S. Wistin, il-Belt Valletta u l-Madonna tal-Karmnu fi Fleur de Lys. Fl-1953 din il-knisja ingħatat id-dinjità arċipretali filwaqt li nhar it-30 ta' Ġunju 2019 l-Arċisqof ta' Malta Mons. Chalres J, Scicluna għolla lil din il-knisja għal waħda kolleġġjata.
Kienet wahda mill-parrocci li harget minn Birmiftuh jew il-Gudja. Il-knisja parrokkjali hi ddedikata lil San Pawl.
Ħal Tarxien
Kienet waħda mill-parroċċi li ħarġet minn Bir Miftuħ, fil-25 ta' Mejju 1592. Minn Ħal Tarxien ħarġu parroċċi, Raħal Ġdid (Kristu Re) u minn hawn ħarġet il-Parroċċa ta' Lourdes f'Raħal Ġdid stess. u l-parti l-kbira tal-Fgura (Madonna tal-Karmelu) li kienet amministrata mill-Parroċċa ta' Ħal Tarxien. Għalhekk il-Parroċċa ta' Ħal Tarxien minn Matriċi saret Arċimatriċi. Illum il-Knisja ta' Ħal Tarxien hija Arċimatriċi u Arċipretali (Lulju 2017).
Il-Birgu
Il-Parroċċa tal-Birgu, kienet waħda mill-ewwel parroċċi li twaqqfu f'Malta. Dan seħħ peress li l-pożizzjoni tal-Birgu kienet waħda importanti ħafna fl-istorja Maltija, matul kull żmien. Din il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil San Lawrenz u l-festa f'din il-belt f'ġieh dan il-qaddis issir kull sena fl-10 ta' Awwisu, il-jum liturġiku ta' San Lawrenz.
Knejjes oħra li jagħtu s-servizz reliġjuż fil-Belt tal-Birgu, huma il-Knisja tal-Lunzjata tal-patrijiet Duminkani. Dawn l-komunità tal-madwar jiċċelebraw il-festa fl-aħħar Ħadd ta' Awissu.
Il-Fgura
Il-Fgura, huwa wieħed mill-iżjed irħula moderni fin-Nofsinhar ta' Malta. Dan ir-raħal li l-popolazzjoni tiegħu llum tlaħħaq madwar 10,000, ġie ddikjarat parroċċa fil-21 ta' Jannar, 1965 mill-Isqof Mikiel Gonzi, taħt it-titlu tal-Madonna tal-Karmnu, peress li l-knisja parrokkjali hija mmexxija mill-patrijiet Karmelitani. Il-festa f'ġieh il-Madonna tal-Karmnu ssir fit-tieni Ħadd ta' Lulju. Biex saret din il-parroċċa, tnaqqsu partijiet mill-erba' parroċċi ta' madwar il-Fgura li huma Ħal Tarxien, Ħaż-Żabbar, Bormla u l-parroċċa ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid (Paola).
Il-Furjana
Il-Furjana huwa ġar tal-Belt Valletta u dan is-subborg, ġie ddikjarat parroċċai mill-Isqof Franġisk Saver Caruana fl-4 ta' Marzu, 1844. Din il-parroċċa bħala patrun tagħha għandha lill-ewwel Isqof ta' Malta, San Publju. Il-festa ta' din il-parroċċa issir f'Mejju. Knejjes oħra li fihom isir il-quddies fil-Furjana huma dawk tal-Kapuċċini u il-knisja tal-Kunċizzjoni (Ta' Sarria).
Il-Gudja
Il-Gudja jew aħjar Bir Miftuħ kif kien maghruf qabel kien wiehed mill-ewwel għaxar parroċċi f'Malta. Fil-fatt mill-parroċċa tal-Gudja ħarġu diversi parroċċi fin-nofsinhar ta' Malta, fosthom dawk ta' Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Luqa, Ħal Safi, u Ħal Tarxien.
Il-Parroċċa hija dedikata lil Santa Marija, l-eqdem titular ta' Santa Maija fil-gzejjer Maltin, ta min jejd li fis-sena 2007 il-vara ta Santa Marija ghalqet 200 sena min meta saret min Vincenzo Dimech (1807-2007) -l-ewwel vara titulari ta' Santa Marija fil-gzejjer Maltin, li l-festa tagħha ssir b'pompa kbira mir-rahal kollu fil-15 ta' Awwissu. Fil-Gudja nsibu żewġ festi oħra dawk tal-Madonna taċ-Ċintura u l-Madonna tar-Rużarju.Dan lahhar snin inbidlet lid-data tal-Madonna taċ-Ċintura qabel kienet issir fl-ewwel Hadd ta Settembru issa qeda issir lahhar Hadd ta Ottubru.
Irridu ngħidu li l-knisja parrokkjali preżenti, hi l-unika knisja f'Malta bi tliet kampnari u din il-parroċċa hi arċi-arċimatriċi u arċipretali. Ħal Tarxien ukoll huwa Arcimatriċi u Arċipretali.
Il-Gżira
Wieħed mill-irħula li jinsabu fil-port ta' Marsamxett huwa l-Gżira. Il-Gżira, sar parroċċa għalih f'ġieh il-Madonna tal-Karmnu, nhar il-15 ta' Mejju, 1921. L-isqof li għamel parroċċa lill-Gżira hu Mawru Caruana. Il-festa tal-Karmnu, hawn isir fit-tieni Ħadd ta' Lulju.
Postijiet reliġjużi oħra li jagħtu s-servizz tal-quddiesa huma l-kappella tar-Redentur u dik tal-Freres.
Il-Ħamrun
Fil-Ħamrun insibu żewġ parroċċi ta' San Gejtanu u tal-Immakulata Kunċizzjoni. Barra dan iż-żewġ knejjes parrokkjali fil-Ħamrun insibu, il-knisja tal-Madonna tas-Samra, il-knisja tal-M.U.S.E.U.M, u dik tal-Madonna tad-Duluri fin-naħa ta' San Gejtanu, u l-knisja ta' San Franġisk fin-naħa tal-Kunċizzjoni.
L-ewwel parroċċa nbniet bejn l-1869 - 1875 u ġiet inawgurata mill-Isqof Karmelu Scicluna. Meta Il-Ħamrun sar parroċċa fl-1 ta' Diċembru, 1881, l-Isqof Gajtan Pace Forno, ried li l-knisja li għall-ewwel kienet iddedikata għal San Ġużepp issa tkun iddedikata lil San Ġejtanu, l-qaddis onominu tal-istess isem tal-Isqof.
Xorta waħda llum il-ġurnata fil-Ħamrun hemm devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u minbarra li ssir il-festa ta' San Gejtanu fl-ewwel Ħadd wara s-7 ta' Awissu, issir ukoll festa f'ġieh San Ġużepp. It-triq prinċipali tal-Ħamrun iġġib isem dan il-qaddis ukoll, Triq il-Kbira San Ġużepp.
Il-
Iżda maż-żmien il-Ħamruniżi raw il-ħtieġa ta' parroċċa oħra. B'hekk l-Isqof Mikiel Gonzi, fit-28 ta' Diċembru, 1967 waqqaf parroċċa f'ġieh il-Kunċizzjoni Immakulata fil-Ħamrun, lejn in-naħa tal-Imsida. Ghalkemm il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni l-paruċani ta' din iż-żona jiċelebrawha fl-ewwel Ħadd ta' Lulju u mhux fil-festa propja tagħa dik ta' 8 ta' Diċembru huma jaghmlu festa verament sabiha b'devozjoni kbira lil Madonna.
Il-Kalkara
Il-Kalkara hija l-unika lokalità fir-reġjun tal-Kottonera li hi raħal. Din il-parroċċa li twaqfet fl-10 ta' Diċembru, 1897, mill-Isqof Pietru Pace f'ġieh San Ġużepp, tihu ħsieb il-lokalità kollha tal-Kalkara, li tinkludi wkoll l-inħawi ta' Bighi, r-Rinella, u r-Rikażli.
Il-festa ta' San Ġużepp, il-Kalkariżi jgħamluha fit-tieni Ħadd ta' Lulju.
Knejjes oħra li nsibu fil-Kalkara huma dawk ta' Santa Liberata u dik li tinsab f'Wied Għammieq.
Il-
Il-Marsa
Il-Marsa tista' tgħid li raħal ġdid, għax lanqas ilu 100 sena li sar raħal għalih. Iżda fil-Marsa nsibu żewġ parroċċ ta' Trinità Mqaddsa u ta' Marija Reġina.
It-
Il-Parroċċa tat-Trinità Mqaddsa kienet l-ewwel parroċċa fil-Marsa. Din saret parroċċa mill-Isqof Pietru Pace fid-19 ta' April, 1913. Il-festa ta' Trinità ssir fil-Marsa f'Ħadd wara l-Għid il-Ħamsin (il-Pentekoste). Ma' din il-parroċċa nsibu wkoll il-knisja t'Albert Town.
Iżda n-nies tal-Marsa li joqgħodu lejn il-Ħamrun xtaqu parroċċa għalijhom u b'hekk l-Isqof Mikiel Gonzi ta t-titlu ta' parroċċa lill-knisja tal-Madonna tad-Dmugħ, li l-lum hi Marija Reġina. Il-festa ta' Marija Reġina ssir fl-aħħar Ħadd ta' Awissu. Mal-parroċċa ta' Marija Reġina tagħmel il-kappella tal-Korsa taż-Żwiemel.
Il-Mellieħa
Il-Mosta
Paroċċa waħda iddedikata lil Santa Marija mtellgħa s-Sema.
Il-Qrendi
Dan ir-raħal żgħir u kwiet jinsab fin-nofsinhar ta' Malta bejn iż-Żurrieq u l-Imqabba. Dan ir-raħal sal-1618 kien jgħamel parti miż-Zurrieq, imbagħad inqata' u sar parroċċa għalih. Għall-knisja li hemm illum nofs il-fondi inġabru mill-poplu Żurrieqi.
In-Naxxar
In-Naxxar huwa wieħed mill-ghaxar parroċċi li twaqqfu fl-1436. IN Naxxar jiccelebraw il festa ta Marija Bambina fit 8 ta settembru li tant hija ghall qalb Dan ir rahal.
Ir-Rabat, Malta
Il-knisja ta' San Pawl hi mibnija fuq il-foss tal-belt Rumana li kienet tħaddan ukoll parti sewwa mir-Rabat. Hi wkoll mibnija fuq għar fejn skont tradizzjoni qadima kien jgħammar San Pawl tul it-tliet xhur li dam Malta fis-sena 60 w.K. Fis-sena 1336, l-Isqof ta' Malta Ilarju sejħilha ecclesia Sancti Pauli de crypta u semma wkoll iċ-Ċimiterju u l-foss tagħha. Tul is-snin inbnew diversi knejjes fuq dan il-għar kemm mid-djoċesi u kemm mill-Kavallieri ta' San Ġwann. Il-knisja li hemm illum, li hi wkoll kolleġġjata, inbniet bil-ġenerożità tan-nobbli Guzmana Navarra, fuq il-pjanta ta' F. Bonamico fl-1653 u tlestiet minn Lorenzo Gafà fl-1683. Din kienet l-ewwel Parroċċa imwaqqfa peress li kienet il-Parroċċa tal-Katidral. Il-Katidral qatt na kellu t-titlu Parrokkjali, infatti l-Arċikonfraternita’ ras-Santissmu Sagrament twaqqfet fil-Parroċċa tar-Rabat. Saħansitra l- Pussess tal-Arċipriet dejjem sar fil-Parroċċa tar-Rabat. Kien fl-1902 meta r-Rabtin xtaqu li jiġu maqtugħin mill-Katidral minħabba l-bosta dmirijiet li l-Kappillan kellu lejn il-Katidral fosthom li jmur jakkumpanja fil-festi prinċipali.
Numru tal-parruċċani: 12,000
Numru tal-familji: 3,800
Knisja Arċipretali Kolleġġjata u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl
Data tad-Dedikazzjoni 21 ta' Settembru 1726
Knejjes Filjali
Knisja ta' San Pubblju - L-ewwel knisja li nbniet fuq l-għar ta' San Pawl kienet dik li bena Juan Benaguas li ġie f'Malta fl-1630; il-knisja ġiet mibnija mill-ġdid fl-1713. Fl-1962 il-knisja ngħaqdet mal-knisja ta' San Pawl.
Ċentru Pastorali San Luqa - Bl-iżvilupp kbir li sar fin-naħa tan-Nigret, inħasset il-ħtieġa ta' knisja għal dawk l-inħawi: sakemm tinbena din il-knisja, l-ħidma pastorali qed issir miċ-Ċentru Pastorali. Jistgħu jiġu ċelebrati żwiġijiet f'din iz-zona
Knisja San Katald
Il-knisja hi mibnija fuq kripta antika u katakombi; xi kull tant tintuża għall-Quddies Knisja ta' San Bastjan. L-ewwel knisja nbniet fl-1477, reġgħet inbniet fl-1519 u ġiet restawrata fl-1751. Illum qed jieħdu ħsiebha is-sorijiet tal-Karità li għandhom il-kunvent tagħhom jinfed magħha. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Quddies
Kuljum: 06.30am
Knisja tat-Twelid tal-Verġni Marija (ta' Qasgħa)
Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 minn Ċensu Qasgħa; reġgħet inbniet xi mija u ħamsin sena wara; magħha hemm ċimiterju. Tintuza ghal-laqghat ta talb u Ruzarju matul is sena.
Knisja ta' Duna
Il-knisja nbniet fis-seklu sittax u tkabbret mitejn sena wara; tintuża għal-laqgħat tal-membri tal-Leġjun ta' Marija.
Knisja ta' San Bert
Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 u aktar tard ġiet restawrata; illum tintuża għall-Adorazzjoni Ewkaristika nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa bejn id-9.00 am u l-5.00 pm.
Viċendi Fil-Kampanja (Knejjes Rurali)
Baħrija - Knisja San Martin
Il-knisja nbniet mill-Konti Navarra fis-seklu sittax; illum il-popolazzjoni tal-Baħrija kibret ħafna u nħasset il-ħtieġa li tinbena knisja akbar għall-ħtiġijiet spiritwali tan-nies tal-post: fiha jistgħu jsiru ż-Zwigijiet
Mtaħleb - Knisja tat-Twelid tal-Madonna
Il-knisja qiegħda fuq l-għoli tal-wied u nbniet fl-1607; fiha jistgħu jsiru ż-Żwiġijiet.
Għemieri - Knisja tat-Twelid tal-Vergni Marija Il-knisja hi parti mill-Palazzo Gomerino.
Buskett - Knisja ta' San Anton Abbati - Il-knisja nbniet fl-1663 mill-Gran Mastru Nikola Cotoner u hi dedikata lil San Anton Abbati; fiha hemm ukoll kwadru ta' San Nikola. Mill-1975 sa l-1986 kienet magħluqa għall-pubbliku, iżda mbagħad reġgħet bdiet tintuża min-nies ta' l-inħawi, kif kienet tintuża qabel l-1975: jieħdu ħsiebha l-patrijiet Agostinjani tar-Rabat.
Tad-Daħla - Knisja ta' Santa Katerina - Il-knisja nbniet għall-ħabta tas-sena 1550 u ġiet restawrata aktat tard; fiha jistgħu jsiru ż-żwigijiey)
Wied Gerżuma - Knisja tal-Kunċizzjoni - Il-knisja riedha l-Granmastru de Paule iżda nbniet fi żmien il-Granmastru Vilhena: fiha jistgħu jsiru ż-zwigijiet
Tas-Salib - Knisja tat-Twelid tal-Madonna - Il-knisja nbniet fl-1550 u għamlet żmien twil magħluqa.
Knejjes Immexxija Mir-Reliġjużi
Knisja tal-Madonna ta' l-Għar (Dumnikani)
Id-Dumnikani ġew Malta fl-1450 u bnew l-ewwel kunvent tagħhom fir-Rabat fuq għar fejn jingħad li l-Madonna kienet kelmet lil wieħed kaċċatur, li kien daħal jistkenn fih. Fil-knisja jistgħu jsiru żwiġijiet.
Data tad-Dedikazzjoni 21 ta' Ottubru Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Franġiskani Minuri)
Il-Franġiskani Minuri ġew Malta fl-1492 u l-ewwel kunvent tagħhom kien fir-Rabat: f'dan il-kunvent il-Granmastru L'Isle Adam kellu ċella għalih. Fl-1757 il-knisja ġiet imkabbra b'kontribuzzjonijiet mill-Italja, minn Spanja u mill-Portugall u ġiet konsagrata mill-Isqof Labini fl-1790. Fil-knisja hemm l-oratorju ta' l Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp. Jistgħu jsiru żwiġijiet fil-knisja. Data tad-dedikazzjoni 31 ta' Ottubru 1790
Knisja ta' San Frangisk tal-Pjagi (Franġiskani Konventwali)
Il-Franġiskani Konventwali ġew Malta xi żmien qabel is-sena 1347, u kellhom l-ewwel kunvent u knisja tagħhom ħdejn l-isptar San Franġisk li biż-żmien beda jssejjaħ l-isptar ta' Santu Spirtu. Qrib is-sena 1640 il-kunvent reġa' nbena mill-ġdid għax kien qdiem ħafna, u mbagħad il-knisja ġarrbet ħsarat kbar bit-terremot tas-sena 1693. Il-knisja nbniet mill-ġdid fl-1701 minn Lorenzo Gafa. F'din il-knisja beda jiġi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Saħħa; biż-żmien il-kwadru nbidel, iżda d-devozzjoni kibret, u hemm rabta kbira ma' l-isptarijiet ta' Santu Spirtu u ta' Sawra li jinsabu fil-qrib. Il-kwadru tal-Madonna ġie nkurunat fl-4 ta' April 1948. Jistgħu jsiru żwiġijiet fil-knisja. Data tad-Dedikazzjoni 22 ta' Settembru 1908.
Santwarju Madonna tas-Saħħa
Knisja ta' San Mark (Agostinjani)
L-Agostinjani ġew Malta fis-sena 1383 u kellhom il-kunvent tagħhom barra s-swar ta' l-Imdina; dan twaqqa' fl-1551 minħabba t-theddid tat-Torok, u reġa' nbena fl-1555 ħdejn il-knisja antika ta' San Mark mogħtija lill-patrijiet mill-Kapitlu tal-Kattidral. Il-kunvent u l-knisja li hemm illum inbnew fl-1558. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet. Data tad-Dedikazzjoni: 26 ta' Ġunju 1906.
Knisja tal-Lunzjata (Karmelitani)
Il-knisja u l-kunvent tal-Lunzjata nbnew fl-1418 bi flus in-nobbli Katerina d'Alagona u ngħataw lill-Karmelitani li kienu għadhom kemm ġew Malta. Fl-1662 parti kbira mill-kunvent twaqqgħet u bil-ġebel inbena l-kunvent tal-Karmnu fl-Imdina. Il-Karmelitani reġgħu ħadu f'idejhom dan l-ewwel kunvent tagħhom fl-1975 u bnew ħdejh kumpless biex iservi bħala Dar tat-Talb, li ġiet miftuħa fl-1990. Fil-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet.
Knisja ta' Sant'Agata (Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl)
Il-knisja hi mibnija fuq kripta antika li minnha wieħed jgħaddi għall-katakombi. Il-knisja nbniet fl-1570 u ġiet imkabbra fl-1670. Ġiet mogħtija lis-Soċjeta' Missjunarja ta' San Pawl li kienet għadha kemm twaqqfet minn Mons. Ġiuseppe Depiro u fl-1932 tqegħdet l-ewwel ġebla ta' dik li hija l-"Motherhouse" tas-Soċjeta'. Fil-knisja jistgħu jsiru tigijiet
Depiro Centre - Kappella Marija Omm il-Knisja
Informazzjoni- Malta dioceses.org
Is-Siġġiewi
Is-
Iż-Żejtun
Iż-Żurrieq
L-Iklin
L-Iklin hu verament raħal ġdid fil-qalba ta' Malta. Dan ir-raħal żgħir jinsab imdawwar bl-irħula ta' Birkirkara, Ħal Lija, u n-Naxxar. Dan sar parroċċa għalih fl-2005 taħt il-ħarsien tal-Familja Mqaddsa, mill-Isqof Ġużeppi Mercieca. Qabel l-Iklin kien jgħamel mal-parroċċa ta' Ħal Lija.
Knisja oħra li tinsab f'dan ir-raħal hija ta' San Mikiel, li tinsab ħdejn il-kamra tan nar ta' Ħal Lija, u li fl-aħħar Ħadd ta' Settembru tiġi ċċelebrata l-festa tal-qaddis, b'quddiesa, daqq tal-banda, fiera u kaxxa nfernali tispiċċa din l-attivita ta' kull sena.
L-Imdina
L-, Malta
L-
L-Imsida
L-Imtarfa
L-Isla
L-Isla penniżola żgħira fil-Port il-Kbir, fil-fatt hi l-aktar lokalità u parroċċa ffulata f'Malta. L-Isla jew Senglea saret parroċċa qabel is-sena 1581. L-ewwel kienet taħt il-patrunċinju ta' San Ġiljan, iżda l-parroċċa tal-lum hija ddedikata lit-Twelied ta' Marija (Il-Bambina). Knisja oħra fl-Isla li tgħati s-servizz reliġjuż regolari hi dik ta' San Filippu.
Il-festa tal-Bambina isir kull sena fit-8 ta' Settembru, il-jum propju tat-twelied tal-Madonna. F'Malta dan il-jum huwa wkoll festa nazzjonali fejn tiġi mfakra l-Vitorja li għamlet Malta, fit-Tieni Gwerra Dinjija u fl-Assedju l-Kbir tal-1565.
Parroċċa Madonna ta' Pompej, li ħarġet mill-parroċċa taż-Żejtun.
Il-medda ta’ art bejn il-Bajja ta’ San Ġorġ u Baħar ic-Cagħaq, magħrufa bħala Pembroke kienet okkupata mill-militar Ingliż għal żmien twil. Xi priġunieri Ġermaniżi Kattoliċi kienu bnew kappella żgħira lejn it-tmiem tal-aħħar tal-gwerra. Mat-tmiem tal-bażi militari Ingliża f’Malta, xi Maltin bdew jokkupaw xi postijiet li kellhom is-servizzi Ingliżi meta l-Gvern kien ta xi plots. Il-kappella ġiet irranġata mill-Perit Richard England fuq stedina tal-kappillan ta’ San Ġiljan Fr Tony Agius. Imbagħad Pembroke inqata’ mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan meta l-Ibraġ sar Zona Pastorali Awtonoma u għalhekk sar parti miz-zona tal-Ibraġ, bl-ewwel Rettur ikun Fr Denis Schembri minn San Ġiljan. Billi l-inħawi baqgħu jiżdiedu fil-popolazzjoni, Pembroke sar Zona Pastorali Awtonoma għalih fl-1998 bl-ewwel Rettur ikun Dun Anton Portelli. Sar Parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004 bil-Knisja dedikata lil Kristu Rxoxt. L-ewwel kappillan kien Dun Anton Portelli.
Raħal Gdid hu post li lejn l-aħħar tas-seklu dsatax u kompla fis-seklu ghoxrin, zviluppa hafna u illum hu wiehed mill-akbar fil-gzejjer taghna u sar ic- centru tax-Xlokk ta` Malta. F`Rahal Gdid insibu tifkiriet ta` zminijiet differenti ta` Malta, l-aktar ta` zminijiet tal-qedem u anke bini li jmur lura ghal zmien l-Ordni. Rahal Gdid ghandu tahlita ta` bini, izda l-bicca l-kbira jmur lura ghas-seklu ghoxrin u n-nicec u statwi li insibu f`dan ir-rahal huma marbuta ma` dawn iz-zminijiet. L-eqdem nicca li insibu hawnhekk hi dik li tinsab fi Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid, kantuniera ma Triq il-Gdida, dik iddedikata lill-Madonna ta` Lourdes. Minhabba l-pozizzjoni principali taghha, din in-nicca dejjem gawdiet devozzjoni kbira, mhux biss man-nies li joqghodu dawk l-inhawi, izda ukoll ma hafna nies u haddiema li jaghdu minn quddiema kuljum, specjalment dawk li ikunu fi triqthom lejn it-Tarzna, li ghal hafna snin din kienet l-unika triq li twassal t u ghal Kottonera u it-tarzna. Kienet l-unika triq li taghqad in-naha tal-Marsa ghall-Kottonera.
Minhabba f`hekk din in-nicca tkun dejjem armatha bi fjuri u mixghula. Fl-1875 din l-istatwa kienet diga meqjuma f`dan il-post ghaliex l-Isqof Carmelo Scicluna, taha l-indulgenzi. Meta il-parti tan-naha ta`isfel ta` Rahal Gdid beda jikber gmielu, Dun Franseco Xuereb beda jahseb biex jibni knisja f`dawn l-inhawi biex jaqdi l-htigijiet religjuzi tan-nies ta` dawn l-akwati. Diga kien hemm devozzjoni marbuta ma din in-nicca, ghalhekk iddecieda li l-knisja li tkun iddedikata lill-Madonna ta` Lourdes, fil-fatt hekk ghamel. Din il-knisja hi it-tieni parrocca f`Rahal Gdid. Il-Parrocca ta` Rahal Gdid qabel ma giet iddedikata lil Kristu Re kienet iddedikata lil Qalb ta` Gesu`. Nicca li hi monument ta` dawk iz-zminijet ta` meta l-Parrocca kienet iddedikata lil dan it-titlu hi in-nicca li hemm vicin hafna l-knisja l-qadima , dik ta` Santa Ubaldeska. Din hi nicca storika hafna u tixhed il-qedem ta` l-inhawi , wirt Rahal Gdid ta` dak iz-zmien. L-Isqof Dom Mauro Caruana fl-1918 rabat maghha l-ghoti ta` l-indulgenzi. Din in-nicca storika qeghda f`kantuniera bejn Triq is-Sultana u Triq Santa Ubaldeska. Nicca ohra li qadima hafna hi dik li hemm fi Pjazza Ant. De Paule ezatt quddiem il-Knisja Parrokjali ta` Kristu Re. Din in-nicca hi iddedikata lil Kristu Kurcifiss. Dwar din in-nicca ftit li xejn nafu dwarha, imma ilha zmien meqjuma hawnhekk fejn fil-vicinanzi taghha kien hemm logga qadima li giet mibnija mill-Gran Mastru stess, imma fl-1967 tnehhiet parti minnha u kompliet taqa s-sena ta` wara bil-maltemp. Minkejja li ilha snin id-devozzjoni lejn din in-nicca , qatt ma naqset u ghada hemm hajja sa llum. Dawk iz-zminijiet kienu jinghataw l-indulgenzi ghal dawk li jitolbu jew jaghmlu talba quddiem xi nicca jew xbieghat li kellhom certa devozzjoni, b`hekk tghin ukoll biex il-poplu jibqa jghozz u jzomm id-devozzjoni lejn dak il-qaddis. F`Rahal Gdid ftit insibu minn dawn in-nicec li maghhom hemm marbuta l-ghoti ta` l-indulgenzi. Fost dawk insibu dik l-istatwa zghira li insibu fil-pjazza ta` Rahal Gdid iddedikata lil San Frangisk (1898) . Insibu ukoll fi Triq il-Foss , statwa ta` San Guzepp (1901) u nicca ohra li tinsab fi Triq it-Tarzna u Santa Monika dik iddedikata lil Kuncizzjoni (1909). Aktar nicec tas-seklu ghoxrin huma dawk li hemm il-gewwa mill-pjazza inti u sejjer lejn Hal Tarxien . Dawk iddedikati lil San Pietru u San Pawl. Zewg statwi sbieh u li jikkumplimentaw lil xulxin. Vicin hafna taghhom (kantuniera ma Triq Sammat) insibu statwa ohra sabiha ta` l-istess zmien , ghal bidu tas-seklu ghoxrin, dik iddedikata lil Assunta (Santa Marija). Nicca ohra sabiha hi dik li hemm fi Triq Haz Zabbar quddiem il-Gnien Lorry Sant, hi dik tal-Madonna tal-Karmnu. Aktar nicec tas-seklu ghoxrin hija dik li hemm ta` Santa Rita, in-naha t`isfel ta` Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid. Marco Montebello kien wiehed mill-aqwa skulturi bil-gebla Maltija ta` dak iz-zmien. Insibu hafna xogholijiet tieghu imferxin ma` Malta kollha u fil-knejjes taghna. F`Rahal Gdid insibu zewg statwi sbieh li jkompu isebhu dan ir-rahal u li huma fost l-isbah li nsibu fit-toroq ta` Rahal Gdid xoghol dan l-iskultur. Dawn huma dik tal-Madonna tal-Grazzja li tinsab fil-gemb tal-Knisja ta` Santa Ubaldeska fi Triq Santa Ubaldeska u ta` San Guzepp li tinsab fi Triq l-Arkata mal-bini tal-Museum tas-Subien. Ta` l-istess kwalita` ta` xoghol izda li hi eqdem huma z-zewg xbihat ta` San Guzepp li tinsab f`kantuniera bejn Triq San Guzepp u Triq il-Karmnu . In-nicca ta` San Guzepp ghandha pilastri ta` stil Doriku fuq kull naha u fuqhom idur il-friz u l-gwarnicun, kollox maghmul b`simetrija kbira. L-istatwa ta` dan il-qaddis fiha xoghol fin hafna. Il-paneggi tal-libsa u l-mantell huma hfief u nsibuhom maghquda flimkien taht ix-xbieha tal-Bambin rieqed. L-istess xoghol fin u delikat jinhass fiz-zewgt ucuh, kemm ta` San Guzepp kif ukoll tal-Bambin. In-nicca l-ohra li hi ukoll ta l-istess xoghol delikat hi dik ta` Sant Antnin tinsab f`kantuniera bejn Triq Ghajn Dwieli u sqaq imsemmi ghall-istess qaddis. Din hi nicca arzellata, b`pilastru Doriku fuq kull naha taghha. Fuq il-kwarnicun tan-naha ta` fuq u wkoll f`ta` taht, naraw dekorazzjoni sabiha tal-hadid. L-istatwa fiha ukoll xoghol fin u delikat, b`mod specjali fl-ucuh. Ma` l-ewwel daqqa t`ghajn wiehed jintebah mill-ewwel li hi statwa mahduma minn skultura tajjeb. Hi ta hasra li fi Triq it-Telgha ta` Rahal Gdid, ezatt quddiem dik ta` Santa Rita kien hemm nicca ohra li kienet unika ghal gzejjer Maltin minhabba li ma hawnx ohra iddedikata lil dan il-qaddis. Din hi f`gieh San Karlu Borromeo. Nicca li kienet imwaqqfa fis-seklu ghoxrin , imma illum din ma ghadiex tezisti minhabba li l-faccata fejn kien hemm din in-nicca giet imwaqqa biex hadet post bini iehor gdid li tela` dan l-ahhar. Xi kultant veru li l-progress igib rigress. Minn din il-gabra ta` nicec li insibu f`Rahal Gdid naraw li ghandna patrimonju li tajjeb li nikkurawh u nibzghu ghalih. Wirt li hallewna missirijietna u ahna fl-obligu li nibzghu ghalih, halli dan il-wirt inkunu nistghu inwasluh lil uliedna li huma ukoll ghandhom id-dritt li jgawdu dak li ahna wrietna minghand missirijietna. Nibzghu ghal dan il-wirt storiku fil-gebla Maltija billi isir ix-xoghol ta` restawr professjonali fuqhom u nikkurawhom.
Kristu Re
Madonna ta' Lourdes
Meta ġew il-Kavallieri ta’ San Ġwann, billi kienu ordni ta’ Ospitalieri, xerrdu ħafna d-devozzjoni lejn San Ġiljan l-Ospitalier. Fl-1539 bnew mill-ġdid il-Knisja tal-Isla u fl-1590 bnew mill-ġdid dik ta’ San Ġiljan fil-parroċċa ta’ Birkirkara, fl-inħawi li fi tmiem is-seklu sittax bdew jissejħu San Ġiljan propju minħabba l-knisja ddedikata għalih. Fl-1682 il-knisja ż-żgħira li kien hemm fuq l-għolja tal-Qaliet ġiet imkabbra u fl-1848 saret viċi-parroċċa ta’ Birkirkara. Fl-1854 reġgħet ġiet imkabbra. Fl-1891, din il-knisja saret parroċċa, l-ewwel u l-unika waħda f’Malta ddedikata lil San Ġiljan l-Ospitalier. L-ewwel kappillan kien Dun Ġużepp Xerri. L-istatwa titulari hija xogħol ta’ Karlu Darmanin li tlestiet fit-13 ta’ Awissu 1893.Il-knisja l-qadima ta’ Lapsi, kif kienet magħrufa, ċkienet wisq għan-nies li kienu marru joqogħdu f’San Ġiljan u fl-1961 fi żmien il-Kappillan Dun Guido Calleja beda l-bini tal-knisja l-ġdida fuq pjanta tal-perit Arturo Zammit li tlestiet fl-1968. Kienet ikkonsagrata fis-17 ta’ Diċembru 1978. Il-Papa Ġwanni Pawlu II fiż-żjara tiegħu f’Malta fl-1990, iltaqa’ mal-intelletwali Maltin f’din il-knisja.
==== Stella Maris==== (saret parrocca fl-1878)(Matrici tal-knejjes parrokjali l-ohrajn ta' Tas-Sliema u l-Gzira) ==== Madonna tas-Sacro Cuor (saret parrocca fl-1918) ==== San Girgor====(saret parrocca fl-1940) ==== Ġesù Nazzarenu====(saret parrocca fl-1973)
Wied il-Għajn, kif inhu iżjed mgħaruf ma' nies, beda jikber f'dawn l-aħħar 10 snin iżda ilu li sar parroċċa mill-1949. Fil-fatt fil-15 ta' Marzu tal-1949 l-Isqof Mikel Gonzi qatgħu parroċċa għalih minn dik ta' Ħaż-Żabbar. Iżda snin wara ħa parti miż-Żejtun ukoll, fosthom il-Bajja ta' San Tumas.
Ħarsa lejn il-Knejjes Parrokkjali f'kull Lokalità t'Għawdex
Il-
L-Għasri
Ta' Kerċem
In-Nadur
Il-
Ir-Rabat (Il-Belt )
Ta' Sannat
Knisja Parrokjali Santa Margerita
Sa miż-żminijiet tan-nofs fil-post fejn hemm il-knisja llum kienet teżisti kappella ddedikata lil Santa Margerita verġni u martri minn Antijokja ta' Pisidia, li llum hija it-Turkija. Din il-kappella kienet żgur tiffunzjona fl-1575, u dak inhar kellha kampnar għall-qanpiena u anke ċimiterju. Fit-28 t'April 1688, din il-kappella saret il-knisja tal-parroċċa għall-poplu ta' Sannat u tal-Munxar. Fil-1718 inbniet knisja ikbar u aħjar mal-ġenb tal-kappella l-qadima. Bil-mod il-mod iżda b'determinazzjoni, l-poplu ta kontribut biex isebbaħ din il-knisja li mbagħad ġiet ikkonsagrata fid-19 t'Ottubru 1755. Fis-snin 1860 reġgħet ġiet imkabbra u mbierka mill-ġdid fis-sena 1868. Xi snin wara ġew mibnija żewġ kampnari u fis-sena 1910 telgħet il-koppla majestuża. L-ewwel darba li din il-parroċċa kellha statwa ta' Santa Margerita, kien fis-sena 1863, fil-waqt li l-istatwa tassew sabiħa li hawn fil-preżent, ġiet fil-parroċċa fis-sena 1891. Fid-19 ta' Diċembru 1893 il-kappillan ġie mogħti t-titlu ta' Arċipriet. Fit-12 ta' Diċembru 1957, il-parroċċa saret matriċi bit-twaqqif tal-parroċċa tal-Munxar.
Ix-Xagħra
Ix-Xewkija
Fost id-dokumenti nsibu wiehed ta' l-1582 fejn kien jghid li fix-Xewkija kien hawn knisja jew kappella dedikata lil San Gwann Battista. Il-parroċċa tax-Xewkija giet imwaqqfa fis-27 ta' Novembru 1678 mil-isqof Mikiel Molina bl-ewwel Kappillan ikun Dun Grezz Farrugia mil-Belt Valletta u ddedikata lil San Gwann Battista. Il-parroċċa tax-Xewkija hi l-eqdem parrocca fil-gzira Ghawdxija mwaqqfa 'barra mill-Kolleggjata u Matrici tar-Rabat. L-istatwa titulari tal-Battista waslet fix-Xewkija fit-22 ta' Gunju 1845 u nhadmet mil-iskultur Belti Pietru Pawl Azzopardi. Din kienet it-tieni statwa titulari f'Ghawdex wara dik ta' San Gorg li ukoll inhadment mil-istess skultur. Bla edba dubju ir-Rotunda tax-Xewkija tiddomina l-pajsagg Ghawdxi. Il-Knisja Parrokkjali l-gdida bdiet tinbena fl-4 ta' Mejju 1952 madwar il-knisja il-qadima li kienet saret wisq zghira ghall-popolazzjoni li dejjem kienet qeghda tizdiet taht il-gwida ta' l-Arcipriet Dun Guzepp Grech u l-perit is-Sur Guze' D'Amato. Illum wiehed jista japprezza ir-rikezzi u l-skultura tal-knisja l-qadima fil-Muzew ta' l-Iskultura li jinsab biswit ir-Rotunda. Il-knisja l-gdida giet ikkonsagrata fis-17 ta' Gunju 1978 mil-Isqof ta' Ghawdex Mons Nikol G. Cauchi. Il-parroċċa tax-Xewkija giet mghollija ghal-gieh ta' Arcipretali fl-10 ta' Frar 1893. Fl-20 ta' Marzu 1978 il-Kavallieri ta' l-ordni Militari Sovrana ta' San Gwann ghazlu lil Knisja Rotunda tax-Xewkija bhala s-sedje Spiritwali taghhom gewwa Ghawdex u fil-21 ta' Mejju 1978 giet mghollija ghal-Santwarju Djocesan.
Iż-Żebbuġ u Marsalforn
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Parroċċi ta' Malta, X'inhi Parroċċi ta' Malta? Xi tfisser Parroċċi ta' Malta?
Sa l 1436 kien hawn diga f Malta 10 parroċċi u llum hemm 71 parroċċa Storja tal parroċċi ta MaltaWieħed jista jgħid b ċertezza li l Kattidral tal Imdina li kien l ewwel parroċċa f Malta li fl importanza tagħha tal belt kapitali kienet toħroġ ir regolamenti ta x għandu jsir f kull parti tal gzejjer Maltin Fl 1436 l Isqof ta Malta li kien Senatore de Mello de Noto sab li f Malta kien hawn diga għaxar parroċċi differenti Kull parroċċa kellha tieħu ħsieb il knejjes u n nies ta dik iz zona partikulari L ewwel għaxar parroċċi barra dawk tal Imdina u l Birgu twaqqfu f dawn l irħula In Naxxar Birkirkara Ħal Qormi Bir Miftuħ Il Gudja tal lum Santa Katarina illum iz Zejtun Is Siġġiewi Ħaz Zebbuġ Iz Zurrieq Santa Dminka illum Ħad Dingli u l Mellieħa Dawn il parroċċi kellhom il kariga li jieħdu ħsieb il parruċċana tagħhom li kienu jgħixu fl irħula tal madwar kif ġej Il Parroċċa tan Naxxar Il Mosta Ħal Għargħur Ħal Sammut Ħal Kallejla Ħal Ger Ħal Muselmet Ħal Dgħejf Ħal Sir il u San Paulo ad mare San Pawl Il Bahar Il Parroċċa ta Birkirkara Ħ Attard Ħal Lija Ħal Balzan Ħal Bordi Ħal Mann Ħal Kaprat Msida Ħal Tigan Ħas Sajjied Tas Sliema u Il Parroċċa ta Ħal Qormi Il Belt Valletta sakemm id Dumnikani stabbilew il parroċċa tagħhom fil Belt Il Ħamrun parti minn Tal Pieta parti minn Santa Venera Parti minn u l Marsa Il Parroċċa ta Gudja Ħal Għallun Ħal Tarxien Ħal Luqa Ħal Farruġ l Imqabba Ħal Kirkop Ħal Safi Ħal Resqun Ħal Qadi Il Parroċċa ta Santa Katarina Iz Zejtun Bisqallin Bizbud Ħal Għaxaq Ħaz Zabbar Ħal Tmim Assant Ħas Sajd Il Bidni Ħas Saptan Ħal Ħellul Ħal Fuqani Ħal Bajda Ħal Ħarrat Il Parroċċa tas Siġġiewi Ħal Kbir Ħax Xluq Ħal Qdieri Ħal Tabuni Ħal Masur Il Parroċċa ta Ħaz Zebbuġ Ħal Muxi Ħal Mula Ħal Dwin Il Parroċċa taz Zurrieq Il Qrendi Ħal Millieri Ħal Lew Bubaqra Tal Baqqari Ħlantun Ħal Niklusi Ħas Sejjieħ Ħal Far Ħal Qadim Ħal Arrig Ħal Ġawhar Ħal Għabdirzaq Il Parroċċa ta Santa Dminka Ħad Dingli Ħal Tartarni Gomerina Il Parroċċa tal Mellieħa Ħal Dragu Ġebel Għazara Ġebel Manikatu illum il Wardija Ħal Pessa Ħal Dmigħ Għalkemm f Malta kien hawn dawn il ħafna rħula l popolazzjoni ta Malta kienet ħafna zgħira Fil fatt meta fl 1419 raw kemm hemm nies f kull parroċċa f Malta sabu hekk Ir Rabat 1170 ruħ L Imdina 950 ruħ In Naxxar 950 ruħ Birkirkara 920 ruħ Bir Miftuħ 750 ruħ Is Siġġiewi 730 ruħ Iz Zurrieq 605 ruħ Zejtun 550 ruħ Ħaz Zebbuġ 515 ruħ Ħal Qormi 510 ruħ Santa Dminka 325 ruħ Il Mellieħa 225 ruħ Il Birgu 104 ruħIl Parroċċi llumFil gzejjer Maltin illum insibu b kollox 84 parroċċa differenti 71 f Malta u 15 f Għawdex Kull lokalita għandha l parroċċa tagħha minbarra dik tax Xgħajra li tagħmel mal Parroċċa ta Ħaz Zabbar Insibu wkoll lokalitajiet fejn hemm izjed minn parroċċa waħda L izjed lokalita li għandha parroċċi hija dik ta Birkirkara b 5 parroċċi Imbagħad hemm Tas Sliema Il Belt Valletta u San Pawl il Baħar għandhom 4 parroċċi kull wieħed L izjed parroċċa antika hi dik tal Imdina u l izjed parroċċa ġdida hi tas Swatar li saret parroċċa f Novembru tal 2008 wara li nqatgħat minn ma Birkirkara Ħarsa lejn il Knejjes Parrokkjali f kull Lokalita ta MaltaBirkirkara Birkirkara huwa l akbar raħal ta Malta b popolazzjoni ta kwazi 25 000 ruħ u dawn in nies kollha huma maqsumin f ħames parroċċi Il parroċċi ta Birkirkara huma dawn Santa Liena Santa Marija San Ġuzepp Ħaddiem il Madonna tal Karmnu fiz zona ta Fleur de Lys u San Ġorġ Preca fis Swatar Santa Liena Il Parroċċa ta Santa Liena hi waħda mill ewwel għaxar parroċċi ta Malta Jingħad li din saret parroċċa qabel is sena 1402 Il festa ta Santa Liena jiċċelebrawha bil kbir fit 18 ta Awissu kull sena Knejjes oħra li jagħtu servizz fil parroċċa huma tal Madonna tal Ħerba il Madonna tal Vitorja Santu Rokku San Pawl San Franġisk Frate Francesco l Oratorju ta San Domenico Savio il Muzew tas Subien u l knisja tan naħa Tal Qattus Santa Marija Il knisja ta Santa Marija saret parroċċa fil 25 ta Marzu 1992 wara li nqatgħet minn parroċċa oħra Karkariza Fil fatt ġiet iddikjarata bit titlu ta parroċċa mill isqof ta Malta l Arċisqof Ġuzeppi Mercieca Il Kappella ta San Alwiġi b hekk saret tagħmel ma din il knisja parrokkjali San Ġuzepp Ħaddiem Il Parroċċa ta San Ġuzepp Ħaddiem Il festa ta din il knisja parrokkjali ssir fl 1 ta Mejju Saret parroċċa fil festa ta San Ġuzepp fid 19 ta Marzu 1973 Qabel il parruċċani ta hawn kienu jinqdew mill parroċċa ta Santa Liena izda l Isqof Mikiel Gonzi ta l permess li titwaqqaf parroċċa għalihom Knisja oħra li tagħmel ma din il parroċċa hi s Santwarju ta Santa Tereza Birzebbuġa Il Parroċċa ta Birzebbuġa hija waħda mis seba li ħarġu minn dik tal Gudja u twaqqfet mill Isqof Pietru Pace nhar id 9 ta Settembru tal 1913 taħt it titlu ta Marija Addolorata Kienet xewqa personali tal Isqof Mauro Caruana li l knisja l ġdida li bdiet tinbena fl 1926 tkun iddedikata lil San Pietru fil Ktajjen Fl 1937 il parroċċa ġiet trasferita mill knisja l antika tad Duluri għall knisja l ġdida ta San Pietru fil Ktajjen u minn dik is sena bdiet tiġi ċċelebrata l festa titulari ta dan il qaddis f kull l ewwel Ħadd ta Awwissu Kappelli li nsibu f din il parroċċa huma dawk tad Duluri il parroċċa l qadima ta San Ġorg tal Għajnuna tal Insara ta San Ġuzepp tas Sagra Familja tar Ragħaj it Tajjeb u tal Immakulata Kunċizzjoni f Bengħisa Bormla Fl 1 ta Ġunju 1584 mill parroċċa tal Birgu ħarġet dik ta Bormla taħt it titlu tal Immakulata Kunċizzjoni mill Isqof Tomaso Gargallo Il festa tal Kunċizzjoni f Malta hi festa pubblika issir kull sena fit 8 ta Diċembru li hi waħda mill ftit festi f Malta li għadha ssir fix xitwa Mit tliet ibliet tal Kottonera din hi l aħħar li saret parroċċa izda illum l ġurnata hi l ikbar parroċċa mit tliet ibliet Barra l knisja parrokkjali insibu knejjes oħra fosthom ta San Pawl Santa Tereza San Tumas Santa Margerita u l Konservatorju ta San Ġuzepp Din il parroċċa bit titlu tal Madonna tal Karmnu tinsab fil konfini ta Birkirkara Qabel ma sar parroċċa għalih fit 18 ta Jannar tal 1975 l inħawi ta Fleur de Lys kienu jagħmlu mal parroċċa ta Santa Venera li tinsab qrib Din il knisja ħadet it titlu ta parroċċa mill Isqof Mikiel Gonzi B hekk nistgħu ngħidu li Mikiel Gonzi waqqaf zewġ parroċċi f dan ir raħal f temp ta sentejn Gwardamanġa Ħ Attard Ħ Attard hu wieħed mill irħula magħrufa bħala It Tliet Irħula Dan ir raħal sar parroċċa fis 26 ta Marzu 1575 mill Isqof Martinus Roas de Portalrubio Qabel ma sar parroċċa Ħ Attard kien jagħmel ma dik ta Santa Liena ta Birkirkara Il qaddisa patruna ta dan ir raħal hi Santa Marija Assunta li tiġi ċċelebrata fil 15 ta Awissu Il Kappella ta Santa Katarina hi l unika post reliġjuz li jagħti s servizz tal quddiesa minbarra l knisja Parrokkjali Ħal Balzan F Ħal Balzan insibu parroċċa waħda dik ta Marija Annunzjata Din il parroċċa nqatgħet minn dik ta Santa Liena ta Birkirkara fl 14 ta Awissu 1655 mill Isqof Michael J Balaguer de Camarasa Festi li jsiru f dan ir raħal li hu wieħed mit Tliet Irħula insibu Marija Annunzjata li ssir fit tieni Ħadd ta Lulju u dik ta San Valentinu fl 14 ta Frar Ħad Dingli Ħad Dingli kien wieħed mill ewwel għaxar parroċċi f Malta izda taħt l isem ta Santa Dminka jew Ħal Tartarni Izda għal ċertu raġunijiet tneħħa minn parroċċa u ngħaqad ma dik tar Rabat Izda fil 31 ta Diċembru tal 1678 Ħad Dingli reġa sar parroċċa mill Isqof Michael Hier de Molina taħt it titlu ta Santa Marija Assunta Il festa ta Santa Marija f dan ir raħal ssir fl ewwel Ħadd wara l ħmistax t Awissu Ħal Għargħur Ħal Għargħur huwa raħal antik fin naħa ta fuq ta Malta Dan sar parroċċa għalih wara li nqata minn man Naxxar fi zmien l Isqof Balthasar Cagliares fis 16 ta Lulju 1610 Bħala patrun ta Ħal Għargħur insibu li San Bartilmew Appostlu li l festa tiegħu ssir fis 24 ta Awissu Ħal Għaxaq Il Parroċċa ta Ħal Għaxaq hija ddedikata lil Santa Marija Tiela s Sema din saret parroċċa għaliha fl 1 ta Jannar 1626 mill Isqof Balthasar Cagliares Qabel Ħal Għaxaq sar parroċċa għalih kien jagħmel mal parroċċa taz Zejtun Ħal Kirkop Ir raħal zgħir u kwiet ta Ħal Kirkop kien jagħmel mal parroċċa ta Bir Miftuħ sakemm fid 29 ta Mejju tal 1592 l Isqof Tomaso Gargallo iddikjarah parroċċa separata Il qaddis patrun ta dan ir raħal huwa San Leonardu Abbati li l festa tiegħu ssir fl eqreb Ħadd tas 6 ta Novembru Festa oħra li jiċċelebraw il Koppin hi l festa sekondarja ta San Ġuzepp fit tieni Ħadd ta Lulju Ħal Lija Ħal Lija mgħaruf għas sbuħija li jafu joffru l kamra tan nar San Mikiel fil festa ta Kristu Salvatur sar parroċċa qabel 1594 meta nqatgħa minn mal parroċċa ta Birkirkara Din il parroċċa hija ddedikata lit Trasfigurazzjoni ta Kristu jew aħjar is Salvatur Il festa f dan ir raħal tiġi ċċelebrata fis 6 ta Awissu il jum liturġiku tas Salvatur Knejjes oħra li jinsabu f Ħal Lija huma dik tal Mirakli u ta San Pietru Santa Marija ta Duna Il Kunċizzjoni Tal Belliegħa is Salvatur il Qadim u Sant Andrija Il Kamra tan nar San Mikiel rebħet l aħjar kulur u l aħjar murtali Ħal Luqa Raħal ieħor tipiku Malti hu dak ta Ħal Luqa Ħal Luqa nqatgħa minn Bir Miftuħ fil 15 ta Mejju tal 1634 u ġie ddikjarat parroċċa għalih mill Isqof Balthasar Cagliares taħt il ħarsien ta Sant Andrija Il festa ta dan il qaddis tiġi mfakkra mill Ħalluqin fl ewwel Ħadd ta Lulju Raħal ieħor zgħir li jgħamel mal parroċċa u l Kunsill Lokali ta Ħal Luqa huwa r raħal ta Ħal Farruġ li hemm knisja zgħira wkoll f dan ir raħal Ħal Qormi San Ġorġ Martri Din hi waħda mill parroċċi li ġa kienu jezistu fl 1436 madwar għoxrin sena wara din id data nbniet knisja ġdida bit tħabrik tal Kappillan Dun Gulju Lombardi Fl 1584 inbniet il knisja li hemm illum u fl 1684 fuqha nbniet il koppla ezistenti minn Lorenzo Gafa Il konfini ta din il parroċċa kienu jestendu sal Għolja Xeberras Fi zmien l Asseddju l Kbir tal 1565 il kappillan ta din il parroċċa Dun Gwann Cilia inqatel mit Torok ġewwa l forti Sant Iermu waqt li kien qed jassisti l gwarniġjon fil ħiġijiet spiritwali tagħhom Fl 1571 ħarġet l ewwel parroċċa minn din il parroċċa u b hekk San Ġorġ saret parroċċa Matriċi Bit twelid ta parroċċi oħra minn dawk li ħarġu minn din il parroċċa hija saret arċimatriċi Il parroċċi li ħarġu direttament mill parroċċa ta San Ġorġ huma Madonna tal Portu Salvu S Pawl Madonna ta Damasku tal Griegi Belt Valletta S Gejtanu Ħamrun Trinita Marsa S Venera parti San Bastjan Ħal Qormi Minn dawn ħarġu l parroċċi tal Floriana Marija Reġina Marsa Kunċizzjoni Ħamrun Madonna ta Fatima tal Pieta S Wistin il Belt Valletta u l Madonna tal Karmnu fi Fleur de Lys Fl 1953 din il knisja ingħatat id dinjita arċipretali filwaqt li nhar it 30 ta Ġunju 2019 l Arċisqof ta Malta Mons Chalres J Scicluna għolla lil din il knisja għal waħda kolleġġjata San Bastjan Ħal Safi Kienet wahda mill parrocci li harget minn Birmiftuh jew il Gudja Il knisja parrokkjali hi ddedikata lil San Pawl Ħal Tarxien Kienet waħda mill parroċċi li ħarġet minn Bir Miftuħ fil 25 ta Mejju 1592 Minn Ħal Tarxien ħarġu parroċċi Raħal Ġdid Kristu Re u minn hawn ħarġet il Parroċċa ta Lourdes f Raħal Ġdid stess u l parti l kbira tal Fgura Madonna tal Karmelu li kienet amministrata mill Parroċċa ta Ħal Tarxien Għalhekk il Parroċċa ta Ħal Tarxien minn Matriċi saret Arċimatriċi Illum il Knisja ta Ħal Tarxien hija Arċimatriċi u Arċipretali Lulju 2017 Ħaz Zabbar Ħaz Zebbuġ Santu Wistin Il Birgu Il Parroċċa tal Birgu kienet waħda mill ewwel parroċċi li twaqqfu f Malta Dan seħħ peress li l pozizzjoni tal Birgu kienet waħda importanti ħafna fl istorja Maltija matul kull zmien Din il knisja parrokkjali hija ddedikata lil San Lawrenz u l festa f din il belt f ġieh dan il qaddis issir kull sena fl 10 ta Awwisu il jum liturġiku ta San Lawrenz Knejjes oħra li jagħtu s servizz reliġjuz fil Belt tal Birgu huma il Knisja tal Lunzjata tal patrijiet Duminkani Dawn l komunita tal madwar jiċċelebraw il festa fl aħħar Ħadd ta Awissu Il Fgura Il Fgura huwa wieħed mill izjed irħula moderni fin Nofsinhar ta Malta Dan ir raħal li l popolazzjoni tiegħu llum tlaħħaq madwar 10 000 ġie ddikjarat parroċċa fil 21 ta Jannar 1965 mill Isqof Mikiel Gonzi taħt it titlu tal Madonna tal Karmnu peress li l knisja parrokkjali hija mmexxija mill patrijiet Karmelitani Il festa f ġieh il Madonna tal Karmnu ssir fit tieni Ħadd ta Lulju Biex saret din il parroċċa tnaqqsu partijiet mill erba parroċċi ta madwar il Fgura li huma Ħal Tarxien Ħaz Zabbar Bormla u l parroċċa ta Kristu Re ta Raħal Ġdid Paola Il Furjana Il Furjana huwa ġar tal Belt Valletta u dan is subborg ġie ddikjarat parroċċai mill Isqof Franġisk Saver Caruana fl 4 ta Marzu 1844 Din il parroċċa bħala patrun tagħha għandha lill ewwel Isqof ta Malta San Publju Il festa ta din il parroċċa issir f Mejju Knejjes oħra li fihom isir il quddies fil Furjana huma dawk tal Kapuċċini u il knisja tal Kunċizzjoni Ta Sarria Il Gudja Il Gudja jew aħjar Bir Miftuħ kif kien maghruf qabel kien wiehed mill ewwel għaxar parroċċi f Malta Fil fatt mill parroċċa tal Gudja ħarġu diversi parroċċi fin nofsinhar ta Malta fosthom dawk ta Birzebbuġa Ħal Kirkop l Imqabba Ħal Luqa Ħal Safi u Ħal Tarxien Il Parroċċa hija dedikata lil Santa Marija l eqdem titular ta Santa Maija fil gzejjer Maltin ta min jejd li fis sena 2007 il vara ta Santa Marija ghalqet 200 sena min meta saret min Vincenzo Dimech 1807 2007 l ewwel vara titulari ta Santa Marija fil gzejjer Maltin li l festa tagħha ssir b pompa kbira mir rahal kollu fil 15 ta Awwissu Fil Gudja nsibu zewġ festi oħra dawk tal Madonna taċ Ċintura u l Madonna tar Ruzarju Dan lahhar snin inbidlet lid data tal Madonna taċ Ċintura qabel kienet issir fl ewwel Hadd ta Settembru issa qeda issir lahhar Hadd ta Ottubru Irridu ngħidu li l knisja parrokkjali prezenti hi l unika knisja f Malta bi tliet kampnari u din il parroċċa hi arċi arċimatriċi u arċipretali Ħal Tarxien ukoll huwa Arcimatriċi u Arċipretali Il Gzira Wieħed mill irħula li jinsabu fil port ta Marsamxett huwa l Gzira Il Gzira sar parroċċa għalih f ġieh il Madonna tal Karmnu nhar il 15 ta Mejju 1921 L isqof li għamel parroċċa lill Gzira hu Mawru Caruana Il festa tal Karmnu hawn isir fit tieni Ħadd ta Lulju Postijiet reliġjuzi oħra li jagħtu s servizz tal quddiesa huma l kappella tar Redentur u dik tal Freres Il Ħamrun Fil Ħamrun insibu zewġ parroċċi ta San Gejtanu u tal Immakulata Kunċizzjoni Barra dan iz zewġ knejjes parrokkjali fil Ħamrun insibu il knisja tal Madonna tas Samra il knisja tal M U S E U M u dik tal Madonna tad Duluri fin naħa ta San Gejtanu u l knisja ta San Franġisk fin naħa tal Kunċizzjoni San Gejtanu L ewwel parroċċa nbniet bejn l 1869 1875 u ġiet inawgurata mill Isqof Karmelu Scicluna Meta Il Ħamrun sar parroċċa fl 1 ta Diċembru 1881 l Isqof Gajtan Pace Forno ried li l knisja li għall ewwel kienet iddedikata għal San Ġuzepp issa tkun iddedikata lil San Ġejtanu l qaddis onominu tal istess isem tal Isqof Xorta waħda llum il ġurnata fil Ħamrun hemm devozzjoni kbira lejn San Ġuzepp u minbarra li ssir il festa ta San Gejtanu fl ewwel Ħadd wara s 7 ta Awissu issir ukoll festa f ġieh San Ġuzepp It triq prinċipali tal Ħamrun iġġib isem dan il qaddis ukoll Triq il Kbira San Ġuzepp Il Izda maz zmien il Ħamrunizi raw il ħtieġa ta parroċċa oħra B hekk l Isqof Mikiel Gonzi fit 28 ta Diċembru 1967 waqqaf parroċċa f ġieh il Kunċizzjoni Immakulata fil Ħamrun lejn in naħa tal Imsida Ghalkemm il festa tal Immakulata Kunċizzjoni l paruċani ta din iz zona jiċelebrawha fl ewwel Ħadd ta Lulju u mhux fil festa propja tagħa dik ta 8 ta Diċembru huma jaghmlu festa verament sabiha b devozjoni kbira lil Madonna Il Kalkara Il Kalkara hija l unika lokalita fir reġjun tal Kottonera li hi raħal Din il parroċċa li twaqfet fl 10 ta Diċembru 1897 mill Isqof Pietru Pace f ġieh San Ġuzepp tihu ħsieb il lokalita kollha tal Kalkara li tinkludi wkoll l inħawi ta Bighi r Rinella u r Rikazli Il festa ta San Ġuzepp il Kalkarizi jgħamluha fit tieni Ħadd ta Lulju Knejjes oħra li nsibu fil Kalkara huma dawk ta Santa Liberata u dik li tinsab f Wied Għammieq Il Il Marsa Il Marsa tista tgħid li raħal ġdid għax lanqas ilu 100 sena li sar raħal għalih Izda fil Marsa nsibu zewġ parroċċ ta Trinita Mqaddsa u ta Marija Reġina It Il Parroċċa tat Trinita Mqaddsa kienet l ewwel parroċċa fil Marsa Din saret parroċċa mill Isqof Pietru Pace fid 19 ta April 1913 Il festa ta Trinita ssir fil Marsa f Ħadd wara l Għid il Ħamsin il Pentekoste Ma din il parroċċa nsibu wkoll il knisja t Albert Town Izda n nies tal Marsa li joqgħodu lejn il Ħamrun xtaqu parroċċa għalijhom u b hekk l Isqof Mikiel Gonzi ta t titlu ta parroċċa lill knisja tal Madonna tad Dmugħ li l lum hi Marija Reġina Il festa ta Marija Reġina ssir fl aħħar Ħadd ta Awissu Mal parroċċa ta Marija Reġina tagħmel il kappella tal Korsa taz Zwiemel Il Mellieħa Il Mosta Paroċċa waħda iddedikata lil Santa Marija mtellgħa s Sema Il Qawra Buġibba Il Qrendi Dan ir raħal zgħir u kwiet jinsab fin nofsinhar ta Malta bejn iz Zurrieq u l Imqabba Dan ir raħal sal 1618 kien jgħamel parti miz Zurrieq imbagħad inqata u sar parroċċa għalih Għall knisja li hemm illum nofs il fondi inġabru mill poplu Zurrieqi In Naxxar In Naxxar huwa wieħed mill ghaxar parroċċi li twaqqfu fl 1436 IN Naxxar jiccelebraw il festa ta Marija Bambina fit 8 ta settembru li tant hija ghall qalb Dan ir rahal Ir Rabat Malta Il knisja ta San Pawl hi mibnija fuq il foss tal belt Rumana li kienet tħaddan ukoll parti sewwa mir Rabat Hi wkoll mibnija fuq għar fejn skont tradizzjoni qadima kien jgħammar San Pawl tul it tliet xhur li dam Malta fis sena 60 w K Fis sena 1336 l Isqof ta Malta Ilarju sejħilha ecclesia Sancti Pauli de crypta u semma wkoll iċ Ċimiterju u l foss tagħha Tul is snin inbnew diversi knejjes fuq dan il għar kemm mid djoċesi u kemm mill Kavallieri ta San Ġwann Il knisja li hemm illum li hi wkoll kolleġġjata inbniet bil ġenerozita tan nobbli Guzmana Navarra fuq il pjanta ta F Bonamico fl 1653 u tlestiet minn Lorenzo Gafa fl 1683 Din kienet l ewwel Parroċċa imwaqqfa peress li kienet il Parroċċa tal Katidral Il Katidral qatt na kellu t titlu Parrokkjali infatti l Arċikonfraternita ras Santissmu Sagrament twaqqfet fil Parroċċa tar Rabat Saħansitra l Pussess tal Arċipriet dejjem sar fil Parroċċa tar Rabat Kien fl 1902 meta r Rabtin xtaqu li jiġu maqtugħin mill Katidral minħabba l bosta dmirijiet li l Kappillan kellu lejn il Katidral fosthom li jmur jakkumpanja fil festi prinċipali Numru tal parruċċani 12 000 Numru tal familji 3 800 Knisja Arċipretali Kolleġġjata u Proto Parroċċa ta San Pawl Data tad Dedikazzjoni 21 ta Settembru 1726 Knejjes Filjali Knisja ta San Pubblju L ewwel knisja li nbniet fuq l għar ta San Pawl kienet dik li bena Juan Benaguas li ġie f Malta fl 1630 il knisja ġiet mibnija mill ġdid fl 1713 Fl 1962 il knisja ngħaqdet mal knisja ta San Pawl Ċentru Pastorali San Luqa Bl izvilupp kbir li sar fin naħa tan Nigret inħasset il ħtieġa ta knisja għal dawk l inħawi sakemm tinbena din il knisja l ħidma pastorali qed issir miċ Ċentru Pastorali Jistgħu jiġu ċelebrati zwiġijiet f din iz zona Knisja San Katald Il knisja hi mibnija fuq kripta antika u katakombi xi kull tant tintuza għall Quddies Knisja ta San Bastjan L ewwel knisja nbniet fl 1477 reġgħet inbniet fl 1519 u ġiet restawrata fl 1751 Illum qed jieħdu ħsiebha is sorijiet tal Karita li għandhom il kunvent tagħhom jinfed magħha Fil knisja jistgħu jsiru z zwiġijiet Quddies Kuljum 06 30am Knisja tat Twelid tal Verġni Marija ta Qasgħa Il knisja nbniet għall ħabta tas sena 1550 minn Ċensu Qasgħa reġgħet inbniet xi mija u ħamsin sena wara magħha hemm ċimiterju Tintuza ghal laqghat ta talb u Ruzarju matul is sena Knisja ta Duna Il knisja nbniet fis seklu sittax u tkabbret mitejn sena wara tintuza għal laqgħat tal membri tal Leġjun ta Marija Knisja ta San Bert Il knisja nbniet għall ħabta tas sena 1550 u aktar tard ġiet restawrata illum tintuza għall Adorazzjoni Ewkaristika nhar ta Tnejn Erbgħa u Ġimgħa bejn id 9 00 am u l 5 00 pm Viċendi Fil Kampanja Knejjes Rurali Baħrija Knisja San Martin Il knisja nbniet mill Konti Navarra fis seklu sittax illum il popolazzjoni tal Baħrija kibret ħafna u nħasset il ħtieġa li tinbena knisja akbar għall ħtiġijiet spiritwali tan nies tal post fiha jistgħu jsiru z Zwigijiet Mtaħleb Knisja tat Twelid tal Madonna Il knisja qiegħda fuq l għoli tal wied u nbniet fl 1607 fiha jistgħu jsiru z Zwiġijiet Għemieri Knisja tat Twelid tal Vergni Marija Il knisja hi parti mill Palazzo Gomerino Buskett Knisja ta San Anton Abbati Il knisja nbniet fl 1663 mill Gran Mastru Nikola Cotoner u hi dedikata lil San Anton Abbati fiha hemm ukoll kwadru ta San Nikola Mill 1975 sa l 1986 kienet magħluqa għall pubbliku izda mbagħad reġgħet bdiet tintuza min nies ta l inħawi kif kienet tintuza qabel l 1975 jieħdu ħsiebha l patrijiet Agostinjani tar Rabat Tad Daħla Knisja ta Santa Katerina Il knisja nbniet għall ħabta tas sena 1550 u ġiet restawrata aktat tard fiha jistgħu jsiru z zwigijiey Wied Gerzuma Knisja tal Kunċizzjoni Il knisja riedha l Granmastru de Paule izda nbniet fi zmien il Granmastru Vilhena fiha jistgħu jsiru z zwigijiet Tas Salib Knisja tat Twelid tal Madonna Il knisja nbniet fl 1550 u għamlet zmien twil magħluqa Knejjes Immexxija Mir Reliġjuzi Knisja tal Madonna ta l Għar Dumnikani Id Dumnikani ġew Malta fl 1450 u bnew l ewwel kunvent tagħhom fir Rabat fuq għar fejn jingħad li l Madonna kienet kelmet lil wieħed kaċċatur li kien daħal jistkenn fih Fil knisja jistgħu jsiru zwiġijiet Data tad Dedikazzjoni 21 ta Ottubru Knisja ta Santa Marija ta Ġesu Franġiskani Minuri Il Franġiskani Minuri ġew Malta fl 1492 u l ewwel kunvent tagħhom kien fir Rabat f dan il kunvent il Granmastru L Isle Adam kellu ċella għalih Fl 1757 il knisja ġiet imkabbra b kontribuzzjonijiet mill Italja minn Spanja u mill Portugall u ġiet konsagrata mill Isqof Labini fl 1790 Fil knisja hemm l oratorju ta l Arċikonfraternita ta San Ġuzepp Jistgħu jsiru zwiġijiet fil knisja Data tad dedikazzjoni 31 ta Ottubru 1790 Knisja ta San Frangisk tal Pjagi Franġiskani Konventwali Il Franġiskani Konventwali ġew Malta xi zmien qabel is sena 1347 u kellhom l ewwel kunvent u knisja tagħhom ħdejn l isptar San Franġisk li biz zmien beda jssejjaħ l isptar ta Santu Spirtu Qrib is sena 1640 il kunvent reġa nbena mill ġdid għax kien qdiem ħafna u mbagħad il knisja ġarrbet ħsarat kbar bit terremot tas sena 1693 Il knisja nbniet mill ġdid fl 1701 minn Lorenzo Gafa F din il knisja beda jiġi meqjum kwadru tal Madonna tas Saħħa biz zmien il kwadru nbidel izda d devozzjoni kibret u hemm rabta kbira ma l isptarijiet ta Santu Spirtu u ta Sawra li jinsabu fil qrib Il kwadru tal Madonna ġie nkurunat fl 4 ta April 1948 Jistgħu jsiru zwiġijiet fil knisja Data tad Dedikazzjoni 22 ta Settembru 1908 Santwarju Madonna tas Saħħa Knisja ta San Mark Agostinjani L Agostinjani ġew Malta fis sena 1383 u kellhom il kunvent tagħhom barra s swar ta l Imdina dan twaqqa fl 1551 minħabba t theddid tat Torok u reġa nbena fl 1555 ħdejn il knisja antika ta San Mark mogħtija lill patrijiet mill Kapitlu tal Kattidral Il kunvent u l knisja li hemm illum inbnew fl 1558 Fil knisja jistgħu jsiru z zwiġijiet Data tad Dedikazzjoni 26 ta Ġunju 1906 Knisja tal Lunzjata Karmelitani Il knisja u l kunvent tal Lunzjata nbnew fl 1418 bi flus in nobbli Katerina d Alagona u ngħataw lill Karmelitani li kienu għadhom kemm ġew Malta Fl 1662 parti kbira mill kunvent twaqqgħet u bil ġebel inbena l kunvent tal Karmnu fl Imdina Il Karmelitani reġgħu ħadu f idejhom dan l ewwel kunvent tagħhom fl 1975 u bnew ħdejh kumpless biex iservi bħala Dar tat Talb li ġiet miftuħa fl 1990 Fil knisja jistgħu jsiru z zwiġijiet Knisja ta Sant Agata Soċjeta Missjunarja ta San Pawl Il knisja hi mibnija fuq kripta antika li minnha wieħed jgħaddi għall katakombi Il knisja nbniet fl 1570 u ġiet imkabbra fl 1670 Ġiet mogħtija lis Soċjeta Missjunarja ta San Pawl li kienet għadha kemm twaqqfet minn Mons Ġiuseppe Depiro u fl 1932 tqegħdet l ewwel ġebla ta dik li hija l Motherhouse tas Soċjeta Fil knisja jistgħu jsiru tigijiet Depiro Centre Kappella Marija Omm il Knisja Informazzjoni Malta dioceses org Is Siġġiewi Is Iz Zejtun Iz Zurrieq L Iklin L Iklin hu verament raħal ġdid fil qalba ta Malta Dan ir raħal zgħir jinsab imdawwar bl irħula ta Birkirkara Ħal Lija u n Naxxar Dan sar parroċċa għalih fl 2005 taħt il ħarsien tal Familja Mqaddsa mill Isqof Ġuzeppi Mercieca Qabel l Iklin kien jgħamel mal parroċċa ta Ħal Lija Knisja oħra li tinsab f dan ir raħal hija ta San Mikiel li tinsab ħdejn il kamra tan nar ta Ħal Lija u li fl aħħar Ħadd ta Settembru tiġi ċċelebrata l festa tal qaddis b quddiesa daqq tal banda fiera u kaxxa nfernali tispiċċa din l attivita ta kull sena L Imdina L Malta L L Imsida L Imtarfa L Isla L Isla pennizola zgħira fil Port il Kbir fil fatt hi l aktar lokalita u parroċċa ffulata f Malta L Isla jew Senglea saret parroċċa qabel is sena 1581 L ewwel kienet taħt il patrunċinju ta San Ġiljan izda l parroċċa tal lum hija ddedikata lit Twelied ta Marija Il Bambina Knisja oħra fl Isla li tgħati s servizz reliġjuz regolari hi dik ta San Filippu Il festa tal Bambina isir kull sena fit 8 ta Settembru il jum propju tat twelied tal Madonna F Malta dan il jum huwa wkoll festa nazzjonali fejn tiġi mfakra l Vitorja li għamlet Malta fit Tieni Gwerra Dinjija u fl Assedju l Kbir tal 1565 Marsaxlokk Parroċċa Madonna ta Pompej li ħarġet mill parroċċa taz Zejtun Il medda ta art bejn il Bajja ta San Ġorġ u Baħar ic Cagħaq magħrufa bħala Pembroke kienet okkupata mill militar Ingliz għal zmien twil Xi priġunieri Ġermanizi Kattoliċi kienu bnew kappella zgħira lejn it tmiem tal aħħar tal gwerra Mat tmiem tal bazi militari Ingliza f Malta xi Maltin bdew jokkupaw xi postijiet li kellhom is servizzi Inglizi meta l Gvern kien ta xi plots Il kappella ġiet irranġata mill Perit Richard England fuq stedina tal kappillan ta San Ġiljan Fr Tony Agius Imbagħad Pembroke inqata mill Parroċċa ta San Ġiljan meta l Ibraġ sar Zona Pastorali Awtonoma u għalhekk sar parti miz zona tal Ibraġ bl ewwel Rettur ikun Fr Denis Schembri minn San Ġiljan Billi l inħawi baqgħu jizdiedu fil popolazzjoni Pembroke sar Zona Pastorali Awtonoma għalih fl 1998 bl ewwel Rettur ikun Dun Anton Portelli Sar Parroċċa fit 8 ta Diċembru 2004 bil Knisja dedikata lil Kristu Rxoxt L ewwel kappillan kien Dun Anton Portelli Raħal Ġdid Paola Raħal Gdid hu post li lejn l aħħar tas seklu dsatax u kompla fis seklu ghoxrin zviluppa hafna u illum hu wiehed mill akbar fil gzejjer taghna u sar ic centru tax Xlokk ta Malta F Rahal Gdid insibu tifkiriet ta zminijiet differenti ta Malta l aktar ta zminijiet tal qedem u anke bini li jmur lura ghal zmien l Ordni Rahal Gdid ghandu tahlita ta bini izda l bicca l kbira jmur lura ghas seklu ghoxrin u n nicec u statwi li insibu f dan ir rahal huma marbuta ma dawn iz zminijiet L eqdem nicca li insibu hawnhekk hi dik li tinsab fi Triq it Telgha ta Rahal Gdid kantuniera ma Triq il Gdida dik iddedikata lill Madonna ta Lourdes Minhabba l pozizzjoni principali taghha din in nicca dejjem gawdiet devozzjoni kbira mhux biss man nies li joqghodu dawk l inhawi izda ukoll ma hafna nies u haddiema li jaghdu minn quddiema kuljum specjalment dawk li ikunu fi triqthom lejn it Tarzna li ghal hafna snin din kienet l unika triq li twassal t u ghal Kottonera u it tarzna Kienet l unika triq li taghqad in naha tal Marsa ghall Kottonera Minhabba f hekk din in nicca tkun dejjem armatha bi fjuri u mixghula Fl 1875 din l istatwa kienet diga meqjuma f dan il post ghaliex l Isqof Carmelo Scicluna taha l indulgenzi Meta il parti tan naha ta isfel ta Rahal Gdid beda jikber gmielu Dun Franseco Xuereb beda jahseb biex jibni knisja f dawn l inhawi biex jaqdi l htigijiet religjuzi tan nies ta dawn l akwati Diga kien hemm devozzjoni marbuta ma din in nicca ghalhekk iddecieda li l knisja li tkun iddedikata lill Madonna ta Lourdes fil fatt hekk ghamel Din il knisja hi it tieni parrocca f Rahal Gdid Il Parrocca ta Rahal Gdid qabel ma giet iddedikata lil Kristu Re kienet iddedikata lil Qalb ta Gesu Nicca li hi monument ta dawk iz zminijet ta meta l Parrocca kienet iddedikata lil dan it titlu hi in nicca li hemm vicin hafna l knisja l qadima dik ta Santa Ubaldeska Din hi nicca storika hafna u tixhed il qedem ta l inhawi wirt Rahal Gdid ta dak iz zmien L Isqof Dom Mauro Caruana fl 1918 rabat maghha l ghoti ta l indulgenzi Din in nicca storika qeghda f kantuniera bejn Triq is Sultana u Triq Santa Ubaldeska Nicca ohra li qadima hafna hi dik li hemm fi Pjazza Ant De Paule ezatt quddiem il Knisja Parrokjali ta Kristu Re Din in nicca hi iddedikata lil Kristu Kurcifiss Dwar din in nicca ftit li xejn nafu dwarha imma ilha zmien meqjuma hawnhekk fejn fil vicinanzi taghha kien hemm logga qadima li giet mibnija mill Gran Mastru stess imma fl 1967 tnehhiet parti minnha u kompliet taqa s sena ta wara bil maltemp Minkejja li ilha snin id devozzjoni lejn din in nicca qatt ma naqset u ghada hemm hajja sa llum Dawk iz zminijiet kienu jinghataw l indulgenzi ghal dawk li jitolbu jew jaghmlu talba quddiem xi nicca jew xbieghat li kellhom certa devozzjoni b hekk tghin ukoll biex il poplu jibqa jghozz u jzomm id devozzjoni lejn dak il qaddis F Rahal Gdid ftit insibu minn dawn in nicec li maghhom hemm marbuta l ghoti ta l indulgenzi Fost dawk insibu dik l istatwa zghira li insibu fil pjazza ta Rahal Gdid iddedikata lil San Frangisk 1898 Insibu ukoll fi Triq il Foss statwa ta San Guzepp 1901 u nicca ohra li tinsab fi Triq it Tarzna u Santa Monika dik iddedikata lil Kuncizzjoni 1909 Aktar nicec tas seklu ghoxrin huma dawk li hemm il gewwa mill pjazza inti u sejjer lejn Hal Tarxien Dawk iddedikati lil San Pietru u San Pawl Zewg statwi sbieh u li jikkumplimentaw lil xulxin Vicin hafna taghhom kantuniera ma Triq Sammat insibu statwa ohra sabiha ta l istess zmien ghal bidu tas seklu ghoxrin dik iddedikata lil Assunta Santa Marija Nicca ohra sabiha hi dik li hemm fi Triq Haz Zabbar quddiem il Gnien Lorry Sant hi dik tal Madonna tal Karmnu Aktar nicec tas seklu ghoxrin hija dik li hemm ta Santa Rita in naha t isfel ta Triq it Telgha ta Rahal Gdid Marco Montebello kien wiehed mill aqwa skulturi bil gebla Maltija ta dak iz zmien Insibu hafna xogholijiet tieghu imferxin ma Malta kollha u fil knejjes taghna F Rahal Gdid insibu zewg statwi sbieh li jkompu isebhu dan ir rahal u li huma fost l isbah li nsibu fit toroq ta Rahal Gdid xoghol dan l iskultur Dawn huma dik tal Madonna tal Grazzja li tinsab fil gemb tal Knisja ta Santa Ubaldeska fi Triq Santa Ubaldeska u ta San Guzepp li tinsab fi Triq l Arkata mal bini tal Museum tas Subien Ta l istess kwalita ta xoghol izda li hi eqdem huma z zewg xbihat ta San Guzepp li tinsab f kantuniera bejn Triq San Guzepp u Triq il Karmnu In nicca ta San Guzepp ghandha pilastri ta stil Doriku fuq kull naha u fuqhom idur il friz u l gwarnicun kollox maghmul b simetrija kbira L istatwa ta dan il qaddis fiha xoghol fin hafna Il paneggi tal libsa u l mantell huma hfief u nsibuhom maghquda flimkien taht ix xbieha tal Bambin rieqed L istess xoghol fin u delikat jinhass fiz zewgt ucuh kemm ta San Guzepp kif ukoll tal Bambin In nicca l ohra li hi ukoll ta l istess xoghol delikat hi dik ta Sant Antnin tinsab f kantuniera bejn Triq Ghajn Dwieli u sqaq imsemmi ghall istess qaddis Din hi nicca arzellata b pilastru Doriku fuq kull naha taghha Fuq il kwarnicun tan naha ta fuq u wkoll f ta taht naraw dekorazzjoni sabiha tal hadid L istatwa fiha ukoll xoghol fin u delikat b mod specjali fl ucuh Ma l ewwel daqqa t ghajn wiehed jintebah mill ewwel li hi statwa mahduma minn skultura tajjeb Hi ta hasra li fi Triq it Telgha ta Rahal Gdid ezatt quddiem dik ta Santa Rita kien hemm nicca ohra li kienet unika ghal gzejjer Maltin minhabba li ma hawnx ohra iddedikata lil dan il qaddis Din hi f gieh San Karlu Borromeo Nicca li kienet imwaqqfa fis seklu ghoxrin imma illum din ma ghadiex tezisti minhabba li l faccata fejn kien hemm din in nicca giet imwaqqa biex hadet post bini iehor gdid li tela dan l ahhar Xi kultant veru li l progress igib rigress Minn din il gabra ta nicec li insibu f Rahal Gdid naraw li ghandna patrimonju li tajjeb li nikkurawh u nibzghu ghalih Wirt li hallewna missirijietna u ahna fl obligu li nibzghu ghalih halli dan il wirt inkunu nistghu inwasluh lil uliedna li huma ukoll ghandhom id dritt li jgawdu dak li ahna wrietna minghand missirijietna Nibzghu ghal dan il wirt storiku fil gebla Maltija billi isir ix xoghol ta restawr professjonali fuqhom u nikkurawhom Kristu Re Madonna ta Lourdes San Ġiljan Meta ġew il Kavallieri ta San Ġwann billi kienu ordni ta Ospitalieri xerrdu ħafna d devozzjoni lejn San Ġiljan l Ospitalier Fl 1539 bnew mill ġdid il Knisja tal Isla u fl 1590 bnew mill ġdid dik ta San Ġiljan fil parroċċa ta Birkirkara fl inħawi li fi tmiem is seklu sittax bdew jissejħu San Ġiljan propju minħabba l knisja ddedikata għalih Fl 1682 il knisja z zgħira li kien hemm fuq l għolja tal Qaliet ġiet imkabbra u fl 1848 saret viċi parroċċa ta Birkirkara Fl 1854 reġgħet ġiet imkabbra Fl 1891 din il knisja saret parroċċa l ewwel u l unika waħda f Malta ddedikata lil San Ġiljan l Ospitalier L ewwel kappillan kien Dun Ġuzepp Xerri L istatwa titulari hija xogħol ta Karlu Darmanin li tlestiet fit 13 ta Awissu 1893 Il knisja l qadima ta Lapsi kif kienet magħrufa ċkienet wisq għan nies li kienu marru joqogħdu f San Ġiljan u fl 1961 fi zmien il Kappillan Dun Guido Calleja beda l bini tal knisja l ġdida fuq pjanta tal perit Arturo Zammit li tlestiet fl 1968 Kienet ikkonsagrata fis 17 ta Diċembru 1978 Il Papa Ġwanni Pawlu II fiz zjara tiegħu f Malta fl 1990 iltaqa mal intelletwali Maltin f din il knisja San Pawl il Baħar Santa Luċija Santa Venera Tas Sliema Stella Maris saret parrocca fl 1878 Matrici tal knejjes parrokjali l ohrajn ta Tas Sliema u l Gzira Madonna tas Sacro Cuor saret parrocca fl 1918 San Girgor saret parrocca fl 1940 Ġesu Nazzarenu saret parrocca fl 1973 Ta Xbiex Wied il Għajn Marsaskala Wied il Għajn kif inhu izjed mgħaruf ma nies beda jikber f dawn l aħħar 10 snin izda ilu li sar parroċċa mill 1949 Fil fatt fil 15 ta Marzu tal 1949 l Isqof Mikel Gonzi qatgħu parroċċa għalih minn dik ta Ħaz Zabbar Izda snin wara ħa parti miz Zejtun ukoll fosthom il Bajja ta San Tumas Ħarsa lejn il Knejjes Parrokkjali f kull Lokalita t GħawdexIl Għajnsielem u Kemmuna L Għarb u Ta Pinu L Għasri Ta Kerċem In Nadur Il Ir Rabat Il Belt San Lawrenz Ta Sannat Knisja Parrokjali Santa Margerita Sa miz zminijiet tan nofs fil post fejn hemm il knisja llum kienet tezisti kappella ddedikata lil Santa Margerita verġni u martri minn Antijokja ta Pisidia li llum hija it Turkija Din il kappella kienet zgur tiffunzjona fl 1575 u dak inhar kellha kampnar għall qanpiena u anke ċimiterju Fit 28 t April 1688 din il kappella saret il knisja tal parroċċa għall poplu ta Sannat u tal Munxar Fil 1718 inbniet knisja ikbar u aħjar mal ġenb tal kappella l qadima Bil mod il mod izda b determinazzjoni l poplu ta kontribut biex isebbaħ din il knisja li mbagħad ġiet ikkonsagrata fid 19 t Ottubru 1755 Fis snin 1860 reġgħet ġiet imkabbra u mbierka mill ġdid fis sena 1868 Xi snin wara ġew mibnija zewġ kampnari u fis sena 1910 telgħet il koppla majestuza L ewwel darba li din il parroċċa kellha statwa ta Santa Margerita kien fis sena 1863 fil waqt li l istatwa tassew sabiħa li hawn fil prezent ġiet fil parroċċa fis sena 1891 Fid 19 ta Diċembru 1893 il kappillan ġie mogħti t titlu ta Arċipriet Fit 12 ta Diċembru 1957 il parroċċa saret matriċi bit twaqqif tal parroċċa tal Munxar Ix Xagħra Ix Xewkija Fost id dokumenti nsibu wiehed ta l 1582 fejn kien jghid li fix Xewkija kien hawn knisja jew kappella dedikata lil San Gwann Battista Il parroċċa tax Xewkija giet imwaqqfa fis 27 ta Novembru 1678 mil isqof Mikiel Molina bl ewwel Kappillan ikun Dun Grezz Farrugia mil Belt Valletta u ddedikata lil San Gwann Battista Il parroċċa tax Xewkija hi l eqdem parrocca fil gzira Ghawdxija mwaqqfa barra mill Kolleggjata u Matrici tar Rabat L istatwa titulari tal Battista waslet fix Xewkija fit 22 ta Gunju 1845 u nhadmet mil iskultur Belti Pietru Pawl Azzopardi Din kienet it tieni statwa titulari f Ghawdex wara dik ta San Gorg li ukoll inhadment mil istess skultur Bla edba dubju ir Rotunda tax Xewkija tiddomina l pajsagg Ghawdxi Il Knisja Parrokkjali l gdida bdiet tinbena fl 4 ta Mejju 1952 madwar il knisja il qadima li kienet saret wisq zghira ghall popolazzjoni li dejjem kienet qeghda tizdiet taht il gwida ta l Arcipriet Dun Guzepp Grech u l perit is Sur Guze D Amato Illum wiehed jista japprezza ir rikezzi u l skultura tal knisja l qadima fil Muzew ta l Iskultura li jinsab biswit ir Rotunda Il knisja l gdida giet ikkonsagrata fis 17 ta Gunju 1978 mil Isqof ta Ghawdex Mons Nikol G Cauchi Il parroċċa tax Xewkija giet mghollija ghal gieh ta Arcipretali fl 10 ta Frar 1893 Fl 20 ta Marzu 1978 il Kavallieri ta l ordni Militari Sovrana ta San Gwann ghazlu lil Knisja Rotunda tax Xewkija bhala s sedje Spiritwali taghhom gewwa Ghawdex u fil 21 ta Mejju 1978 giet mghollija ghal Santwarju Djocesan Iz Zebbuġ u Marsalforn