Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

In Nadur huwa unità amministrattiva Maltija li tinsab fil Lvant tal gżira ta Għawdex In Nadur huwa mibni fuq promontorju

Nadur

  • Paġna Ewlenija
  • Nadur
Nadur
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

In-Nadur huwa unità amministrattiva Maltija li tinsab fil-Lvant tal-gżira ta' Għawdex. In-Nadur huwa mibni fuq promontorju u huwa wieħed mill-ikbar lokalitajiet f'Għawdex. Il-belt hija magħrufa bħala t-"tieni belt", u hija mifruxa tul irdum għoli fil-Lvant tar-Rabat. Skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014 kellha popolazzjoni ta' 4,509 abitanti.

Nadur
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Ġeografija
Koordinati 36°02′17″N 14°17′42″E / 36.0381°N 14.295°E / 36.0381; 14.295Koordinati: 36°02′17″N 14°17′42″E / 36.0381°N 14.295°E / 36.0381; 14.295
Nadur
Nadur (Malta)
Superfiċjenti 7.2 kilometru kwadru
Għoli 124 m
Demografija
Popolazzjoni 4,509 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati
nadur.gov.mt

Il-kelma "Nadur" ġejja mill-Għarbi, fejn nadara tfisser "għassa", u b'hekk għandha l-istess tifsira tal-motto tagħha "Viġilanti". Il-motto jidher fuq l-istemma tan-Nadur b'xemx tiżreġ mill-baħar blu. Il-belt famuża ħafna għall-furnara tagħha.

Ħdejn in-Nadur hemm il-Bajjiet ta' San Blas u ta' Daħlet Qorrot, li huma bajjiet żgħar tal-blat tul il-kosta tal-Grigal tal-gżira. Dawn il-bajjiet huma postijiet famużi għall-għawm, għall-isnorkelling, għall-picnics, u għall-mixi.

Storja

Ma hemm l-ebda dokument jew evidenza arkeoloġika li jistgħu jixħtu ftit dawl fuq il-kolonizzazzjoni tan-Nadur mill-ewwel abitanti tagħha. Minkejja dan, il-promontorju u l-inħawi tal-madwar tiegħu, bi ftit abitazzjonijiet rurali 'l hemm u 'l hawn, kienu jeżistu għal bosta snin qabel ma l-belt tan-Nadur saret parroċċa. L-unika traċċa ta' evidenza arkeoloġika kienu l-għadd ta' ġebel ċatt li nstabu f'għalqa bejn il-Bajja ta' San Blas u l-Bajja ta' Daħlet Qorrot. Skont l-istoriku Għawdxi dawn l-istrutturi msaqqfa, li ma għadhomx jeżistu iktar, xi darba kienu jintużaw bħala xorta ta' tempju għall-allat. Huwa kien tal-fehma wkoll li dawn il-ħaġriet tal-ġebel ma setgħux jitpoġġew hemmhekk minn nies normali iżda minn nies b'saħħithom ħafna jew saħansitra minn xi ġganti. Huwa kiteb ukoll li n-Nadur jaf ġiet stabbilita għall-ħabta tal-Griegi. Evidenza ta' din il-konnessjoni hija statwa tal-bronż ta' Apollo li jingħad li nstabet fin-Nadur fl-1744.

Tul l-istorja, in-Nadur kellha rwol importanti ħafna fid-difiża tal-gżira mill-furbani, u x'aktarx li għalhekk ingħatat isimha. Fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann inbena torri tal-għassa mill-Gran Mastru Nicolas Cotoner li ssemma bħala t-Torri ta' Daħlet Qorrot jew it-Torri ta' San Blas għaż-żewġ bajjiet fuq kull naħa tiegħu. It-torri huwa magħruf lokalment bħala t-Torri ta' Isopu.

Torri tal-għassa ieħor fin-Nadur huwa t-Torri ta' Kenuna, li nbena mill-Brittaniċi lejn nofs is-seklu 19. Intuża bħala kollegament telegrafiku bejn Malta u Għawdex. Mill-quċċata ta' dan it-torri, wieħed jista' jara l-biċċa l-kbira ta' Għawdex, Kemmuna u l-Mellieħa, b'veduta mill-isbaħ fix-xitwa tar-raba' aħdar u tal-baħar blu. L-inħawi ħdejn it-torri saru ġnien.

Demografija

Skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014, fin-Nadur il-popolazzjoni kienet qrib l-4,500 ruħ, jiġifieri t-tielet l-iżjed belt popolata f'Għawdex, wara ix-Xagħra u r-Rabat.

Għadd żgħir ta' nies jaqilgħu l-ħobża tagħhom mill-baħar bħala sajjieda jew baħħara. Kważi l-kumplament taċ-ċittadini jaħdmu bħala negozjanti, analisti, għalliema, jew professjonijiet oħra.

Hemm madwar 20 bidwi fin-Nadur, u l-maġġoranza tagħhom jaħdmu r-raba' tagħhom fuq bażi part-time. Mill-għelieqi bis-siġar tal-frott tan-Nadur jiġi l-biċċa l-kbira tal-frott lokali bħall-għanbaqar, il-ħawħ, it-tuffieħ, il-larinġ u l-lumi. Dawn l-għelieqi intużaw għal kuntatti kummerċjali ma' Malta għal dawn l-aħħar 3,000 sena u iktar. Illum il-ġurnata l-kummerċ għadu għaddej u ammont kbir ta' frott taċ-ċitru Malti jiġi prodott fin-Nadur. Il-kunsill lokali ppromwova t-tħawwil tas-siġar taż-żebbuġ importat mill-Italja peress li dan is-siġar naqas b'mod konsiderevoli matul iż-żmien.

Reġjuni

Għalkemm in-Nadur bħala belt hija mifruxa, tista' tinqasam f'diversi reġjuni, b'mod partikolari l-pjazza prinċipali, Ta' Ħida, San Blas u Ta' Kenuna

Il-pjazza prinċipali hija ċċentrata madwar il-knisja parrokkjali, b'sensiela ta' ħwienet, ristoranti, bars u l-iktar abitazzjonijiet residenzjali. Postijiet ta' interess importanti fiċ-ċentru huma: il-Knisa tal-Qalb Imqaddsa (Ta' Karkanja), il-kunsill lokali, l-għassa tal-pulizija, l-uffiċċju parrokkjali, l-iskola primarja, il-Każin tal-Banda tal-Imnarja, il-klabb tal-futbol Nadur Youngsters FC, id-duttrina għas-subien u għall-bniet, il-kunvent u l-kappella tas-sorijiet Franġiskani u l-bandli.

L-arterja prinċipali tal-inħawi magħrufa bħala Ta' Ħida's jinsabu madwar it-triq prinċipali tar-Ramla l-Ħamra, li fis-sajf tkun partikolarment traffikuża. L-estensjoni l-ġdida f'Ta' Ħida, tul it-triq li twassal għar-Ramla l-Ħamra, tinkludi qasam tad-djar tal-gvern li nbena fis-snin 70 tas-seklu 20 u bandli għat-tfal. Ċimiterju ġdid iżda kontroversjali nbena fit-triq lejn ir-Ramla l-Ħamra.

L-inħawi ta' San Blas fihom żoni residenzjali, kemm ġodda kif ukoll antiki, art għammiela ħafna u widien pittoreski, mimlijin l-iktar bis-siġar taċ-ċitru. L-inħawi ta' San Blas ingħataw isem il-bajja bir-ramel iż-żgħira, li ssemmiet għall-isqof Blaise, li għadu jiġi vvenerat fil-Knisja Kattolika. Bajja interna fil-qrib jisimha Daħlet Qorrot fiha bosta għerien u garaxxijiet fejn ħafna nies tal-lokalità jħallu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom. Il-Bajja ta' San Blas hija bajja żgħira tar-ramel tul il-kosta tal-Grigal fejn ħafna jmorru jgħumu. Qrib San Blas hemm żona arida bl-arbuxxelli msejħa l-Qortin kif ukoll iż-żona tul il-kosta magħrufa bħala l-Mistra. Il-bażi tal-Forzi Armati ta' Malta f'Għawdex tinsab hemmhekk, flimkien mat-Torri Ta' Sopu, li dan l-aħħar ġie rrestawrat.

L-inħawi magħrufa bħala Ta' Kenuna ġew żviluppati fil-bidu tas-snin 80 tas-seklu 20. Qabel f'dawn l-inħawi ma kien hemm xejn għajr it-Torri Ta' Kenuna, struttura telegrafika li nbniet taħt il-Brittaniċi, iċ-ċimiterju tan-Nadur u xi dwieli. Għalkemm fl-imgħoddi ċ-ċimiterju qisu kien ibeżża' ftit lin-nies u ħadd ma kien jazzarda jgħix ħdejh, illum il-ġurnata ċ-ċimiterju sar żona minn fejn jgħaddi t-traffiku, u huwa mdawwar b'toroq traffikużi u żoni residenzjali.

Parroċċa tan-Nadur

Il-festa reliġjuża tan-Nadur – l-Imnarja – tiġi ċċelebrata fid-29 ta' Ġunju. Il-festa kienet popolari mal-miżżewġin għall-qamar il-għasel u l-isem tagħha x'aktarx li kellu rabta mal-bidu tas-sajf. L-isem oriġina minn luminaria bit-Taljan, u fil-fatt, hija waħda mill-festi u mid-drawwiet staġonali Maltin importanti.

L-istatwa titulari ta' San Pietru u ta' San Pawl saret f'Marsilja, Franza, fl-1882. Hija waħda mill-bosta kapulavuri tal-knisja tan-Nadur. Fil-Ġimgħa l-Kbira, sett ta' vari tal-passjoni u l-kurċifissjoni ta' Kristu jinħarġu għall-purċissjoni mqaddsa. Fl-Għid filgħodu tintwera statwa tal-Irxoxt qalb il-briju taċ-ċittadini tar-raħal.

Il-knisja parrokkjali ddedikata lil San Pietru u San Pawl hija monument arkitettoniku u tal-pittura, u hija rikka bix-xogħlijiet, bl-iskulturi u bit-tiżjin tal-irħam. Il-knisja nbniet fis-sit ta' knisja iżgħar preċedenti fl-ogħla punt tar-raħal.

Bażilika ta' San Pietru u San Pawl

Il-kostruzzjoni tal-knisja attwali bdiet fit-28 ta' Settembru 1760 u d-disinn ġie attribwit lill-arkitett Malti Giuseppe Bonnici.

Fl-1907, programm ta' rinnovazzjoni nbeda għall-kostruzzjoni tal-korsiji, tal-koppla u tal-faċċata abbażai tad-disinn Rinaxximentali Taljan tal-Prof. F.S. Sciortino. Is-saqaf, b'pitturi ta' episodji konnessi ma' San Pietru u San Pawl, ġie mpitter minn Lazzaro Pisani minn Ħaż-Żebbuġ, filwaqt li t-tiżjin arkitettoniku huma frott ix-xogħol tat-Taljan . Il-forza prinċipali wara dawn il-proġetti relattivament ġodda kollha kien l-Arċipriet fl-1910-1921.

Il-parroċċa għandha l-istazzjon tar-radju għall-komunità tagħha msejjaħ Radju Luminarja, li ġie stabbilit iktar minn għaxar snin ilu u li issa għandu diversi membri miegħu.

Każin tal-banda

  • L-Għaqda Mużikali tal-Imnarja

Inħawi fin-Nadur

  • Ta' Ħida
  • Ta' Kenunan
  • Ta' Ġebel
  • Ta' Żejtun
  • Ta' Sardina
  • Ta' Spilotti
  • Ta' Venuta
  • Ta' Wistin
  • Tad-Duru
  • Tal-Ħawli
  • Tal-Laċċa
  • Tal-Weraq
  • Tat-Tiġrija
  • Tax-Xewka
  • Tax-Xini
  • (Wied) San Blas
  • Ta' Xurdin

Referenzi

  1. ^ "Nadur, Gozo - information and interests". www.malta.com. Miġbur 2022-08-22.
  2. ^ "Ċensiment Marzu 2014". web.archive.org. 2015-06-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2022-08-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Nadur Local Council". www.nadur.gov.mt. Miġbur 2022-08-22.
  4. ^ "NadurParish.com – Basilica of St. Peter and St. Paul in Gozo, Malta" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-22.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 15 Ġun, 2025 / 05:16

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Nadur, X'inhi Nadur? Xi tfisser Nadur?

In Nadur huwa unita amministrattiva Maltija li tinsab fil Lvant tal gzira ta Għawdex In Nadur huwa mibni fuq promontorju u huwa wieħed mill ikbar lokalitajiet f Għawdex Il belt hija magħrufa bħala t tieni belt u hija mifruxa tul irdum għoli fil Lvant tar Rabat Skont iċ ċensiment ta Marzu 2014 kellha popolazzjoni ta 4 509 abitanti Nadur MaltaAmministrazzjoniStat sovranMaltaReġjuni ta MaltaGħawdexĠeografijaKoordinati 36 02 17 N 14 17 42 E 36 0381 N 14 295 E 36 0381 14 295 Koordinati 36 02 17 N 14 17 42 E 36 0381 N 14 295 E 36 0381 14 295NadurNadur Malta Superfiċjenti 7 2 kilometru kwadruGħoli 124 mDemografijaPopolazzjoni 4 509 abitanti 31 Marzu 2014 Informazzjoni oħrabliet ġemellatinadur gov mt Il kelma Nadur ġejja mill Għarbi fejn nadara tfisser għassa u b hekk għandha l istess tifsira tal motto tagħha Viġilanti Il motto jidher fuq l istemma tan Nadur b xemx tizreġ mill baħar blu Il belt famuza ħafna għall furnara tagħha Ħdejn in Nadur hemm il Bajjiet ta San Blas u ta Daħlet Qorrot li huma bajjiet zgħar tal blat tul il kosta tal Grigal tal gzira Dawn il bajjiet huma postijiet famuzi għall għawm għall isnorkelling għall picnics u għall mixi StorjaMa hemm l ebda dokument jew evidenza arkeoloġika li jistgħu jixħtu ftit dawl fuq il kolonizzazzjoni tan Nadur mill ewwel abitanti tagħha Minkejja dan il promontorju u l inħawi tal madwar tiegħu bi ftit abitazzjonijiet rurali l hemm u l hawn kienu jezistu għal bosta snin qabel ma l belt tan Nadur saret parroċċa L unika traċċa ta evidenza arkeoloġika kienu l għadd ta ġebel ċatt li nstabu f għalqa bejn il Bajja ta San Blas u l Bajja ta Daħlet Qorrot Skont l istoriku Għawdxi dawn l istrutturi msaqqfa li ma għadhomx jezistu iktar xi darba kienu jintuzaw bħala xorta ta tempju għall allat Huwa kien tal fehma wkoll li dawn il ħaġriet tal ġebel ma setgħux jitpoġġew hemmhekk minn nies normali izda minn nies b saħħithom ħafna jew saħansitra minn xi ġganti Huwa kiteb ukoll li n Nadur jaf ġiet stabbilita għall ħabta tal Griegi Evidenza ta din il konnessjoni hija statwa tal bronz ta Apollo li jingħad li nstabet fin Nadur fl 1744 Tul l istorja in Nadur kellha rwol importanti ħafna fid difiza tal gzira mill furbani u x aktarx li għalhekk ingħatat isimha Fi zmien il Kavallieri ta San Ġwann inbena torri tal għassa mill Gran Mastru Nicolas Cotoner li ssemma bħala t Torri ta Daħlet Qorrot jew it Torri ta San Blas għaz zewġ bajjiet fuq kull naħa tiegħu It torri huwa magħruf lokalment bħala t Torri ta Isopu Torri tal għassa ieħor fin Nadur huwa t Torri ta Kenuna li nbena mill Brittaniċi lejn nofs is seklu 19 Intuza bħala kollegament telegrafiku bejn Malta u Għawdex Mill quċċata ta dan it torri wieħed jista jara l biċċa l kbira ta Għawdex Kemmuna u l Mellieħa b veduta mill isbaħ fix xitwa tar raba aħdar u tal baħar blu L inħawi ħdejn it torri saru ġnien DemografijaSkont iċ ċensiment ta Marzu 2014 fin Nadur il popolazzjoni kienet qrib l 4 500 ruħ jiġifieri t tielet l izjed belt popolata f Għawdex wara ix Xagħra u r Rabat Għadd zgħir ta nies jaqilgħu l ħobza tagħhom mill baħar bħala sajjieda jew baħħara Kwazi l kumplament taċ ċittadini jaħdmu bħala negozjanti analisti għalliema jew professjonijiet oħra Hemm madwar 20 bidwi fin Nadur u l maġġoranza tagħhom jaħdmu r raba tagħhom fuq bazi part time Mill għelieqi bis siġar tal frott tan Nadur jiġi l biċċa l kbira tal frott lokali bħall għanbaqar il ħawħ it tuffieħ il larinġ u l lumi Dawn l għelieqi intuzaw għal kuntatti kummerċjali ma Malta għal dawn l aħħar 3 000 sena u iktar Illum il ġurnata l kummerċ għadu għaddej u ammont kbir ta frott taċ ċitru Malti jiġi prodott fin Nadur Il kunsill lokali ppromwova t tħawwil tas siġar taz zebbuġ importat mill Italja peress li dan is siġar naqas b mod konsiderevoli matul iz zmien ReġjuniGħalkemm in Nadur bħala belt hija mifruxa tista tinqasam f diversi reġjuni b mod partikolari l pjazza prinċipali Ta Ħida San Blas u Ta Kenuna Il pjazza prinċipali hija ċċentrata madwar il knisja parrokkjali b sensiela ta ħwienet ristoranti bars u l iktar abitazzjonijiet residenzjali Postijiet ta interess importanti fiċ ċentru huma il Knisa tal Qalb Imqaddsa Ta Karkanja il kunsill lokali l għassa tal pulizija l uffiċċju parrokkjali l iskola primarja il Kazin tal Banda tal Imnarja il klabb tal futbol Nadur Youngsters FC id duttrina għas subien u għall bniet il kunvent u l kappella tas sorijiet Franġiskani u l bandli L arterja prinċipali tal inħawi magħrufa bħala Ta Ħida s jinsabu madwar it triq prinċipali tar Ramla l Ħamra li fis sajf tkun partikolarment traffikuza L estensjoni l ġdida f Ta Ħida tul it triq li twassal għar Ramla l Ħamra tinkludi qasam tad djar tal gvern li nbena fis snin 70 tas seklu 20 u bandli għat tfal Ċimiterju ġdid izda kontroversjali nbena fit triq lejn ir Ramla l Ħamra L inħawi ta San Blas fihom zoni residenzjali kemm ġodda kif ukoll antiki art għammiela ħafna u widien pittoreski mimlijin l iktar bis siġar taċ ċitru L inħawi ta San Blas ingħataw isem il bajja bir ramel iz zgħira li ssemmiet għall isqof Blaise li għadu jiġi vvenerat fil Knisja Kattolika Bajja interna fil qrib jisimha Daħlet Qorrot fiha bosta għerien u garaxxijiet fejn ħafna nies tal lokalita jħallu d dgħajjes tas sajd tagħhom Il Bajja ta San Blas hija bajja zgħira tar ramel tul il kosta tal Grigal fejn ħafna jmorru jgħumu Qrib San Blas hemm zona arida bl arbuxxelli msejħa l Qortin kif ukoll iz zona tul il kosta magħrufa bħala l Mistra Il bazi tal Forzi Armati ta Malta f Għawdex tinsab hemmhekk flimkien mat Torri Ta Sopu li dan l aħħar ġie rrestawrat L inħawi magħrufa bħala Ta Kenuna ġew zviluppati fil bidu tas snin 80 tas seklu 20 Qabel f dawn l inħawi ma kien hemm xejn għajr it Torri Ta Kenuna struttura telegrafika li nbniet taħt il Brittaniċi iċ ċimiterju tan Nadur u xi dwieli Għalkemm fl imgħoddi ċ ċimiterju qisu kien ibezza ftit lin nies u ħadd ma kien jazzarda jgħix ħdejh illum il ġurnata ċ ċimiterju sar zona minn fejn jgħaddi t traffiku u huwa mdawwar b toroq traffikuzi u zoni residenzjali Parroċċa tan NadurIl festa reliġjuza tan Nadur l Imnarja tiġi ċċelebrata fid 29 ta Ġunju Il festa kienet popolari mal mizzewġin għall qamar il għasel u l isem tagħha x aktarx li kellu rabta mal bidu tas sajf L isem oriġina minn luminaria bit Taljan u fil fatt hija waħda mill festi u mid drawwiet staġonali Maltin importanti L istatwa titulari ta San Pietru u ta San Pawl saret f Marsilja Franza fl 1882 Hija waħda mill bosta kapulavuri tal knisja tan Nadur Fil Ġimgħa l Kbira sett ta vari tal passjoni u l kurċifissjoni ta Kristu jinħarġu għall purċissjoni mqaddsa Fl Għid filgħodu tintwera statwa tal Irxoxt qalb il briju taċ ċittadini tar raħal Il knisja parrokkjali ddedikata lil San Pietru u San Pawl hija monument arkitettoniku u tal pittura u hija rikka bix xogħlijiet bl iskulturi u bit tizjin tal irħam Il knisja nbniet fis sit ta knisja izgħar preċedenti fl ogħla punt tar raħal Bazilika ta San Pietru u San PawlIl Bazilika tan Nadur Il kostruzzjoni tal knisja attwali bdiet fit 28 ta Settembru 1760 u d disinn ġie attribwit lill arkitett Malti Giuseppe Bonnici Fl 1907 programm ta rinnovazzjoni nbeda għall kostruzzjoni tal korsiji tal koppla u tal faċċata abbazai tad disinn Rinaxximentali Taljan tal Prof F S Sciortino Is saqaf b pitturi ta episodji konnessi ma San Pietru u San Pawl ġie mpitter minn Lazzaro Pisani minn Ħaz Zebbuġ filwaqt li t tizjin arkitettoniku huma frott ix xogħol tat Taljan Il forza prinċipali wara dawn il proġetti relattivament ġodda kollha kien l Arċipriet fl 1910 1921 Il parroċċa għandha l istazzjon tar radju għall komunita tagħha msejjaħ Radju Luminarja li ġie stabbilit iktar minn għaxar snin ilu u li issa għandu diversi membri miegħu Kazin tal bandaL Għaqda Muzikali tal ImnarjaInħawi fin NadurTa Ħida Ta Kenunan Ta Ġebel Ta Zejtun Ta Sardina Ta Spilotti Ta Venuta Ta Wistin Tad Duru Tal Ħawli Tal Laċċa Tal Weraq Tat Tiġrija Tax Xewka Tax Xini Wied San Blas Ta XurdinReferenzi Nadur Gozo information and interests www malta com Miġbur 2022 08 22 Ċensiment Marzu 2014 web archive org 2015 06 21 Arkivjat mill oriġinal fl 2015 06 21 Miġbur 2022 08 22 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Nadur Local Council www nadur gov mt Miġbur 2022 08 22 NadurParish com Basilica of St Peter and St Paul in Gozo Malta bl Ingliz Miġbur 2022 08 22

L-aħħar artikli
  • Ġunju 15, 2025

    San Bażilju

  • Ġunju 08, 2025

    San Mikiel

  • Ġunju 08, 2025

    San Miguel de Allende

  • Ġunju 08, 2025

    San Mattew

  • Ġunju 06, 2025

    San Marino

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq