Vasco da Gama l Ewwel Konti ta pronunzja bil Portugiż Ewropew ˈvaʃku ðɐ ˈɣɐ mɐ twieled fl 1469 miet fl 24 ta Diċembru 15
Vasco da Gama

Vasco da Gama, l-Ewwel Konti ta' (pronunzja bil-Portugiż Ewropew: [ˈvaʃku ðɐ ˈɣɐ̃mɐ]; twieled fl-1469 – miet fl-24 ta' Diċembru 1524), kien esploratur Portugiż u l-ewwel Ewropew li wasal sal-Indja bil-baħar.
Vasco da Gama | |||
---|---|---|---|
5 Settembru 1524 - 24 Diċembru 1524 ← Duarte de Menezes - Henrique de Meneses → | |||
Ħajja | |||
Twelid | , 1469, c. 1460 | ||
Nazzjonalità | |||
Mewt | , 24 Diċembru 1524 | ||
Post tad-dfin | Monasteru tal-Ġlormini | ||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (malarja) | ||
Familja | |||
Missier | |||
Omm | |||
Konjuga/i | |||
Ulied | uri
| ||
Aħwa | uri | ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Portugiż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | | ||
Grad |
L-ewwel vjaġġ tiegħu lejn l-Indja mill-Kap tat-Tama t-Tajba (bl-Ingliż: Cape of Good Hope) fl-1497-1499 kien l-ewwel wieħed li kkollega l-Ewropa u l-Asja permezz ta' rotta oċeanika, u li kkollega l-Oċean Atlantiku u l-Oċean Indjan, għaldaqstant kkollega l-Punent mal-Orjent. Inġenerali dan jitqies bħala stadju importanti fl-istorja dinjija, peress li mmarka l-bidu ta' fażi ta' multikulturaliżmu globali permezz tat-trasport marittimu. L-iskoperta ta' Da Gama tar-rotta bil-baħar lejn l-Indja wittiet it-triq għal era ta' imperjaliżmu globali u ppermettiet lill-Portugiżi jistabbilixxu imperu kolonjali li dam fit-tul tul ir-rotta mill-Afrika sal-Asja. Il-vjolenza u t-teħid tal-ostaġġi użata minn da Gama u dawk ta' warajh taw reputazzjoni brutali lill-Portugiżi fost ir-renji indiġeni tal-Indja u stabbilew mudell għall-kolonjaliżmu tal-Punent fl-Epoka tal-Esplorazzjoni. L-ivvjaġġar tul ir-rotta oċeanika ppermettiet lill-Portugiżi jevitaw li jbaħħru mill-Mediterran li kien miżgħud taqbid u mill-Peniżola tal-Arabja li kienet tant perikoluża dak iż-żmien. Is-somma tad-distanzi koperti fil-vjaġġi 'l hemm u 'l hawn wasslet biex din l-ispedizzjoni kienet l-itwal vjaġġ oċeaniku li qatt kien sar sa dak iż-żmien.
Wara deċennji sħaħ fejn il-baħrin ippruvaw jaslu sal-Indji, b'tant eluf ta' ħajjiet u għexieren ta' bastimenti mitlufa minħabba l-għarqiet u l-attakki, da Gama żbarka f' fl-20 ta' Mejju 1498. L-aċċess bla oppożizzjoni għar-rotot tal-ħwawar Indjani ta spinta lill-ekonomija tal-Imperu Portugiż, li qabel kien ibbażat tul il-parti tat-Tramuntna u l-parti kostali tal-Punent tal-Afrika. Għall-ewwel, il-ħwawar prinċipali li nkisbu mix-Xlokk tal-Asja kienu l-bżar u l-kannella, iżda f'qasir żmien ġew inklużi prodotti oħra, li kollha kienu ġodda għall-Ewropa. Il-Portugall żamm monopolju kummerċjali ta' dawn il-prodotti bażiċi għal diversi deċennji. Għadda saħansitra seklu sħiħ qabel qawwiet Ewropej oħra, l-ewwel ir-Repubblika Olandiża u l-Ingilterra, u mbagħad Franza u d-Danimarka, ma rnexxielhom jisfidaw il-monopolju kummerċjali u s-supremazija navali tal-Portugall fir-Rotta tal-Kap tal-Lvant.
Da Gama mexxa tnejn mill-Armadas tal-Indja Portugiża, l-ewwel u r-raba'. Din tal-aħħar kienet l-ikbar waħda u salpat għall-Indja erba' snin wara li rritorna mill-ewwel vjaġġ. Fl-1524, bħala kumpens għall-kontributi tiegħu, da Gama nħatar bħala Gvernatur tal-Indja, bit-titlu ta' Viċirè, u sar nobbli bħala l-Ewwel Konti ta' Vidigueira fl-1519. Huwa baqa' rinomat bħala figura ewlenija fl-istorja tal-esplorazzjoni, u ngħata ġieħ madwar id-dinja kollha permezz ta' mfakar tal-esplorazzjonijiet u tal-kisbiet tiegħu. Il-poeżija epika nazzjonali Portugiża Os Lusíadas inkitbet minn biex tagħtih ġieħ. F'Marzu 2016, eluf ta' artefatti u fdalijiet nawtiċi ġew irkuprati mill-vapur mgħerreq Esmeralda, wieħed mill-armadas ta' da Gama, li nstab lil hinn mill-kosta tal-Oman.
Ħajja bikrija
Vasco da Gama twieled fl-1469 fir-raħal ta' , wieħed mill-ftit portijiet marittimi tul il-kosta tal-Alentejo fil-Lbiċ tal-Portugall, x'aktarx f'dar qrib il-Knisja ta' Nossa Senhora das Salas.
Missier Vasco da Gama kien , li fis-snin 60 tas-seklu 15 kien kavallier tal-familja ta' , id-Duka ta' Viseu. Huwa tela' fil-ġerarkija tal-Ordni Militari ta' Santiago. Estêvão da Gama nħatar alcaide-mór (gvernatur ċivili) ta' Sines fis-snin 60 tas-seklu 15, kariga li baqa' jokkupa sal-1478; imbagħad wara kompla bħala kollettur tat-taxxi u detentur tal-commendas tal-Ordni fir-reġjun.
Estêvão da Gama żżewweġ lil , bint (magħruf ukoll bħala ), minn familja b'konnessjonijiet tajbin ta' oriġini Ingliża. Missierha u l-aħwa tagħha, u , kellhom konnessjonijiet mal-familja ta' Infante Diogo, id-Duka ta' Viseu, u kienu figuri prominenti fl-Ordni Militari ta' Kristu. Vasco da Gama kien it-tielet mill-ħames subien ta' Estêvão da Gama u Isabel Sodré – f'ordni (probabbli) skont l-etajiet: , , Vasco da Gama, u . Vasco kellu wkoll oħtu waħda magħrufa, , li żżewġet lil .
Ma tantx nafu wisq dwar il-ħajja bikrija ta' da Gama. L-istoriku Portugiż jissuġġeriuxxi li studja fir-raħal iktar 'il ġewwa ta' Évora, fejn x'aktarx li tgħallem il-matematika u n-navigazzjoni. Intqal ukoll li studja taħt , astrologu u astronomu, iżda l-bijografu ta' da Gama isostni li dan it-tagħrif huwa dubjuż.
Għall-ħabta tal-1480, da Gama segwa lil missieru (iktar milli l-familja Sodrés) u ssieħeb fl-Ordni ta' Santiago. Il-kap tal-Ordni ta' Santiago kien il-Prinċep Ġwanni, li tela' fuq it-tron fl-1481 bħala r-Re . Ġwanni II kellu għall-qalbu l-Ordni, u l-prospetti ta' Vasco da Gama u ta' missieru żdiedu ferm.
Fl-1492, Ġwanni II bagħat lil Vasco da Gama fuq missjoni lejn il-port ta' u sal-Algarve biex jissekwestra xi vapuri Franċiżi bħala ritaljazzjoni għall-ksur taż-żamma ta' paċi kontra t-trasport marittimu Portugiż – kompitu li da Gama wettaq malajr u b'mod effettiv.
Esplorazzjoni qabel da Gama
Mill-bidu tas-seklu 15, l-ispedizzjonijiet Portugiżi organizzati mill-Prinċep Enriku n-Navigatur kienu qed isalpaw lejn in-Nofsinhar tal-kosta Afrikana, primarjament sabiex ifittxu għar-rikkezzi tal-Punent tal-Afrika (b'mod partikolari d-deheb u l-iskjavi). Kienu kabbru ferm l-għarfien marittimu Portugiż, iżda ma tant kellhom wisq qligħ għall-isforzi tagħhom. Wara l-mewt ta' Enriku fl-1460, il-monarkija Portugiża ma tantx uriet interess li tkompli b'dan l-isforz, u fl-1469, illiċenzjat dan l-isforz Afrikan ittraskurat lil konsorzju privat ta' merkanti ta' Liżbona mmexxi minn . Fi żmien ftit snin, il-kaptana ta' Gomes wessgħu l-għarfien Portugiż lil hinn mill-Golf tal-Guinea, u għamlu kummerċ bit-trab tad-deheb, bil-bżar melegueta, bl-avorju u bl-iskjavi sub-Saħarjani. Meta l-ftehim li kellu Gomes wasal biex jiġġedded fl-1474, il-Prinċep Ġwanni (iktar 'il quddiem ir-Re Ġwanni II), staqsa lil missieru biex ma jġeddidx il-ftehim u jkompli jieħu ħsieb kollox hu.
Malli sar re fl-1481, Ġwanni II tal-Portugall beda jwettaq bosta riformi twal. Sabiex jeħles mid-dipendenza tal-monarkija fuq in-nobbiltà fewdali, Ġwanni II kellu bżonn isaħħaħ it-teżor irjali; u kkunsidra l-kummerċ irjali bħala l-muftieħ biex jikseb dak l-għan. Fir-renju ta' Ġwanni II, il-kummerċ tad-deheb u tal-iskjavi fil-Punent tal-Afrika tkabbar ferm. Huwa kien ħerqan li jbill subgħajh fil-qligħ kbir tal-kummerċ tal-ħwawar bejn l-Ewropa u l-Asja, li kien isir l-iktar fuq l-art. Dak iż-żmien, dan il-kummerċ kien prattikament monopolju tar-Repubblika ta' Venezja, li kienet topera rotot fuq l-art mill-portijiet tal-Lvant u Eġizzjani, mill-Baħar l-Aħmar sas-swieq tal-ħwawar tal-Indja. Ġwanni II stabbilixxa objettiv ġdid għall-kaptana tiegħu: li jsibu rotta bil-baħar sal-Asja billi jbaħħru madwar il-kontinent Afrikan.
Sakemm Vasco da Gama għalaq xi 20 sena, il-pjanijiet tar-re kienu bdew jitwettqu. Fl-1487, Ġwanni II qabbad żewġ spjuni, u , fir-rotot fuq l-art mill-Eġittu sal-Lvant tal-Afrikao u sal-Indja, biex jgħarrxu għad-dettalji tas-swieq tal-ħwawar u tar-rotot kummerċjali. L-iżvolta ġiet ftit wara, meta l-kaptan ta' Ġwanni II reġa' lura mill-vjaġġ madwar il-Kap tat-Tama t-Tajba fl-1488, wara li esplora saħansitra sax-Xmara tal-Ħut (Rio do Infante) fejn illum il-ġurnata hemm l-Afrika t'Isfel u wara li vverifika li l-kosta mhux magħrufa kienet tibqa' sejra lejn il-Grigal.
Kien meħtieġ esploratur li seta' juri r-rabta bejn is-sejbiet ta' Dias u dawk ta' da Covilhã u de Paiva, u jikkollega dawn is-segmenti separati f'rotta kummerċjali li potenzjalment tqalla' ħafna flus san-naħa l-oħra tal-Oċean Indjan.
L-ewwel vjaġġ
Fit-8 ta' Lulju 1497, Vasco da Gama mexxa flotta ta' erba' vapuri b'ekwipaġġ ta' 170 ruħ minn Liżbona. Id-distanza tal-vjaġġ madwar l-Afrika sal-Indja u lura kienet itwal mit-tul tal-ekwatur. In-navigaturi kienu jinkludu l-iżjed li kellhom esperjenza fil-Portugall, , , , u . Mhuwiex magħruf fiċ-ċert kemm kien hemm nies fl-ekwipaġġ ta' kull vapur iżda bejn wieħed u ieħor ġew lura 55 ruħ, u ntilfu żewġ vapuri. Tnejn mill-bastimenti kienu karrakki, li nbnew apposta għall-vjaġġ; l-oħrajn kienu karavella u bastiment tal-provvisti.
L-erba' bastimenti kienu:
- São Gabriel, taħt il-kmand ta' Vasco da Gama; karrakka ta' 178 tunnellata, b'tul ta' 27 metru, b'wisa' ta' 8.5 metri, b'pixka ta' 2.3 metri, u b'qlugħ ta' 372 m2
- São Rafael, taħt il-kmand ta' ħuh Paulo da Gama; ta' daqs simili għas-São Gabriel
- Berrio (laqam, uffiċjalment is-São Miguel), karavella ħarira iżgħar mill-ewwel żewġ bastimenti, taħt il-kmand ta' Nicolau Coelho
- Bastiment tal-provvisti b'isem mhux magħruf, taħt il-kmand ta' , li ġie mgħerreq fil-Bajja ta' Mossel (São Brás) fl-Afrika t'Isfel.
Vjaġġ sal-Kap tal-Lvant
L-ispedizzjoni salpat minn Liżbona fit-8 ta' Lulju 1497. Segwiet ir-rotta tal-esploraturi pijunieri bikrin tul il-kosta tal-Afrika minn u Cabo Verde. Wara li laħaq il-kosta li llum il-ġurnata tagħmel parti minn Sierra Leone, da Gama baqa' sejjer lejn in-Nofsinhar fl-oċean miftuħ, qasam l-ekwatur u baqa' sejjer lejn in-Nofsinhar tal-Atlantiku skopert minn Bartolomeu Dias fl-1487. Din ir-rotta kienet suċċess u fl-4 ta' Novembru 1497, l-ispedizzjoni żbarkat fil-kosta Afrikana. Għal iktar minn tliet xhur il-bastimenti kien baħħru għal iżjed minn 10,000 kilometru (6,000 mil) fl-oċean miftuħ, bil-bosta l-itwal vjaġġ 'il bogħod mill-art li kien qatt sar sa dak iż-żmien.
Sas-16 ta' Diċembru, il-flotta kienet għaddiet mix-Xmara l-Kbira tal-Ħut (il-Kap tal-Lvant, l-Afrika t'Isfel) – fejn kien xeħet l-ankra Dias – u baħħret f'ilmijiet li qabel ma kinux magħrufa mill-Ewropej. Peress li kien wasal il-Milied, da Gama u l-ekwipaġġ tiegħu semmew il-kosta Natal, li bil-Portugiż għandha l-konnotazzjoni tat-"twelid ta' Kristu".
Mozambique
Vasco da Gama dam mit-2 sad-29 ta' Marzu 1498 qrib il-gżira ta' Mozambique. It-territorju kkontrollat mill-Għarab tul il-kosta tal-Lvant tal-Afrika kien parti integrali min-network kummerċjali fl-Oċean Indjan. Peress li kien qed jibża' li l-popolazzjoni lokali tkun ostili għall-Kristjani, da Gama għamilha ta' Musulman u kiseb udjenza quddiem is-Sultan tal-Mozambique. Bil-merkanzija miżera li kellu x'joffri, l-esploratur ma rnexxilux jipprovdi rigal adattat għas-sultan. F'qasir żmien il-popolin lokali saru suspettużi rigward da Gama u l-ekwipaġġ tiegħu. Imġiegħel minn folla ostili jaħrab mill-Mozambique, da Gama telaq mill-port, u rritalja billi spara l-kanuni tiegħu lejn il-kosta.
Mombasa
Qrib il-kosta fejn illum il-ġurnata hemm il-Kenja, l-ispedizzjoni bdiet tipprattika l-piraterija, u serqet xi bastimenti merkantili Għarab li ġeneralment kienu bastimenti kummerċjali mhux armati u mingħajr kanuni kbar. Il-Portugiżi saru l-ewwel Ewropej li żaru l-port ta' mis-7 sat-13 ta' April 1498, iżda ntlaqgħu b'ostilità u wara ftit telqu.
Malindi
Vasco da Gama baqa' sejjer lejn it-Tramuntana, u fl-14 ta' April 1498 wasal fil-port iktar amikevoli ta' , fejn il-mexxejja tal-post kienu f'kunflitt mal-mexxejja ta' Mombasa. Hemmhekk l-ispedizzjoni nnutat għall-ewwel darba l-evidenza ta' merkanti Indjani. Da Gama u l-ekwipaġġ tiegħu rreklutaw is-servizzi ta' pilota li uża l-għarfien tiegħu dwar l-irjieħ tal-monsoons biex jiggwida l-ispedizzjoni għall-kumplament tar-rotta sa , li tinsab tul kosta tal-Lbiċ tal-Indja. Is-sorsi ma jaqblux dwar l-identità tal-pilota, u jiddeskrivuh Kristjan, Musulman u minn . Ġrajja tradizzjonali partikolari tiddeskrivi l-pilota bħala n-navigatur Għarbi famuż , iżda rakkonti kontemporanji oħra jsostnu li Majid kien xi mkien ieħor, u ma setax ikun f'dawk l-inħawi dak iż-żmien. L-ebda wieħed mill-istoriċi Portugiżi ta' dak iż-żmien ma jsemmi lil Ibn Majid. Vasco da Gama telaq minn Malindi u salpa lejn l-Indja fl-24 ta' April 1498.
Kozhikode
Il-flotta waslet f'Kappadu ħdejn Kozhikode (bl-Ingliż: Calicut), fil-Kosta ta' Malabar (illum il-ġurnata l-istat ta' fl-Indja), fl-20 ta' Mejju 1498. Ir-Re ta' Kozhikode, is-Samudiri (iż-Żamorin), li dak iż-żmien kien qed joqgħod fit-tieni belt kapitali tiegħu f'Ponnani, reġa' lura lejn Kozhikode malli waslitlu l-aħbar li waslet flotta barranija. In-navigatur intlaqa' bl-ospitalità tradizzjonali, inkluż purċissjoni grandjuża ta' mill-inqas 3,000 Nair armat, iżda intervista maż-Żamorin ma waslet għall-ebda riżultat konkret. Meta l-awtoritajiet lokali staqsew lill-flotta ta' da Gama, "X'ġabkom hawn?", huma wieġbu li kienu ġew biex "ifittxu lill-Kristjani u l-ħwawar". Ir-rigali li da Gama bagħat liż-Żamorin bħala doni minn Dom Manuel – erba' mantelli ta' drapp aħmar dagħmi, sitt kpiepel, erba' friegħi tal-qroll, tnax-il almasares, kaxxa b'seba' reċipjenti tar-ram isfar, senduq zokkor, żewġ btieti biż-żejt u ġarra għasel – kienu trivjali, u ma rnexxilhomx jimpressjonaw. Filwaqt li l-uffiċjali ta' Żamorin kienu qed jistagħġbu għaliex ma kienx hemm deheb jew fidda, il-merkanti Musulmani li kienu jqisu lil da Gama bħala r-rivali tagħhom issuġġerew li kien biss pirata ordinarju u mhux ambaxxatur irjali. It-talba ta' Vasco da Gama għal permess biex iħalli lil xi ħadd warajh inkarigat mill-merkanzija iżda li ma setax ibigħ ma ġietx aċċettata mir-Re, li insista li da Gama kellu jħallas id-dazju – preferibbilment bid-deheb – bħal kwalunkwe merkant ieħor, u b'hekk ir-relazzjoni bejniethom marret għall-agħar. Irritat minn dan l-aġir, da Gama ħa miegħu xi Nair u 16-il sajjied (mukkuva) bil-forza.
Ritorn
Vasco da Gama telaq minn Kozhikode fid-29 ta' Awwissu 1498. Ħerqan li jbaħħar lura d-dar, huwa injora l-għarfien lokali dwar l-irjieħ tal-monsoons li kienu qed jonfħu tul il-kosta. Il-flotta inizjalment baħħret lejn it-Tramuntana tul il-kosta Indjana, u mbagħad xeħtet l-ankri fil-gżira ta' Anjediva għal xi żmien. Finalment reħewlha lejn l-Oċean Indjan u qasmu fit-3 ta' Ottubru 1498. Madankollu, minħabba li l-monsoon tax-xitwa, kien vjaġġ tal-waħx. Fil-vjaġġ inizjali, meta baħħret bl-irjieħ tal-monsoon tas-sajf, il-flotta ta' da Gama qasmet l-Oċean Indjan fi 23 jum biss; iżda fil-vjaġġ tar-ritorn peress li kienet qed tbaħħar kontra r-riħ, il-vjaġġ dam 132 jum.
Da Gama reġa' lemaħ l-art fit-2 ta' Jannar 1499, hu u jbaħħar qrib il-belt kostal ta' fis-Somalja, li dak iż-żmien kienet taħt l-influwenza tal-Imperu ta' Ajuran fil-Qarn tal-Afrika. Il-flotta ma waqfitx hemmhekk, iżda meta għaddew qrib Mogadishu, il-persuna anonima li kienet tikteb id-djarju tal-ispedizzjoni kitbet li kienet belt kbira bi djar ta' erba' jew ħames sulari u b'palazzi kbar fiċ-ċentru, kif ukoll bosta moskej b'minareti ċilindriċi.
Il-flotta ta' da Gama finalment waslet f'Malindi fis-7 ta' Jannar 1499 f'qagħda terribbli – madwar nofs l-ekwipaġġ kien miet matul il-vjaġġ, u ħafna mill-bqija kienu morda bl-iskorbut. Minħabba li ma kellux biżżejjed membri tal-ekwipaġġ għal tliet bastimenti, da Gama ordna li s-São Rafael jiġi mgħerreq 'il barra mill-kosta tal-Lvant tal-Afrika, u l-ekwipaġġ tqassam bejn iż-żewġ bastimenti li kien għad fadal, is-São Gabriel u l-Berrio. Minn hemm 'il quddiem, it-tbaħħir mexa iktar ħarir. Sal-bidu ta' Marzu waslu fil-Bajja ta' Mossel, qasmu l-Kap tat-Tama t-Tajba fid-direzzjoni opposta fl-20 ta' Marzu, u waslu fil-kosta tal-Punent tal-Afrika sal-25 ta' April.
Ir-rakkont tad-djarju tal-ispedizzjoni jieqaf hawn ħesrem. Mir-rikostruzzjoni minn sorsi oħra, milli jidher komplew lejn Cabo Verde, fejn il-Berrio ta' Nicolau Coelho ssepara mis-São Gabriel ta' Vasco da Gama u baħħar waħdu. Il-Berrio wasal f'Liżbona fl-10 ta' Lulju 1499 u Nicolau Coelho ta l-aħbar personalment lir-Re Manwel I u lill-qorti rjali, imbagħad mar Sintra. Sadanittant, lura f'Cabo Verde, ħu Vasco da Gama, Paulo da Gama, kien marad sew. Da Gama ddeċieda li jibqa' miegħu fil-gżira ta' Santiago u ta s-São Gabriel lil biex jieħu l-bastiment lura l-Portugall. Is-São Gabriel taħt Sá wasal f'Liżbona lejn l-aħħar ta' Lulju u jew il-bidu ta' Awwissu. Da Gama u ħuh il-marid eventwalment twasslu lura l-Portugall fuq karavella ta' Guinea, iżda Paulo da Gama miet matul il-vjaġġ. Da Gama żbarka fil- biex jidfen lil ħuh fil-Monasteru ta' San Franġisk f', u baqa' ftit iktar hemm biex iderri l-luttu. Eventwalment twassal minn karavella tal-Ażores lejn Liżbona fid-29 ta' Awwissu 1499 (skont Barros), jew fil-bidu ta' Settembru (fit-8 jew fit-18 tax-xahar skont sorsi oħra). Minkejja l-burdata ta' sogħba, da Gama ngħata merħba ta' eroj u ngħata bosta unuri, inkluż purċissjoni trijonfali u festivitajiet pubbliċi. Ir-Re Manwel kiteb żewġ ittri fejn iddeskriva l-ewwel vjaġġ ta' da Gama, f'Lulju u f'Awwissu 1499, ftit wara r-ritorn tal-bastimenti. wkoll kiteb tliet ittri fejn iddeskriva l-ewwel vjaġġ ta' da Gama ftit wara r-ritorn tal-ispedizzjoni.
L-ispedizzjoni kienet swiet ħafna – intilfu żewġ vapuri u iktar minn nofs l-ekwipaġġ. Ma rnexxilhiex twettaq ukoll il-missjoni prinċipali tagħha li tiżgura trattat kummerċjali ma' Kozhikode. Minkejja dan, il-kwantitajiet żgħar ta' ħwawar u ta' merkanzija oħra li nġabu lura fuq iż-żewġ bastimenti wrew il-potenzjal ta' qligħ kbir għall-kummerċ futur. Vasco da Gama ġustament ġie ċċelebrat talli fetaħ rotta diretta bil-baħar lejn l-Asja. Ir-rotta tiegħu ġiet segwita kull sena minn hemm 'il quddiem mill-Armadas tal-Indja Portugiża.
Il-kummerċ tal-ħwawar kien assi ewlieni għat-teżor irjali Portugiż, u ftit wara kien hemm konsegwenzi oħra. Pereżempju, il-vjaġġ ta' da Gama kien għamilha ċara li l-kosta tal-Lvant tal-Afrika, il-Contra Costa, kienet essenzjali għall-interessi Portugiżi; il-portijiet tagħha pprovdew ilma tax-xorb, provvisti, injam, u tarzniet għat-tiswijiet tal-bastimenti, u servew ukoll bħala postijiet imkennija fejn il-bastimenti kienu jsorġu u jistennew il-maltemp jgħaddi. Riżultat sinifikanti kienet il-kolonjalizzazzjoni ta' Mozambique mill-monarkija Portugiża.
Premjijiet
F'Diċembru 1499, ir-Re Manwel I tal-Portugall ippremja lil Vasco da Gama bir-raħal fewdali ereditarju ta' Sines (ir-raħal li missieru Estêvão fl-imgħoddi kellu bħala commenda). Dan spiċċa kien premju kkumplikat, għaliex Sines kien għadu proprjetà tal-Ordni ta' Santiago. Il-mexxej tal-Ordni, , x'aktarx li approva l-premju – wara kollox, da Gama kien kavallier tal-Ordni ta' Santiago, wieħed minnhom, u qrib ħafna ta' Lencastre stess. Iżda l-fatt li Sines ingħata mir-re pprovoka lil Lencastre li rrifjuta bħala prinċipju, sabiex ma jħeġġiġx lir-re jagħmel premjijiet oħra simili li kienu proprjetà tal-Ordni. Da Gama qatta' s-snin ta' wara jipprova jkollu lil Sines taħt il-pussess tiegħu, sforz li ġelldu minn ma' Lencastre u eventwalment wassal biex da Gama jabbanduna l-Ordni ta' Santiago li tant kienet għall-qalbu, u jsir membru tar-rivali, l-Ordni ta' Kristu fl-1507.
Sadanittant, da Gama ikkuntenta b'pensjoni rjali ereditarja sostanzjali ta' 300,000 reis. Huwa ngħata t-titlu nobbli perpetwu ta' Dom (sinjur) għalih, għal ħutu u għad-dixxendenti tagħhom. Fit-30 ta' Jannar 1502, da Gama ngħata t-titlu ta' Almirante dos mares de Arabia, Persia, India e de todo o Oriente ("Ammirall tal-Ibħra tal-Arabja, il-Persja, l-Indja u l-Orjent Kollu") – titlu elaborat li oriġina mit-titlu elaborat ta' Kastilja li kellu Kristofru Kolombu (evidentement, Manwel x'aktarx li ħaseb li ladarba Kastilja kellha "Ammirall tal-Ibħra Oċeaniċi", mela allura l-Portugall missu kellu wieħed ukoll). Ittra rjali oħra, datata Ottubru 1501, tat lil da Gama d-dritt personali li jintervjeni u jeżerċita rwol determinanti fi kwalunkwe flotta futura li kellha l-ħsieb li ssalpa lejn l-Indja.
Għall-ħabta tal-1501, Vasco da Gama żżewweġ lil Catarina de Ataíde, bint , l-alcaide-mór ta' Alvor (Algarve), u nobbli prominenti permezz tar-relazzjoni mal-familja setgħana Almeida (Catarina kienet primakuġina ta' Dom Francisco de Almeida).
It-tieni vjaġġ
L-ispedizzjoni ta' wara, it-Tieni Armada tal-Indja, varata fl-1500 taħt il-kmand ta' kellha l-missjoni li tfassal trattat maż-Żamorin ta' Kozhikode u li tistabbilixxi fabbrika Portugiża fil-belt. Madankollu, Pedro Cabral daħal f'kunflitt max-xirkiet lokali tal-merkanti Għarab, bir-riżultat li l-fabbrika Portugiża ġiet attakkata f'rewwixta u mietu sa 70 Portugiż. Cabral ta t-tort tal-inċident liż-Żamorin u bbumbardja l-belt. B'hekk faqqgħet gwerra bejn il-Portugall u Kozhikode.
Vasco da Gama invoka l-ittra rjali tiegħu u ħa f'idejh il-kmand tar-Raba' Armada tal-Indja, li kienet skedata li ssalpa fl-1502, bl-għan espliċitu ta' tpattija kontra ż-Żamorin biex jiġi obbligat iċedi għat-termini Portugiżi. Il-flotta armata sa snienha ta' ħmistax-il vapur u 800 ruħ telqet minn Liżbona fit-12 ta' Frar 1502. F'April ġiet segwita minn flotta oħra ta' ħames bastimenti mmexxija minn kuġinuh, (iben ), li laħqet magħhom fl-Oċean Indjan. Ir-Raba' Armada kienet tassew armada tal-familja da Gama. Tnejn miz-zijiet tiegħu ta' naħa t'ommu, u , ġew iddeżinjati minn qabel biex jikkmandaw flotta navali tal-għassa fl-Oċean Indjan, filwaqt li l-aħwa tar-rispett (ħu l-mara ta' Vasco da Gama) u (miżżewweġ lil Teresa da Gama, oħt Vasco da Gama) kienu kaptana ta' bastimenti fil-flotta prinċipali.
Fil-vjaġġ tat-tluq, il-flotta ta' da Gama għamlet kuntatt mal-port kummerċjali tad-deheb ta' fil-Lvant tal-Afrika u wasslet biex is-Sultanat ta' Kilwa jkun tribut biss u ħadet somma sostanzjali ta' deheb.
Inċident tal-vapur bil-pellegrini
Malli waslet l-Indja f'Ottubru 1502, il-flotta ta' da Gama interċettat lil Mirim, vapur bil-pellegrini Musulmani f'Madayi li kien qed jivvjaġġa minn Kozhikode sal-Mekka. Skont id-deskrizzjoni fid-dettall tax-xhud u tal-kittieb tal-kronaka , da Gama seraq il-vapur b'iżjed minn 400 pellegrin abbord, inkluż 50 mara, sakkar il-passiġġieri, lis-sid u lil ambaxxatur mill-Eġittu u ħaraqhom ħajjin. Huma offrew il-ġid tagħhom bħala "rahan tal-iskjavi Kristjani kollha fir-Renju ta' u ferm iktar" iżda xorta waħda nqatlu. Da Gama nemmes fejn kienu msakkrin il-pellegrini u ra lin-nisa jġibu d-deheb u l-ġojjelli tagħhom, bit-trabi f'idejhom biex jitkarrbu għall-ħniena. Il-ħajjiet ta' għoxrin tifel u tifla ġew salvati bl-obbligu ta' konverżjoni għall-Kristjaneżmu.
Kozhikode
Wara l-waqfa f'Cannanore, Gama mexxa l-flotta tiegħu lejn Kozhikode, u talab għal kumpens għat-trattament ta' Cabral. Peress li kien jaf x'kien ġara rigward id-destin tal-vapur bil-pellegrini, iż-Żamorin adotta attitudni konċiljatorja fil-konfront tal-Portugiżi u esprima r-rieda tiegħu li jiffirma trattat ġdid, iżda da Gama staqsa lir-re Induista biex ikeċċi lill-Musulmani kollha minn Kozhikode qabel il-bidu tan-negozjati, li ma ntlaqgħetx. Madankollu, fl-istess żmien iż-Żamorin bagħat messaġġ lill-vassall ribelluż tiegħu, ir-Raja ta' Cochin biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni u l-ubbidjenza biex jilqa' għat-theddida Portugiża; u l-mexxej ta' Cochin bagħat dan il-messaġġ lil da Gama, li saħħaħ l-opinjoni tiegħu li l-Indjani kienu qed jippruvaw jaħdmuh. Wara li talab għat-tkeċċija tal-Musulmanai minn Kozhikode liż-Żamorin Induista, dan tal-aħħar bagħat il-patri għoli (l-istess persuna li kienet wasslet lil da Gama sar-residenza taż-Żamorin fl-ewwel vjaġġ tiegħu f'Kozhikode f'Mejju 1498) għat-taħditiet. Da Gama sejjaħlu spjun, ordna li x-xofftejn u l-widnejn tal-patri jinqatgħulu, jitwaħħlulu par widnejn ta' kelb ma' rasu, u jintbagħat 'l hemm. Il-flotta Portugiża mbagħad ibbumbardjat il-belt mhux iffortifikata għal kważi jumejn sħaħ mill-baħar, u kkawżaw ħsarat estensivi. Huwa qabad ukoll diversi bastimenti tar-ross u qata' l-idejn, il-widnejn u l-imniħrijiet tal-ekwipaġġ tagħhom, u bagħtuhom b'nota liż-Żamorin, fejn da Gama ddikjara li kien lesta li jkollu relazzjonijiet ta' ħbiberija jekk iż-Żamorin iħallas għall-oġġetti li seraq mill-feitoria kif ukoll għall-porvli u għall-balal tal-kanuni.
Battalja navali
It-trattament vjolenti ta' da Gama malajr wassal biex il-kummerċ tul il-Kosta ta' Malabar tal-Indja, li fuqu kienet tiddependi Kozhikode, jistaġna. Iż-Żamorin bagħat flotta qawwija ta' bastimenti militari biex jisfida l-armada ta' da Gama, iżda da Gama rnexxielu jirbħilha f'battalja navali quddiem il-port ta' Kozhikode.
Cochin
Da Gama għabba l-bastimenti bil-ħwawar f'Cochin u f'Cannanore, li kienu renji żgħar fil-qrib li kienu fi gwerra maż--Żamorin. L-alleanzi magħhom kienu ġew żgurati minn flotot Portugiżi preċedenti. Ir-Raba' Armada telqet mill-Indja fil-bidu tal-1503. Da Gama ħalla warajh għadd żgħir ta' karavelli taħt il-kmand ta' zijuh, Vicente Sodré, biex joqogħdu għassa mal-kosta Indjana, sabiex ikomplu jfixklu l-kummerċ ta' Kozhikode, u jipproteġu l-fabbriki Portugiżi f'Cochin u f'Cannanore mit-tpattijiet inevitabbli taż-Żamorin.
Vasco da Gama reġa' lura l-Portugall f'Settembru 1503, u effettivament falla fil-missjoni tiegħu li jwassal biex iż-Żamorin ibaxxi rasu u jċedi. Dan il-falliment, u l-falliment sussegwenti ta' zijuh Vicente Sodré li jipproteġi l-fabbrika Portugiża f'Cochin, x'aktarx li wasslet biex da Gama ma jingħatax iktar premjijiet. Meta r-Re Portugiż Manwel I tal-Portugall iddeċieda li jaħtar l-ewwel gvernatur u Viċirè tal-Indja Portugiża fl-1505, da Gama ġie injorat apposta, u l-kariga ngħatat lil .
Intervall
Fiż-żewġ deċennji ta' wara, Vasco da Gama għex ħajja kwieta, 'il bogħod mill-qorti rjali u mwarrab mill-kwistjonijiet marbuta mal-Indja. It-tentattivi tiegħu li jerġa' jintogħġob minn Manwel I (inkluż li jsir membru tal-Ordni ta' Kristu fl-1507), ma tantx taw frott. Almeida, Afonso de Albuquerque u, iktar 'il quddiem, Albergaria u Sequeira, ġew ippreferuti mir-re għall-Indja.
Wara li abbanduna l-monarkija ta' Kastilja fl-1518, Vasco da Gama hedded li jagħmel l-istess ħaġa, u b'hekk ir-re ħa passi biex iżommu l-Portugall u jevita t-tħammir il-wiċċ li l-"Ammirall tal-Indji" tiegħu stess imur Spanja. Fl-1519, wara snin sħaħ jinjora l-petizzjonijiet tiegħu, ir-Re Manwel I finalment ħaffef biex jagħti titlu fewdali lil Vasco da Gama, u ħatru bħala l-Ewwel Konti ta' Vidigueira, titlu maħluq permezz ta' digriet irjali f'Évora fid-29 ta' Diċembru, wara ftehim ikkumplikat ma' Dom Jaime, id-Duka ta' , li ċedilu l-irħula ta' Vidigueira u ta' Vila dos Frades bi ħlas. Id-digriet iggarantixxa lil Vasco da Gama u lill-werrieta tiegħu d-dħul u l-privileġġi kollha relatati, u b'hekk da Gama ġie stabbilit bħala l-Ewwel Konti Portugiż li ma twilidx f'familja rjali.
It-tielet vjaġġ u l-mewt
Wara l-mewt tar-Re Manwel I fl-aħħar tal-1521, ibnu u s-suċċessur, ir-Re Ġwanni III tal-Portugall ħa ħsieb jirrieżamina l-gvern Portugiż 'il barra mill-art kontinentali tal-pajjiż. Wara li ta dahru lill-klikka l-antika ta' Albuquerque (li dak iż-żmien kienet irrappreżentata minn ), Ġwanni III ried jibda mill-ġdid. Vasco da Gama reġa' tfaċċa fuq ix-xena politika bħala konsulent importanti tar-re għall-ħatriet u għall-istrateġija l-ġodda tiegħu. Huwa kien tal-fehma li t-theddida Spanjola l-ġdida għall-Gżejjer Maluku kienet prijorità, iżda Vasco da Gama kien kontra l-ossessjoni bl-Arabja li kienet xi ħaġa fissa tul il-perjodu Manwelin, li baqgħet it-tħassib dominanti ta' Duarte de Menezes, il-gvernatur ta' dak iż-żmien tal-Indja Portugiża. Menezes kien ukoll inkompetenti u korrott, u għalhekk soġġett għal bosta ilmenti. B'hekk, Ġwanni III ddeċieda li jaħtar lil Vasco da Gama stess biex minflok Menezes, fiduċjuż li l-maġija ta' ismu u tal-memorja ta' għemilu x'aktarx li jimpressjonaw l-awtorità tiegħu fl-Indja Portugiża, u b'hekk jieħu ħsieb il-ġestjoni tat-tranżizzjoni għal gvern u strateġija ġodda.
Permezz tal-ittra tal-ħatra tiegħu ta' Frar 1524, Ġwanni III ta lil Vasco da Gama t-titlu privileġġat ta' "Viċirè", u b'hekk sar it-tieni gvernatur Portugiż biss li kellu dak it-titlu (l-ewwel wieħed kien Francisco de Almeida fl-1505). It-tieni iben tiegħu, Estêvão da Gama nħatar simultanjament bħala Capitão-mor do Mar da Índia ("Kaptan-Maġġur tal-Baħar Indjan", kmandant tal-flotta navali tal-għassa fl-Oċean Indjan), minflok ħu Duarte, Luís de Menezes. Bħala kundizzjoni finali, da Gama kiseb mingħand Ġwanni III tal-Portugall l-impenn li jaħtarlu lill-ulied subien kollha tiegħu suċċessivament bħala kaptana Portugiżi ta' Malacca.
Meta salpa f'April 1524, bi flotta ta' erbatax-il vapur, Vasco da Gama ħa bħala l-bastiment ewlieni tiegħu l-karrakka kbira famuża Santa Catarina do Monte Sinai fl-aħħar vjaġġ tagħha sal-Indja, flimkien ma' tnejn mill-ulied subien tiegħu, Estêvão u Paulo. Wara vjaġġ ta' tħabit (erba' jew ħamsa mill-vapuri ntilfu tul ir-rotta), huwa wasal l-Indja f'Settembru. Vasco da Gama minnufih invoka l-poteri għoljin tiegħu ta' viċireġġent biex jimponi ordni ġdid fl-Indja Portugiża, u ssostitwixxa l-uffiċjali antiki kollha bil-ħatriet tiegħu. Madankollu, da Gama laqqat il-malarja ftit wara l-wasla tiegħu, u miet fil-belt ta' Cochin jum qabel il-Milied fl-1524, tliet xhur wara l-wasla tiegħu. Skont l-istruzzjonijiet irjali, minflok da Gama laħaq gvernatur tal-Indja wieħed mill-kaptana li kienu ġew miegħu, Henrique de Menezes (l-ebda relazzjoni ma' Duarte). Ulied Da Gama Estêvão u Paulo tilfu l-karigi tagħhom minnufih u ngħaqdu mal-flotta tar-ritorn fil-bidu tal-1525 (flimkien ma' Duarte de Menezes u Luís de Menezes).
Ġisem Vasco da Gama għall-ewwel kien indifen fil-Knisja ta' San Franġisk fil-Forti ta' Kochi, fil-belt ta' Kochi, iżda l-katavru tiegħu ġie rritornat lejn il-Portugall fl-1539. Il-katavru ta' Vasco da Gama ndifen f'Vidigueira f'tebut imżejjen bid-deheb u bil-ġojjelli.
Il-Monasteru tal-Ġlormini f'Belém, li mbagħad sar in-nekropoli tad-dinastija rjali Portugiża ta' Aviz, inbena fil-bidu tal-1500 ħdejn il-punt tat-tluq tal-ewwel vjaġġ ta' Vasco da Gama, u l-kostruzzjoni tiegħu ġie ffinanzjat minn taxxa fuq il-profitti tal-Armadas tal-Indja Portugiża ta' kull sena. Fl-1880, il-fdalijiet ta' da Gama u dawk tal-poeta (li ċċelebra l-ewwel vjaġġ ta' da Gama fil-poeżija epika tiegħu tal-1572) ġew ittrasferiti f'oqbra mnaqqxin ġodda fin-navata tal-knisja tal-monasteru, ftit metri biss 'il bogħod mill-oqbra tar-rejiet Manwel I u Ġwanni III, li da Gama kien qeda.
Żwieġ u dixxendenti
Vasco da Gama u martu kellhom sitt subien u bint waħda:
- Dom Francisco da Gama, li wiret it-titli ta' missieru bħala t-Tieni Konti ta' Vidigueira u t-Tieni "Ammirall tal-Ibħra tal-Indja, tal-Arabja u tal-Persja". Huwa baqa' l-Portugall.
- Dom Estevão da Gama, wara l-mandat qasir tiegħu tal-1524 bħala kaptan tal-għassa Indjana, inħatar għal mandat ta' tliet snin bħala kaptan ta' Malacca, mill-1534 sal-1539 (inkluż l-aħħar sentejn tal-mandat ta' ħuh iż-żgħir Paulo). Sussegwentement inħatar bħala l-11-il gvernatur tal-Indja mill-1540 sal-1542.
- Dom Paulo da Gama (li kellu l-istess isem bħal zijuh), il-kaptan ta' Malacca mill-1533 sal-1534, inqatel f'azzjoni navali 'l barra minn Malacca.
- Dom Cristovão da Gama, il-kaptan ta' Malacca mill-1538 sal-1540; ġie nnominat bħala suċċessur f'Malacca, iżda ġie ġustizzjat minn matul il-gwerra bejn l-Etjopja u Adal fl-1542.
- Dom Pedro da Silva da Gama, li nħatar bħala kaptan ta' Malacca mill-1548 sal-1552.
- Dom Álvaro de Ataíde da Gama, li nħatar bħala kaptan tal-flotta ta' Malacca fis-snin 40 tas-seklu 16, u kaptan ta' Malacca stess mill-1552 sal-1554.
- Dona Isabel de Ataíde da Gama, l-unika bint, iżżewġet lil Dom , iben l-Ewwel Konti ta' Linhares.
In-nisel maskili tiegħu ġie estint fl-1735, meta s-Seba' Konti ta' Vidigueira, Dom Vasco Baltasar José Luís Gama miet, u kellu bint waħda biss minn martu Dona Maria José da Gama, li wirtet il-patrimonju ta' Vidigueira. Għalhekk, it-titlu nobbli baqa' jintuża min-nisel femminili tiegħu.
Intergenerazzjonijiet
- Dom Vasco da Gama, it-Tielet Konti ta' Vidigueira, persunal militari u tan-nobbiltà, iben Francisco (it-Tieni Konti) u n-neputi ta' Vasco da Gama.
- Dom Francisco da Gama, ir-Raba' Konti ta' Vidigueira, il-Viċirè (1597-1600) u l-gvernatur (1622-1628) tal-Indja, iben Vasco (it-Tielet Konti) u l-proneputi ta' Vasco da Gama.
Legat
Vasco da Gama huwa wieħed mill-iżjed esploraturi famużi u ċċelebrati mill-Epoka tal-Iskoperti. Bħal kull min ġie wara Enriku n-Navigatur, huwa kien responsabbli għas-suċċess tal-Portugall bħala qawwa ta' kolonizzazzjoni bikrija. Apparti l-fatt tal-ewwel vjaġġ innifsu, kienet it-taħlita astuta ta' politika u ta' gwerra tiegħu fin-naħa l-oħra tad-dinja li wasslu biex il-Portugall ikollu pożizzjoni prominenti fil-kummerċ tal-Oċean Indjan. Wara l-ewwel vjaġġ ta' da Gama, il-monarkija Portugiża rrealizzat li l-iżgurar ta' postijiet tal-għassa tul il-kosta tal-Lvant tal-Afrika kien vitali għaż-żamma tar-rotot kummerċjali nazzjonali sal-Lvant Mbiegħed.
Madankollu, il-fama tiegħu tinkludi wkoll inċidenti u attitudnijiet bħala dawk tal-inċident famuż tal-vapur bil-pellegrini Musulmani.
Il-poeżija epika nazzjonali Portugiża, Lusíadas, ta' Luís Vaz de Camões, tittratta fid-dettall il-vjaġġi ta' Vasco da Gama.
Il-opra grandjuża tal-1865 L'Africaine: Opéra en Cinq Actes, komposta minn minn librett ta' , b'mod prominenti tinkludi l-karattru ta' Vasco da Gama. Madankollu, l-avvenimenti ta' ġo fiha huma fittizji. It-titlu li għażel Meyerbeer għall-opra kien Vasco da Gama. Produzzjoni tal-1989 tal-opra fis-San Francisco Opera kienet tinkludi lit-tenur famuż fir-rwol ta' da Gama. Il-kompożitur tas-seklu 19 ikkompona opra fl-1872 ibbażata fuq il-ħajja u l-kisbiet fuq il-baħar ta' da Gama.
Il-belt portwali ta' Vasco da Gama f' issemmiet għalih, l-istess bħall-krater Vasco da Gama fuq il-Qamar. Hemm tliet klabbs tal-futbol fil-Brażil, inkluż u f'Goa li ssemmew għalih. Hemm knisja f'Kochi, Kerala msejħa l-Knisja ta' Vasco da Gama, u residenza privata fil-gżira ta' Saint Helena. Is-subborg ta' Vasco f' issemma għalih ukoll.
Xi postijiet fil-Parque das Nações ta' Liżbona ssemmew għall-esploratur, fosthom il-, it-Torri ta' Vasco da Gama u l-istabbiliment kummerċjali taċ-Centro Comercial Vasco da Gama. L-Oceanário fil-Parque das Nações għandu mascot ta' bugħaddas imsejjaħ "Vasco" għall-esploratur.
Vasco da Gama kien l-uniku esploratur fil-ġabra finali ta' Os Grandes Portugueses. Minkejja li l-lista finali kienet tinkludi nies oħra tal-Epoka tal-Iskoperti, l-ebda wieħed minnhom għajr da Gama ma kien esploratur jew navigatur.
Il-Flotta Navali Portugiża għandha klassi ta' frejgati msemmija għalih. B'kollox hemm tliet frejgati Vasco da Gama ta' dik il-klassi, u l-ewwel waħda għandha ismu wkoll.
Il-gvern Portugiż stabbilixxa żewġ monumenti tan-navigazzjoni, is-Salib ta' Dias u s-Salib da Gama, biex ifakkar lil da Gama u lil Bartolomeu Dias li kienu l-ewwel esploraturi Ewropej moderni li waslu sal-Kap tat-Tama t-Tajba. Meta jiġu allinjati, dawn is-slaleb jindikaw is-Sikka ta' Whittle, blata perikoluża għall-bastimenti eżatt taħt wiċċ l-ilma f'False Bay.
Il-mużiċista tal-Afrika t'Isfel rreġistra kanzunetta antikolonjali msejħa "Colonial Man" (Raġel Kolonjali), li tinkludi fil-lirika "Vasco da Gama ma kienx ħabib tiegħi", u kanzunetta oħra msejħa "Vasco da Gama (Il-Baħri)". Iż-żewġ kanzunetti ġew inklużi fl-album tal-1976 tiegħu msejjaħ Colonial Man.
Vasco da Gama jidher bħala antagonista fil-film Indjan Urumi. Il-film tar-reġista juri l-atroċitajiet u l-progress tal-istabbiliment tal-Imperu Portugiż li għamel da Gama fl-Indja.
F'Marzu 2016, arkeologi li kienu qed jaħdmu lil hinn mill-kosta tal-Oman identifikaw bastiment mgħerreq li x'aktarx kien dak tal-Esmeralda mill-flotta tal-1502-1503 ta' da Gama. Il-bastiment mgħerreq inizjalment ġie skopert fl-1998. Iktar 'il quddiem saru skavi bejn l-2013 u l-2015 permezz ta' sħubija bejn il-Ministeru għall-Wirt u l-Kultura tal-Oman u Blue Water Recoveries Ltd., kumpanija tal-irkupru tal-bastimenti mgħerrqa. Il-bastiment ġie identifikat permezz ta' artefatti bħal munita Portugiża zzekkata għall-kummerċ mal-Indja (waħda minn żewġ muniti biss ta' dan it-tip li qatt eżistew) u balal tal-ġebel tal-kanuni mnaqqxin x'aktarx bl-inizjali ta' Vincente Sodré, iz-ziju tan-naħa ta' omm da Gama u l-kmandant tal-Esmeralda".
Biblijografija
- Ames, Glenn J. (2004). Vasco da Gama: Renaissance Crusader. Longman. ISBN 978-0-321-09282-3.
- Ames, Glenn J. (2007). The Globe Encompassed: The Age of European Discovery, 1500–1700. Prentice Hall. ISBN 978-0-13-193388-0.
- Castanhoso, M. de (1898) Dos feitos de D. Christovam da Gama em Ethiopia Lisbon: Imprensa nacional. online Corrêa, Gaspar (2001). The Three Voyages of Vasco da Gama, and His Viceroyalty. Adamant Media Corporation. ISBN 978-1-4021-9543-3. Facsimile reprint of an 1869 edition by the Hakluyt Society, London.
- Diffie, Bailey W.; Winius, George D. (1977). Foundations of the Portuguese Empire 1415-1580. University of Minnesota Press. Disney, Anthony; Booth, Emily (2000). The Indian Ocean in World History. New Delhi and New York: Oxford University Press.
- Fernández-Armesto, Felipe (2001). Civilizations. Basingstoke and Oxford: Macmillan. ISBN 978-0-7432-0248-0.
- Fernández-Armesto, Felipe (2006). Pathfinders: A Global History of Exploration. W.W. Norton. pp. 177–181. ISBN 978-0-393-06259-5.
- Jayne, Kingsley Garland (1910). Vasco Da Gama and His Successors 1460 to 1580. London: Meuthen & Co. Ltd. ISBN 978-0-548-00895-9.
- Panikkar, K.M. (1959). Asia and Western Dominance: A Survey of the Vasco da Gama Epoch of Asian History, 1498–1945 (new ed.). London: Allen & Unwin. ASIN B000Q5T6X6.
- Parry, J. H. (1981). Age of Reconnaissance. University of California Press. Ravenstein, E. G.; ed. and trans. (1898). A Journal of the First Voyage of Vasco da Gama, 1497–1499. Londra: Hakluyt Society. (maħruġ mill-ġdid minn Cambridge University Press, 2010. ISBN 978-1-108-01296-6)
- Russell-Wood, A.J.R. (1993). A World on the Move: The Portuguese in Africa, Asia, and America, 1415–1808. Macmillan. ISBN 978-0-312-09427-0.
- Scammell, G. V. (1981). The World Encompassed. University of California Press. ISBN 9780520044227.
- Subrahmanyam, Sanjay (1997). The Career and Legend of Vasco da Gama. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-47072-8.
- Teixeira de Aragão, A.C. (1887) Vasco da Gama e a Vidigueira: um estudo historico. Liżbona: Sociedade de Geografia de Lisboa online
- Towle, George Makepeace (c. 1878). Vasco da Gama, his voyages and adventures. Boston: Lothrop, Lee & Shepard.
Iktar qari
- Vasco da Gama (Ernst Georg Ravenstein, Gaspar Corrêa, Alvaro Velho) [2011] Viartis ISBN 978-1-906421-04-5
- Vasco da Gama: Renaissance Crusader (Glen J.Ames) [2004] Longman ISBN 0-321-09282-1
- The Career and Legend of Vasco da Gama (Sanjay Subrahmanyam) [1997] Cambridge University Press ISBN 978-0-521-47072-8
- Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Gama, Vasco da" . Encyclopædia Britannica. Vol. 11 (11th ed.). Cambridge University Press. pp. 433–434.
Referenzi
- ^ Wells, John C. (2008). Longman Pronunciation Dictionary (3rd ed.). Longman. ISBN 978-1-4058-8118-0.
- ^ Jones, Daniel (2011). Roach, Peter; Setter, Jane; Esling, John (eds.). Cambridge English Pronouncing Dictionary (18th ed.). Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-15255-6.
- ^ a b "Vasco da Gama | Biography, Achievements, Route, Map, Significance, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-29.
- ^ Nigel, Cliff (2011). Holy War: How Vasco da Gama's Epic Voyages Turned the Tide in a Centuries-Old Clash of Civilizations. Harper.
- ^ M. G. S. Narayanan, Calicut: The City of Truth (2006) Calicut University Publications.
- ^ Diffie, Bailey W. and George D. Winius, Foundations of the Portuguese Empire, 1415–1580, p. 176.
- ^ "Shipwreck Discovered from Explorer Vasco da Gama's Fleet". Adventure (bl-Ingliż). 2016-03-14. Miġbur 2022-08-29.
- ^ Ames, Glenn J. (2008). The Globe Encompassed. p. 27. ISBN 978-0-13-193388-0.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 61.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 62.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 63.
- ^ Subrahmanyam, 1997, pp. 60–61.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 61, 63.
- ^ de Oliveira Marques, António Henrique R. (1972). History of Portugal. Columbia University Press, ISBN 0-231-03159-9, pp. 158–160, 362–370.
- ^ Parry, 1981, pp. 132-135.
- ^ a b Scammell, 1981, p. 232.
- ^ Diffie, Bailey W.; Winius, George D. (1977). Foundations of the Portuguese Empire, 1415–1850. Europe and the World in the Age of Expansion. Vol. 1. pp. 176–177. ISBN 978-0-8166-0850-8.
- ^ "Internet History Sourcebooks". sourcebooks.fordham.edu. Miġbur 2022-08-30.
- ^ Gago Coutinho, C.V. (1951–52) A Nautica dos Descobrimentos: os descobrimentos maritimos visitos por um navegador, Lisbon: Agencia Geral do Ultramar; pp. 319–363; Axelson, E. (1988) "The Dias Voyage, 1487–1488: toponymy and padrões", Revista da Universidade de Coimbra, Vol. 34, pp. 29–55 offprint; Waters, D.W. (1988) "Reflections Upon Some Navigational and Hydrographic Problems of the XVth Century Related to the voyage of Bartolomeu Dias", Revista da Universidade de Coimbra, Vol. 34, pp. 275–347.
- ^ Fernandez-Armesto, Felipe (2006). Pathfinders: A Global History of Exploration. W. W. Norton & Company. pp. 177–178. ISBN 978-0-393-06259-5.
- ^ "dagamma.HTM". web.archive.org. 2011-12-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-22. Miġbur 2022-08-30.
- ^ Fernandez-Armesto, Felipe (2006). Pathfinders: A Global History of Exploration. W.W. Norton & Company. pp. 178–179. ISBN 978-0-393-06259-5.
- ^ Ames, Glenn J. (2005). Vasco da Gama: Renaissance Crusader. New York: Pearson/Longman. p. 50.
- ^ Castaneda, Herman Lopes de, The First Book of the Historie of the Discoveries and Conquests of the East India by the Portingals, London, 1582, in Kerr, Robert (ed.) A General History and Collection of Voyages and Travels Vol. II, Londra, 1811.
- ^ M.G.S. Narayanan, Calicut: The City of Truth (2006), Calicut University Publications.
- ^ Da Gama's First Voyage p. 88.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 149.
- ^ João de Barros, Da Asia, Dec. I, Lib. IV, c. 11, p. 370.
- ^ Diffie & Winius, 1977, p. 185.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 168.
- ^ João de Barros 1552, pp. 23–24.
- ^ Subrahmanyan, 1997, p. 174.
- ^ Allen, Charles (2017). Coromandel : a personal history of South India. Londra: Little, Brown. p. 233. ISBN 9781408705391.
- ^ Nambiar O.K, The Kunjalis – Admirals of Calicut, Bombay, 1963.
- ^ "Vasco da Gama Arrives in India: 1498". web.archive.org. 2004-01-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2004-01-18. Miġbur 2022-08-30.
- ^ Prof. Roger Crowley: Conquerors: How Portugal Forged the First Global Empire, Faber & Faber, 2015, p. 131.
- ^ M. G. S. Narayanan, Calicut: The City of Truth (2006), Calicut University Publications.
- ^ Sreedhara Menon. A. A Survey of Kerala History (1967), p. 152. D. C. Books Kottayam.
- ^ Roger Crowley, in Conquerors: How Portugal Forged the First Global Empire, Faber & Faber, 2015, p. 134.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 278.
- ^ Vasco Da Gama, Ernest George Ravenstein, "A journal of the first voyage of Vasco da Gama, 1497–1499", p. Hakluyt Society, Issue 99 of Works issued by the Hakluyt Society, ISBN 81-206-1136-5.
- ^ Subrahmaynam, 1997, p. 281.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 304.
- ^ Subrahmanyam, 1997, pp. 343–345.
- ^ Diogo do Couto (Decadas de Asia, Dec. IV, Lib. 8, c. 2); Teixeira de Aragão pp. 15–16, u Castanhoso (1898: p. viiff).
- ^ Freire, Anselmo Braamcamp (1921). Brasões da Sala de Sintra, Livro Segundo. Robarts - University of Toronto. : Imprensa da Universidade. p. 93.
- ^ "Os Lusiadas de Luiz de Camões ..." Library of Congress, Washington, D.C. 20540 USA. Miġbur 2022-08-30.
- ^ Subrahmanyam, 1997, p. 2.
- ^ "Vasco da Gama - Centro Vasco da Gama - Bem vindo a bordo!". Centro Vasco da Gama (bil-Portugiż). Miġbur 2022-08-30.
- ^ "Vasco participa na maior Parada das Mascotes em Portugal". www.oceanario.pt. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-30. Miġbur 2022-08-30.
- ^ "Shipwreck Discovered from Explorer Vasco da Gama's Fleet". Adventure (bl-Ingliż). 2016-03-14. Miġbur 2022-08-30.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Vasco da Gama, X'inhi Vasco da Gama? Xi tfisser Vasco da Gama?
Vasco da Gama l Ewwel Konti ta pronunzja bil Portugiz Ewropew ˈvaʃku dɐ ˈɣɐ mɐ twieled fl 1469 miet fl 24 ta Diċembru 1524 kien esploratur Portugiz u l ewwel Ewropew li wasal sal Indja bil baħar Vasco da GamaViċire tal Indja Portugiza 5 Settembru 1524 24 Diċembru 1524 Duarte de Menezes Henrique de Meneses ĦajjaTwelid 1469 c 1460NazzjonalitaMewt 24 Diċembru 1524Post tad dfin Monasteru tal ĠlorminiKawza tal mewt kawzi naturali malarja FamiljaMissierOmmKonjuga iUlied uri en en Aħwa uriEdukazzjoniLingwi PortugizOkkupazzjoniOkkupazzjoniGrad L ewwel vjaġġ tiegħu lejn l Indja mill Kap tat Tama t Tajba bl Ingliz Cape of Good Hope fl 1497 1499 kien l ewwel wieħed li kkollega l Ewropa u l Asja permezz ta rotta oċeanika u li kkollega l Oċean Atlantiku u l Oċean Indjan għaldaqstant kkollega l Punent mal Orjent Inġenerali dan jitqies bħala stadju importanti fl istorja dinjija peress li mmarka l bidu ta fazi ta multikulturalizmu globali permezz tat trasport marittimu L iskoperta ta Da Gama tar rotta bil baħar lejn l Indja wittiet it triq għal era ta imperjalizmu globali u ppermettiet lill Portugizi jistabbilixxu imperu kolonjali li dam fit tul tul ir rotta mill Afrika sal Asja Il vjolenza u t teħid tal ostaġġi uzata minn da Gama u dawk ta warajh taw reputazzjoni brutali lill Portugizi fost ir renji indiġeni tal Indja u stabbilew mudell għall kolonjalizmu tal Punent fl Epoka tal Esplorazzjoni L ivvjaġġar tul ir rotta oċeanika ppermettiet lill Portugizi jevitaw li jbaħħru mill Mediterran li kien mizgħud taqbid u mill Penizola tal Arabja li kienet tant perikoluza dak iz zmien Is somma tad distanzi koperti fil vjaġġi l hemm u l hawn wasslet biex din l ispedizzjoni kienet l itwal vjaġġ oċeaniku li qatt kien sar sa dak iz zmien Wara deċennji sħaħ fejn il baħrin ippruvaw jaslu sal Indji b tant eluf ta ħajjiet u għexieren ta bastimenti mitlufa minħabba l għarqiet u l attakki da Gama zbarka f fl 20 ta Mejju 1498 L aċċess bla oppozizzjoni għar rotot tal ħwawar Indjani ta spinta lill ekonomija tal Imperu Portugiz li qabel kien ibbazat tul il parti tat Tramuntna u l parti kostali tal Punent tal Afrika Għall ewwel il ħwawar prinċipali li nkisbu mix Xlokk tal Asja kienu l bzar u l kannella izda f qasir zmien ġew inkluzi prodotti oħra li kollha kienu ġodda għall Ewropa Il Portugall zamm monopolju kummerċjali ta dawn il prodotti baziċi għal diversi deċennji Għadda saħansitra seklu sħiħ qabel qawwiet Ewropej oħra l ewwel ir Repubblika Olandiza u l Ingilterra u mbagħad Franza u d Danimarka ma rnexxielhom jisfidaw il monopolju kummerċjali u s supremazija navali tal Portugall fir Rotta tal Kap tal Lvant Da Gama mexxa tnejn mill Armadas tal Indja Portugiza l ewwel u r raba Din tal aħħar kienet l ikbar waħda u salpat għall Indja erba snin wara li rritorna mill ewwel vjaġġ Fl 1524 bħala kumpens għall kontributi tiegħu da Gama nħatar bħala Gvernatur tal Indja bit titlu ta Viċire u sar nobbli bħala l Ewwel Konti ta Vidigueira fl 1519 Huwa baqa rinomat bħala figura ewlenija fl istorja tal esplorazzjoni u ngħata ġieħ madwar id dinja kollha permezz ta mfakar tal esplorazzjonijiet u tal kisbiet tiegħu Il poezija epika nazzjonali Portugiza Os Lusiadas inkitbet minn biex tagħtih ġieħ F Marzu 2016 eluf ta artefatti u fdalijiet nawtiċi ġew irkuprati mill vapur mgħerreq Esmeralda wieħed mill armadas ta da Gama li nstab lil hinn mill kosta tal Oman Ħajja bikrijaStatwa tal bronz ta Vasco da Gama f raħal twelidu Sines il Portugall Vasco da Gama twieled fl 1469 fir raħal ta wieħed mill ftit portijiet marittimi tul il kosta tal Alentejo fil Lbiċ tal Portugall x aktarx f dar qrib il Knisja ta Nossa Senhora das Salas Missier Vasco da Gama kien li fis snin 60 tas seklu 15 kien kavallier tal familja ta id Duka ta Viseu Huwa tela fil ġerarkija tal Ordni Militari ta Santiago Estevao da Gama nħatar alcaide mor gvernatur ċivili ta Sines fis snin 60 tas seklu 15 kariga li baqa jokkupa sal 1478 imbagħad wara kompla bħala kollettur tat taxxi u detentur tal commendas tal Ordni fir reġjun Estevao da Gama zzewweġ lil bint magħruf ukoll bħala minn familja b konnessjonijiet tajbin ta oriġini Ingliza Missierha u l aħwa tagħha u kellhom konnessjonijiet mal familja ta Infante Diogo id Duka ta Viseu u kienu figuri prominenti fl Ordni Militari ta Kristu Vasco da Gama kien it tielet mill ħames subien ta Estevao da Gama u Isabel Sodre f ordni probabbli skont l etajiet Vasco da Gama u Vasco kellu wkoll oħtu waħda magħrufa li zzewġet lil Ma tantx nafu wisq dwar il ħajja bikrija ta da Gama L istoriku Portugiz jissuġġeriuxxi li studja fir raħal iktar il ġewwa ta Evora fejn x aktarx li tgħallem il matematika u n navigazzjoni Intqal ukoll li studja taħt astrologu u astronomu izda l bijografu ta da Gama isostni li dan it tagħrif huwa dubjuz Għall ħabta tal 1480 da Gama segwa lil missieru iktar milli l familja Sodres u ssieħeb fl Ordni ta Santiago Il kap tal Ordni ta Santiago kien il Prinċep Ġwanni li tela fuq it tron fl 1481 bħala r Re Ġwanni II kellu għall qalbu l Ordni u l prospetti ta Vasco da Gama u ta missieru zdiedu ferm Fl 1492 Ġwanni II bagħat lil Vasco da Gama fuq missjoni lejn il port ta u sal Algarve biex jissekwestra xi vapuri Franċizi bħala ritaljazzjoni għall ksur taz zamma ta paċi kontra t trasport marittimu Portugiz kompitu li da Gama wettaq malajr u b mod effettiv Esplorazzjoni qabel da GamaSkoperti u esplorazzjonijiet Portugizi il postijiet u d dati tal ewwel wasliet Mill bidu tas seklu 15 l ispedizzjonijiet Portugizi organizzati mill Prinċep Enriku n Navigatur kienu qed isalpaw lejn in Nofsinhar tal kosta Afrikana primarjament sabiex ifittxu għar rikkezzi tal Punent tal Afrika b mod partikolari d deheb u l iskjavi Kienu kabbru ferm l għarfien marittimu Portugiz izda ma tant kellhom wisq qligħ għall isforzi tagħhom Wara l mewt ta Enriku fl 1460 il monarkija Portugiza ma tantx uriet interess li tkompli b dan l isforz u fl 1469 illiċenzjat dan l isforz Afrikan ittraskurat lil konsorzju privat ta merkanti ta Lizbona mmexxi minn Fi zmien ftit snin il kaptana ta Gomes wessgħu l għarfien Portugiz lil hinn mill Golf tal Guinea u għamlu kummerċ bit trab tad deheb bil bzar melegueta bl avorju u bl iskjavi sub Saħarjani Meta l ftehim li kellu Gomes wasal biex jiġġedded fl 1474 il Prinċep Ġwanni iktar il quddiem ir Re Ġwanni II staqsa lil missieru biex ma jġeddidx il ftehim u jkompli jieħu ħsieb kollox hu Vasco da Gama jsalpa mill port ta Lizbona il belt kapitali tal Portugall Malli sar re fl 1481 Ġwanni II tal Portugall beda jwettaq bosta riformi twal Sabiex jeħles mid dipendenza tal monarkija fuq in nobbilta fewdali Ġwanni II kellu bzonn isaħħaħ it tezor irjali u kkunsidra l kummerċ irjali bħala l muftieħ biex jikseb dak l għan Fir renju ta Ġwanni II il kummerċ tad deheb u tal iskjavi fil Punent tal Afrika tkabbar ferm Huwa kien ħerqan li jbill subgħajh fil qligħ kbir tal kummerċ tal ħwawar bejn l Ewropa u l Asja li kien isir l iktar fuq l art Dak iz zmien dan il kummerċ kien prattikament monopolju tar Repubblika ta Venezja li kienet topera rotot fuq l art mill portijiet tal Lvant u Eġizzjani mill Baħar l Aħmar sas swieq tal ħwawar tal Indja Ġwanni II stabbilixxa objettiv ġdid għall kaptana tiegħu li jsibu rotta bil baħar sal Asja billi jbaħħru madwar il kontinent Afrikan Sakemm Vasco da Gama għalaq xi 20 sena il pjanijiet tar re kienu bdew jitwettqu Fl 1487 Ġwanni II qabbad zewġ spjuni u fir rotot fuq l art mill Eġittu sal Lvant tal Afrikao u sal Indja biex jgħarrxu għad dettalji tas swieq tal ħwawar u tar rotot kummerċjali L izvolta ġiet ftit wara meta l kaptan ta Ġwanni II reġa lura mill vjaġġ madwar il Kap tat Tama t Tajba fl 1488 wara li esplora saħansitra sax Xmara tal Ħut Rio do Infante fejn illum il ġurnata hemm l Afrika t Isfel u wara li vverifika li l kosta mhux magħrufa kienet tibqa sejra lejn il Grigal Kien meħtieġ esploratur li seta juri r rabta bejn is sejbiet ta Dias u dawk ta da Covilha u de Paiva u jikkollega dawn is segmenti separati f rotta kummerċjali li potenzjalment tqalla ħafna flus san naħa l oħra tal Oċean Indjan L ewwel vjaġġIr rotta li segwa Vasco da Gama fl ewwel vjaġġ tiegħu fl 1497 1499 Fit 8 ta Lulju 1497 Vasco da Gama mexxa flotta ta erba vapuri b ekwipaġġ ta 170 ruħ minn Lizbona Id distanza tal vjaġġ madwar l Afrika sal Indja u lura kienet itwal mit tul tal ekwatur In navigaturi kienu jinkludu l izjed li kellhom esperjenza fil Portugall u Mhuwiex magħruf fiċ ċert kemm kien hemm nies fl ekwipaġġ ta kull vapur izda bejn wieħed u ieħor ġew lura 55 ruħ u ntilfu zewġ vapuri Tnejn mill bastimenti kienu karrakki li nbnew apposta għall vjaġġ l oħrajn kienu karavella u bastiment tal provvisti L erba bastimenti kienu Sao Gabriel taħt il kmand ta Vasco da Gama karrakka ta 178 tunnellata b tul ta 27 metru b wisa ta 8 5 metri b pixka ta 2 3 metri u b qlugħ ta 372 m2 Sao Rafael taħt il kmand ta ħuh Paulo da Gama ta daqs simili għas Sao Gabriel Berrio laqam uffiċjalment is Sao Miguel karavella ħarira izgħar mill ewwel zewġ bastimenti taħt il kmand ta Nicolau Coelho Bastiment tal provvisti b isem mhux magħruf taħt il kmand ta li ġie mgħerreq fil Bajja ta Mossel Sao Bras fl Afrika t Isfel Vjaġġ sal Kap tal Lvant Monument tas Salib ta Vasco da Gama fil Kap tat Tama t Tajba l Afrika t Isfel L ispedizzjoni salpat minn Lizbona fit 8 ta Lulju 1497 Segwiet ir rotta tal esploraturi pijunieri bikrin tul il kosta tal Afrika minn u Cabo Verde Wara li laħaq il kosta li llum il ġurnata tagħmel parti minn Sierra Leone da Gama baqa sejjer lejn in Nofsinhar fl oċean miftuħ qasam l ekwatur u baqa sejjer lejn in Nofsinhar tal Atlantiku skopert minn Bartolomeu Dias fl 1487 Din ir rotta kienet suċċess u fl 4 ta Novembru 1497 l ispedizzjoni zbarkat fil kosta Afrikana Għal iktar minn tliet xhur il bastimenti kien baħħru għal izjed minn 10 000 kilometru 6 000 mil fl oċean miftuħ bil bosta l itwal vjaġġ il bogħod mill art li kien qatt sar sa dak iz zmien Sas 16 ta Diċembru il flotta kienet għaddiet mix Xmara l Kbira tal Ħut il Kap tal Lvant l Afrika t Isfel fejn kien xeħet l ankra Dias u baħħret f ilmijiet li qabel ma kinux magħrufa mill Ewropej Peress li kien wasal il Milied da Gama u l ekwipaġġ tiegħu semmew il kosta Natal li bil Portugiz għandha l konnotazzjoni tat twelid ta Kristu Mozambique Vasco da Gama dam mit 2 sad 29 ta Marzu 1498 qrib il gzira ta Mozambique It territorju kkontrollat mill Għarab tul il kosta tal Lvant tal Afrika kien parti integrali min network kummerċjali fl Oċean Indjan Peress li kien qed jibza li l popolazzjoni lokali tkun ostili għall Kristjani da Gama għamilha ta Musulman u kiseb udjenza quddiem is Sultan tal Mozambique Bil merkanzija mizera li kellu x joffri l esploratur ma rnexxilux jipprovdi rigal adattat għas sultan F qasir zmien il popolin lokali saru suspettuzi rigward da Gama u l ekwipaġġ tiegħu Imġiegħel minn folla ostili jaħrab mill Mozambique da Gama telaq mill port u rritalja billi spara l kanuni tiegħu lejn il kosta Mombasa Qrib il kosta fejn illum il ġurnata hemm il Kenja l ispedizzjoni bdiet tipprattika l piraterija u serqet xi bastimenti merkantili Għarab li ġeneralment kienu bastimenti kummerċjali mhux armati u mingħajr kanuni kbar Il Portugizi saru l ewwel Ewropej li zaru l port ta mis 7 sat 13 ta April 1498 izda ntlaqgħu b ostilita u wara ftit telqu Malindi Pilastru ta Vasco da Gama f Malindi illum il ġurnata l Kenja li nbena fil vjaġġ tar ritorn Vasco da Gama baqa sejjer lejn it Tramuntana u fl 14 ta April 1498 wasal fil port iktar amikevoli ta fejn il mexxejja tal post kienu f kunflitt mal mexxejja ta Mombasa Hemmhekk l ispedizzjoni nnutat għall ewwel darba l evidenza ta merkanti Indjani Da Gama u l ekwipaġġ tiegħu rreklutaw is servizzi ta pilota li uza l għarfien tiegħu dwar l irjieħ tal monsoons biex jiggwida l ispedizzjoni għall kumplament tar rotta sa li tinsab tul kosta tal Lbiċ tal Indja Is sorsi ma jaqblux dwar l identita tal pilota u jiddeskrivuh Kristjan Musulman u minn Ġrajja tradizzjonali partikolari tiddeskrivi l pilota bħala n navigatur Għarbi famuz izda rakkonti kontemporanji oħra jsostnu li Majid kien xi mkien ieħor u ma setax ikun f dawk l inħawi dak iz zmien L ebda wieħed mill istoriċi Portugizi ta dak iz zmien ma jsemmi lil Ibn Majid Vasco da Gama telaq minn Malindi u salpa lejn l Indja fl 24 ta April 1498 Kozhikode Il Wasla ta Vasco da Gama f Kozhikode ta 1900 Il flotta waslet f Kappadu ħdejn Kozhikode bl Ingliz Calicut fil Kosta ta Malabar illum il ġurnata l istat ta fl Indja fl 20 ta Mejju 1498 Ir Re ta Kozhikode is Samudiri iz Zamorin li dak iz zmien kien qed joqgħod fit tieni belt kapitali tiegħu f Ponnani reġa lura lejn Kozhikode malli waslitlu l aħbar li waslet flotta barranija In navigatur intlaqa bl ospitalita tradizzjonali inkluz purċissjoni grandjuza ta mill inqas 3 000 Nair armat izda intervista maz Zamorin ma waslet għall ebda rizultat konkret Meta l awtoritajiet lokali staqsew lill flotta ta da Gama X ġabkom hawn huma wieġbu li kienu ġew biex ifittxu lill Kristjani u l ħwawar Ir rigali li da Gama bagħat liz Zamorin bħala doni minn Dom Manuel erba mantelli ta drapp aħmar dagħmi sitt kpiepel erba friegħi tal qroll tnax il almasares kaxxa b seba reċipjenti tar ram isfar senduq zokkor zewġ btieti biz zejt u ġarra għasel kienu trivjali u ma rnexxilhomx jimpressjonaw Filwaqt li l uffiċjali ta Zamorin kienu qed jistagħġbu għaliex ma kienx hemm deheb jew fidda il merkanti Musulmani li kienu jqisu lil da Gama bħala r rivali tagħhom issuġġerew li kien biss pirata ordinarju u mhux ambaxxatur irjali It talba ta Vasco da Gama għal permess biex iħalli lil xi ħadd warajh inkarigat mill merkanzija izda li ma setax ibigħ ma ġietx aċċettata mir Re li insista li da Gama kellu jħallas id dazju preferibbilment bid deheb bħal kwalunkwe merkant ieħor u b hekk ir relazzjoni bejniethom marret għall agħar Irritat minn dan l aġir da Gama ħa miegħu xi Nair u 16 il sajjied mukkuva bil forza Ritorn Vasco da Gama quddiem iz Zamorin ta Kozhikode ta 1898 Vasco da Gama telaq minn Kozhikode fid 29 ta Awwissu 1498 Ħerqan li jbaħħar lura d dar huwa injora l għarfien lokali dwar l irjieħ tal monsoons li kienu qed jonfħu tul il kosta Il flotta inizjalment baħħret lejn it Tramuntana tul il kosta Indjana u mbagħad xeħtet l ankri fil gzira ta Anjediva għal xi zmien Finalment reħewlha lejn l Oċean Indjan u qasmu fit 3 ta Ottubru 1498 Madankollu minħabba li l monsoon tax xitwa kien vjaġġ tal waħx Fil vjaġġ inizjali meta baħħret bl irjieħ tal monsoon tas sajf il flotta ta da Gama qasmet l Oċean Indjan fi 23 jum biss izda fil vjaġġ tar ritorn peress li kienet qed tbaħħar kontra r riħ il vjaġġ dam 132 jum Mafkar f Kappad qrib Kozhikode Da Gama reġa lemaħ l art fit 2 ta Jannar 1499 hu u jbaħħar qrib il belt kostal ta fis Somalja li dak iz zmien kienet taħt l influwenza tal Imperu ta Ajuran fil Qarn tal Afrika Il flotta ma waqfitx hemmhekk izda meta għaddew qrib Mogadishu il persuna anonima li kienet tikteb id djarju tal ispedizzjoni kitbet li kienet belt kbira bi djar ta erba jew ħames sulari u b palazzi kbar fiċ ċentru kif ukoll bosta moskej b minareti ċilindriċi Il flotta ta da Gama finalment waslet f Malindi fis 7 ta Jannar 1499 f qagħda terribbli madwar nofs l ekwipaġġ kien miet matul il vjaġġ u ħafna mill bqija kienu morda bl iskorbut Minħabba li ma kellux bizzejjed membri tal ekwipaġġ għal tliet bastimenti da Gama ordna li s Sao Rafael jiġi mgħerreq il barra mill kosta tal Lvant tal Afrika u l ekwipaġġ tqassam bejn iz zewġ bastimenti li kien għad fadal is Sao Gabriel u l Berrio Minn hemm il quddiem it tbaħħir mexa iktar ħarir Sal bidu ta Marzu waslu fil Bajja ta Mossel qasmu l Kap tat Tama t Tajba fid direzzjoni opposta fl 20 ta Marzu u waslu fil kosta tal Punent tal Afrika sal 25 ta April Ir rakkont tad djarju tal ispedizzjoni jieqaf hawn ħesrem Mir rikostruzzjoni minn sorsi oħra milli jidher komplew lejn Cabo Verde fejn il Berrio ta Nicolau Coelho ssepara mis Sao Gabriel ta Vasco da Gama u baħħar waħdu Il Berrio wasal f Lizbona fl 10 ta Lulju 1499 u Nicolau Coelho ta l aħbar personalment lir Re Manwel I u lill qorti rjali imbagħad mar Sintra Sadanittant lura f Cabo Verde ħu Vasco da Gama Paulo da Gama kien marad sew Da Gama ddeċieda li jibqa miegħu fil gzira ta Santiago u ta s Sao Gabriel lil biex jieħu l bastiment lura l Portugall Is Sao Gabriel taħt Sa wasal f Lizbona lejn l aħħar ta Lulju u jew il bidu ta Awwissu Da Gama u ħuh il marid eventwalment twasslu lura l Portugall fuq karavella ta Guinea izda Paulo da Gama miet matul il vjaġġ Da Gama zbarka fil biex jidfen lil ħuh fil Monasteru ta San Franġisk f u baqa ftit iktar hemm biex iderri l luttu Eventwalment twassal minn karavella tal Azores lejn Lizbona fid 29 ta Awwissu 1499 skont Barros jew fil bidu ta Settembru fit 8 jew fit 18 tax xahar skont sorsi oħra Minkejja l burdata ta sogħba da Gama ngħata merħba ta eroj u ngħata bosta unuri inkluz purċissjoni trijonfali u festivitajiet pubbliċi Ir Re Manwel kiteb zewġ ittri fejn iddeskriva l ewwel vjaġġ ta da Gama f Lulju u f Awwissu 1499 ftit wara r ritorn tal bastimenti wkoll kiteb tliet ittri fejn iddeskriva l ewwel vjaġġ ta da Gama ftit wara r ritorn tal ispedizzjoni Mappa tal vjaġġi l hemm u l hawn tal Carreira da India Ir rotta lejn in Nofsinhar tal Atlantiku li skopra Bartolomeu Dias fl 1487 ġiet segwita u esplorata minn da Gama fl oċean miftuħ u ġiet zviluppata fis snin ta wara L ispedizzjoni kienet swiet ħafna intilfu zewġ vapuri u iktar minn nofs l ekwipaġġ Ma rnexxilhiex twettaq ukoll il missjoni prinċipali tagħha li tizgura trattat kummerċjali ma Kozhikode Minkejja dan il kwantitajiet zgħar ta ħwawar u ta merkanzija oħra li nġabu lura fuq iz zewġ bastimenti wrew il potenzjal ta qligħ kbir għall kummerċ futur Vasco da Gama ġustament ġie ċċelebrat talli fetaħ rotta diretta bil baħar lejn l Asja Ir rotta tiegħu ġiet segwita kull sena minn hemm il quddiem mill Armadas tal Indja Portugiza Il kummerċ tal ħwawar kien assi ewlieni għat tezor irjali Portugiz u ftit wara kien hemm konsegwenzi oħra Perezempju il vjaġġ ta da Gama kien għamilha ċara li l kosta tal Lvant tal Afrika il Contra Costa kienet essenzjali għall interessi Portugizi il portijiet tagħha pprovdew ilma tax xorb provvisti injam u tarzniet għat tiswijiet tal bastimenti u servew ukoll bħala postijiet imkennija fejn il bastimenti kienu jsorġu u jistennew il maltemp jgħaddi Rizultat sinifikanti kienet il kolonjalizzazzjoni ta Mozambique mill monarkija Portugiza PremjijietIl firma ta Vasco da Gama Ho Comde Almirante jiġifieri l Konti Ammirall F Diċembru 1499 ir Re Manwel I tal Portugall ippremja lil Vasco da Gama bir raħal fewdali ereditarju ta Sines ir raħal li missieru Estevao fl imgħoddi kellu bħala commenda Dan spiċċa kien premju kkumplikat għaliex Sines kien għadu proprjeta tal Ordni ta Santiago Il mexxej tal Ordni x aktarx li approva l premju wara kollox da Gama kien kavallier tal Ordni ta Santiago wieħed minnhom u qrib ħafna ta Lencastre stess Izda l fatt li Sines ingħata mir re pprovoka lil Lencastre li rrifjuta bħala prinċipju sabiex ma jħeġġiġx lir re jagħmel premjijiet oħra simili li kienu proprjeta tal Ordni Da Gama qatta s snin ta wara jipprova jkollu lil Sines taħt il pussess tiegħu sforz li ġelldu minn ma Lencastre u eventwalment wassal biex da Gama jabbanduna l Ordni ta Santiago li tant kienet għall qalbu u jsir membru tar rivali l Ordni ta Kristu fl 1507 Sadanittant da Gama ikkuntenta b pensjoni rjali ereditarja sostanzjali ta 300 000 reis Huwa ngħata t titlu nobbli perpetwu ta Dom sinjur għalih għal ħutu u għad dixxendenti tagħhom Fit 30 ta Jannar 1502 da Gama ngħata t titlu ta Almirante dos mares de Arabia Persia India e de todo o Oriente Ammirall tal Ibħra tal Arabja il Persja l Indja u l Orjent Kollu titlu elaborat li oriġina mit titlu elaborat ta Kastilja li kellu Kristofru Kolombu evidentement Manwel x aktarx li ħaseb li ladarba Kastilja kellha Ammirall tal Ibħra Oċeaniċi mela allura l Portugall missu kellu wieħed ukoll Ittra rjali oħra datata Ottubru 1501 tat lil da Gama d dritt personali li jintervjeni u jezerċita rwol determinanti fi kwalunkwe flotta futura li kellha l ħsieb li ssalpa lejn l Indja Għall ħabta tal 1501 Vasco da Gama zzewweġ lil Catarina de Ataide bint l alcaide mor ta Alvor Algarve u nobbli prominenti permezz tar relazzjoni mal familja setgħana Almeida Catarina kienet primakuġina ta Dom Francisco de Almeida It tieni vjaġġMappa tal Kosta ta Malabar fl Indja għall ħabta tal 1500 li turi r rotta tar Raba Armada tal Indja ta Vasco da Gama fl 1502 L ispedizzjoni ta wara it Tieni Armada tal Indja varata fl 1500 taħt il kmand ta kellha l missjoni li tfassal trattat maz Zamorin ta Kozhikode u li tistabbilixxi fabbrika Portugiza fil belt Madankollu Pedro Cabral daħal f kunflitt max xirkiet lokali tal merkanti Għarab bir rizultat li l fabbrika Portugiza ġiet attakkata f rewwixta u mietu sa 70 Portugiz Cabral ta t tort tal inċident liz Zamorin u bbumbardja l belt B hekk faqqgħet gwerra bejn il Portugall u Kozhikode Vasco da Gama invoka l ittra rjali tiegħu u ħa f idejh il kmand tar Raba Armada tal Indja li kienet skedata li ssalpa fl 1502 bl għan espliċitu ta tpattija kontra z Zamorin biex jiġi obbligat iċedi għat termini Portugizi Il flotta armata sa snienha ta ħmistax il vapur u 800 ruħ telqet minn Lizbona fit 12 ta Frar 1502 F April ġiet segwita minn flotta oħra ta ħames bastimenti mmexxija minn kuġinuh iben li laħqet magħhom fl Oċean Indjan Ir Raba Armada kienet tassew armada tal familja da Gama Tnejn miz zijiet tiegħu ta naħa t ommu u ġew iddezinjati minn qabel biex jikkmandaw flotta navali tal għassa fl Oċean Indjan filwaqt li l aħwa tar rispett ħu l mara ta Vasco da Gama u mizzewweġ lil Teresa da Gama oħt Vasco da Gama kienu kaptana ta bastimenti fil flotta prinċipali Fil vjaġġ tat tluq il flotta ta da Gama għamlet kuntatt mal port kummerċjali tad deheb ta fil Lvant tal Afrika u wasslet biex is Sultanat ta Kilwa jkun tribut biss u ħadet somma sostanzjali ta deheb Il flotta ta Vasco da Gama mil Livro das Armadas Inċident tal vapur bil pellegrini Malli waslet l Indja f Ottubru 1502 il flotta ta da Gama interċettat lil Mirim vapur bil pellegrini Musulmani f Madayi li kien qed jivvjaġġa minn Kozhikode sal Mekka Skont id deskrizzjoni fid dettall tax xhud u tal kittieb tal kronaka da Gama seraq il vapur b izjed minn 400 pellegrin abbord inkluz 50 mara sakkar il passiġġieri lis sid u lil ambaxxatur mill Eġittu u ħaraqhom ħajjin Huma offrew il ġid tagħhom bħala rahan tal iskjavi Kristjani kollha fir Renju ta u ferm iktar izda xorta waħda nqatlu Da Gama nemmes fejn kienu msakkrin il pellegrini u ra lin nisa jġibu d deheb u l ġojjelli tagħhom bit trabi f idejhom biex jitkarrbu għall ħniena Il ħajjiet ta għoxrin tifel u tifla ġew salvati bl obbligu ta konverzjoni għall Kristjanezmu Kozhikode Vasco da Gama mdaħħal fiz zmien il Viċire tal Indja u l Konti ta Vidigueira mil Livro de Lisuarte de Abreu Wara l waqfa f Cannanore Gama mexxa l flotta tiegħu lejn Kozhikode u talab għal kumpens għat trattament ta Cabral Peress li kien jaf x kien ġara rigward id destin tal vapur bil pellegrini iz Zamorin adotta attitudni konċiljatorja fil konfront tal Portugizi u esprima r rieda tiegħu li jiffirma trattat ġdid izda da Gama staqsa lir re Induista biex ikeċċi lill Musulmani kollha minn Kozhikode qabel il bidu tan negozjati li ma ntlaqgħetx Madankollu fl istess zmien iz Zamorin bagħat messaġġ lill vassall ribelluz tiegħu ir Raja ta Cochin biex iħeġġeġ il kooperazzjoni u l ubbidjenza biex jilqa għat theddida Portugiza u l mexxej ta Cochin bagħat dan il messaġġ lil da Gama li saħħaħ l opinjoni tiegħu li l Indjani kienu qed jippruvaw jaħdmuh Wara li talab għat tkeċċija tal Musulmanai minn Kozhikode liz Zamorin Induista dan tal aħħar bagħat il patri għoli l istess persuna li kienet wasslet lil da Gama sar residenza taz Zamorin fl ewwel vjaġġ tiegħu f Kozhikode f Mejju 1498 għat taħditiet Da Gama sejjaħlu spjun ordna li x xofftejn u l widnejn tal patri jinqatgħulu jitwaħħlulu par widnejn ta kelb ma rasu u jintbagħat l hemm Il flotta Portugiza mbagħad ibbumbardjat il belt mhux iffortifikata għal kwazi jumejn sħaħ mill baħar u kkawzaw ħsarat estensivi Huwa qabad ukoll diversi bastimenti tar ross u qata l idejn il widnejn u l imniħrijiet tal ekwipaġġ tagħhom u bagħtuhom b nota liz Zamorin fejn da Gama ddikjara li kien lesta li jkollu relazzjonijiet ta ħbiberija jekk iz Zamorin iħallas għall oġġetti li seraq mill feitoria kif ukoll għall porvli u għall balal tal kanuni Il Knisja ta San Franġisk f Kochi Vasco da Gama miet f Kochi fl 1524 fit tielet vjaġġ tiegħu lejn l Indja Il ġisem tiegħu oriġinarjament indifen f din il knisja Battalja navali It trattament vjolenti ta da Gama malajr wassal biex il kummerċ tul il Kosta ta Malabar tal Indja li fuqu kienet tiddependi Kozhikode jistaġna Iz Zamorin bagħat flotta qawwija ta bastimenti militari biex jisfida l armada ta da Gama izda da Gama rnexxielu jirbħilha f battalja navali quddiem il port ta Kozhikode Cochin Da Gama għabba l bastimenti bil ħwawar f Cochin u f Cannanore li kienu renji zgħar fil qrib li kienu fi gwerra maz Zamorin L alleanzi magħhom kienu ġew zgurati minn flotot Portugizi preċedenti Ir Raba Armada telqet mill Indja fil bidu tal 1503 Da Gama ħalla warajh għadd zgħir ta karavelli taħt il kmand ta zijuh Vicente Sodre biex joqogħdu għassa mal kosta Indjana sabiex ikomplu jfixklu l kummerċ ta Kozhikode u jipproteġu l fabbriki Portugizi f Cochin u f Cannanore mit tpattijiet inevitabbli taz Zamorin Lapida ħdejn il qabar fil Knisja ta San Franġisk f Kochi Vasco da Gama reġa lura l Portugall f Settembru 1503 u effettivament falla fil missjoni tiegħu li jwassal biex iz Zamorin ibaxxi rasu u jċedi Dan il falliment u l falliment sussegwenti ta zijuh Vicente Sodre li jipproteġi l fabbrika Portugiza f Cochin x aktarx li wasslet biex da Gama ma jingħatax iktar premjijiet Meta r Re Portugiz Manwel I tal Portugall iddeċieda li jaħtar l ewwel gvernatur u Viċire tal Indja Portugiza fl 1505 da Gama ġie injorat apposta u l kariga ngħatat lil IntervallFiz zewġ deċennji ta wara Vasco da Gama għex ħajja kwieta il bogħod mill qorti rjali u mwarrab mill kwistjonijiet marbuta mal Indja It tentattivi tiegħu li jerġa jintogħġob minn Manwel I inkluz li jsir membru tal Ordni ta Kristu fl 1507 ma tantx taw frott Almeida Afonso de Albuquerque u iktar il quddiem Albergaria u Sequeira ġew ippreferuti mir re għall Indja Il qabar fejn fl imgħoddi kien midfun da Gama f Kochi Wara li abbanduna l monarkija ta Kastilja fl 1518 Vasco da Gama hedded li jagħmel l istess ħaġa u b hekk ir re ħa passi biex izommu l Portugall u jevita t tħammir il wiċċ li l Ammirall tal Indji tiegħu stess imur Spanja Fl 1519 wara snin sħaħ jinjora l petizzjonijiet tiegħu ir Re Manwel I finalment ħaffef biex jagħti titlu fewdali lil Vasco da Gama u ħatru bħala l Ewwel Konti ta Vidigueira titlu maħluq permezz ta digriet irjali f Evora fid 29 ta Diċembru wara ftehim ikkumplikat ma Dom Jaime id Duka ta li ċedilu l irħula ta Vidigueira u ta Vila dos Frades bi ħlas Id digriet iggarantixxa lil Vasco da Gama u lill werrieta tiegħu d dħul u l privileġġi kollha relatati u b hekk da Gama ġie stabbilit bħala l Ewwel Konti Portugiz li ma twilidx f familja rjali It tielet vjaġġ u l mewtIl Qabar ta Vasco da Gama fil Monasteru tal Ġlormini f Belem Lizbona Wara l mewt tar Re Manwel I fl aħħar tal 1521 ibnu u s suċċessur ir Re Ġwanni III tal Portugall ħa ħsieb jirriezamina l gvern Portugiz il barra mill art kontinentali tal pajjiz Wara li ta dahru lill klikka l antika ta Albuquerque li dak iz zmien kienet irrapprezentata minn Ġwanni III ried jibda mill ġdid Vasco da Gama reġa tfaċċa fuq ix xena politika bħala konsulent importanti tar re għall ħatriet u għall istrateġija l ġodda tiegħu Huwa kien tal fehma li t theddida Spanjola l ġdida għall Gzejjer Maluku kienet prijorita izda Vasco da Gama kien kontra l ossessjoni bl Arabja li kienet xi ħaġa fissa tul il perjodu Manwelin li baqgħet it tħassib dominanti ta Duarte de Menezes il gvernatur ta dak iz zmien tal Indja Portugiza Menezes kien ukoll inkompetenti u korrott u għalhekk soġġett għal bosta ilmenti B hekk Ġwanni III ddeċieda li jaħtar lil Vasco da Gama stess biex minflok Menezes fiduċjuz li l maġija ta ismu u tal memorja ta għemilu x aktarx li jimpressjonaw l awtorita tiegħu fl Indja Portugiza u b hekk jieħu ħsieb il ġestjoni tat tranzizzjoni għal gvern u strateġija ġodda Permezz tal ittra tal ħatra tiegħu ta Frar 1524 Ġwanni III ta lil Vasco da Gama t titlu privileġġat ta Viċire u b hekk sar it tieni gvernatur Portugiz biss li kellu dak it titlu l ewwel wieħed kien Francisco de Almeida fl 1505 It tieni iben tiegħu Estevao da Gama nħatar simultanjament bħala Capitao mor do Mar da India Kaptan Maġġur tal Baħar Indjan kmandant tal flotta navali tal għassa fl Oċean Indjan minflok ħu Duarte Luis de Menezes Bħala kundizzjoni finali da Gama kiseb mingħand Ġwanni III tal Portugall l impenn li jaħtarlu lill ulied subien kollha tiegħu suċċessivament bħala kaptana Portugizi ta Malacca Meta salpa f April 1524 bi flotta ta erbatax il vapur Vasco da Gama ħa bħala l bastiment ewlieni tiegħu l karrakka kbira famuza Santa Catarina do Monte Sinai fl aħħar vjaġġ tagħha sal Indja flimkien ma tnejn mill ulied subien tiegħu Estevao u Paulo Wara vjaġġ ta tħabit erba jew ħamsa mill vapuri ntilfu tul ir rotta huwa wasal l Indja f Settembru Vasco da Gama minnufih invoka l poteri għoljin tiegħu ta viċireġġent biex jimponi ordni ġdid fl Indja Portugiza u ssostitwixxa l uffiċjali antiki kollha bil ħatriet tiegħu Madankollu da Gama laqqat il malarja ftit wara l wasla tiegħu u miet fil belt ta Cochin jum qabel il Milied fl 1524 tliet xhur wara l wasla tiegħu Skont l istruzzjonijiet irjali minflok da Gama laħaq gvernatur tal Indja wieħed mill kaptana li kienu ġew miegħu Henrique de Menezes l ebda relazzjoni ma Duarte Ulied Da Gama Estevao u Paulo tilfu l karigi tagħhom minnufih u ngħaqdu mal flotta tar ritorn fil bidu tal 1525 flimkien ma Duarte de Menezes u Luis de Menezes Ġisem Vasco da Gama għall ewwel kien indifen fil Knisja ta San Franġisk fil Forti ta Kochi fil belt ta Kochi izda l katavru tiegħu ġie rritornat lejn il Portugall fl 1539 Il katavru ta Vasco da Gama ndifen f Vidigueira f tebut imzejjen bid deheb u bil ġojjelli Il Monasteru tal Ġlormini f Belem li mbagħad sar in nekropoli tad dinastija rjali Portugiza ta Aviz inbena fil bidu tal 1500 ħdejn il punt tat tluq tal ewwel vjaġġ ta Vasco da Gama u l kostruzzjoni tiegħu ġie ffinanzjat minn taxxa fuq il profitti tal Armadas tal Indja Portugiza ta kull sena Fl 1880 il fdalijiet ta da Gama u dawk tal poeta li ċċelebra l ewwel vjaġġ ta da Gama fil poezija epika tiegħu tal 1572 ġew ittrasferiti f oqbra mnaqqxin ġodda fin navata tal knisja tal monasteru ftit metri biss il bogħod mill oqbra tar rejiet Manwel I u Ġwanni III li da Gama kien qeda Zwieġ u dixxendentiL istemma ta Vasco da Gama Vasco da Gama u martu kellhom sitt subien u bint waħda Dom Francisco da Gama li wiret it titli ta missieru bħala t Tieni Konti ta Vidigueira u t Tieni Ammirall tal Ibħra tal Indja tal Arabja u tal Persja Huwa baqa l Portugall Dom Estevao da Gama wara l mandat qasir tiegħu tal 1524 bħala kaptan tal għassa Indjana inħatar għal mandat ta tliet snin bħala kaptan ta Malacca mill 1534 sal 1539 inkluz l aħħar sentejn tal mandat ta ħuh iz zgħir Paulo Sussegwentement inħatar bħala l 11 il gvernatur tal Indja mill 1540 sal 1542 Dom Paulo da Gama li kellu l istess isem bħal zijuh il kaptan ta Malacca mill 1533 sal 1534 inqatel f azzjoni navali l barra minn Malacca Dom Cristovao da Gama il kaptan ta Malacca mill 1538 sal 1540 ġie nnominat bħala suċċessur f Malacca izda ġie ġustizzjat minn matul il gwerra bejn l Etjopja u Adal fl 1542 Dom Pedro da Silva da Gama li nħatar bħala kaptan ta Malacca mill 1548 sal 1552 Dom Alvaro de Ataide da Gama li nħatar bħala kaptan tal flotta ta Malacca fis snin 40 tas seklu 16 u kaptan ta Malacca stess mill 1552 sal 1554 Dona Isabel de Ataide da Gama l unika bint izzewġet lil Dom iben l Ewwel Konti ta Linhares In nisel maskili tiegħu ġie estint fl 1735 meta s Seba Konti ta Vidigueira Dom Vasco Baltasar Jose Luis Gama miet u kellu bint waħda biss minn martu Dona Maria Jose da Gama li wirtet il patrimonju ta Vidigueira Għalhekk it titlu nobbli baqa jintuza min nisel femminili tiegħu Intergenerazzjonijiet Dom Vasco da Gama it Tielet Konti ta Vidigueira persunal militari u tan nobbilta iben Francisco it Tieni Konti u n neputi ta Vasco da Gama Dom Francisco da Gama ir Raba Konti ta Vidigueira il Viċire 1597 1600 u l gvernatur 1622 1628 tal Indja iben Vasco it Tielet Konti u l proneputi ta Vasco da Gama LegatRitratt ta Vasco da Gama magħmul minn 1838 Vasco da Gama huwa wieħed mill izjed esploraturi famuzi u ċċelebrati mill Epoka tal Iskoperti Bħal kull min ġie wara Enriku n Navigatur huwa kien responsabbli għas suċċess tal Portugall bħala qawwa ta kolonizzazzjoni bikrija Apparti l fatt tal ewwel vjaġġ innifsu kienet it taħlita astuta ta politika u ta gwerra tiegħu fin naħa l oħra tad dinja li wasslu biex il Portugall ikollu pozizzjoni prominenti fil kummerċ tal Oċean Indjan Wara l ewwel vjaġġ ta da Gama il monarkija Portugiza rrealizzat li l izgurar ta postijiet tal għassa tul il kosta tal Lvant tal Afrika kien vitali għaz zamma tar rotot kummerċjali nazzjonali sal Lvant Mbiegħed Madankollu il fama tiegħu tinkludi wkoll inċidenti u attitudnijiet bħala dawk tal inċident famuz tal vapur bil pellegrini Musulmani Il poezija epika nazzjonali Portugiza Lusiadas ta Luis Vaz de Camoes tittratta fid dettall il vjaġġi ta Vasco da Gama Il opra grandjuza tal 1865 L Africaine Opera en Cinq Actes komposta minn minn librett ta b mod prominenti tinkludi l karattru ta Vasco da Gama Madankollu l avvenimenti ta ġo fiha huma fittizji It titlu li għazel Meyerbeer għall opra kien Vasco da Gama Produzzjoni tal 1989 tal opra fis San Francisco Opera kienet tinkludi lit tenur famuz fir rwol ta da Gama Il kompozitur tas seklu 19 ikkompona opra fl 1872 ibbazata fuq il ħajja u l kisbiet fuq il baħar ta da Gama Mafkar ta Vasco da Gama fil Knisja ta Santa Engracia issa l Panteon Nazzjonali f Lizbona Il belt portwali ta Vasco da Gama f issemmiet għalih l istess bħall krater Vasco da Gama fuq il Qamar Hemm tliet klabbs tal futbol fil Brazil inkluz u f Goa li ssemmew għalih Hemm knisja f Kochi Kerala msejħa l Knisja ta Vasco da Gama u residenza privata fil gzira ta Saint Helena Is subborg ta Vasco f issemma għalih ukoll Xi postijiet fil Parque das Nacoes ta Lizbona ssemmew għall esploratur fosthom il it Torri ta Vasco da Gama u l istabbiliment kummerċjali taċ Centro Comercial Vasco da Gama L Oceanario fil Parque das Nacoes għandu mascot ta bugħaddas imsejjaħ Vasco għall esploratur Vasco da Gama kien l uniku esploratur fil ġabra finali ta Os Grandes Portugueses Minkejja li l lista finali kienet tinkludi nies oħra tal Epoka tal Iskoperti l ebda wieħed minnhom għajr da Gama ma kien esploratur jew navigatur Il Flotta Navali Portugiza għandha klassi ta frejgati msemmija għalih B kollox hemm tliet frejgati Vasco da Gama ta dik il klassi u l ewwel waħda għandha ismu wkoll Il gvern Portugiz stabbilixxa zewġ monumenti tan navigazzjoni is Salib ta Dias u s Salib da Gama biex ifakkar lil da Gama u lil Bartolomeu Dias li kienu l ewwel esploraturi Ewropej moderni li waslu sal Kap tat Tama t Tajba Meta jiġu allinjati dawn is slaleb jindikaw is Sikka ta Whittle blata perikoluza għall bastimenti ezatt taħt wiċċ l ilma f False Bay Il muziċista tal Afrika t Isfel rreġistra kanzunetta antikolonjali msejħa Colonial Man Raġel Kolonjali li tinkludi fil lirika Vasco da Gama ma kienx ħabib tiegħi u kanzunetta oħra msejħa Vasco da Gama Il Baħri Iz zewġ kanzunetti ġew inkluzi fl album tal 1976 tiegħu msejjaħ Colonial Man Munita Portugiza tal 1969 li tfakkar il 500 anniversarju tat twelid ta Vasco da Gama Vasco da Gama jidher bħala antagonista fil film Indjan Urumi Il film tar reġista juri l atroċitajiet u l progress tal istabbiliment tal Imperu Portugiz li għamel da Gama fl Indja F Marzu 2016 arkeologi li kienu qed jaħdmu lil hinn mill kosta tal Oman identifikaw bastiment mgħerreq li x aktarx kien dak tal Esmeralda mill flotta tal 1502 1503 ta da Gama Il bastiment mgħerreq inizjalment ġie skopert fl 1998 Iktar il quddiem saru skavi bejn l 2013 u l 2015 permezz ta sħubija bejn il Ministeru għall Wirt u l Kultura tal Oman u Blue Water Recoveries Ltd kumpanija tal irkupru tal bastimenti mgħerrqa Il bastiment ġie identifikat permezz ta artefatti bħal munita Portugiza zzekkata għall kummerċ mal Indja waħda minn zewġ muniti biss ta dan it tip li qatt ezistew u balal tal ġebel tal kanuni mnaqqxin x aktarx bl inizjali ta Vincente Sodre iz ziju tan naħa ta omm da Gama u l kmandant tal Esmeralda BiblijografijaAmes Glenn J 2004 Vasco da Gama Renaissance Crusader Longman ISBN 978 0 321 09282 3 Ames Glenn J 2007 The Globe Encompassed The Age of European Discovery 1500 1700 Prentice Hall ISBN 978 0 13 193388 0 Castanhoso M de 1898 Dos feitos de D Christovam da Gama em Ethiopia Lisbon Imprensa nacional online Correa Gaspar 2001 The Three Voyages of Vasco da Gama and His Viceroyalty Adamant Media Corporation ISBN 978 1 4021 9543 3 Facsimile reprint of an 1869 edition by the Hakluyt Society London Diffie Bailey W Winius George D 1977 Foundations of the Portuguese Empire 1415 1580 University of Minnesota Press Disney Anthony Booth Emily 2000 The Indian Ocean in World History New Delhi and New York Oxford University Press Fernandez Armesto Felipe 2001 Civilizations Basingstoke and Oxford Macmillan ISBN 978 0 7432 0248 0 Fernandez Armesto Felipe 2006 Pathfinders A Global History of Exploration W W Norton pp 177 181 ISBN 978 0 393 06259 5 Jayne Kingsley Garland 1910 Vasco Da Gama and His Successors 1460 to 1580 London Meuthen amp Co Ltd ISBN 978 0 548 00895 9 Panikkar K M 1959 Asia and Western Dominance A Survey of the Vasco da Gama Epoch of Asian History 1498 1945 new ed London Allen amp Unwin ASIN B000Q5T6X6 Parry J H 1981 Age of Reconnaissance University of California Press Ravenstein E G ed and trans 1898 A Journal of the First Voyage of Vasco da Gama 1497 1499 Londra Hakluyt Society maħruġ mill ġdid minn Cambridge University Press 2010 ISBN 978 1 108 01296 6 Russell Wood A J R 1993 A World on the Move The Portuguese in Africa Asia and America 1415 1808 Macmillan ISBN 978 0 312 09427 0 Scammell G V 1981 The World Encompassed University of California Press ISBN 9780520044227 Subrahmanyam Sanjay 1997 The Career and Legend of Vasco da Gama Cambridge University Press ISBN 978 0 521 47072 8 Teixeira de Aragao A C 1887 Vasco da Gama e a Vidigueira um estudo historico Lizbona Sociedade de Geografia de Lisboa online Towle George Makepeace c 1878 Vasco da Gama his voyages and adventures Boston Lothrop Lee amp Shepard Iktar qariVasco da Gama Ernst Georg Ravenstein Gaspar Correa Alvaro Velho 2011 Viartis ISBN 978 1 906421 04 5 Vasco da Gama Renaissance Crusader Glen J Ames 2004 Longman ISBN 0 321 09282 1 The Career and Legend of Vasco da Gama Sanjay Subrahmanyam 1997 Cambridge University Press ISBN 978 0 521 47072 8 Chisholm Hugh ed 1911 Gama Vasco da Encyclopaedia Britannica Vol 11 11th ed Cambridge University Press pp 433 434 Referenzi Wells John C 2008 Longman Pronunciation Dictionary 3rd ed Longman ISBN 978 1 4058 8118 0 Jones Daniel 2011 Roach Peter Setter Jane Esling John eds Cambridge English Pronouncing Dictionary 18th ed Cambridge University Press ISBN 978 0 521 15255 6 a b Vasco da Gama Biography Achievements Route Map Significance amp Facts Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 08 29 Nigel Cliff 2011 Holy War How Vasco da Gama s Epic Voyages Turned the Tide in a Centuries Old Clash of Civilizations Harper M G S Narayanan Calicut The City of Truth 2006 Calicut University Publications Diffie Bailey W and George D Winius Foundations of the Portuguese Empire 1415 1580 p 176 Shipwreck Discovered from Explorer Vasco da Gama s Fleet Adventure bl Ingliz 2016 03 14 Miġbur 2022 08 29 Ames Glenn J 2008 The Globe Encompassed p 27 ISBN 978 0 13 193388 0 Subrahmanyam 1997 p 61 Subrahmanyam 1997 p 62 Subrahmanyam 1997 p 63 Subrahmanyam 1997 pp 60 61 Subrahmanyam 1997 p 61 63 de Oliveira Marques Antonio Henrique R 1972 History of Portugal Columbia University Press ISBN 0 231 03159 9 pp 158 160 362 370 Parry 1981 pp 132 135 a b Scammell 1981 p 232 Diffie Bailey W Winius George D 1977 Foundations of the Portuguese Empire 1415 1850 Europe and the World in the Age of Expansion Vol 1 pp 176 177 ISBN 978 0 8166 0850 8 Internet History Sourcebooks sourcebooks fordham edu Miġbur 2022 08 30 Gago Coutinho C V 1951 52 A Nautica dos Descobrimentos os descobrimentos maritimos visitos por um navegador Lisbon Agencia Geral do Ultramar pp 319 363 Axelson E 1988 The Dias Voyage 1487 1488 toponymy and padroes Revista da Universidade de Coimbra Vol 34 pp 29 55 offprint Waters D W 1988 Reflections Upon Some Navigational and Hydrographic Problems of the XVth Century Related to the voyage of Bartolomeu Dias Revista da Universidade de Coimbra Vol 34 pp 275 347 Fernandez Armesto Felipe 2006 Pathfinders A Global History of Exploration W W Norton amp Company pp 177 178 ISBN 978 0 393 06259 5 dagamma HTM web archive org 2011 12 22 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 12 22 Miġbur 2022 08 30 Fernandez Armesto Felipe 2006 Pathfinders A Global History of Exploration W W Norton amp Company pp 178 179 ISBN 978 0 393 06259 5 Ames Glenn J 2005 Vasco da Gama Renaissance Crusader New York Pearson Longman p 50 Castaneda Herman Lopes de The First Book of the Historie of the Discoveries and Conquests of the East India by the Portingals London 1582 in Kerr Robert ed A General History and Collection of Voyages and Travels Vol II Londra 1811 M G S Narayanan Calicut The City of Truth 2006 Calicut University Publications Da Gama s First Voyage p 88 Subrahmanyam 1997 p 149 Joao de Barros Da Asia Dec I Lib IV c 11 p 370 Diffie amp Winius 1977 p 185 Subrahmanyam 1997 p 168 Joao de Barros 1552 pp 23 24 Subrahmanyan 1997 p 174 Allen Charles 2017 Coromandel a personal history of South India Londra Little Brown p 233 ISBN 9781408705391 Nambiar O K The Kunjalis Admirals of Calicut Bombay 1963 Vasco da Gama Arrives in India 1498 web archive org 2004 01 18 Arkivjat minn l oriġinal fl 2004 01 18 Miġbur 2022 08 30 Prof Roger Crowley Conquerors How Portugal Forged the First Global Empire Faber amp Faber 2015 p 131 M G S Narayanan Calicut The City of Truth 2006 Calicut University Publications Sreedhara Menon A A Survey of Kerala History 1967 p 152 D C Books Kottayam Roger Crowley in Conquerors How Portugal Forged the First Global Empire Faber amp Faber 2015 p 134 Subrahmanyam 1997 p 278 Vasco Da Gama Ernest George Ravenstein A journal of the first voyage of Vasco da Gama 1497 1499 p Hakluyt Society Issue 99 of Works issued by the Hakluyt Society ISBN 81 206 1136 5 Subrahmaynam 1997 p 281 Subrahmanyam 1997 p 304 Subrahmanyam 1997 pp 343 345 Diogo do Couto Decadas de Asia Dec IV Lib 8 c 2 Teixeira de Aragao pp 15 16 u Castanhoso 1898 p viiff Freire Anselmo Braamcamp 1921 Brasoes da Sala de Sintra Livro Segundo Robarts University of Toronto Imprensa da Universidade p 93 Os Lusiadas de Luiz de Camoes Library of Congress Washington D C 20540 USA Miġbur 2022 08 30 Subrahmanyam 1997 p 2 Vasco da Gama Centro Vasco da Gama Bem vindo a bordo Centro Vasco da Gama bil Portugiz Miġbur 2022 08 30 Vasco participa na maior Parada das Mascotes em Portugal www oceanario pt Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 08 30 Miġbur 2022 08 30 Shipwreck Discovered from Explorer Vasco da Gama s Fleet Adventure bl Ingliz 2016 03 14 Miġbur 2022 08 30