Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Aleppo əˈlɛpoʊ ə LEP oh bl Għarbi ﺣ ﻠ ﺐ ALA LC Ḥalab IPA ˈħalab hija belt fis Sirja li sservi bħala l belt kapitali tal

Aleppo

  • Paġna Ewlenija
  • Aleppo
Aleppo
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Aleppo (/əˈlɛpoʊ/ ə-LEP-oh; bl-Għarbi: ﺣَﻠَﺐ, ALA-LC: Ḥalab, IPA: [ˈħalab]) hija belt fis-Sirja, li sservi bħala l-belt kapitali tal-Governorat ta' Aleppo, l-iżjed governorat popolat tas-Sirja. B'popolazzjoni stmata ta' 2,098,000 resident fl-2021, Aleppo kienet l-ikbar belt tas-Sirja sakemm il-popolazzjoni tagħha nqabżet minn dik ta' Damasku, l-ikbar fost il-governorati tat-Tramuntana tas-Sirja kif ukoll waħda mill-ikbar bliet fir-reġjun tal-Lvant.

Aleppo
 Sirja
Amministrazzjoni
PajjiżSirja
Governorate of SyriaGovernorat ta' Aleppo
District of SyriaDistrett tal-Għolja ta' Xmun
Isem uffiċjali حلب
Ismijiet oriġinali ﺣَﻠَﺐ‎
Helep
Halep
ܚܠܒ
Ġeografija
Koordinati 36°12′N 37°10′E / 36.2°N 37.16°E / 36.2; 37.16Koordinati: 36°12′N 37°10′E / 36.2°N 37.16°E / 36.2; 37.16
Aleppo
Aleppo (Sirja)
Superfiċjenti 190±1 kilometru kwadru
Għoli 379 m
Demografija
Popolazzjoni 2,003,671 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 5 millennium "BCE"
Kodiċi tat-telefon 021
Żona tal-Ħin UTC+2, UTC+3
bliet ġemellati Lyon, , Brestu
aleppo.gov.sy

Aleppo hija waħda mill-eqdem bliet kontinwament abitati fid-dinja; jaf kienet abitata diġà fis-sitt millenju Q.K. L-iskavi f'Tell as-Sawda u f'Tell al-Ansari, fin-Nofsinhar taċ-ċentru storiku ta' Aleppo, urew li ż-żona kienet okkupata mill- sal-aħħar parti tat-tielet millenju Q.K. Dak huwa wkoll iż-żmien meta Aleppo tissemma għall-ewwel darba fit-tavli bil-kitba kunejformi li nstabu f'Ebla u fil-, li jiddeskrivuha bħala parti mill-istat Amorit ta' Yamhad, u jsemmu l-importanza kummerċjali u militari tagħha. L-istorja daqstant twila hija attribwita għall-pożizzjoni strateġika tal-belt bħala ċentru kummerċjali bejn il-Baħar Mediterran u l-Mesopotamja.

Għal sekli sħaħ, Aleppo kienet l-ikbar belt fir-reġjun Sirjan, u t-tielet l-ikbar tal-Imperu Ottoman wara Kostantinopli (issa Istanbul) u l-Kajr. L-importanza tal-belt fl-istorja hija dovuta wkoll għall-pożizzjoni tagħha f'tarf tat-Toroq tal-Ħarir, li kienu jgħaddu mill-Asja Ċentrali u mill-Mesopotamja. Meta ġie inawgurat il-Kanal ta' Suez fl-1869, il-biċċa l-kbira tal-kummerċ ġie ddevjat lejn il-baħar u bil-mod il-mod l-importanza ta' Aleppo bdiet tbatti. Mal-waqgħa tal-Imperu Ottoman wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, Aleppo tilfet il-periferija tat-Tramuntana tagħha li saret parti mit-Turkija moderna, kif ukoll il-Linja Ferrovjarja importanti ta' li kienet tikkollegaha ma' . Fis-snin 40 tas-seklu 20, il-belt tilfet l-aċċess prinċipali tagħha għall-baħar, qrib Antakya u İskenderun, li wkoll saru parti mit-Turkija. Iż-żieda fl-importanza ta' Damasku fl-aħħar ftit deċennji kompliet taggrava s-sitwazzjoni. Dan id-deklin jaf għen biex iċ-ċentru storiku ta' Aleppo, l-arkitettura Medjevali tagħha u l-wirt tradizzjonali tagħha jiġu ppreservati. Il-belt rebħet it-titlu ta' Kapitali Iżlamika tal-Kultura fl-2006 u kellha mewġa ta' xogħlijiet ta' restawr ta' suċċess fl-attrazzjonijiet prinċipali tagħha. Il-Battalja ta' Aleppo (2012-2016) seħħet fil-belt matul il-Gwerra Ċivili Sirjana, u ħafna partijiet mill-belt ġarrbu qerda kbira. Il-partijiet affettwati tal-belt attwalment qed jiġu rikostruwiti. Huwa stmat li 31,000 ruħ inqatlu f'Aleppo matul il-kunflitt.

Etimoloġija

Bosta lingwi moderni madwar id-dinja, inkluż il-Malti, jirreferu għall-belt bl-isem ta' Aleppo. Fil-qedem il-belt kienet magħrufa bħala Khalpe, Khalibon, u għall-Griegi u r-Rumani bħala Beroea (Βέροια). Matul il-Kruċjati, u mill-ġdid matul il-Mandat għas-Sirja u l-Libanu tal-1923-1946, intuża l-isem ta' Alep. Aleppo tirrappreżenta l-verżjoni Taljanizzata ta' dan l-isem.

L-isem oriġinali tal-qedem, Ḥalab, għadu jintuża attwalment bħala l-isem Għarbi tal-belt, b'oriġini mhux magħrufa sew. Xi wħud ipproponew li Ḥalab tfisser "ħadid" jew "ram" bil-lingwa tal-Amoriti, peress li fl-inħawi kien hemm sors ewlieni ta' dawn il-metalli fil-qedem. Possibbiltà oħra hi li Ḥalab tfisser "abjad", peress li din hija l-kelma għal dak il-kulur bl-Aramajk. Din l-interpretazzjoni jaf tispjega kif Ḥalab saret il-kelma Ebrajka għal "ħalib" jew bil-kontra, kif ukoll toffri spjegazzjoni plawżibbli għal-laqam attwali tal-belt bl-Għarbi, al-Shahbāʾ (bl-Għarbi: الشهباء), li jfisser "ta' lewn abjad imħallat bl-iswed" u allegatament dan oriġina mill-irħam abjad li jinstab f'Aleppo.

Skont etimoloġija folkloristika marbuta mar-rabbi tas-seklu 12 W.K. ta' Regensburg u mal-vjaġġatur Berberu Ibn Battuta, l-isem oriġina mill-Ebrajk: חלב, litteralment "ħalib", jew mill-Għarbi: ḥaleb, bl-istess tifsira, peress li ħeleb in-nagħaġ tiegħu hemmhekk biex jitma lill-foqra.

Mis-seklu 11 kienet użanza komuni tar-rabbi li jintuża t-terminu "Aram-Zobah" għall-inħawi ta' Aleppo, u bosta Lhud Sirjani għadhom jużaw dan it-terminu.

Storja

Perjodu preistoriku u preklassiku

Aleppo bil-kemm intmisset mill-arkeologi, peress li l-belt moderna tokkupa s-sit tal-belt tal-qedem. L-iżjed okkupazzjoni bikrija tas-sit kienet għall-ħabta tal-5,000 Q.K., kif ħareġ fid-dieher mill-iskavi f'Tallet Alsauda.

Aleppo tfeġġ fir-rekords storiċi bħala belt importanti ferm qabel Damasku. L-ewwel rekord ta' Aleppo jmur lura għat-tielet millenju Q.K., fit-tavli ta' Ebla meta ssir referenza għal Aleppo bħala Ha-lam (𒄩𒇴). Xi storiċi, bħal , jidentifikaw lil Aleppo mal-belt kapitali ta' renju indipendenti marbut mill-qrib ma' Ebla, magħruf bħala Armi, għalkemm din l-identifikazzjoni hija kkontestata. It-tempju prinċipali tal-alla tat-tempesti Hadad kien jinsab fuq l-għolja taċ-ċittadella fiċ-ċentru tal-belt, meta l-belt kienet magħrufa bħala l-belt ta' Hadad.

Naram-Sin ta' Akkad semma li qered lil Ebla u lil Armanum fis-seklu 23 Q.K. Madankollu, l-identifikazzjoni ta' Armani fil-kitba mnaqqxa ta' Naram-Sim bħala Armi fit-tavli ta' Ebla hija kkontestata ferm, peress li ma kien hemm l-ebda annessjoni ta' Ebla jew tat-Tramuntana tas-Sirja.

Fil-perjodu tal-Imperu Babiloniż u tal-Imperu tal-qedem, isem Aleppo jidher fil-forma oriġinali tiegħu bħala Ḥalab (Ḥalba) għall-ewwel darba. Aleppo kienet il-belt kapitali tad-dinastija Amorita importanti ta' Yamḥad. Ir-renju ta' Yamḥad (għall-ħabta tal-1800-1525 Q.K.), magħruf ukoll bħala "l-art ta' Ḥalab", kien wieħed mill-iżjed setgħana fil-Lvant Qarib matul ir-renju ta' , li fforma alleanza ma' tal-Babilonja kontra tal-Assirja.

Perjodu tal-Ittiti

Yamḥad ġiet devastata mill- taħt fis-seklu 16 Q.K. Madankollu, wara ftit reġa' kellha rwol minn ta' quddiem fil-Lvant, meta l-poter tal-Ittiti fir-reġjun batta minħabba taqbid intern.

, ir-re tar-renju tal- ta' , ħa vantaġġ minn din is-sitwazzjoni fir-reġjun, u ħeġġeġ ribelljoni li temmet ħajjet l-aħħar re ta' Yamhad, , għall-ħabta tal-1525 Q.K. Sussegwentement, Parshatatar ħakem lil Aleppo u l-belt sabet ruħha qalb taqbida bejn il-Mitanni, l-Ittiti u l-Eġittu. Niqmepa ta' Alalakh, b'dixxendenza mir-rejiet ta' Yamhad tal-qedem, ikkontrolla l-belt bħala vassall ta' Mitanni u ġie attakkat minn tal-Ittiti bħala ritaljazzjoni għall-alleanza tiegħu ma' Mitanni. Iktar 'il quddiem, ir-re tal-Ittiti, , rebaħ b'mod permanenti kontra Mitanni, u ħakem lil Aleppo fis-seklu 14 Q.K. Suppiluliumas poġġa lil ibnu Telepinus bħala r-re u dinastija ta' dixxendenti ta' Suppiluliumas irrenjaw f'Aleppo sal-waqgħa tagħhom fi Żmien il-Bronż Aħħari. Madankollu, Talmi-Šarruma, in-neputi ta' Suppiluliumas I, li kien ir-re ta' Aleppo, iġġieled favur l-Ittiti, flimkien mar-re Muwatalli II, matul il-Battalja ta' Kadesh kontra l-armata Eġizzjana mmexxija minn .

Aleppo kellha importanza għall-Ittiti bħala ċ-ċentru tal-qima tal-alla tat-tempesti. Din l-importanza reliġjuża kompliet wara l-waqgħa tal-Imperu tal-Ittiti kontra l-Assirjani u l-Friġjani fis-seklu 12 Q.K., meta Aleppo saret parti mill-Imperu Assirjan Nofsani, u meta r-re wettaq ir-rinnovazzjoni tat-tempju ta' Hadad li ġie skopert fl-2003.

Fl-2003 ġiet skoperta statwa ta' re jismu Taita b'kitbiet imnaqqxa bil-Luwjan, matul l-iskavi mwettqa mill-arkeologu Ġermaniż fiċ-Ċittadella ta' Aleppo. L-interpretazzjonijiet il-ġodda tal-ġeroglifiċi tal-Anatolja proposti mill-Ittitologi u wasslu għall-konklużjoni li l-pajjiż immexxi minn Taita kien jismu Palistin. Dan il-pajjiż fis-sekli 11-10 Q.K. kien estiż mill-Wied ta' Amouq fil-Punent ta' Aleppo sal-Lvant lejn Maharda u lejn Shaizar fin-Nofsinhar. Minħabba x-xebħ bejn Palistin u , l-Ittitologu (li ttraduċa l-kitbiet imnaqqxa ta' Aleppo) ħareġ bl-ipoteżi ta' rabta bejn l-istati Siro-Ittiti ta' Palistin u ta' Philistines, l-istess bħall-arkeologi u Kay Kohlmeyer. jissuġġerixxi li r-Re David waqqaf l-espansjoni tal-Aramajċi fl-Art ta' Iżrael bis-saħħa tal-alleanza li kellu mar-rejiet Filistej tan-Nofsinhar, kif ukoll ma' Toi, ir-re ta' Ḥamath, li ġie identifikat ma' Tai(ta) II, ir-re ta' Palistin (il-popli tal-baħar tat-Tramuntana).

Stat ta' Bit Agusi

Matul is-snin bikrin tal-ewwel millenju Q.K., Aleppo ġiet inkorporata fir-renju Aramajk ta' Bit Agusi, bil-belt kapitali ta' Arpad. Bit Agusi flimkien ma' Aleppo u l-Lvant kollu nħakmu mill-Assirjani fis-seklu 8 Q.K. u saru parti mill-Imperu Neo-Assirjan matul ir-renju ta' sal-aħħar tas-seklu 7 Q.K., qabel ma għaddew għand in-Neo-Babiloniżi u l-Persjani . Matul dawn il-perjodi, ir-reġjun baqa' magħruf bħala Aramea u Eber Nari.

Antikità klassika (Beroea)

Alessandru Manju ħataf il-belt fit-333 Q.K. stabbilixxa insedjament Elleniku fis-sit bejn it-301 u l-286 Q.K. u semmih Beroea (Βέροια), f'ġieħ Beroea fil-Maċedonja; xi kultant jiġi spellut bħala Beroia. Beroea tissemma f'1 Macc. 9:4.

It-Tramuntana tas-Sirja kienet iċ-ċentru tal-gravità tal-attività ta' kolonizzazzjoni Ellenistika, u għaldaqstant tal-kultura Ellenistika fl-Imperu tas-. L-istess bħal bliet Ellenizzati oħra tar-renju tas-Selewċidi, x'aktarx li Beroea gawdiet minn livell ta' awtonomija lokali, b'assemblea ċivika lokali jew boulē magħmula minn Elleniċi ħielsa.

Beroea baqgħet taħt is-Selewċidi sat-88 Q.K. meta s-Sirja nħakmet mir-re Armen u Beroea saret parti mir-Renju tal-Armenja. Wara r-rebħa Rumana kontra Tigranes, is-Sirja għaddiet għand fl-64 Q.K., u saret provinċja Rumana. Il-preżenza ta' Ruma offriet stabbiltà relattiva lit-Tramuntana tas-Sirja għal iktar minn tliet sekli. Għalkemm il-provinċja kienet amministrata minn legat minn Ruma, Ruma ma imponietx l-organizzazzjoni amministrattiva tagħha fuq il-klassi mexxejja li kienet titkellem bil-Grieg jew fuq il-popolin li kienu jitkellmu bl-Aramajk.

Il-perjodu Ruman wassal għal żieda fil-popolazzjoni tat-Tramuntana tas-Sirja li aċċellerat taħt il-Biżantini fis-seklu 5. Fi Żmien il-Qedem Aħħari, Beroea kienet it-tieni l-ikbar belt Sirjana wara Antjokja, il-belt kapitali tas-Sirja Rumana u t-tielet l-ikbar belt fid-dinja Rumana. L-evidenza arkeoloġika tindika densità għolja fil-popolazzjoni għall-insedjamenti bejn Antjokja u Beroea sas-seklu 6. Dan il-pajsaġġ agrarju għadu jħaddan il-fdalijiet ta' vilel kbar u ta' knejjes bħall-Knisja ta' San Xmun Stilites.

Storja ekkleżjastika

L-ismijiet ta' diversi isqfijiet tas-sede episkopali ta' Beroea, li kienet fil-provinċja Rumana ta' Syria Prima, ġew irreġistrati f'għadd ta' dokumenti eżistenti. L-ewwel isem li wasal sa żminijietna huwa dak ta' , li wara li kien l-isqof ta' Beroea, ġie ttrasferit lejn is-sede metropolitana importanti ta' Antjokja ftit qabel l-Ewwel Kunsill ta' Niċea tat-325. Is-suċċessur tiegħu f'Beroea, , minħabba l-lealtà tiegħu lejn il-fidi ta' Niċea, intbagħat f'eżilju mill-Imperatur Ruman . Wara l-Kunsill ta' Selewċja tat-359, imsejjaħ minn Kostanzju, ġie ttrasferit minn Sebastea lejn Beroea iżda s-sena ta' wara ġie promoss lejn Antjokja. Is-suċċessur tiegħu f'Beroea, , kien preżenti fil-Kunsill ta' Antjokja fit-363. Taħt il-persegwitazzjoni tal-Imperatur , l-isqof ta' Beroea kien , ħabib ta' . Warajh laħaq ta' Beroea, li mexxa s-sede għal iktar minn 50 sena u kien preżenti fl-Ewwel Kunsill ta' Kostantinopli fit-381 u fil-Kunsill ta' Efesu fl-431. Fl-438 laħaq warajh Teoctistus, li ħa sehem fil-Kunsill ta' Chalcedon fl-451 u li kien firmatarju tal-ittra konġunta li l-isqfijiet tal-provinċja ta' Syria Prima bagħtu fl-458 lill-Imperatur ta' dwar il-qtil ta' ta' . Fil-518, l-Imperatur eżilja lill-isqof ta' Beroea talli rrifjuta l-Kunsill ta' Chalcedon. L-aħħar isqof magħruf tas-sede kien , li kien preżenti fis-sinodu msejjaħ mill-Patriarka Menas ta' Kostantinopli fil-536. Wara l-ħakma tal-Għarab, Beroea ma baqgħetx veskovat residenzjali, u llum il-ġurnata hija elenkata mill-Knisja Kattolika Rumana bħala sede titolari.

Ma tantx instabu fdalijiet fiżiċi minn Żmien ir-Rumani u l-Biżantini fiċ-Ċittadella ta' Aleppo. Huwa magħruf li ż-żewġ moskej fi ħdan iċ-Ċittadella ġew ikkonvertiti mill- matul is-seklu 11, għaliex qabel kienu knejjes li nbnew oriġinarjament mill-Biżantini.

Perjodu Medjevali

Perjodu Iżlamiku Bikri

Il-Persjani mmexxija mir-Re serqu r-rikkezzi ta' Aleppo u tawha n-nar fil-540, u mbagħad invadew u kkontrollaw is-Sirja għal żmien qasir fil-bidu tas-seklu 7. Ftit wara, Aleppo ttieħdet mill-Musulmani taħt Abu Ubaidah ibn al-Jarrah fis-637. Iktar 'il quddiem saret parti minn Jund Qinnasrin taħt il-Kaliffat tal-. Fid-944 il-belt saret is-sede ta' emirat indipendenti taħt il-prinċep Ħamdanid al-Dawla, u gawdiet perjodu ta' prosperità kbira. F'dan il-perjodu twieled il-poeta u l-filosfu u l-intellettwali . Fid-962 il-belt insterqulha r-rikkezzi tagħha mill-Ġeneral Biżantin . Sussegwentement, il-belt u l-emirat tagħha saru vassall temporanju tal-Imperu Biżantin. Għall-ftit deċennji ta' wara, il-belt ġiet ikkontestata mill-Kaliffat tal-Fatimidi u mill-Imperu Biżantin, u bejniethom anke mill-Ħamdanidi indipendenti nominalment, u eventwalment intrebħet mill-Fatimidi fl-1017. Fl-1024, vara attakk fuq Aleppo Fatimida, u wara ftit xhur ġie mistieden fil-belt mill-popolazzjoni tagħha.

Perjodu tas-Seljuk u tal-Ajjubidi

Fl-aħħar tal-1077, l-emir Seljuk vara kampanja militari biex jaħtaf lil Aleppo matul ir-renju ta' Sabiq ibn Mahmud tad-dinastija Mirdasida, li damet sal-1080, meta r-rinforzi tiegħu ġew imqarrqa u mirbuħa minn koalizzjoni ta' membri tat-tribujiet Għarab immexxija mill-kap tal-Kilabi Abu Za'ida f'Wadi Butnan. Wara l-mewt ta' Sharaf al-Dawla tad-dinastija Uqajlida f'Ġunju 1085, il-kap f'Aleppo Sharif Hassan ibn Hibat Allah Al-Hutayti wiegħed li jarrendi u jagħti l-belt lil Tutush, iżda mbagħad irrifjuta li jagħmel dan u kiteb lis-Sultan biex joffrilu li jċedi l-belt lilu minflok. Tutush attakka u okkupa l-belt kollha għajr iċ-ċittadell f'Mejju 1086, qagħad hemmhekk sa Ottubru u telaq lejn Damasku minħabba li l-armati ta' Malik-Shah kienu avvanzaw ġmielhom, u s-Sultan innifsu wasal hemmhekk f'Diċembru 1086. Fl-1087, Aq Sunqur al-Hajib sar il-gvernatur Seljuk ta' Aleppo taħt is-Sultan Malik Shah I.

Il-belt ġiet assedjata mill-ġellieda tal-Kruċjati mmexxija mir-Re ta' Ġerusalemm fl-1124-1125, iżda ma nħakmitx wara li ngħatat il-protezzjoni mill-forzi ta' Aqsunqur al Bursuqi li waslu minn Mosul f'Jannar 1125.

Fl-1128 Aleppo saret il-belt kapitali tad-dinastija Zengid li baqgħet tespandi u li fl-aħħar mill-aħħar ħakmet lil Damasku fl-1154. Fl-1138, l-Imperatur Biżantin mexxa kampanja militari, bl-għan prinċipali li jaħtaf il-belt ta' Aleppo. Fl-20 ta' April 1138, l-armata Kristjana flimkien mal-ġellieda tal-Kruċjati minn Antjokja u minn Edessa varaw attakk fuq il-belt iżda sabuha difiża sew wisq, u għaldaqstant Ġwanni II mexxa l-armata lejn in-Nofsinhar biex jieħu l-fortizzi fil-qrib. Fil-11 ta' Ottubru 1138, terremot kbir heżżeż il-belt u l-inħawi tal-madwar. Għalkemm l-istimi minn dak iż-żmien ma tantx huma affidabbli, huwa maħsub li mietu 230,000 ruħ, u b'hekk dak kien is-seba' l-iżjed terremot li mietu nies fih fl-istorja.

Fl-1183, Aleppo sfat taħt il-kontroll ta' Saladin u mbagħad tad-dinastija Ajjubida. Meta l-Ajjubidi ġarrbu telfa fl-Eġittu kontra l-Mamluk, l-emir Ajjubid ta' Aleppo sar is-sultan tal-bqija tal-Imperu Ajjubid. Huwa rrenja fis-Sirja mis-sede tiegħu f'Aleppo, sa ma l-belt ittieħdet mill-Mongoli fl-24 ta' Jannar 1260 taħt Hulagu f'alleanza mal-vassalli tagħhom, il-kavallieri tal-mexxej ta' Antijokja u missieru tar-rispett il-mexxej Armen . Il-belt ma kinitx difiża sew minn Turanshah, u b'hekk il-fortifikazzjonijiet tagħha kellhom iċedu wara sitt ijiem ta' assedju, u ċ-ċittadella kellha ċċedi erba' ġimgħa wara. Il-popolazzjoni Musulmana ġiet massakrata u nqatlu wkoll bosta Lhud, filwaqt li l-popolazzjoni Kristjana ħelsitha ħafif. Turanshah ingħata rispett mhux tas-soltu mill-Mongoli, u tħalla jgħix minħabba l-età u l-qlubija tiegħu. Imbagħad il-belt ingħatat lill-eks emir ta' , al-Ashraf, u fil-belt ġie stabbilit gwarniġjon tal-Mongoli. Ftit mir-rikkezzi ngħataw ukoll lil Hethum I tal-assistenza tiegħu fl-attakk. Imbagħad l-Armata tal-Mongoli baqgħet sejra lejn Damasku, li arrendiet, u l-Mongoli daħlu fil-belt fl-1 ta' Marzu 1260.

Perjodu tal-Mamluk

F'Settembru 1260, il-Mamluk Eġizzjani nnegozjaw għal trattat mal-Franki ta' Acre li ppermettielhom jgħaddu mit-territorju tal-ġellieda tal-Kruċjati mingħajr problemi, u involvew il-Mongoli fil-Battalja ta' Ain Jalut fit-3 ta' Settembru 1260. Il-Mamluk rebħu rebħa deċiżiva, qatlu l-Ġeneral Kristjan Nestorjan tal-Mongoli Kitbuqa, u ħamest ijiem wara reġgħu ħadu lil Damasku f'idejhom. Aleppo ġiet irkuprata mill-Musulmani fi żmien xahar, u tqiegħed gvernatur tal-Mamluk biex jiggverna l-belt. Hulagu bagħat truppi biex jipprova jirkupra l-belt ta' Aleppo f'Diċembru. Dawn irnexxielhom jimmassakraw għadd kbir ta' Musulmani b'ritaljazzjoni għall-mewt ta' Kitbuqa, iżda wara ħmistax ma setgħu jagħmlu ebda progress ieħor u kellhom jirtiraw.

Il-gvernatur tal-Mamluk fil-belt ma baqax jobdi l-awtorità ċentrali tal-Mamluk fil-Kajr, u fil-ħarifa tal-1261 il-mexxej tal-Mamluk bagħat armata biex jerġa' jieħu l-kontroll tal-belt. F'Ottubru 1271, il-Mongoli mmexxija mill-Ġeneral reġgħu ħadu l-belt, u attakkaw b'10,000 rikkieb taż-żwiemel mill-Anatolja, u rebħu kontra t-truppi Turkmeni li kienu qed jiddefendu l-belt ta' Aleppo. Il-gwarniġjoni tal-Mamluk ħarbu lejn Hama, sakemm Baibars reġa' ġie fit-Tramuntana mal-armata prinċipali tiegħu, u l-Mongoli rtiraw.

Fl-20 ta' Ottubru 1280, il-Mongoli reġgħu ħadu l-belt, u serqu r-rikkezzi mis-swieq u taw in-nar lill-moskej. L-abitanti Musulmani ħarbu lejn Damasku, fejn il-mexxej tal-Mamluk organizza l-qawwiet tiegħu. Meta l-armata tiegħu avvanzat wara t-Tieni Battalja ta' Homs f'Ottubru 1281, il-Mongoli reġgħu rtiraw, lura fuq in-naħa l-oħra tax-xmara . F'Ottubru 1299, ħataf il-belt, flimkien mal-vassall tiegħu, ir-Re Armen Hethum II, li fost il-qawwiet tiegħu kellu xi u xi Kavallieri Ospitalieri.

Fl-1400, il-mexxej Mongolu-Tork Tamerlane ħataf il-belt mill-ġdid mingħand il-Mamluk. Huwa massakra bosta abitanti, u ordna li jinbena torri ta' 20,000 kranju barra mill-belt. Wara li l-Mongoli rtiraw, il-popolazzjoni Musulmana kollha reġgħet lura f'Aleppo. Min-naħa l-oħra, il-Kristjani li telqu mill-belt matul l-invażjoni tal-Mongoli, ma setgħux jiġu lura fil-kwartier li kellhom fiċ-ċentru storiku tal-belt, u b'hekk stabbilew kwartier ieħor ġdid fl-1420, li nbena fis-subborgi tat-Tramuntana ta' Aleppo barra mis-swar tal-belt, u li sar magħruf bħala l-kwartier ta' al-Jdeydeh (bl-Għarbi: جديدة, litteralment "distrett ġdid").

Perjodu Ottoman

Aleppo saret parti mill-Imperu Ottoman fl-1516 bħala parti mit-tkabbir enormi tal-fruniteri Ottomani matul ir-renju ta' Selim I. Il-belt imbagħad kellha madwar 50,000 abitant, jew 11,224 unità domestika skont ċensiment Ottoman. Kienet iċ-ċentru tal-Eyalet ta' Aleppo; il-bqija ta' dik li iktar 'il quddiem saret is-Sirja kienet tagħmel parti mill-eyalets ta' Damasku, ta' Tripoli, ta' Sidon jew ta' Raqqa. Wara r-riforma provinċjali Ottomana tal-1864, Aleppo saret iċ-ċentru tal-Vilayet ġdid ta' Aleppo fl-1866.

L-agrikoltura ta' Aleppo kienet żviluppata sew matul il-perjodu Ottoman. L-iskavi arkeoloġiċi żvelaw imtieħen tal-ilma fil-baċir tax-xmara tal-belt. Sors kontemporanju Ċiniż jissuġġerixxi wkoll li fil-perjodu Ottoman Aleppo kellha sistema żviluppata sew tat-tnissil u tat-trobbija tal-annimali.

Barra minn hekk, bis-saħħa tal-pożizzjoni ġeografika strateġika tagħha tul ir-rotta kummerċjali bejn l-Anatolja u l-Lvant, Aleppo saret prominenti ħafna matul il-perjodu Ottoman, u darba minnhom fl-imperu kollu Kostantinopli biss kienet taqbiżha. Sa nofs is-seklu 16, Aleppo kienet ħadet post Damasku bħala s-suq prinċipali għall-merkanzija ġejja lejn ir-reġjun Mediterran mil-Lvant. Dan huwa rifless mill-fatt li l-Kumpanija tal-Lvant ta' Londra (Levant Company of London), kumpanija kummerċjali konġunta stabbilita fl-1581 għall-monopolju tal-kummerċ tal-Ingilterra mal-Imperu Ottoman, qatt ma ppruvat tagħmel kummerċ ma' xi aġent f'Damasku, minkejja li kellha l-permess li tagħmel dan. Il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija kienu f'Aleppo sal-aħħar tas-seklu 18.

Bħala riżultat tal-iżvilupp ekonomiku, bosta stati Ewropej fetħu konsolati f'Aleppo matul is-sekli 16 u 17, bħall-konsolat tar-Repubblika ta' Venezja fl-1548, il-konsolat ta' Franza fl-1562, il-konsolat tal-Ingilterra fl-1583 u l-konsolat tan-Netherlands fl-1613. Il-komunità Armena ta' Aleppo saret prominenti wkoll f'dan il-perjodu bis-saħħa tal-kummerċ tagħha fil-belt u żviluppat il-kwartier il-ġdid ta' Judayda.

Madankollu, il-prosperità li Aleppo esperjenzat fis-sekli 16 u 17 bdiet tmajna peress li l-produzzjoni tal-ħarir fl-Iran battiet wara l-waqgħa tad-dinastija Safavida fl-1722. Sa nofs is-seklu, il-karovani ma baqgħux iġibu iktar ħarir mill-Iran lejn Aleppo, u l-produzzjoni Sirjana lokali ma kinitx biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda tal-Ewropa. Il-merkanti Ewropej telqu minn Aleppo u l-belt qabdet it-triq tan-niżla ekonomikament sa nofs is-seklu 19, meta l-qoton u t-tabakk prodotti lokalment saru l-prodotti bażiċi prinċipali ta' interess għall-Ewropej. Skont , "Aleppo... għaddiet mill-agħar diżastru tagħha bil-qerda tal-villaġġi tal-produzzjoni tagħha kkawżata mill-attakki tal-Bedwini fl-aħħar snin tas-seklu, li ġabu magħhom perjodu twil ta' ġuħ li sal-1798 qatel nofs l-abitanti tagħha".

L-ekonomija ta' Aleppo ntlaqtet ħażin mill-ftuħ tal-Kanal ta' Suez fl-1869. Dan, flimkien man-nuqqas ta' stabbiltà politika wara l-implimentazzjoni ta' riformi sinifikanti fl-1841 mill-gvern ċentrali, ikkontribwixxa għad-deklin ta' Aleppo u l-istabbiliment ta' Damasku bħala kompetitur ekonomiku u politiku serju ta' Aleppo. Minkejja dan, il-belt baqa' jkollha rwol ekonomiku importanti u bidlet l-enfasi kummerċjali tagħha mill-kummerċ tal-karovani fuq distanzi twal għal kummerċ iktar reġjonali tal-prodotti agrikoli u tas-suf. F'dan il-perjodu kien hemm ukoll l-immigrazzjoni ta' diversi familji "tal-Lvant" (ta' oriġini Ewropea) li ddominaw il-kummerċ internazzjonali. It-tribunal kummerċjali mħallat ta' Aleppo (ticaret mahkamesi), wieħed minn tal-bidu fl-Imperu Ottoman, ġie stabbilit għall-ħabta tal-1855.

Fl-1606 issir referenza għall-belt minn William Shakespeare f'Macbeth. Is-sħaħar jittormentaw il-kaptan tal-vapur Tiger, li kien qed ibaħħar lejn Aleppo mill-Ingilterra u wettaq vjaġġ ta' 567 jum qabel ma reġa' lura l-port mingħajr suċċess. Issir referenza għall-belt minn Shakespeare f' meta Othello jlissen il-kliem finali tiegħu (l-Att V, ii, 349f.). Il-kappillan navali Ingliż fid-djarju tiegħu jiddeskrivi żjara li għamel fil-belt fl-1675, meta kien hemm kolonja ta' merkanti tal-Punent tal-Ewropa jgħixu hemmhekk.

Il-belt baqgħet Ottomana sal-waqgħa tal-imperu, iżda okkażjonalment kienet mifnija minn ġlied intern kif ukoll minn tifqigħat tal-kolera mill-1823. Madwar 20-25 fil-mija tal-popolazzjoni mietu bil-pesta fl-1827. Fl-1850, grupp Musulman attakka l-kwartieri Kristjani, u għexieren ta' Kristjani nqatlu u diversi knejjes insterqu. Għalkemm dan l-avveniment ġie deskritt bħala li tmexxa skont prinċipji purament ta' differenzi reliġjużi, isosni li tali analiżi ta' dan il-perjodu ta' vjolenza huwa superfiċjali wisq u jinjora t-tensjonijiet li kienu jeżistu fost il-popolazzjoni minħabba l-vantaġġi kummerċjali mogħtija lil ċerti minoranzi Kristjani bis-saħħa tar-Riformi ta' Tanzimat matul dan iż-żmien, li kellhom rwol kbir fil-ħolqien tal-antagoniżmu bejn gruppi ta' Musulmani u ta' Kristjani, li qabel kienu jikkooperaw, fil-kwartieri tal-Lvant tal-belt. Ir-ribelli fost il-Ġannizziera (membri tal-fanterija Ottomana) stabbilew il-gvern tagħhom stess meta l-gvernatur Ottoman ħarab. L-Ottomani reġgħu ħadu l-kontroll tal-belt ġimgħat wara u qatlu xi 5,000 ruħ. Sal-1901, il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal madwar 110,000 ruħ.

F'Ottubru 1918, Aleppo nħatfet mill-qawwiet tal-Prinċep Feisal u mill-Ħames Diviżjoni tal-Kavallerija tal-forzi alleati mill-Imperu Ottoman matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fi tmiem il-gwerra, it-Trattat ta' wassal biex il-biċċa l-kbira tal-Provinċja ta' Aleppo ssir parti min-nazzjon il-ġdid tas-Sirja, filwaqt li ġie mwiegħed minn Franza li Cilicia kellha ssir stat Armen. Madankollu, annetta l-biċċa l-kbira tal-Provinċja ta' Aleppo kif ukoll Cilicia mat-Turkija fil-Gwerra tal-Indipendenza tiegħu. Ir-residenti Għarab fil-provinċja (kif ukoll il-Kurdi) appoġġaw lit-Torok f'din il-gwerra kontra l-Franċiżi, inkluż il-mexxej tar-Rewwixta ta' Hananu, , li kkoordina direttament ma' Atatürk u rċieva l-armi mingħandu. Madankollu, l-eżitu kien diżastruż għal Aleppo, għaliex skont it-Trattat ta' Lausanne, il-biċċa l-kbira tal-Provinċja ta' Aleppo saret parti mit-Turkija, bl-eċċezzjoni ta' Aleppo u Alexandretta; għaldaqstant, Aleppo nqatgħet mill-bliet fit-Tramuntana tagħha u mill-bliet tal-Anatolja iktar lil hinn, li fuqhom Aleppo kienet tiddependi ferm għall-kummerċ. Barra minn hekk, id-diviżjoni ta' Sykes-Picot fil-Lvant Qarib isseparat lil Aleppo mill-biċċa l-kbira tal-Mesopotamja, li wkoll tat daqqa ta' ħarta lill-ekonomija ta' Aleppo.

Mandat Franċiż

L-Istat ta' Aleppo ġie ddikjara mill-Ġeneral Franċiż f'Settembru 1920 bħala parti minn pjan Franċiż biex is-Sirja tkun tista' tiġi amministrata iktar faċilment billi tinqasam f'diversi stati iżgħar. Franza saret iktar imħassba dwar l-idea ta' Sirja magħquda wara l-Battalja ta' Maysaloun.

Billi ssepara lil Aleppo minn Damasku, Gouraud ried jikkapitalizza fuq stat tradizzjonali ta' kompetizzjoni bejn iż-żewġ bliet u jsarrafha f'diviżjoni politika. Il-popolazzjoni ta' Aleppo ma kinitx kuntenta bil-fatt li Damasku ntgħażlet bħala l-belt kapitali għan-nazzjon il-ġdid tas-Sirja. Gouraud ħass dan is-sentiment u pprova jindirizzah billi għamel lil Aleppo l-belt kapitali ta' stat kbir u iktar għani li miegħu Damasku diffiċilment setgħet tikkompeti. L-Istat ta' Aleppo kif imfassal minn Franza kien jinkludi l-biċċa l-kbira taż-żona għammiela tas-Sirja: il-pajsaġġ għammiel ta' Aleppo flimkien mal-baċir għammiel kollu tax-xmara Ewfrate. L-Istat kellu aċċess ukoll għall-baħar permezz tas-Sanjak awtonomu ta' Alexandretta. Min-naħa l-oħra, Damasku, li bażikament kienet oażi fit-tarf tad-Deżert Sirjan, la kellha biżżejjed art għammiela u lanqas aċċess għall-baħar. Fi ftit kliem, Gouraud ried jissodisfa lil Aleppo billi jagħtiha l-kontroll fuq il-biċċa l-kbira tal-ġid agrikolu u minerali tas-Sirja, biex qatt ma tkun trid terġa' tingħaqad ma' Damasku.

Ir-riżorsi ekonomiċi limitati tal-istati Sirjani wasslet biex l-għażla ta' stati kompletament indipendenti ma tkun vijabbli għal Franza, peress li setgħet twassal għar-riżultat oppost, jiġifieri li l-istati jisfaxxaw u jerġa' jkun hemm l-unità. Għalhekk, Franza pproponiet l-idea ta' federazzjoni Sirjana li twettqet fl-1923. Inizjalment, Gouraud ried li jkun hemm federazzjoni li tinkludi l-istati kollha, saħansitra l-Libanu. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar tliet stati biss ipparteċipaw: Aleppo, Damasku u l-Istat Alawit. Il-belt kapitali tal-federazzjoni għall-ewwel kienet Aleppo, iżda mbagħad ġiet rilokata għal Damasku. Il-President tal-federazzjoni kien , politiku mwieled f'Antijokja u li għex f'Aleppo.

Il-federazzjoni ntemmet f'Diċembru 1924, meta Franza għaqdet lil Aleppo u Damasku fi Stat Sirjan uniku u reġgħet isseparat lill-Istat Alawit. Din l-azzjoni seħħet wara li l-federazzjoni ddeċidiet tgħaqqad it-tliet stati federati fi stat wieħed u li tieħu passi biex tħeġġeġ l-indipendenza finanzjarja tas-Sirja, passi li skont Franza kienu żżejjed.

Meta faqqgħet ir-Rewwixta Sirjana fin-Nofsinhar tas-Sirja fl-1925, il-Franċiżi organizzaw elezzjonijiet ġodda fl-Istat ta' Aleppo li suppost kellhom iwasslu għat-tkissir tal-unjoni ma' Damasku u għall-indipendenza mill-ġdid tal-Istat ta' Aleppo. Bis-saħħa tal-politiċi ta' Aleppo li kienu favurihom, il-Franċiżi ħasbu li n-nies ta' Aleppo kienu se jappoġġaw tali skema. Madankollu, wara li ġie elett kunsill ġdid, baqgħu sorpriżi li l-votazzjoni kienet favur iż-żamma tal-unjoni ma' Damasku. In-nazzjonalisti Sirjani kienu mexxew kampanja pubblika enormi kontra s-seċessjoni li mmobilizzat ferm lin-nies kontra l-pjan tas-seċessjoni, u b'hekk il-politiċi favur il-Franċiżi ma kellhom l-ebda għażla għajr li jappoġġaw l-unjoni. Ir-riżultat kien tħammir il-wiċċ kbir għal Franza, li riedet li s-seċessjoni ta' Aleppo tkun miżura punittiva kontra Damasku, li kienet ipparteċipat fir-Rewwixta Sirjana, iżda r-riżultat ġie rrispettat. Din kienet l-aħħar darba li ġiet proposta l-indipendenza għal Aleppo.

Is-sitwazzjoni ekonomika ħażina tal-belt wara s-separazzjoni tal-kampanja tat-Tramuntana kompliet tiggrava iktar fl-1939 meta Alexandretta ġiet annessa mat-Turkija bħala l-Istat ta' Hatay, u b'hekk Aleppo ġiet imċaħħda mill-port prinċipali tagħha ta' Iskenderun u ġiet iżolata għalkollox fi ħdan is-Sirja.

Wara l-indipendenza

Id-diżgwidi wara xulxin bejn Aleppo u Damasku eventwalment wasslu biex il-Blokk Nazzjonali jinqasam f'żewġ fazzjonijiet: il-Partit Nazzjonali, stabbilit f'Damasku fl-1946, u l-Partit Popolari, stabbilit f'Aleppo fl-1948 minn , u . Kawża sottostanti tad-diżgwidi, minbarra l-unjoni mal-Iraq, kienet l-intenzjoni ta' Aleppo li tirriloka l-belt kapitali minn Damasku. Il-kwistjoni tal-belt kapitali saret kwistjoni ta' dibattitu miftuħ fl-1950 meta l-Partit Popolari ppreżenta abbozz ta' kostituzzjoni li sejħet lil Damasku bħala "belt kapitali temporanja".

L-ewwel kolp ta' stat fl-istorja tas-Sirja moderna seħħ f'Marzu 1949 minn uffiċjal tal-armata minn Aleppo, . Madankollu, attirat mill-poter assolut li gawda bħala dittatur, Zaim malajr żviluppa orjentazzjoni favur l-Eġittu u l-Punent u abbanduna l-kawża tal-unjoni mal-Iraq. Dan wassal għat-tieni kolp ta' stat erba' xhur wara l-ewwel wieħed. It-tieni kolp ta' stat, immexxi minn , li wkoll kien uffiċjal tal-armata minn Aleppo, ta l-poter lill-Partit Popolari u b'mod attiv ipprova jwettaq l-unjoni mal-Iraq. L-aħbar ta' unjoni imminenti mal-Iraq wasslet għat-tielet kolp ta' stat fl-istess sena: f'Diċembru 1949, mexxa kolp ta' stat kontra l-unjoni mal-Iraq li kienet waslet biex tiġi ddikjarata.

Ftit wara li ntemm id-dominju ta' Shishakly fl-1954, ġiet implimentata unjoni mal-Eġittu taħt fl-1958. Madankollu, l-unjoni sfaxxat tliet snin u nofs wara meta ġunta ta' uffiċjali żgħażagħ minn Damasku wettqu kolp separatista. Aleppo rreżistiet dan il-kolp, iżda eventwalment ma kellhiex għażla oħra għajr li tirrikonoxxi l-gvern il-ġdid.

F'Marzu 1963, koalizzjoni ta' Baatisti, Nasseristi u Soċjalisti varaw kolp ġdid bl-objettiv iddikjarat li jerġa' jsaħħaħ l-unjoni mal-Eġittu. Madankollu, il-gvern il-ġdid implimenta biss il-bandiera tal-unjoni. Ftit wara kien hemm diżgwid bejn il-Baatisti u n-Nasseristi rigward l-istabbiliment mill-ġdid tal-unjoni, u din saret kriżi, tant li l-Baatisti ħadu l-poter mingħand in-Nasseristi. In-Nasseristi, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu nies tal-klassi medja ta' Aleppo, wieġbu b'rewwixta f'Aleppo f'Lulju 1963.

Għal darb'oħra, il-gvern ta' Ba'ath ipprova jassorbi l-ilmenti tal-klassi medja Sirjana (li ċ-ċentru tal-attiviżmu politiku tagħha kienet Aleppo) billi ta l-poter lil , uffiċjal militari Baatist minn Aleppo.

Il-President , li kiseb il-poter fl-1970, serraħ fuq l-appoġġ tal-klassi tan-negozjanti f'Damasku. B'hekk dan ta vantaġġ lil Damasku fuq Aleppo, u għaldaqstant Damasku ddominat l-ekonomija Sirjana. Iċ-ċentralizzazzjoni stretta tal-istat Sirjan, id-direzzjoni intenzjonali tar-riżorsi lejn Damasku, u l-eġemonija li Damasku kienet tgawdi fuq l-ekonomija Sirjana wasslu biex Aleppo bdiet issibha diffiċli biex tikkompeti. Minkejja dan, Aleppo baqgħet ċentru ekonomiku u kulturali importanti fuq livell nazzjonali.

Fis-16 ta' Ġunju 1979, 32 kadett militari ġew massakrati mill-grupp ribelli Iżlamist tal-. Fil-vjolenza sussegwenti nqatlu madwar 50 ruħ. Fl-10 ta' Lulju nqatlu 72 suldat Sirjan oħra. Iż-żewġ attakki terroristiċi kienu parti mir-rewwixta Iżlamista fis-Sirja. Fl-1980, l-affarijiet kibru u wasslu għal operazzjoni militari fuq skala kbira f'Aleppo, fejn il-gvern Sirjan irrisponda b'forzi militari u tas-sigurtà, fejn intbagħtu għexieren ta' eluf ta' truppi appoġġati bit-tankijiet tal-gwerra, vetturi blindati u ħelikopters. Diversi mijiet ta' ribelli nqatlu fil-belt u fil-madwar u 8,000 ġew arrestati. Sa Frar 1981, ir-rewwixta Iżlamista fil-belt ta' Aleppo ġiet mgħakksa.

Mill-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20, Aleppo saret waħda mill-iżjed bliet bi tkabbir rapidu fil-Lvant u fil-Lvant Nofsani. Il-ftuħ tal-belt industrijali ta' Shaykh Najjar, l-influss ta' investimenti ġodda u l-fluss tal-industriji l-ġodda wara l-2004, ikkontribwew ukoll għall-iżvilupp tal-belt. Fl-2006, Aleppo ġiet imsejħa bħala l-belt kapitali tal-kultura Iżlamika mill-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali Iżlamika (ISESCO).

Gwerra Ċivili Sirjana

Fit-12 ta' Awwissu 2011, xi xhur wara li kienu bdew il-protesti f'inħawi oħra fis-Sirja, saru protesti kontra l-gvern f'diversi distretti ta' Aleppo, inkluż fid-distrett ta' Sakhour. Matul din id-dimostrazzjoni, li kienet tinkludi għexieren ta' eluf ta' dimostranti, il-forzi tas-sigurtà sparaw u qatlu mill-inqas 12-il ruħ. Xahrejn wara, dimostrazzjoni favur il-gvern ġiet organizzata fil-Pjazza ta' Saadallah Al-Jabiri, fil-qalba tal-belt. Skont in-New York Times, fid-dimostrazzjoni tal-11 ta' Ottubru 2011 favur kien hemm folol kbar, filwaqt li l-mezzi tax-xandir statali u lokali sostnew li kienu attendew iktar minn 1.5 miljun ruħ u li dik id-dimostrazzjoni kienet waħda mill-ikbar fl-istorja tas-Sirja.

Fil-bidu tal-2012, xi ribelli bdew jibbumbardjaw lil Aleppo wara li nfirxu l-protesti kontra l-gvern. Fl-10 ta' Frar 2012, splodew karozzi bomba barra minn żewġ stabbiliment tas-sigurtà — il-kwartieri ġenerali tad-Direttorat tal-Intelliġenza Militari, u l-barrakki tal-Forzi tas-Sigurtà Interni Sirjani — fejn ġie rrapportat li nqatlu 28 ruħ (erba' ċivili, tlettax militari u ħdax membri tal-forza tas-sigurtà) u li ndarbu 235 ruħ. Fit-18 ta' Marzu 2012, karozza bomba oħra splodiet f'żona residenzjali u ġie rrapportat li nqatlu żewġ membri tal-forza tas-sigurtà u mara ċivili, u li ndarbu 30 resident.

Fl-aħħar ta' Lulju 2012, il-kunflitt laħaq il-qofol tiegħu f'Aleppo meta r-ribelli fil-kampanja madwar il-belt wettqu l-ewwel offensiva hemmhekk, u milli jidher ippruvaw ikomplu jieħdu spinta wara l-attakk fuq Damasku. Imbagħad, f'Aleppo seħħew uħud mill-"iżjed bumbardamenti devastanti u l-iżjed ġlied aħrax" tal-gwerra ċivili, spiss f'żoni residenzjali. Fis-sajf, fil-ħarifa u fix-xitwa tal-2012, il-ġlied minn dar għall-oħra bejn l-oppożizzjoni armata u l-forzi tal-gvern kompla, u sar-rebbiegħa tal-2013 l-Armata Sirjana kienet stabbiliet ruħha bit-trunċieri fil-parti tal-Punent ta' Aleppo (il-forzi favur il-gvern kienu qed joperaw bażi militari fil-parti tan-Nofsinhar tal-belt) u l-Armata Sirjana Ħielsa stabbiliet ruħha fil-parti tal-Lvant, b'territorju ta' ħadd bejniethom. Skont stima tal-imwiet minn organizzazzjoni umanitarja internazzjonali, huwa maħsub li sa dak iż-żmien kienu nqatlu 13,500 ruħ fil-ġlied — 1,500 ruħ kienu tfal taħt il-ħames snin — u li kienu ndarbu 23,000 ruħ oħra. L-għases tal-pulizija lokali fil-belt, li kienu ntużaw bħala bażijiet tal-forzi tal-gvern u li r-residenti kienu jibżgħu jersqu lejhom, kienu fil-qalba tal-biċċa l-kbira tal-kunflitt.

Bħala riżultat tal-battalja qalila, bosta sezzjonijiet fis-Suq ta' Al-Madina (parti miċ-ċentru storiku ta' Aleppo), inkluż partijiet mill-Moskea l-Kbira ta' Aleppo u binjiet Medjevali oħra fiċ-ċentru storiku tal-belt, inqerdu u ġarrbu ħsarat jew ħadu n-nar fl-aħħar tas-sajf tal-2012, waqt li l-gruppi armati tal-Armata Għarbija Sirjana u l-Armata Sirjana Ħielsa ġġieldu għall-kontroll tal-belt. Sa Marzu 2013, il-biċċa l-kbira tas-sidien tal-fabbriki ta' Aleppo ttrasferew il-merkanzija tagħhom lejn it-Turkija bl-għarfien u bl-iffaċilitar min-naħa tal-gvern Tork.

Wara erba' snin ta' nuqqas ta' avvanz fil-ġlied, f'Lulju 2016 it-truppi tal-Armata Sirjana għalqu l-aħħar provvista ta' ribelli lejn Aleppo bl-appoġġ tal-attakki Russi mill-ajru. Bħala rispons, il-forzi ribelli varaw għadd ta' kontraoffensivi f'Settembru u f'Ottubru iżda mingħajr ma kellhom suċċess; f'Novembru, il-forzi tal-gvern wettqu kampanja militari deċiżiva. Ir-ribelli qablu li jevakwaw mill-kumplament taż-żoni f'Diċembru 2016. Ir-rebħa tal-gvern Sirjan bl-għajnuna tal-bumbardamenti Russi mill-ajru ġie meqjus b'mod mifrux bħala punt ta' żvolta potenzjali fil-gwerra ċivili fis-Sirja.

Fit-22 ta' Diċembru, l-evakwazzjoni ntemmet u l-Armata Sirjana ddikjarat li ħadet il-kontroll totali tal-belt. Iktar 'il quddiem l-organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar ikkonfermat li l-evakwazzjoni taċ-ċivili u tar-ribelli kollha kienet intemmet.

Meta l-battalja ntemmet, 500,000 refuġjat u persuna spustjata internament reġgħu lura f'Aleppo, u l-mezzi tax-xandir statali Sirjani sostnew li mijiet ta' fabbriki reġgħu bdew bil-produzzjoni tagħhom bis-saħħa ta' żieda kbira fil-provvista tal-elettriku. Ħafna partijiet mill-belt li ġew affettwati mill-ġlied bdew jiġu rikostruwiti. Fil-15 ta' April 2017, konvoj ta' karozzi tal-linja li kienu qed iġorru l-evakwati ġie attakkat minn attakk bomba suwiċida f'Aleppo, li qatel iktar minn 126 ruħ, inkluż mill-inqas 80 tifel u tifla. Il-mezzi tax-xandir statali Sirjani rrapportaw li fis-17 ta' Novembru 2017 seħħ festival tax-xiri f'Aleppo biex tiġi promossa l-industrija fil-belt. Kmandant tal-YPG iddikjara fi Frar 2018 li xi ġellieda Kurdi kienu ttrasferew ruħhom lejn Afrin biex jgħinu fir-reżistenza kontra l-attakk Tork. Huwa sostna li b'riżultat ta' dan, il-forzi Sirjani favur il-gvern reġgħu kisbu l-kontroll tad-distretti li qabel kienu kkontrollati minnhom. Fi Frar 2020, il-forzi tal-gvern għamlu żvolta kbira meta rnexxielhom jaħtfu l-aħħar żoni li kienu għadhom f'idejn ir-ribelli fil-periferija tal-Punent ta' Aleppo, u b'hekk temmew b'mod deċiżiv il-ġlied li kien beda bil-Battalja ta' Aleppo iktar minn tmien snin wara.

Il-belt ġarrbet xi ħsarat ukoll minħabba t-terremot tal-2023 li heżżeż it-Turkija u s-Sirja.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Belt tal-Qedem ta' Aleppo ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Ġeografija

Aleppo tinsab madwar 120 kilometru (75 mil) 'il ġewwa mill-Baħar Mediterran, fuq promontorju 380 metru (1,250 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, 45 kilometru (28 mil) fil-Lvant tal-post tal-kontroll tal-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija msejjaħ Bab al-Hawa. Il-belt hija mdawra bir-raba' agrikolu fit-Tramuntana u fil-Punent, fejn jitkabbru bosta siġar taż-żebbuġ u tal-pistaċċi. Lejn il-Lvant ta' Aleppo hemm iż-żoni nexfin tad-Deżert Sirjan.

Il-belt ġiet stabbilita ftit kilometri fin-Nofsinhar tal-pożizzjoni attwali taċ-ċentru storiku tal-belt, max-xatt tal-lemin tax-xmara li tfeġġ mill-promontorju ta' Aintab fit-Tramuntana u tgħaddi minn Aleppo lejn in-Nofsinhar sal-art għammiela ta' Qinnasrin. Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Aleppo jinsab max-xatt tax-xellug tax-xmara Queiq. Fl-imgħoddi kien imdawwar b'ċirku ta' tmien għoljiet madwar għolja ċentrali prominenti li fuqha nbena l-kastell (li oriġinarjament kien tempju li jmur lura għat-tieni millenju Q.K.). Ir-raġġ taċ-ċirku huwa ta' madwar 10 kilometri (6.2 mili). L-għoljiet huma: Tell as-Sawda, Tell ʕāysha, Tell as-Sett, Tell al-Yāsmīn (Al-ʕaqaba), Tell al-Ansāri (Yārūqiyya), ʕan at-Tall, al-Jallūm, u Baḥsīta. Iċ-ċentru storiku tal-belt kien imdawwar bi swar antiki li ġew rikostruwiti għall-aħħar darba mill-Mamluk. Is-swar għandu disa' daħliet u kien imdawwar b'ħandaq fond u wiesa', li ma għadux jeżisti.

Aleppo għandha erja ta' iktar minn 190 km2 (73 mil kwadru), u hija waħda mill-iżjed bliet li qed jikbru b'mod rapidu fil-Lvant Nofsani. Skont il-pjan maġġuri l-ġdid tal-belt li ġie adottat fl-2001, kien previst li l-erja totali ta' Aleppo kellha tiżdied sa 420 km2 (160 mil kwadru) sal-aħħar tal-2015.

Klima

Aleppo għandha klima bierda tal-isteppi (Köppen: BSk). Is-sensiela ta' muntanji tul il-kosta Mediterranja, jiġifieri l-Muntanji ta' Alawiyin u l-Muntanji ta' Nur, fil-biċċa l-kbira jimblukkaw l-effetti tal-Mediterran fuq il-klima (fenomenu magħruf bħala l-effett tad-dell tal-preċipitazzjoni). It-temperatura għolja u baxxa medja matul is-sena tkun 23.8 u 11.1 °C (74.8 u 52.0 °F). Il-preċipitazzjoni medja tkun 329.4 mm (12.97-il pulzier). Iktar minn 80 % tal-preċipitazzjoni tinżel bejn Ottubru u Marzu. Il-borra tinżel xi darba jew darbtejn kull xitwa, u l-umdità medja tkun 55.7 %.

Data klimatika għal Aleppo (l-Ajruport Internazzjonali ta' Aleppo), 393 metru (1,289 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, temp. normali fl-1991-2020
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 20.5

(68.9)

25.4

(77.7)

29.8

(85.6)

38.6

(101.5)

41.0

(105.8)

44.0

(111.2)

45.7

(114.3)

44.3

(111.7)

44.0

(111.2)

39.0

(102.2)

29.7

(85.5)

24.5

(76.1)

45.7

(114.3)

Temp. għolja medja ta' kuljum f'°C (°F) 10.7

(51.3)

12.9

(55.2)

17.6

(63.7)

23.1

(73.6)

29.4

(84.9)

34.2

(93.6)

36.8

(98.2)

36.8

(98.2)

33.5

(92.3)

27.6

(81.7)

18.8

(65.8)

12.2

(54.0)

24.5

(76.0)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 2.4

(36.3)

3.2

(37.8)

6.1

(43.0)

10.0

(50.0)

15.0

(59.0)

19.8

(67.6)

22.8

(73.0)

22.8

(73.0)

19.4

(66.9)

14.2

(57.6)

7.3

(45.1)

3.7

(38.7)

12.2

(54.0)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −11.3

(11.7)

−8.3

(17.1)

−5.5

(22.1)

−4.0

(24.8)

5.0

(41.0)

10.0

(50.0)

12.0

(53.6)

12.1

(53.8)

6.0

(42.8)

−2.0

(28.4)

−12.0

(10.4)

−10.8

(12.6)

−12.0

(10.4)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 57.5

(2.26)

47.8

(1.88)

42.4

(1.67)

27.8

(1.09)

16.0

(0.63)

1.7

(0.07)

0.0

(0.0)

0.1

(0.00)

3.5

(0.14)

23.0

(0.91)

35.6

(1.40)

58.3

(2.30)

313.7

(12.35)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 9.0 7.6 6.8 4.3 2.7 0.3 0.0 0.0 0.5 3.4 4.9 8.0 47.5
Umdità relattiva medja (%) 84 79 68 65 50 42 42 45 46 55 66 80 60
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 120.9 140.0 198.4 243.0 319.3 366.0 387.5 365.8 303.0 244.9 186.0 127.1 3,001.9
Medja ta' sigħat ta' xemx kuljum 3.9 5.0 6.4 8.1 10.3 12.2 12.5 11.8 10.1 7.9 6.2 4.1 8.2
Sors 1: NOAA (xemx 1961–1990).
Sors 2: Deutscher Wetterdienst (umdità fl-1960-1967, temp. estremi fl-1951-1978).

Arkitettura

Aleppo hija kkaratterizzata minn taħlita ta' stili arkitettoniċi, peress li kienet immexxija, fost l-oħrajn, mir-Rumani, mill-Biżantini, mis-Seljuk, mill-Mamluk u mill-Ottomani.

Fiċ-ċentru storiku tal-belt hemm diversi tipi ta' kostruzzjonijiet tas-sekli 13 u 14, fosthom karavanseraj, caeserias, skejjel Koraniċi, ħammam (banjijiet pubbliċi) u binjiet reliġjużi. Il-kwartieri tad-distrett ta' al-Jdayde jospitaw bosta djar tas-sekli 16 u 17 tal-borgeżija ta' Aleppo, b'bosta tinqix fil-ġebel. L-arkitettura Barokka tas-seklu 19 u tal-bidu tas-seklu 20 hija komuni fid-distrett ta' al-Azizyah district, inkluż il-Villa Rose. Id-distett il-ġdid ta' Shahbaa fih taħlita ta' diversi stili arkitettoniċi, fosthom Neo-Klassiku, Normann, Orjentali u saħansitra Ċiniż.

Peress li ċ-ċentru storiku huwa kkaratterizzat minn vilel kbar, toroq dojoq u swieq imsaqqfa, l-arkitettura moderna tal-belt toħloq kuntrast bit-toroq wesgħin u bil-pjazez kbar tagħha, fosthom il-Pjazza ta' Saadallah Al-Jabiri, il-Pjazza tal-Ħelsien, il-Pjazza tal-President u l-Pjazza ta' Sabaa Bahrat.

Hemm diviżjoni relattivament netta bejn Aleppo ġdida u Aleppo tal-qedem. Il-partijiet iktar antiki tal-belt, b'erja ta' bejn wieħed u ieħor 160 ettaru (0.6 mili kwadri) jinsabu mdawra b'ħajt ta' 5 kilometri (3.1 mili) f'disa' daħliet. Il-kastell Medjevali enormi tal-belt — magħruf bħala ċ-Ċittadella ta' Aleppo — jokkupa ċ-ċentru tal-parti antika, b'għamla ta' akropoli.

Peress li kienu soġġetti għal invażjonijiet u għal instabbiltà politika kostanti, l-abitanti tal-belt kellhom jibnu kwartieri u distretti qishom ċelel li soċjalment u ekonomikament kienu indipendenti minn xulxin. Kull distrett kien ikkaratterizzat mill-karatteristiċi reliġjużi u etniċi tal-abitanti tiegħu.

Iċ-ċentru storiku, mibni kważi għalkollox b'ġebel abjad, inbena fi ħdan il-ħitan storiċi tal-belt, u kellu disa' daħliet storiċi, filwaqt li l-kwartieri l-ġodda taċ-ċentru storiku nbnew għall-ewwel darba mill-Kristjani matul il-bidu tas-seklu 15 fis-subborgi tat-Tramuntana taċ-ċentru storiku, wara l-irtirar tal-Mongoli minn Aleppo. Il-kwartier il-ġdid magħruf bħala al-Jdayde huwa wieħed mill-ifjen eżempji ta' kwartier qisu ċella f'Aleppo. Wara li invada lil Aleppo fl-1400 u qeridha, il-Kristjani telqu 'l barra mill-ħitan tal-belt u stabbilew iċ-ċella tagħhom stess fl-1420, fis-subborgi tal-Majjistral tal-belt, u b'hekk stabbilew il-kwartieri ta' al-Jdayde. L-abitanti tal-kwartieri l-ġodda kienu prinċipalment sensara li kienu jiffaċilitaw il-kummerċ bejn il-kummerċjanti barranin u l-merkanti lokali. Bis-saħħa tal-iżvilupp ekonomiku, ġew stabbiliti bosta kwartieri oħra 'l barra mis-swar taċ-ċentru storiku tal-belt matul is-sekli 15 u 16.

B'hekk, iċ-ċentru storiku ta' Aleppo — magħmul mill-qalba tal-belt imdawra bis-swar u bil-kwartieri qishom ċelel 'il barra mis-swar — għandu erja ta' madwar 350 ettaru (1.4 mil kwadru) u jospita iktar minn 120,000 resident.

Referenzi

  1. ^ "UNdata | country profile | Syrian Arab Republic". web.archive.org. 2012-03-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-03-07. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Aleppo, Syria Metro Area Population 1950-2022 | MacroTrends". web.archive.org. 2022-08-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-08-21. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Popolazzjoni". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-05-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "بـ 4.6 ملايين نسمة .. محافظة حلب الأعلى سكانياً في سورية | عكس السير دوت كوم". web.archive.org. 2017-09-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-17. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ The Oxford Encyclopedia of Archaeology in the Near East (1997).
  6. ^ "Archnet - Aleppo Citadel Restoration - Aga Khan Historic Cities Programme". web.archive.org. 2014-05-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-05-23. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Aleppo rebuilds itself from destruction of war". web.archive.org. 2017-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-12-05. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Aleppo looks to rebuild after years of war". web.archive.org. 2017-12-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-12-05. Miġbur 2023-12-21.
  9. ^ "Center for Documentation of Violations in Syria - Killed List". web.archive.org. 2018-12-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-05. Miġbur 2023-12-21.
  10. ^ "Ancient City of Aleppo - World Heritage Site - Pictures, info and travel reports". web.archive.org. 2012-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-03-04. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ A.E.J. Morris (2013). History of Urban Form Before the Industrial Revolution. Routledge. p. 1038. ISBN 978-1-317-88513-9.
  12. ^ "حلب الشهباء..معناها وأهميتها عند النبي العربي إبراهيم الخليل". web.archive.org. 2018-07-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-06. Miġbur 2023-12-21.
  13. ^ Dan Ben Amos (2011). Folktales of the Jews, V. 3 (Tales from Arab Lands). Jewish Publication Society. p. 283. ISBN 978-0-8276-0871-9.
  14. ^ "Meet some of the world's oldest continually inhabited cities - Daily Sabah". web.archive.org. 2016-08-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-20. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient City of Aleppo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-21.
  16. ^ "NOAA". web.archive.org. 2023-09-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-09-02. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "Tagħrif NOAA". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-09-23. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ "Tabelli Klimatiċi" (PDF). web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-08-19. Miġbur 2023-12-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 22 Ġun, 2025 / 18:27

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Aleppo, X'inhi Aleppo? Xi tfisser Aleppo?

Aleppo eˈlɛpoʊ e LEP oh bl Għarbi ﺣ ﻠ ﺐ ALA LC Ḥalab IPA ˈħalab hija belt fis Sirja li sservi bħala l belt kapitali tal Governorat ta Aleppo l izjed governorat popolat tas Sirja B popolazzjoni stmata ta 2 098 000 resident fl 2021 Aleppo kienet l ikbar belt tas Sirja sakemm il popolazzjoni tagħha nqabzet minn dik ta Damasku l ikbar fost il governorati tat Tramuntana tas Sirja kif ukoll waħda mill ikbar bliet fir reġjun tal Lvant Aleppo SirjaAmministrazzjoniPajjizSirjaGovernorate of SyriaGovernorat ta AleppoDistrict of SyriaDistrett tal Għolja ta XmunIsem uffiċjali حلبIsmijiet oriġinali ﺣ ﻠ ﺐ Helep Halep ܚܠܒĠeografijaKoordinati 36 12 N 37 10 E 36 2 N 37 16 E 36 2 37 16 Koordinati 36 12 N 37 10 E 36 2 N 37 16 E 36 2 37 16AleppoAleppo Sirja Superfiċjenti 190 1 kilometru kwadruGħoli 379 mDemografijaPopolazzjoni 2 003 671 abitanti 2021 Informazzjoni oħraFondazzjoni 5 millennium BCE Kodiċi tat telefon 021Zona tal Ħin UTC 2 UTC 3bliet ġemellati Lyon Brest ualeppo gov sy Aleppo hija waħda mill eqdem bliet kontinwament abitati fid dinja jaf kienet abitata diġa fis sitt millenju Q K L iskavi f Tell as Sawda u f Tell al Ansari fin Nofsinhar taċ ċentru storiku ta Aleppo urew li z zona kienet okkupata mill sal aħħar parti tat tielet millenju Q K Dak huwa wkoll iz zmien meta Aleppo tissemma għall ewwel darba fit tavli bil kitba kunejformi li nstabu f Ebla u fil li jiddeskrivuha bħala parti mill istat Amorit ta Yamhad u jsemmu l importanza kummerċjali u militari tagħha L istorja daqstant twila hija attribwita għall pozizzjoni strateġika tal belt bħala ċentru kummerċjali bejn il Baħar Mediterran u l Mesopotamja Għal sekli sħaħ Aleppo kienet l ikbar belt fir reġjun Sirjan u t tielet l ikbar tal Imperu Ottoman wara Kostantinopli issa Istanbul u l Kajr L importanza tal belt fl istorja hija dovuta wkoll għall pozizzjoni tagħha f tarf tat Toroq tal Ħarir li kienu jgħaddu mill Asja Ċentrali u mill Mesopotamja Meta ġie inawgurat il Kanal ta Suez fl 1869 il biċċa l kbira tal kummerċ ġie ddevjat lejn il baħar u bil mod il mod l importanza ta Aleppo bdiet tbatti Mal waqgħa tal Imperu Ottoman wara l Ewwel Gwerra Dinjija Aleppo tilfet il periferija tat Tramuntana tagħha li saret parti mit Turkija moderna kif ukoll il Linja Ferrovjarja importanti ta li kienet tikkollegaha ma Fis snin 40 tas seklu 20 il belt tilfet l aċċess prinċipali tagħha għall baħar qrib Antakya u Iskenderun li wkoll saru parti mit Turkija Iz zieda fl importanza ta Damasku fl aħħar ftit deċennji kompliet taggrava s sitwazzjoni Dan id deklin jaf għen biex iċ ċentru storiku ta Aleppo l arkitettura Medjevali tagħha u l wirt tradizzjonali tagħha jiġu ppreservati Il belt rebħet it titlu ta Kapitali Izlamika tal Kultura fl 2006 u kellha mewġa ta xogħlijiet ta restawr ta suċċess fl attrazzjonijiet prinċipali tagħha Il Battalja ta Aleppo 2012 2016 seħħet fil belt matul il Gwerra Ċivili Sirjana u ħafna partijiet mill belt ġarrbu qerda kbira Il partijiet affettwati tal belt attwalment qed jiġu rikostruwiti Huwa stmat li 31 000 ruħ inqatlu f Aleppo matul il kunflitt EtimoloġijaBosta lingwi moderni madwar id dinja inkluz il Malti jirreferu għall belt bl isem ta Aleppo Fil qedem il belt kienet magħrufa bħala Khalpe Khalibon u għall Griegi u r Rumani bħala Beroea Beroia Matul il Kruċjati u mill ġdid matul il Mandat għas Sirja u l Libanu tal 1923 1946 intuza l isem ta Alep Aleppo tirrapprezenta l verzjoni Taljanizzata ta dan l isem L isem oriġinali tal qedem Ḥalab għadu jintuza attwalment bħala l isem Għarbi tal belt b oriġini mhux magħrufa sew Xi wħud ipproponew li Ḥalab tfisser ħadid jew ram bil lingwa tal Amoriti peress li fl inħawi kien hemm sors ewlieni ta dawn il metalli fil qedem Possibbilta oħra hi li Ḥalab tfisser abjad peress li din hija l kelma għal dak il kulur bl Aramajk Din l interpretazzjoni jaf tispjega kif Ḥalab saret il kelma Ebrajka għal ħalib jew bil kontra kif ukoll toffri spjegazzjoni plawzibbli għal laqam attwali tal belt bl Għarbi al Shahbaʾ bl Għarbi الشهباء li jfisser ta lewn abjad imħallat bl iswed u allegatament dan oriġina mill irħam abjad li jinstab f Aleppo Skont etimoloġija folkloristika marbuta mar rabbi tas seklu 12 W K ta Regensburg u mal vjaġġatur Berberu Ibn Battuta l isem oriġina mill Ebrajk חלב litteralment ħalib jew mill Għarbi ḥaleb bl istess tifsira peress li ħeleb in nagħaġ tiegħu hemmhekk biex jitma lill foqra Mis seklu 11 kienet uzanza komuni tar rabbi li jintuza t terminu Aram Zobah għall inħawi ta Aleppo u bosta Lhud Sirjani għadhom juzaw dan it terminu StorjaPerjodu preistoriku u preklassiku Iċ ċentru storiku ta Aleppo Aleppo bil kemm intmisset mill arkeologi peress li l belt moderna tokkupa s sit tal belt tal qedem L izjed okkupazzjoni bikrija tas sit kienet għall ħabta tal 5 000 Q K kif ħareġ fid dieher mill iskavi f Tallet Alsauda Aleppo tfeġġ fir rekords storiċi bħala belt importanti ferm qabel Damasku L ewwel rekord ta Aleppo jmur lura għat tielet millenju Q K fit tavli ta Ebla meta ssir referenza għal Aleppo bħala Ha lam 𒄩𒇴 Xi storiċi bħal jidentifikaw lil Aleppo mal belt kapitali ta renju indipendenti marbut mill qrib ma Ebla magħruf bħala Armi għalkemm din l identifikazzjoni hija kkontestata It tempju prinċipali tal alla tat tempesti Hadad kien jinsab fuq l għolja taċ ċittadella fiċ ċentru tal belt meta l belt kienet magħrufa bħala l belt ta Hadad Naram Sin ta Akkad semma li qered lil Ebla u lil Armanum fis seklu 23 Q K Madankollu l identifikazzjoni ta Armani fil kitba mnaqqxa ta Naram Sim bħala Armi fit tavli ta Ebla hija kkontestata ferm peress li ma kien hemm l ebda annessjoni ta Ebla jew tat Tramuntana tas Sirja Fil perjodu tal Imperu Babiloniz u tal Imperu tal qedem isem Aleppo jidher fil forma oriġinali tiegħu bħala Ḥalab Ḥalba għall ewwel darba Aleppo kienet il belt kapitali tad dinastija Amorita importanti ta Yamḥad Ir renju ta Yamḥad għall ħabta tal 1800 1525 Q K magħruf ukoll bħala l art ta Ḥalab kien wieħed mill izjed setgħana fil Lvant Qarib matul ir renju ta li fforma alleanza ma tal Babilonja kontra tal Assirja Perjodu tal Ittiti It Tempju ta Hadad fi ħdan iċ Ċittadella ta Aleppo Yamḥad ġiet devastata mill taħt fis seklu 16 Q K Madankollu wara ftit reġa kellha rwol minn ta quddiem fil Lvant meta l poter tal Ittiti fir reġjun batta minħabba taqbid intern ir re tar renju tal ta ħa vantaġġ minn din is sitwazzjoni fir reġjun u ħeġġeġ ribelljoni li temmet ħajjet l aħħar re ta Yamhad għall ħabta tal 1525 Q K Sussegwentement Parshatatar ħakem lil Aleppo u l belt sabet ruħha qalb taqbida bejn il Mitanni l Ittiti u l Eġittu Niqmepa ta Alalakh b dixxendenza mir rejiet ta Yamhad tal qedem ikkontrolla l belt bħala vassall ta Mitanni u ġie attakkat minn tal Ittiti bħala ritaljazzjoni għall alleanza tiegħu ma Mitanni Iktar il quddiem ir re tal Ittiti rebaħ b mod permanenti kontra Mitanni u ħakem lil Aleppo fis seklu 14 Q K Suppiluliumas poġġa lil ibnu Telepinus bħala r re u dinastija ta dixxendenti ta Suppiluliumas irrenjaw f Aleppo sal waqgħa tagħhom fi Zmien il Bronz Aħħari Madankollu Talmi Sarruma in neputi ta Suppiluliumas I li kien ir re ta Aleppo iġġieled favur l Ittiti flimkien mar re Muwatalli II matul il Battalja ta Kadesh kontra l armata Eġizzjana mmexxija minn Il Moskea ta Al Qaiqan oriġinarjament kienet tempju pagan tal Ittiti fi zmien il qedem barra minn hekk hemm blokka tal ġebel b ġeroglifiċi tal Anatolja fil ħajt tan Nofsinhar Aleppo kellha importanza għall Ittiti bħala ċ ċentru tal qima tal alla tat tempesti Din l importanza reliġjuza kompliet wara l waqgħa tal Imperu tal Ittiti kontra l Assirjani u l Friġjani fis seklu 12 Q K meta Aleppo saret parti mill Imperu Assirjan Nofsani u meta r re wettaq ir rinnovazzjoni tat tempju ta Hadad li ġie skopert fl 2003 Fl 2003 ġiet skoperta statwa ta re jismu Taita b kitbiet imnaqqxa bil Luwjan matul l iskavi mwettqa mill arkeologu Ġermaniz fiċ Ċittadella ta Aleppo L interpretazzjonijiet il ġodda tal ġeroglifiċi tal Anatolja proposti mill Ittitologi u wasslu għall konkluzjoni li l pajjiz immexxi minn Taita kien jismu Palistin Dan il pajjiz fis sekli 11 10 Q K kien estiz mill Wied ta Amouq fil Punent ta Aleppo sal Lvant lejn Maharda u lejn Shaizar fin Nofsinhar Minħabba x xebħ bejn Palistin u l Ittitologu li ttraduċa l kitbiet imnaqqxa ta Aleppo ħareġ bl ipotezi ta rabta bejn l istati Siro Ittiti ta Palistin u ta Philistines l istess bħall arkeologi u Kay Kohlmeyer jissuġġerixxi li r Re David waqqaf l espansjoni tal Aramajċi fl Art ta Izrael bis saħħa tal alleanza li kellu mar rejiet Filistej tan Nofsinhar kif ukoll ma Toi ir re ta Ḥamath li ġie identifikat ma Tai ta II ir re ta Palistin il popli tal baħar tat Tramuntana Stat ta Bit Agusi Matul is snin bikrin tal ewwel millenju Q K Aleppo ġiet inkorporata fir renju Aramajk ta Bit Agusi bil belt kapitali ta Arpad Bit Agusi flimkien ma Aleppo u l Lvant kollu nħakmu mill Assirjani fis seklu 8 Q K u saru parti mill Imperu Neo Assirjan matul ir renju ta sal aħħar tas seklu 7 Q K qabel ma għaddew għand in Neo Babilonizi u l Persjani Matul dawn il perjodi ir reġjun baqa magħruf bħala Aramea u Eber Nari Antikita klassika Beroea Beroea kif muri fit Tabula Peutingeriana Alessandru Manju ħataf il belt fit 333 Q K stabbilixxa insedjament Elleniku fis sit bejn it 301 u l 286 Q K u semmih Beroea Beroia f ġieħ Beroea fil Maċedonja xi kultant jiġi spellut bħala Beroia Beroea tissemma f 1 Macc 9 4 It Tramuntana tas Sirja kienet iċ ċentru tal gravita tal attivita ta kolonizzazzjoni Ellenistika u għaldaqstant tal kultura Ellenistika fl Imperu tas L istess bħal bliet Ellenizzati oħra tar renju tas Selewċidi x aktarx li Beroea gawdiet minn livell ta awtonomija lokali b assemblea ċivika lokali jew boule magħmula minn Elleniċi ħielsa Il fdalijiet tal bazilika Maronita f Barad Beroea baqgħet taħt is Selewċidi sat 88 Q K meta s Sirja nħakmet mir re Armen u Beroea saret parti mir Renju tal Armenja Wara r rebħa Rumana kontra Tigranes is Sirja għaddiet għand fl 64 Q K u saret provinċja Rumana Il prezenza ta Ruma offriet stabbilta relattiva lit Tramuntana tas Sirja għal iktar minn tliet sekli Għalkemm il provinċja kienet amministrata minn legat minn Ruma Ruma ma imponietx l organizzazzjoni amministrattiva tagħha fuq il klassi mexxejja li kienet titkellem bil Grieg jew fuq il popolin li kienu jitkellmu bl Aramajk Il perjodu Ruman wassal għal zieda fil popolazzjoni tat Tramuntana tas Sirja li aċċellerat taħt il Bizantini fis seklu 5 Fi Zmien il Qedem Aħħari Beroea kienet it tieni l ikbar belt Sirjana wara Antjokja il belt kapitali tas Sirja Rumana u t tielet l ikbar belt fid dinja Rumana L evidenza arkeoloġika tindika densita għolja fil popolazzjoni għall insedjamenti bejn Antjokja u Beroea sas seklu 6 Dan il pajsaġġ agrarju għadu jħaddan il fdalijiet ta vilel kbar u ta knejjes bħall Knisja ta San Xmun Stilites Storja ekklezjastika Il Moskea ta Abram fiċ Ċittadella ta Aleppo li oriġinarjament kienet inbniet mill Bizantini bħala knisja L ismijiet ta diversi isqfijiet tas sede episkopali ta Beroea li kienet fil provinċja Rumana ta Syria Prima ġew irreġistrati f għadd ta dokumenti ezistenti L ewwel isem li wasal sa zminijietna huwa dak ta li wara li kien l isqof ta Beroea ġie ttrasferit lejn is sede metropolitana importanti ta Antjokja ftit qabel l Ewwel Kunsill ta Niċea tat 325 Is suċċessur tiegħu f Beroea minħabba l lealta tiegħu lejn il fidi ta Niċea intbagħat f ezilju mill Imperatur Ruman Wara l Kunsill ta Selewċja tat 359 imsejjaħ minn Kostanzju ġie ttrasferit minn Sebastea lejn Beroea izda s sena ta wara ġie promoss lejn Antjokja Is suċċessur tiegħu f Beroea kien prezenti fil Kunsill ta Antjokja fit 363 Taħt il persegwitazzjoni tal Imperatur l isqof ta Beroea kien ħabib ta Warajh laħaq ta Beroea li mexxa s sede għal iktar minn 50 sena u kien prezenti fl Ewwel Kunsill ta Kostantinopli fit 381 u fil Kunsill ta Efesu fl 431 Fl 438 laħaq warajh Teoctistus li ħa sehem fil Kunsill ta Chalcedon fl 451 u li kien firmatarju tal ittra konġunta li l isqfijiet tal provinċja ta Syria Prima bagħtu fl 458 lill Imperatur ta dwar il qtil ta ta Fil 518 l Imperatur ezilja lill isqof ta Beroea talli rrifjuta l Kunsill ta Chalcedon L aħħar isqof magħruf tas sede kien li kien prezenti fis sinodu msejjaħ mill Patriarka Menas ta Kostantinopli fil 536 Wara l ħakma tal Għarab Beroea ma baqgħetx veskovat residenzjali u llum il ġurnata hija elenkata mill Knisja Kattolika Rumana bħala sede titolari Ma tantx instabu fdalijiet fiziċi minn Zmien ir Rumani u l Bizantini fiċ Ċittadella ta Aleppo Huwa magħruf li z zewġ moskej fi ħdan iċ Ċittadella ġew ikkonvertiti mill matul is seklu 11 għaliex qabel kienu knejjes li nbnew oriġinarjament mill Bizantini Perjodu Medjevali Perjodu Izlamiku Bikri Il ħitan antiki ta Aleppo u d Daħla ta Qinnasrin li ġew irrestawrati fl 1256 minn An Nasir Yusuf Il Persjani mmexxija mir Re serqu r rikkezzi ta Aleppo u tawha n nar fil 540 u mbagħad invadew u kkontrollaw is Sirja għal zmien qasir fil bidu tas seklu 7 Ftit wara Aleppo ttieħdet mill Musulmani taħt Abu Ubaidah ibn al Jarrah fis 637 Iktar il quddiem saret parti minn Jund Qinnasrin taħt il Kaliffat tal Fid 944 il belt saret is sede ta emirat indipendenti taħt il prinċep Ħamdanid al Dawla u gawdiet perjodu ta prosperita kbira F dan il perjodu twieled il poeta u l filosfu u l intellettwali Fid 962 il belt insterqulha r rikkezzi tagħha mill Ġeneral Bizantin Sussegwentement il belt u l emirat tagħha saru vassall temporanju tal Imperu Bizantin Għall ftit deċennji ta wara il belt ġiet ikkontestata mill Kaliffat tal Fatimidi u mill Imperu Bizantin u bejniethom anke mill Ħamdanidi indipendenti nominalment u eventwalment intrebħet mill Fatimidi fl 1017 Fl 1024 vara attakk fuq Aleppo Fatimida u wara ftit xhur ġie mistieden fil belt mill popolazzjoni tagħha Perjodu tas Seljuk u tal Ajjubidi Fl aħħar tal 1077 l emir Seljuk vara kampanja militari biex jaħtaf lil Aleppo matul ir renju ta Sabiq ibn Mahmud tad dinastija Mirdasida li damet sal 1080 meta r rinforzi tiegħu ġew imqarrqa u mirbuħa minn koalizzjoni ta membri tat tribujiet Għarab immexxija mill kap tal Kilabi Abu Za ida f Wadi Butnan Wara l mewt ta Sharaf al Dawla tad dinastija Uqajlida f Ġunju 1085 il kap f Aleppo Sharif Hassan ibn Hibat Allah Al Hutayti wiegħed li jarrendi u jagħti l belt lil Tutush izda mbagħad irrifjuta li jagħmel dan u kiteb lis Sultan biex joffrilu li jċedi l belt lilu minflok Tutush attakka u okkupa l belt kollha għajr iċ ċittadell f Mejju 1086 qagħad hemmhekk sa Ottubru u telaq lejn Damasku minħabba li l armati ta Malik Shah kienu avvanzaw ġmielhom u s Sultan innifsu wasal hemmhekk f Diċembru 1086 Fl 1087 Aq Sunqur al Hajib sar il gvernatur Seljuk ta Aleppo taħt is Sultan Malik Shah I Il belt ġiet assedjata mill ġellieda tal Kruċjati mmexxija mir Re ta Ġerusalemm fl 1124 1125 izda ma nħakmitx wara li ngħatat il protezzjoni mill forzi ta Aqsunqur al Bursuqi li waslu minn Mosul f Jannar 1125 Fl 1128 Aleppo saret il belt kapitali tad dinastija Zengid li baqgħet tespandi u li fl aħħar mill aħħar ħakmet lil Damasku fl 1154 Fl 1138 l Imperatur Bizantin mexxa kampanja militari bl għan prinċipali li jaħtaf il belt ta Aleppo Fl 20 ta April 1138 l armata Kristjana flimkien mal ġellieda tal Kruċjati minn Antjokja u minn Edessa varaw attakk fuq il belt izda sabuha difiza sew wisq u għaldaqstant Ġwanni II mexxa l armata lejn in Nofsinhar biex jieħu l fortizzi fil qrib Fil 11 ta Ottubru 1138 terremot kbir hezzez il belt u l inħawi tal madwar Għalkemm l istimi minn dak iz zmien ma tantx huma affidabbli huwa maħsub li mietu 230 000 ruħ u b hekk dak kien is seba l izjed terremot li mietu nies fih fl istorja Fl 1183 Aleppo sfat taħt il kontroll ta Saladin u mbagħad tad dinastija Ajjubida Meta l Ajjubidi ġarrbu telfa fl Eġittu kontra l Mamluk l emir Ajjubid ta Aleppo sar is sultan tal bqija tal Imperu Ajjubid Huwa rrenja fis Sirja mis sede tiegħu f Aleppo sa ma l belt ittieħdet mill Mongoli fl 24 ta Jannar 1260 taħt Hulagu f alleanza mal vassalli tagħhom il kavallieri tal mexxej ta Antijokja u missieru tar rispett il mexxej Armen Il belt ma kinitx difiza sew minn Turanshah u b hekk il fortifikazzjonijiet tagħha kellhom iċedu wara sitt ijiem ta assedju u ċ ċittadella kellha ċċedi erba ġimgħa wara Il popolazzjoni Musulmana ġiet massakrata u nqatlu wkoll bosta Lhud filwaqt li l popolazzjoni Kristjana ħelsitha ħafif Turanshah ingħata rispett mhux tas soltu mill Mongoli u tħalla jgħix minħabba l eta u l qlubija tiegħu Imbagħad il belt ingħatat lill eks emir ta al Ashraf u fil belt ġie stabbilit gwarniġjon tal Mongoli Ftit mir rikkezzi ngħataw ukoll lil Hethum I tal assistenza tiegħu fl attakk Imbagħad l Armata tal Mongoli baqgħet sejra lejn Damasku li arrendiet u l Mongoli daħlu fil belt fl 1 ta Marzu 1260 Perjodu tal Mamluk Is Suq ta az Zirb fejn kienu jiġu zzekkati l muniti fil perjodu tal Mamluk F Settembru 1260 il Mamluk Eġizzjani nnegozjaw għal trattat mal Franki ta Acre li ppermettielhom jgħaddu mit territorju tal ġellieda tal Kruċjati mingħajr problemi u involvew il Mongoli fil Battalja ta Ain Jalut fit 3 ta Settembru 1260 Il Mamluk rebħu rebħa deċiziva qatlu l Ġeneral Kristjan Nestorjan tal Mongoli Kitbuqa u ħamest ijiem wara reġgħu ħadu lil Damasku f idejhom Aleppo ġiet irkuprata mill Musulmani fi zmien xahar u tqiegħed gvernatur tal Mamluk biex jiggverna l belt Hulagu bagħat truppi biex jipprova jirkupra l belt ta Aleppo f Diċembru Dawn irnexxielhom jimmassakraw għadd kbir ta Musulmani b ritaljazzjoni għall mewt ta Kitbuqa izda wara ħmistax ma setgħu jagħmlu ebda progress ieħor u kellhom jirtiraw Il gvernatur tal Mamluk fil belt ma baqax jobdi l awtorita ċentrali tal Mamluk fil Kajr u fil ħarifa tal 1261 il mexxej tal Mamluk bagħat armata biex jerġa jieħu l kontroll tal belt F Ottubru 1271 il Mongoli mmexxija mill Ġeneral reġgħu ħadu l belt u attakkaw b 10 000 rikkieb taz zwiemel mill Anatolja u rebħu kontra t truppi Turkmeni li kienu qed jiddefendu l belt ta Aleppo Il gwarniġjoni tal Mamluk ħarbu lejn Hama sakemm Baibars reġa ġie fit Tramuntana mal armata prinċipali tiegħu u l Mongoli rtiraw Il Moskea ta Al Otrush tal perjodu tal Mamluk Fl 20 ta Ottubru 1280 il Mongoli reġgħu ħadu l belt u serqu r rikkezzi mis swieq u taw in nar lill moskej L abitanti Musulmani ħarbu lejn Damasku fejn il mexxej tal Mamluk organizza l qawwiet tiegħu Meta l armata tiegħu avvanzat wara t Tieni Battalja ta Homs f Ottubru 1281 il Mongoli reġgħu rtiraw lura fuq in naħa l oħra tax xmara F Ottubru 1299 ħataf il belt flimkien mal vassall tiegħu ir Re Armen Hethum II li fost il qawwiet tiegħu kellu xi u xi Kavallieri Ospitalieri Fl 1400 il mexxej Mongolu Tork Tamerlane ħataf il belt mill ġdid mingħand il Mamluk Huwa massakra bosta abitanti u ordna li jinbena torri ta 20 000 kranju barra mill belt Wara li l Mongoli rtiraw il popolazzjoni Musulmana kollha reġgħet lura f Aleppo Min naħa l oħra il Kristjani li telqu mill belt matul l invazjoni tal Mongoli ma setgħux jiġu lura fil kwartier li kellhom fiċ ċentru storiku tal belt u b hekk stabbilew kwartier ieħor ġdid fl 1420 li nbena fis subborgi tat Tramuntana ta Aleppo barra mis swar tal belt u li sar magħruf bħala l kwartier ta al Jdeydeh bl Għarbi جديدة litteralment distrett ġdid Perjodu Ottoman Il Moskea ta Khusruwiyah tal perjodu Ottoman bikri Aleppo saret parti mill Imperu Ottoman fl 1516 bħala parti mit tkabbir enormi tal fruniteri Ottomani matul ir renju ta Selim I Il belt imbagħad kellha madwar 50 000 abitant jew 11 224 unita domestika skont ċensiment Ottoman Kienet iċ ċentru tal Eyalet ta Aleppo il bqija ta dik li iktar il quddiem saret is Sirja kienet tagħmel parti mill eyalets ta Damasku ta Tripoli ta Sidon jew ta Raqqa Wara r riforma provinċjali Ottomana tal 1864 Aleppo saret iċ ċentru tal Vilayet ġdid ta Aleppo fl 1866 L agrikoltura ta Aleppo kienet zviluppata sew matul il perjodu Ottoman L iskavi arkeoloġiċi zvelaw imtieħen tal ilma fil baċir tax xmara tal belt Sors kontemporanju Ċiniz jissuġġerixxi wkoll li fil perjodu Ottoman Aleppo kellha sistema zviluppata sew tat tnissil u tat trobbija tal annimali Ritratt tal 1842 ta l izjed ritratt antik tal belt Barra minn hekk bis saħħa tal pozizzjoni ġeografika strateġika tagħha tul ir rotta kummerċjali bejn l Anatolja u l Lvant Aleppo saret prominenti ħafna matul il perjodu Ottoman u darba minnhom fl imperu kollu Kostantinopli biss kienet taqbizha Sa nofs is seklu 16 Aleppo kienet ħadet post Damasku bħala s suq prinċipali għall merkanzija ġejja lejn ir reġjun Mediterran mil Lvant Dan huwa rifless mill fatt li l Kumpanija tal Lvant ta Londra Levant Company of London kumpanija kummerċjali konġunta stabbilita fl 1581 għall monopolju tal kummerċ tal Ingilterra mal Imperu Ottoman qatt ma ppruvat tagħmel kummerċ ma xi aġent f Damasku minkejja li kellha l permess li tagħmel dan Il kwartieri ġenerali tal kumpanija kienu f Aleppo sal aħħar tas seklu 18 Bħala rizultat tal izvilupp ekonomiku bosta stati Ewropej fetħu konsolati f Aleppo matul is sekli 16 u 17 bħall konsolat tar Repubblika ta Venezja fl 1548 il konsolat ta Franza fl 1562 il konsolat tal Ingilterra fl 1583 u l konsolat tan Netherlands fl 1613 Il komunita Armena ta Aleppo saret prominenti wkoll f dan il perjodu bis saħħa tal kummerċ tagħha fil belt u zviluppat il kwartier il ġdid ta Judayda Khan al Shouneh li jmur lura għall 1546 Madankollu il prosperita li Aleppo esperjenzat fis sekli 16 u 17 bdiet tmajna peress li l produzzjoni tal ħarir fl Iran battiet wara l waqgħa tad dinastija Safavida fl 1722 Sa nofs is seklu il karovani ma baqgħux iġibu iktar ħarir mill Iran lejn Aleppo u l produzzjoni Sirjana lokali ma kinitx bizzejjed biex tlaħħaq mad domanda tal Ewropa Il merkanti Ewropej telqu minn Aleppo u l belt qabdet it triq tan nizla ekonomikament sa nofs is seklu 19 meta l qoton u t tabakk prodotti lokalment saru l prodotti baziċi prinċipali ta interess għall Ewropej Skont Aleppo għaddiet mill agħar dizastru tagħha bil qerda tal villaġġi tal produzzjoni tagħha kkawzata mill attakki tal Bedwini fl aħħar snin tas seklu li ġabu magħhom perjodu twil ta ġuħ li sal 1798 qatel nofs l abitanti tagħha L ekonomija ta Aleppo ntlaqtet ħazin mill ftuħ tal Kanal ta Suez fl 1869 Dan flimkien man nuqqas ta stabbilta politika wara l implimentazzjoni ta riformi sinifikanti fl 1841 mill gvern ċentrali ikkontribwixxa għad deklin ta Aleppo u l istabbiliment ta Damasku bħala kompetitur ekonomiku u politiku serju ta Aleppo Minkejja dan il belt baqa jkollha rwol ekonomiku importanti u bidlet l enfasi kummerċjali tagħha mill kummerċ tal karovani fuq distanzi twal għal kummerċ iktar reġjonali tal prodotti agrikoli u tas suf F dan il perjodu kien hemm ukoll l immigrazzjoni ta diversi familji tal Lvant ta oriġini Ewropea li ddominaw il kummerċ internazzjonali It tribunal kummerċjali mħallat ta Aleppo ticaret mahkamesi wieħed minn tal bidu fl Imperu Ottoman ġie stabbilit għall ħabta tal 1855 Aleppo fl 1690 Fl 1606 issir referenza għall belt minn William Shakespeare f Macbeth Is sħaħar jittormentaw il kaptan tal vapur Tiger li kien qed ibaħħar lejn Aleppo mill Ingilterra u wettaq vjaġġ ta 567 jum qabel ma reġa lura l port mingħajr suċċess Issir referenza għall belt minn Shakespeare f meta Othello jlissen il kliem finali tiegħu l Att V ii 349f Il kappillan navali Ingliz fid djarju tiegħu jiddeskrivi zjara li għamel fil belt fl 1675 meta kien hemm kolonja ta merkanti tal Punent tal Ewropa jgħixu hemmhekk Il belt baqgħet Ottomana sal waqgħa tal imperu izda okkazjonalment kienet mifnija minn ġlied intern kif ukoll minn tifqigħat tal kolera mill 1823 Madwar 20 25 fil mija tal popolazzjoni mietu bil pesta fl 1827 Fl 1850 grupp Musulman attakka l kwartieri Kristjani u għexieren ta Kristjani nqatlu u diversi knejjes insterqu Għalkemm dan l avveniment ġie deskritt bħala li tmexxa skont prinċipji purament ta differenzi reliġjuzi isosni li tali analizi ta dan il perjodu ta vjolenza huwa superfiċjali wisq u jinjora t tensjonijiet li kienu jezistu fost il popolazzjoni minħabba l vantaġġi kummerċjali mogħtija lil ċerti minoranzi Kristjani bis saħħa tar Riformi ta Tanzimat matul dan iz zmien li kellhom rwol kbir fil ħolqien tal antagonizmu bejn gruppi ta Musulmani u ta Kristjani li qabel kienu jikkooperaw fil kwartieri tal Lvant tal belt Ir ribelli fost il Ġannizziera membri tal fanterija Ottomana stabbilew il gvern tagħhom stess meta l gvernatur Ottoman ħarab L Ottomani reġgħu ħadu l kontroll tal belt ġimgħat wara u qatlu xi 5 000 ruħ Sal 1901 il popolazzjoni tal belt kienet tammonta għal madwar 110 000 ruħ Il villa Orjentali tas seklu 17 ta Beit Ghazaleh F Ottubru 1918 Aleppo nħatfet mill qawwiet tal Prinċep Feisal u mill Ħames Divizjoni tal Kavallerija tal forzi alleati mill Imperu Ottoman matul l Ewwel Gwerra Dinjija Fi tmiem il gwerra it Trattat ta wassal biex il biċċa l kbira tal Provinċja ta Aleppo ssir parti min nazzjon il ġdid tas Sirja filwaqt li ġie mwiegħed minn Franza li Cilicia kellha ssir stat Armen Madankollu annetta l biċċa l kbira tal Provinċja ta Aleppo kif ukoll Cilicia mat Turkija fil Gwerra tal Indipendenza tiegħu Ir residenti Għarab fil provinċja kif ukoll il Kurdi appoġġaw lit Torok f din il gwerra kontra l Franċizi inkluz il mexxej tar Rewwixta ta Hananu li kkoordina direttament ma Ataturk u rċieva l armi mingħandu Madankollu l ezitu kien dizastruz għal Aleppo għaliex skont it Trattat ta Lausanne il biċċa l kbira tal Provinċja ta Aleppo saret parti mit Turkija bl eċċezzjoni ta Aleppo u Alexandretta għaldaqstant Aleppo nqatgħet mill bliet fit Tramuntana tagħha u mill bliet tal Anatolja iktar lil hinn li fuqhom Aleppo kienet tiddependi ferm għall kummerċ Barra minn hekk id divizjoni ta Sykes Picot fil Lvant Qarib isseparat lil Aleppo mill biċċa l kbira tal Mesopotamja li wkoll tat daqqa ta ħarta lill ekonomija ta Aleppo Mandat Franċiz Triq ta Qalayet al Mawarina fil kwartier Kristjan ta Jdeydeh li tmur lura għall bidu tas seklu 17 L Istat ta Aleppo ġie ddikjara mill Ġeneral Franċiz f Settembru 1920 bħala parti minn pjan Franċiz biex is Sirja tkun tista tiġi amministrata iktar faċilment billi tinqasam f diversi stati izgħar Franza saret iktar imħassba dwar l idea ta Sirja magħquda wara l Battalja ta Maysaloun Billi ssepara lil Aleppo minn Damasku Gouraud ried jikkapitalizza fuq stat tradizzjonali ta kompetizzjoni bejn iz zewġ bliet u jsarrafha f divizjoni politika Il popolazzjoni ta Aleppo ma kinitx kuntenta bil fatt li Damasku ntgħazlet bħala l belt kapitali għan nazzjon il ġdid tas Sirja Gouraud ħass dan is sentiment u pprova jindirizzah billi għamel lil Aleppo l belt kapitali ta stat kbir u iktar għani li miegħu Damasku diffiċilment setgħet tikkompeti L Istat ta Aleppo kif imfassal minn Franza kien jinkludi l biċċa l kbira taz zona għammiela tas Sirja il pajsaġġ għammiel ta Aleppo flimkien mal baċir għammiel kollu tax xmara Ewfrate L Istat kellu aċċess ukoll għall baħar permezz tas Sanjak awtonomu ta Alexandretta Min naħa l oħra Damasku li bazikament kienet oazi fit tarf tad Dezert Sirjan la kellha bizzejjed art għammiela u lanqas aċċess għall baħar Fi ftit kliem Gouraud ried jissodisfa lil Aleppo billi jagħtiha l kontroll fuq il biċċa l kbira tal ġid agrikolu u minerali tas Sirja biex qatt ma tkun trid terġa tingħaqad ma Damasku Is swar u ċ ċittadella ta Aleppo fl 1850 Ir rizorsi ekonomiċi limitati tal istati Sirjani wasslet biex l għazla ta stati kompletament indipendenti ma tkun vijabbli għal Franza peress li setgħet twassal għar rizultat oppost jiġifieri li l istati jisfaxxaw u jerġa jkun hemm l unita Għalhekk Franza pproponiet l idea ta federazzjoni Sirjana li twettqet fl 1923 Inizjalment Gouraud ried li jkun hemm federazzjoni li tinkludi l istati kollha saħansitra l Libanu Madankollu fl aħħar mill aħħar tliet stati biss ipparteċipaw Aleppo Damasku u l Istat Alawit Il belt kapitali tal federazzjoni għall ewwel kienet Aleppo izda mbagħad ġiet rilokata għal Damasku Il President tal federazzjoni kien politiku mwieled f Antijokja u li għex f Aleppo Il federazzjoni ntemmet f Diċembru 1924 meta Franza għaqdet lil Aleppo u Damasku fi Stat Sirjan uniku u reġgħet isseparat lill Istat Alawit Din l azzjoni seħħet wara li l federazzjoni ddeċidiet tgħaqqad it tliet stati federati fi stat wieħed u li tieħu passi biex tħeġġeġ l indipendenza finanzjarja tas Sirja passi li skont Franza kienu zzejjed Il Ġeneral Gouraud għaddej mit Triq ta al Khandaq fit 13 ta Settembru 1920 Meta faqqgħet ir Rewwixta Sirjana fin Nofsinhar tas Sirja fl 1925 il Franċizi organizzaw elezzjonijiet ġodda fl Istat ta Aleppo li suppost kellhom iwasslu għat tkissir tal unjoni ma Damasku u għall indipendenza mill ġdid tal Istat ta Aleppo Bis saħħa tal politiċi ta Aleppo li kienu favurihom il Franċizi ħasbu li n nies ta Aleppo kienu se jappoġġaw tali skema Madankollu wara li ġie elett kunsill ġdid baqgħu sorprizi li l votazzjoni kienet favur iz zamma tal unjoni ma Damasku In nazzjonalisti Sirjani kienu mexxew kampanja pubblika enormi kontra s seċessjoni li mmobilizzat ferm lin nies kontra l pjan tas seċessjoni u b hekk il politiċi favur il Franċizi ma kellhom l ebda għazla għajr li jappoġġaw l unjoni Ir rizultat kien tħammir il wiċċ kbir għal Franza li riedet li s seċessjoni ta Aleppo tkun mizura punittiva kontra Damasku li kienet ipparteċipat fir Rewwixta Sirjana izda r rizultat ġie rrispettat Din kienet l aħħar darba li ġiet proposta l indipendenza għal Aleppo Is sitwazzjoni ekonomika ħazina tal belt wara s separazzjoni tal kampanja tat Tramuntana kompliet tiggrava iktar fl 1939 meta Alexandretta ġiet annessa mat Turkija bħala l Istat ta Hatay u b hekk Aleppo ġiet imċaħħda mill port prinċipali tagħha ta Iskenderun u ġiet izolata għalkollox fi ħdan is Sirja Wara l indipendenza Il Grand Serail d Alep li oriġinarjament kienet il binja ppjanata biex issir is sede tal gvern tal Istat ta Aleppo li ma tantx kellu għomor twil Id dizgwidi wara xulxin bejn Aleppo u Damasku eventwalment wasslu biex il Blokk Nazzjonali jinqasam f zewġ fazzjonijiet il Partit Nazzjonali stabbilit f Damasku fl 1946 u l Partit Popolari stabbilit f Aleppo fl 1948 minn u Kawza sottostanti tad dizgwidi minbarra l unjoni mal Iraq kienet l intenzjoni ta Aleppo li tirriloka l belt kapitali minn Damasku Il kwistjoni tal belt kapitali saret kwistjoni ta dibattitu miftuħ fl 1950 meta l Partit Popolari pprezenta abbozz ta kostituzzjoni li sejħet lil Damasku bħala belt kapitali temporanja L għargħar tax xmara Queiq tas 6 ta Frar 1922 L ewwel kolp ta stat fl istorja tas Sirja moderna seħħ f Marzu 1949 minn uffiċjal tal armata minn Aleppo Madankollu attirat mill poter assolut li gawda bħala dittatur Zaim malajr zviluppa orjentazzjoni favur l Eġittu u l Punent u abbanduna l kawza tal unjoni mal Iraq Dan wassal għat tieni kolp ta stat erba xhur wara l ewwel wieħed It tieni kolp ta stat immexxi minn li wkoll kien uffiċjal tal armata minn Aleppo ta l poter lill Partit Popolari u b mod attiv ipprova jwettaq l unjoni mal Iraq L aħbar ta unjoni imminenti mal Iraq wasslet għat tielet kolp ta stat fl istess sena f Diċembru 1949 mexxa kolp ta stat kontra l unjoni mal Iraq li kienet waslet biex tiġi ddikjarata Ftit wara li ntemm id dominju ta Shishakly fl 1954 ġiet implimentata unjoni mal Eġittu taħt fl 1958 Madankollu l unjoni sfaxxat tliet snin u nofs wara meta ġunta ta uffiċjali zgħazagħ minn Damasku wettqu kolp separatista Aleppo rrezistiet dan il kolp izda eventwalment ma kellhiex għazla oħra għajr li tirrikonoxxi l gvern il ġdid L uffiċċju ċentrali tal posta fl 1920 F Marzu 1963 koalizzjoni ta Baatisti Nasseristi u Soċjalisti varaw kolp ġdid bl objettiv iddikjarat li jerġa jsaħħaħ l unjoni mal Eġittu Madankollu il gvern il ġdid implimenta biss il bandiera tal unjoni Ftit wara kien hemm dizgwid bejn il Baatisti u n Nasseristi rigward l istabbiliment mill ġdid tal unjoni u din saret krizi tant li l Baatisti ħadu l poter mingħand in Nasseristi In Nasseristi li l biċċa l kbira minnhom kienu nies tal klassi medja ta Aleppo wieġbu b rewwixta f Aleppo f Lulju 1963 Għal darb oħra il gvern ta Ba ath ipprova jassorbi l ilmenti tal klassi medja Sirjana li ċ ċentru tal attivizmu politiku tagħha kienet Aleppo billi ta l poter lil uffiċjal militari Baatist minn Aleppo Il linja tat tramm li bdiet topera fl 1929 Il President li kiseb il poter fl 1970 serraħ fuq l appoġġ tal klassi tan negozjanti f Damasku B hekk dan ta vantaġġ lil Damasku fuq Aleppo u għaldaqstant Damasku ddominat l ekonomija Sirjana Iċ ċentralizzazzjoni stretta tal istat Sirjan id direzzjoni intenzjonali tar rizorsi lejn Damasku u l eġemonija li Damasku kienet tgawdi fuq l ekonomija Sirjana wasslu biex Aleppo bdiet issibha diffiċli biex tikkompeti Minkejja dan Aleppo baqgħet ċentru ekonomiku u kulturali importanti fuq livell nazzjonali Boulevard de France li saret Shukri al Quwatli malli s Sirja kisbet l indipendenza Fis 16 ta Ġunju 1979 32 kadett militari ġew massakrati mill grupp ribelli Izlamist tal Fil vjolenza sussegwenti nqatlu madwar 50 ruħ Fl 10 ta Lulju nqatlu 72 suldat Sirjan oħra Iz zewġ attakki terroristiċi kienu parti mir rewwixta Izlamista fis Sirja Fl 1980 l affarijiet kibru u wasslu għal operazzjoni militari fuq skala kbira f Aleppo fejn il gvern Sirjan irrisponda b forzi militari u tas sigurta fejn intbagħtu għexieren ta eluf ta truppi appoġġati bit tankijiet tal gwerra vetturi blindati u ħelikopters Diversi mijiet ta ribelli nqatlu fil belt u fil madwar u 8 000 ġew arrestati Sa Frar 1981 ir rewwixta Izlamista fil belt ta Aleppo ġiet mgħakksa Mill aħħar tas snin 90 tas seklu 20 Aleppo saret waħda mill izjed bliet bi tkabbir rapidu fil Lvant u fil Lvant Nofsani Il ftuħ tal belt industrijali ta Shaykh Najjar l influss ta investimenti ġodda u l fluss tal industriji l ġodda wara l 2004 ikkontribwew ukoll għall izvilupp tal belt Fl 2006 Aleppo ġiet imsejħa bħala l belt kapitali tal kultura Izlamika mill Organizzazzjoni Edukattiva Xjentifika u Kulturali Izlamika ISESCO Gwerra Ċivili Sirjana Il qerda fil Pjazza ta Saadallah Al Jabiri wara l attakki tal Front ta Al Nusra f Ottubru 2012 Fit 12 ta Awwissu 2011 xi xhur wara li kienu bdew il protesti f inħawi oħra fis Sirja saru protesti kontra l gvern f diversi distretti ta Aleppo inkluz fid distrett ta Sakhour Matul din id dimostrazzjoni li kienet tinkludi għexieren ta eluf ta dimostranti il forzi tas sigurta sparaw u qatlu mill inqas 12 il ruħ Xahrejn wara dimostrazzjoni favur il gvern ġiet organizzata fil Pjazza ta Saadallah Al Jabiri fil qalba tal belt Skont in New York Times fid dimostrazzjoni tal 11 ta Ottubru 2011 favur kien hemm folol kbar filwaqt li l mezzi tax xandir statali u lokali sostnew li kienu attendew iktar minn 1 5 miljun ruħ u li dik id dimostrazzjoni kienet waħda mill ikbar fl istorja tas Sirja Tank tal gwerra meqrud fil belt f Ottubru 2012 Fil bidu tal 2012 xi ribelli bdew jibbumbardjaw lil Aleppo wara li nfirxu l protesti kontra l gvern Fl 10 ta Frar 2012 splodew karozzi bomba barra minn zewġ stabbiliment tas sigurta il kwartieri ġenerali tad Direttorat tal Intelliġenza Militari u l barrakki tal Forzi tas Sigurta Interni Sirjani fejn ġie rrapportat li nqatlu 28 ruħ erba ċivili tlettax militari u ħdax membri tal forza tas sigurta u li ndarbu 235 ruħ Fit 18 ta Marzu 2012 karozza bomba oħra splodiet f zona residenzjali u ġie rrapportat li nqatlu zewġ membri tal forza tas sigurta u mara ċivili u li ndarbu 30 resident Fl aħħar ta Lulju 2012 il kunflitt laħaq il qofol tiegħu f Aleppo meta r ribelli fil kampanja madwar il belt wettqu l ewwel offensiva hemmhekk u milli jidher ippruvaw ikomplu jieħdu spinta wara l attakk fuq Damasku Imbagħad f Aleppo seħħew uħud mill izjed bumbardamenti devastanti u l izjed ġlied aħrax tal gwerra ċivili spiss f zoni residenzjali Fis sajf fil ħarifa u fix xitwa tal 2012 il ġlied minn dar għall oħra bejn l oppozizzjoni armata u l forzi tal gvern kompla u sar rebbiegħa tal 2013 l Armata Sirjana kienet stabbiliet ruħha bit trunċieri fil parti tal Punent ta Aleppo il forzi favur il gvern kienu qed joperaw bazi militari fil parti tan Nofsinhar tal belt u l Armata Sirjana Ħielsa stabbiliet ruħha fil parti tal Lvant b territorju ta ħadd bejniethom Skont stima tal imwiet minn organizzazzjoni umanitarja internazzjonali huwa maħsub li sa dak iz zmien kienu nqatlu 13 500 ruħ fil ġlied 1 500 ruħ kienu tfal taħt il ħames snin u li kienu ndarbu 23 000 ruħ oħra L għases tal pulizija lokali fil belt li kienu ntuzaw bħala bazijiet tal forzi tal gvern u li r residenti kienu jibzgħu jersqu lejhom kienu fil qalba tal biċċa l kbira tal kunflitt Il Knisja Presbitera Nazzjonali ta Aleppo wara li nqerdet fis 6 ta Novembru 2012 Bħala rizultat tal battalja qalila bosta sezzjonijiet fis Suq ta Al Madina parti miċ ċentru storiku ta Aleppo inkluz partijiet mill Moskea l Kbira ta Aleppo u binjiet Medjevali oħra fiċ ċentru storiku tal belt inqerdu u ġarrbu ħsarat jew ħadu n nar fl aħħar tas sajf tal 2012 waqt li l gruppi armati tal Armata Għarbija Sirjana u l Armata Sirjana Ħielsa ġġieldu għall kontroll tal belt Sa Marzu 2013 il biċċa l kbira tas sidien tal fabbriki ta Aleppo ttrasferew il merkanzija tagħhom lejn it Turkija bl għarfien u bl iffaċilitar min naħa tal gvern Tork Wara erba snin ta nuqqas ta avvanz fil ġlied f Lulju 2016 it truppi tal Armata Sirjana għalqu l aħħar provvista ta ribelli lejn Aleppo bl appoġġ tal attakki Russi mill ajru Bħala rispons il forzi ribelli varaw għadd ta kontraoffensivi f Settembru u f Ottubru izda mingħajr ma kellhom suċċess f Novembru il forzi tal gvern wettqu kampanja militari deċiziva Ir ribelli qablu li jevakwaw mill kumplament taz zoni f Diċembru 2016 Ir rebħa tal gvern Sirjan bl għajnuna tal bumbardamenti Russi mill ajru ġie meqjus b mod mifrux bħala punt ta zvolta potenzjali fil gwerra ċivili fis Sirja Fit 22 ta Diċembru l evakwazzjoni ntemmet u l Armata Sirjana ddikjarat li ħadet il kontroll totali tal belt Iktar il quddiem l organizzazzjoni tas Salib l Aħmar ikkonfermat li l evakwazzjoni taċ ċivili u tar ribelli kollha kienet intemmet Meta l battalja ntemmet 500 000 refuġjat u persuna spustjata internament reġgħu lura f Aleppo u l mezzi tax xandir statali Sirjani sostnew li mijiet ta fabbriki reġgħu bdew bil produzzjoni tagħhom bis saħħa ta zieda kbira fil provvista tal elettriku Ħafna partijiet mill belt li ġew affettwati mill ġlied bdew jiġu rikostruwiti Fil 15 ta April 2017 konvoj ta karozzi tal linja li kienu qed iġorru l evakwati ġie attakkat minn attakk bomba suwiċida f Aleppo li qatel iktar minn 126 ruħ inkluz mill inqas 80 tifel u tifla Il mezzi tax xandir statali Sirjani rrapportaw li fis 17 ta Novembru 2017 seħħ festival tax xiri f Aleppo biex tiġi promossa l industrija fil belt Kmandant tal YPG iddikjara fi Frar 2018 li xi ġellieda Kurdi kienu ttrasferew ruħhom lejn Afrin biex jgħinu fir rezistenza kontra l attakk Tork Huwa sostna li b rizultat ta dan il forzi Sirjani favur il gvern reġgħu kisbu l kontroll tad distretti li qabel kienu kkontrollati minnhom Fi Frar 2020 il forzi tal gvern għamlu zvolta kbira meta rnexxielhom jaħtfu l aħħar zoni li kienu għadhom f idejn ir ribelli fil periferija tal Punent ta Aleppo u b hekk temmew b mod deċiziv il ġlied li kien beda bil Battalja ta Aleppo iktar minn tmien snin wara Il belt ġarrbet xi ħsarat ukoll minħabba t terremot tal 2023 li hezzez it Turkija u s Sirja Sit ta Wirt DinjiIl Belt tal Qedem ta Aleppo ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1986 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ĠeografijaIl Muntanji Kurdi fil qrib fil Majjistral ta Aleppo Aleppo tinsab madwar 120 kilometru 75 mil il ġewwa mill Baħar Mediterran fuq promontorju 380 metru 1 250 pied il fuq mil livell tal baħar 45 kilometru 28 mil fil Lvant tal post tal kontroll tal fruntiera bejn is Sirja u t Turkija msejjaħ Bab al Hawa Il belt hija mdawra bir raba agrikolu fit Tramuntana u fil Punent fejn jitkabbru bosta siġar taz zebbuġ u tal pistaċċi Lejn il Lvant ta Aleppo hemm iz zoni nexfin tad Dezert Sirjan Ix xmara Queiq Il belt ġiet stabbilita ftit kilometri fin Nofsinhar tal pozizzjoni attwali taċ ċentru storiku tal belt max xatt tal lemin tax xmara li tfeġġ mill promontorju ta Aintab fit Tramuntana u tgħaddi minn Aleppo lejn in Nofsinhar sal art għammiela ta Qinnasrin Iċ ċentru storiku tal belt ta Aleppo jinsab max xatt tax xellug tax xmara Queiq Fl imgħoddi kien imdawwar b ċirku ta tmien għoljiet madwar għolja ċentrali prominenti li fuqha nbena l kastell li oriġinarjament kien tempju li jmur lura għat tieni millenju Q K Ir raġġ taċ ċirku huwa ta madwar 10 kilometri 6 2 mili L għoljiet huma Tell as Sawda Tell ʕaysha Tell as Sett Tell al Yasmin Al ʕaqaba Tell al Ansari Yaruqiyya ʕan at Tall al Jallum u Baḥsita Iċ ċentru storiku tal belt kien imdawwar bi swar antiki li ġew rikostruwiti għall aħħar darba mill Mamluk Is swar għandu disa daħliet u kien imdawwar b ħandaq fond u wiesa li ma għadux jezisti Aleppo għandha erja ta iktar minn 190 km2 73 mil kwadru u hija waħda mill izjed bliet li qed jikbru b mod rapidu fil Lvant Nofsani Skont il pjan maġġuri l ġdid tal belt li ġie adottat fl 2001 kien previst li l erja totali ta Aleppo kellha tizdied sa 420 km2 160 mil kwadru sal aħħar tal 2015 Klima Aleppo għandha klima bierda tal isteppi Koppen BSk Is sensiela ta muntanji tul il kosta Mediterranja jiġifieri l Muntanji ta Alawiyin u l Muntanji ta Nur fil biċċa l kbira jimblukkaw l effetti tal Mediterran fuq il klima fenomenu magħruf bħala l effett tad dell tal preċipitazzjoni It temperatura għolja u baxxa medja matul is sena tkun 23 8 u 11 1 C 74 8 u 52 0 F Il preċipitazzjoni medja tkun 329 4 mm 12 97 il pulzier Iktar minn 80 tal preċipitazzjoni tinzel bejn Ottubru u Marzu Il borra tinzel xi darba jew darbtejn kull xitwa u l umdita medja tkun 55 7 Data klimatika għal Aleppo l Ajruport Internazzjonali ta Aleppo 393 metru 1 289 pied il fuq mil livell tal baħar temp normali fl 1991 2020 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 20 5 68 9 25 4 77 7 29 8 85 6 38 6 101 5 41 0 105 8 44 0 111 2 45 7 114 3 44 3 111 7 44 0 111 2 39 0 102 2 29 7 85 5 24 5 76 1 45 7 114 3 Temp għolja medja ta kuljum f C F 10 7 51 3 12 9 55 2 17 6 63 7 23 1 73 6 29 4 84 9 34 2 93 6 36 8 98 2 36 8 98 2 33 5 92 3 27 6 81 7 18 8 65 8 12 2 54 0 24 5 76 0 Temp baxxa medja f C F 2 4 36 3 3 2 37 8 6 1 43 0 10 0 50 0 15 0 59 0 19 8 67 6 22 8 73 0 22 8 73 0 19 4 66 9 14 2 57 6 7 3 45 1 3 7 38 7 12 2 54 0 Temp baxxa rekord f C F 11 3 11 7 8 3 17 1 5 5 22 1 4 0 24 8 5 0 41 0 10 0 50 0 12 0 53 6 12 1 53 8 6 0 42 8 2 0 28 4 12 0 10 4 10 8 12 6 12 0 10 4 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 57 5 2 26 47 8 1 88 42 4 1 67 27 8 1 09 16 0 0 63 1 7 0 07 0 0 0 0 0 1 0 00 3 5 0 14 23 0 0 91 35 6 1 40 58 3 2 30 313 7 12 35 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 1 0 mm 9 0 7 6 6 8 4 3 2 7 0 3 0 0 0 0 0 5 3 4 4 9 8 0 47 5 Umdita relattiva medja 84 79 68 65 50 42 42 45 46 55 66 80 60 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 120 9 140 0 198 4 243 0 319 3 366 0 387 5 365 8 303 0 244 9 186 0 127 1 3 001 9 Medja ta sigħat ta xemx kuljum 3 9 5 0 6 4 8 1 10 3 12 2 12 5 11 8 10 1 7 9 6 2 4 1 8 2 Sors 1 NOAA xemx 1961 1990 Sors 2 Deutscher Wetterdienst umdita fl 1960 1967 temp estremi fl 1951 1978 ArkitetturaAleppo hija kkaratterizzata minn taħlita ta stili arkitettoniċi peress li kienet immexxija fost l oħrajn mir Rumani mill Bizantini mis Seljuk mill Mamluk u mill Ottomani Fiċ ċentru storiku tal belt hemm diversi tipi ta kostruzzjonijiet tas sekli 13 u 14 fosthom karavanseraj caeserias skejjel Koraniċi ħammam banjijiet pubbliċi u binjiet reliġjuzi Il kwartieri tad distrett ta al Jdayde jospitaw bosta djar tas sekli 16 u 17 tal borgezija ta Aleppo b bosta tinqix fil ġebel L arkitettura Barokka tas seklu 19 u tal bidu tas seklu 20 hija komuni fid distrett ta al Azizyah district inkluz il Villa Rose Id distett il ġdid ta Shahbaa fih taħlita ta diversi stili arkitettoniċi fosthom Neo Klassiku Normann Orjentali u saħansitra Ċiniz Peress li ċ ċentru storiku huwa kkaratterizzat minn vilel kbar toroq dojoq u swieq imsaqqfa l arkitettura moderna tal belt toħloq kuntrast bit toroq wesgħin u bil pjazez kbar tagħha fosthom il Pjazza ta Saadallah Al Jabiri il Pjazza tal Ħelsien il Pjazza tal President u l Pjazza ta Sabaa Bahrat Hemm divizjoni relattivament netta bejn Aleppo ġdida u Aleppo tal qedem Il partijiet iktar antiki tal belt b erja ta bejn wieħed u ieħor 160 ettaru 0 6 mili kwadri jinsabu mdawra b ħajt ta 5 kilometri 3 1 mili f disa daħliet Il kastell Medjevali enormi tal belt magħruf bħala ċ Ċittadella ta Aleppo jokkupa ċ ċentru tal parti antika b għamla ta akropoli Peress li kienu soġġetti għal invazjonijiet u għal instabbilta politika kostanti l abitanti tal belt kellhom jibnu kwartieri u distretti qishom ċelel li soċjalment u ekonomikament kienu indipendenti minn xulxin Kull distrett kien ikkaratterizzat mill karatteristiċi reliġjuzi u etniċi tal abitanti tiegħu Iċ ċentru storiku mibni kwazi għalkollox b ġebel abjad inbena fi ħdan il ħitan storiċi tal belt u kellu disa daħliet storiċi filwaqt li l kwartieri l ġodda taċ ċentru storiku nbnew għall ewwel darba mill Kristjani matul il bidu tas seklu 15 fis subborgi tat Tramuntana taċ ċentru storiku wara l irtirar tal Mongoli minn Aleppo Il kwartier il ġdid magħruf bħala al Jdayde huwa wieħed mill ifjen ezempji ta kwartier qisu ċella f Aleppo Wara li invada lil Aleppo fl 1400 u qeridha il Kristjani telqu l barra mill ħitan tal belt u stabbilew iċ ċella tagħhom stess fl 1420 fis subborgi tal Majjistral tal belt u b hekk stabbilew il kwartieri ta al Jdayde L abitanti tal kwartieri l ġodda kienu prinċipalment sensara li kienu jiffaċilitaw il kummerċ bejn il kummerċjanti barranin u l merkanti lokali Bis saħħa tal izvilupp ekonomiku ġew stabbiliti bosta kwartieri oħra l barra mis swar taċ ċentru storiku tal belt matul is sekli 15 u 16 B hekk iċ ċentru storiku ta Aleppo magħmul mill qalba tal belt imdawra bis swar u bil kwartieri qishom ċelel il barra mis swar għandu erja ta madwar 350 ettaru 1 4 mil kwadru u jospita iktar minn 120 000 resident Referenzi UNdata country profile Syrian Arab Republic web archive org 2012 03 07 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 03 07 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Aleppo Syria Metro Area Population 1950 2022 MacroTrends web archive org 2022 08 21 Arkivjat mill oriġinal fl 2022 08 21 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Popolazzjoni web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2012 05 20 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link بـ 4 6 ملايين نسمة محافظة حلب الأعلى سكانيا في سورية عكس السير دوت كوم web archive org 2017 09 17 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 09 17 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link The Oxford Encyclopedia of Archaeology in the Near East 1997 Archnet Aleppo Citadel Restoration Aga Khan Historic Cities Programme web archive org 2014 05 23 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 05 23 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Aleppo rebuilds itself from destruction of war web archive org 2017 12 05 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 12 05 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Aleppo looks to rebuild after years of war web archive org 2017 12 05 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 12 05 Miġbur 2023 12 21 Center for Documentation of Violations in Syria Killed List web archive org 2018 12 05 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 12 05 Miġbur 2023 12 21 Ancient City of Aleppo World Heritage Site Pictures info and travel reports web archive org 2012 03 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 03 04 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link A E J Morris 2013 History of Urban Form Before the Industrial Revolution Routledge p 1038 ISBN 978 1 317 88513 9 حلب الشهباء معناها وأهميتها عند النبي العربي إبراهيم الخليل web archive org 2018 07 06 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 07 06 Miġbur 2023 12 21 Dan Ben Amos 2011 Folktales of the Jews V 3 Tales from Arab Lands Jewish Publication Society p 283 ISBN 978 0 8276 0871 9 Meet some of the world s oldest continually inhabited cities Daily Sabah web archive org 2016 08 20 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 08 20 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b Centre UNESCO World Heritage Ancient City of Aleppo UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 12 21 NOAA web archive org 2023 09 02 Arkivjat mill oriġinal fl 2023 09 02 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Tagħrif NOAA web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2023 09 23 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Tabelli Klimatiċi PDF web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2020 08 19 Miġbur 2023 12 21 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Canton (Ċina)

  • Ġunju 18, 2025

    Canberra

  • Ġunju 20, 2025

    Canaletto

  • Ġunju 18, 2025

    Cancun

  • Ġunju 14, 2025

    Campeche

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq