Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Franz von Suppé imwieled Francesco Ezechiele Ermenegildo de Suppé twieled fit 18 ta April 1819 miet fil 21 ta Mejju 1895

Franz von Suppé

  • Paġna Ewlenija
  • Franz von Suppé
Franz von Suppé
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Franz von Suppé, imwieled Francesco Ezechiele Ermenegildo de Suppé (twieled fit-18 ta' April 1819 – miet fil-21 ta' Mejju 1895) kien kompożitur Awstrijakk tal-opri ħfief u ta' mużika teatrali oħra. Huwa kien mir-Renju tad-Dalmazja, fl-Imperu tal-Awstrija-Ungerija (issa parti mill-Kroazja). Huwa kien kompożitur u surmast tal-perjodu Romantiku u huwa magħruf l-iktar għall-erba' tużżani operetti. Uħud minnhom għadhom parti mir-repertorju, b'mod partikolari fil-pajjiżi fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż, u huwa kkompona kwantità sostanzjali ta' mużika tal-knisja, iżda issa baqa' magħruf l-iktar għall-overtures tiegħu, li huma popolari fis-swali tal-kunċerti u fir-reġistrazzjonijiet. Fost l-iżjed magħrufa huma Poeta u Raħħal, Kavallerija Ħafifa, Filgħodu, Waranofsinhar u Billejl fi Vjenna u Pique Dame.

Franz von Suppé
Ħajja
Isem propju Francesco Ezechiele Ermenegildo Cavaliere Suppè-Demelli
Twelid Split, Kroazja, 18 April 1819
Nazzjonalità
Mewt Vjenna, 21 Mejju 1895
Post tad-dfin
Kawża tal-mewt kawżi naturali ()
Familja
Missier
Edukazzjoni
Alma mater Università tal-mużika u l-arti interpretattivi ta' Vjenna
Lingwi Ġermaniż
Għalliema (en)
(en)
Studenti
uri
  • (mul)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur
Xogħlijiet importanti (en)
(en)
Moviment artistiku

Ħajja u karriera

Il-ġenituri ta' Suppé tawh l-isem ta' Francesco Ezechiele Ermenegildo meta twieled fit-18 ta' April 1819 fi Spalato, issa Split, id-Dalmazja, il-Kroazja. Missieru – bħal missieru qablu – kien jaħdem maċ-ċivil fis-servizz tal-Imperu Awstrijakk. Omm Suppé twieldet fi Vjenna.

Il-fatti dwar il-ħajja bikrija ta' Suppé huma kkontestati. Kemm matul ħajtu kif ukoll wara mewtu diversi stqarrijiet bla bażi ċċirkolaw dwar l-isfond tiegħu. L-ewwel edizzjoni tad-Dizzjunarju ta' Grove dwar il-Mużika u l-Mużiċisti (1884) tistqarr bi żball li l-familja Suppé kellha dixxendenza Belġjana, li Suppé twieled fl-1820 abbord vapur fi Spalato, u li ismu sħiħ kien Francesco Ezechiele Ermenegildo Cavaliere Suppe Demelli. Informazzjoni żbaljata oħra tingħata f'bijografija tal-1905 ta' Suppé magħmula minn , ir-raġel ta' waħda min-neputijiet tal-kompożitur, abbażi ta' stqarrijiet mhux affidabbli tal-armla ta' Suppé.

Suppé qatta' tfulitu f'Zara, issa , fejn attenda l-ewwel lezzjonijiet tal-mużika tiegħu u beda jikkomponi ta' età bikrija. Meta kien għadu tifel ġie mħeġġeġ ikompli l-mużika minn kap ta' banda lokali u mill-kap tal-kor tal-Katidral ta' Zara. Bħala adolexxenti f'Zara, Suppé studja l-flawt u l-armonika. Skont xi rendikonti, missieru riedu jsir avukat, u bagħtu jistudja , l-Italja fejn jingħad li żar Milan u ltaqa' ma' Rossini, Donizetti u Verdi u attenda spettakli tal-opri tagħhom. Skont rendikont ieħor, huwa studja l-filosofija f'Padova u iktar 'il quddiem studja d-dritt fi Vjenna.

Wara li missier Suppé miet fl-1835, il-familja marret tgħix fi Vjenna, fejn Suppé studja l-mużika taħt , student ta' Mozart. Suppé daqq il-flawt f'diversi orkestri u għallem it-Taljan. Ilsien twelidu kien it-Taljan, u għalkemm tgħallem jitkellem sew bil-Ġermaniż, skont ġurnalist partikolari kien jitkellmu "b'aċċent Taljan qawwi". Fl-1837 u fl-1841 huwa kiteb żewġ opri, u l-ebda waħda minnhom ma ttellgħet fi spettaklu iżda t-tnejn li huma jaf kienu ġew influwenzati minn Donizetti, li allegatament kien jiġi mill-bogħod mill-familja Suppé.

Mill-1840 Suppé ħadem bħala kompożitur u surmast għal , id-direttur ta' diversi teatri fi Vjenna, Pressburg (issa Bratislava), Ödenburg (issa ) u . F'Operetta: Storja Teatrali (1983), kiteb li l-24 ta' Novembru 1860 titqies minn ħafna bħala "jum it-twelid tal-operetta Vjenniża reali", bil-produzzjoni ta' Das Pensionat ta' Suppé fit-Theater an der Wien. Iben Pokorny, Alois, li kien imexxi t-teatru, ma kellux biżżejjed flus biex jixtri d-drittijiet għall-ewwel produzzjonijiet Vjenniżi tal-opri ta' Offenbach, u minflok ippreżenta Das Pensionat, li skont l-istandards ta' dak iż-żmien, marret tajjeb ħafna: ittellgħet għal 20 lejla wara xulxin, u għal 34 darba matul is-sitt xhur li baqgħet fir-repertorju. Das Pensionat kienet l-ewwel operetta komposta abbażi ta' test Ġermaniż oriġinali, u kienet l-ewwel operetta li nstemgħet barra mill-pajjiż: kien hemm produzzjonijiet fil-Ġermanja u fl-Ungerija, u f'Novembru 1861 ittellgħet (bil-Ġermaniż) fl-iStadt Theater, New York.

L-ikbar suċċess b'att wieħed ta' Suppé, Die schöne Galathée (Il-Galatea Sabiħa), tmur lura għall-1865. Ġiet immudellata, skont il-kummenti ta' Traubner, kemm bħala titlu kif ukoll bħala stil, fuq La belle Hélène ta' Offenbach li kienet suċċess kbir fi Vjenna iktar kmieni dik is-sena. Ittellgħet kemm-il darba fil-pajjiżi fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż, u ttellgħet bil-Ġermaniż u bi traduzzjoni bl-Ingliż fi New York u f'Londra. Għal xi snin Suppé ma kellux suċċess fit-tul fl-opri, u rpilja biss wara t-trijonf ta' Die Fledermaus ta' Johann Strauss fl-1874. Fatinitza (1876) kienet suċċess mal-kritika u bħala bejgħ, mhux biss fi Vjenna iżda anke f'Londra u f'Pariġi, għalkemm inqas fi New York, fejn inzertat mal-ewwel produzzjoni li kien hemm hemmhekk ta' H.M.S. Pinafore. Suppé qabeż is-suċċess ta' Fatinitza fl-1879 b'Boccaccio u kellu l-aħħar suċċess dejjiemi fl-1880 b'Donna Juanita. Traubner jikteb, "xejn wara Donna Juanita ma kellu dak is-suċċess fit-tul, għalkemm diversi opri kienu popolari ħafna fi żmienhom": Der Gascogner (Theater an der Wien, it-22 ta' Marzu 1881) kienet falliment kbir, iżda Die Afrikareise (Mawra lejn l-Afrika, Theater an der Wien, is-17 ta' Marzu 1883) ittellgħet għal xahar sħiħ, u kellha diversi produzzjonijiet, inkluż fl-Amerka b' bħala protagonista, li damu għal ħames ġimgħat fl-1887.

Suppé kiteb il-mużika għal iktar minn mitt produzzjoni fit-Theater in der Josefstadt kif ukoll fil-Carltheater f'Leopoldstadt, fit-Theater an der Wien. Huwa ħadem ukoll fuq xi produzzjonijiet ewlenin tal-opri, bħall-produzzjoni tal-1846 ta' Les Huguenots ta' b' bħala protagonista.

Suppé żżewweġ darbtejn: l-ewwel lil , u wara mewtha fl-1865 lil . Huwa miet fi Vjenna fil-21 ta' Mejju 1895, tal-età ta' 76 sena.

Xogħlijiet

Suppé kkompona madwar 30 operetta u 180 farsa, żfin, u spettakli oħra ta' fuq il-palk. Għalkemm uħud mill-overtures għadhom popolari, il-biċċa l-kbira tal-operetti tiegħu ntesew. Xi eċċezzjonijiet jinkludu Boccaccio, Die schöne Galathée u Fatinitza; , f'The New Grove Dictionary of Music and Musicians, jikkaratterizza l-kanzunetta ta' Suppé "O du mein Österreich" bħala t-"tieni kanzunetta nazzjonali tal-Awstrija".

Suppé żamm rabtiet mad-Dalmazja nattiva tiegħu, u ġieli kien iżur Split (Spalato), Zadar (Zara), u Šibenik. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu huma marbuta mar-reġjun, b'mod partikolari l-operetta tiegħu Des Matrosen Heimkehr, li hija ambjentata fi . Wara li rtira bħala surmast, Suppé kompla jikteb xogħlijiet teatrali, iżda kulma jmur beda jinteressa ruħu iktar fil-mużika sagra. Huwa kiteb Mafkar għal Pokorny fl-1855; oratorio, Extremum Judicium; tliet quddisiet, fosthom il-Missa Dalmatica; kanzunetti; sinfoniji; u overtures għall-kunċerti. Meta l-Quddiesa tal-Mafkar ġiet ippubblikata fl-1997, kritiku semma li toħroġ fid-dieher l-ammirazzjoni ta' Suppé għar-Requiem ta' Mozart, "mill-għażla tat-tonalità (D minuri), il-konfigurazzjoni tal-moviment, u t-tiswir melodiku" sa kwotazzjoni diretta fis-sezzjoni tal-"Mors stupebit" tax-xogħol ta' Suppé mit-"Tuba mirum" minn "Lacrimosa" ta' Mozart. Ix-xogħol reġa' ngħata l-ħajja għall-ewwel spettaklu fiż-żminijiet moderni permezz tal-BBC Radio 3, b'xandira fil-5 ta' Lulju 1984. Wara l-mewt ta' Suppé, tletin kanzunetta mhux ippubblikata nstabu qalb id-dokumenti tiegħu, flimkien mal-partitura kważi kompluta ta' quddiesa oħra.

Il-mużikologu jikteb li Suppé kellu ħakma eċċellenti ta' tliet stili: dak Taljan (opera buffa), dak Franċiż (opéra-comique) u dak Ġermaniż: "Huwa kien jaf kif joħloq fużjoni irreżistibbli tagħhom, megħjun mill-esperjenza rikka tiegħu bħala surmast tal-orkestra teatrali, u permezz ta' teknika sinfonika soda li oriġinat mit-taħriġ klassiku tiegħu". Letellier jikkummenta li l-overtures ta' Suppé kienu karatteristika ewlenija tax-xogħlijiet tal-opri tiegħu: "uħud kisbu popolarità enormi, u b'hekk kiseb fama dejjiema fis-swali tal-kunċerti ... Poeta u Raħħal u Kavallerija Ħafifa huma fost l-iżjed overtures famużi li qatt inkitbu". Magħhom, il-kritiku tal-mużika iżid bħala straordinarji fost l-overtures ta' Suppé: Ein Morgen, ein Mittag und ein Abend in Wien (Filgħodu, Waranofsinhar u Billejl fi Vjenna, 1844), Pique Dame (Reġina tal-Pali, 1862), Flotte Bursche (Studenti Brijużi, 1863), u Banditenstreiche (Ċajtiet tal-Ħallelin, 1867).

Reġistrazzjonijiet

Hemm bosta reġistrazzjonijiet tal-overtures ta' Suppé fuq diska, iżda ftit tax-xogħlijiet tiegħu ta' fuq il-palk. Reġistrazzjoni kompluta ta' Die schöne Galatée taħt id-direzzjoni tas-surmast inħarġet fl-2005, il-Festival ta' Lehár f'Bad Ischl tella' u rreġistra Fatinitza fl-2006, u l-Orkestra Filarmonika ta' Janáček irreġistraw il-mużika inċidentali ta' Suppé għal Die Reise um die Erde in 80 Tagen (Madwar id-Dinja fi 80 Jum) u Mozart. Ir-Requiem ġiet irreġistrata fl-1997 bis-solisti u l-Kor u l-Orkestra Filarmoniċi ta' Krakovja taħt id-direzzjoni tas-surmast . The Musical Times iddeskriviet ir-reġistrazzjoni bħala xogħol mill-aqwa u enfasizzat is-siltiet iktar kwieti "bħala l-motiv orkestrali ossessiv li jappoġġa l-Liber scriptus, il-biċċa mużikali solista mill-isbaħ bl-oboe fil-bidu ta' Recordare, jew il-qawwa tal-vjolini tidwi fis-Sanctus qasir".

Ġew irreġistrati kollezzjonijiet tal-overtures ta' Suppé minn diversi surmastrijiet fosthom Sir , , , , Sir , , u Sir . L-iżjed kollezzjoni estensiva li ġiet irreġistrata hi dik f'sitt volumi tat-tikketta Marco Polo, li nħarġet bejn l-1994 u l-2001 flimkien mal-Orkestra Filarmonika Statali Slovakka u diversi surmastrijiet.

Kunjom

Il-biċċa l-kbira tas-sorsi spellew l-isem b'aċċent akut. Dan l-aħħar xi kultant ġie spellut ukoll b'aċċent gravi, peress li jingħad li Suppé kien juża din il-forma meta kien jiffirma (ara l-istampa ta' hawn taħt); ismu nkiteb bl-aċċent akut fuq il-lapida tal-qabar tiegħu u fir-reġistru tal-magħmudija nkiteb mingħajr l-ebda aċċent.

Lista parzjali ta' xogħlijiet

  • Virginia (opra, L. Holt), 1837, ma ttellgħetx;
  • Gertrude della valle (opra, G. Brazzanovich), 1841, ma ttellgħetx;
  • Jung lustig, im Alter traurig, oder Die Folgen der Erziehung (kummiedja bil-kanzunetti, 3 atti, C. Wallis), TJ, il-5 ta' Marzu 1841;
  • Die Hammerschmiedin aus Steyermark, oder Folgen einer Landpartie (farsa lokali bil-kanzunetti, 2 atti, J. Schickh), Theater in der Josefstadt, l-14 ta' Ottubru 1842;
  • Ein Morgen, ein Mittag und ein Abend in Wien (reċta lokali bil-kanzunetti, 2 atti), Theater in der Josefstadt, is-26 ta' Frar 1844;
  • Marie, die Tochter des Regiments (vaudeville, 2 atti, F. Blum, wara J. H. St Georges u J. F. A. Bayard), Theater in der Josefstadt, it-13 ta' Ġunju 1844;
  • Der Krämer und sein Kommis (farsa bil-kanzunetti, 2 atti, F. Kaiser), Theater in der Josefstadt, it-28 ta' Settembru 1844;
  • Die Müllerin von Burgos (vaudeville, 2 atti, J. Kupelwieser), Theater in der Josefstadt, it-8 ta' Marzu 1845;
  • Sie ist verheiratet (kummiedja bil-kanzunetti, 3 atti, Kaiser), Theater an der Wien, is-7 ta' Novembru 1845;
  • Dichter und Bauer (kummiedja bil-kanzunetti, 3 atti, K. Elmar), Theater an der Wien, l-24 ta' Awwissu 1846, partitura sħiħa (1900);
  • Das Mädchen vom Lande (opera, 3 atti, Elmar), Theater an der Wien, is-7 ta' Awwissu 1847;
  • Martl, oder Der Portiunculatag in Schnabelhausen (farsa bil-mużika, parodija ta' Flotow: Martha, 3 atti, A. Berla), Theater an der Wien, is-16 ta' Diċembru 1848;
  • Des Teufels Brautfahrt, oder Böser Feind und guter Freund (farsa maġika bil-kanzunetti, 3 atti, Elmar), Theater an der Wien, it-30 ta' Jannar 1849;
  • Gervinus, der Narr von Untersberg, oder Ein patriotischer Wunsch (farsa bil-kanzunetti, 3 atti, Berla), Braunhirschen-Arena [u Theater an der Wien], l-1 ta' Lulju 1849;
  • Unterthänig und unabhängig, oder Vor und nach einem Jahre (comedy with songs, 3 atti, Elmar), Theater an der Wien, it-13 ta' Ottubru 1849;
  • s'Alraunl (ġrajja romantika bil-kanzunetti, 3 atti, A. von Klesheim), Theater an der Wien, it-13 ta' Novembru 1849;
  • Der Dumme hat's Glück (farsa tal-kanzunetti, 3 atti, Berla), Theater an der Wien, id-29 ta' Ġunju 1850;
  • Dame Valentine, oder Frauenräuber und Wanderbursche (Singspiel, 3 atti, Elmar), Theater an der Wien, id-9 ta' Jannar 1851;
  • Der Tannenhäuser (poeżija drammatika bil-mużika, H. von Levitschnigg), Theater an der Wien, is-27 ta' Frar 1852;
  • Wo steckt der Teufel? (farsa bil-kanzunetti, 3 atti, Grün), Theater an der Wien, it-28 ta' Ġunju 1854;
  • Paragrafu 3 (opra, 3 atti, M. A. Grandjean), Hofoper, it-8 ta' Jannar 1858;
  • Das Pensionat (operetta, att wieħed, C. K.), Theater an der Wien, l-24 ta' Novembru 1860, partitura vokali (n.d.);
  • Die Kartenschlägerin (Pique-Dame) (operetta, att wieħed), Kaitheater, is-26 ta' April 1862;
  • Zehn Mädchen und kein Mann (operetta, att wieħed, W. Friedrich), Kaitheater, il-25 ta' Ottubru 1862, partitura vokali (n.d.);
  • Flotte Bursche (operetta, att wieħed, J. Braun), Kaitheater, it-18 ta' April 1863, partitura vokali (n.d.);
  • Das Corps der Rache (operetta, att wieħed, J. L. Harisch), Carltheater, il-5 ta' Marzu 1864;
  • Franz Schubert [de] (Liederspiel, att wieħed, H. Max), Carltheater, l-10 ta' Settembru 1864;
  • Dinorah jew Die Turnerfahrt nach Hütteldorf (opra parodija, ta' Meyerbeer, 3 atti, F. Hopp), Carltheater, l-4 ta' Mejju 1865;
  • Die schöne Galathée (Il-Galilea Sabiħa) (operetta komika-mitoloġika, att wieħed, Poly Henrion), Berlin, Meysels-Theater, it-30 ta' Ġunju 1865, partitura vokali (n.d.);
  • Leichte Kavallerie jew Die Tochter der Puszta (operetta, 2 atti, C. Costa), Carltheater, il-21 ta' Marzu 1866;
  • Freigeister (operetta, 2 atti, Costa), Carltheater, it-23 ta' Ottubru 1866;
  • Banditenstreiche (operetta, att wieħed, B. Boutonnier), Carltheater, is-27 ta' April 1867;
  • Die Frau Meisterin (operetta maġika, 3 atti, Costa), Carltheater, l-20 ta' Jannar 1868, partitura vokali (Leipzig, n.d.);
  • Isabella (operetta, J. Weyl), Carltheater, il-5 ta' Novembru 1869;
  • Tantalusqualen (operetta), Carltheater, it-3 ta' Ottubru 1868;
  • Lohengelb oder Die Jungfrau von Dragant (operetta parodija ta' Lohengrin ta' , 3 atti, Costa, Grandjean), Carltheater, it-30 ta' Novembru 1870;
  • Canebas (operetta, att wieħed, J. Doppler), Carltheater, it-2 ta' Novembru 1872;
  • Fatinitza (operetta, 3 atti, F. Zell, R. Genée), Carltheater, il-5 ta' Jannar 1876, partitura sħiħa (n.d.);
  • Der Teufel auf Erden (operetta fantastika, 3 atti, J. Hopp), Carltheater, il-5 ta' Jannar 1878, partitura vokali (Londra, n.d.);
  • Boccaccio (operetta, 3 atti, Zell, Genée), Carltheater, l-1 ta' Frar 1879, partitura sħiħa (Amburgu, n.d.)
  • Donna Juanita (operetta, 3 atti, Zell, Genée), Carltheater, il-21 ta' Frar 1880, partitura sħiħa (Brussell, n.d.); arr. K. Pauspertl bħala Die grosse Unbekannte, 1925;
  • Der Gascogner (operetta, 3 atti, Zell, Genée), Carltheater, il-21 jew it-22 ta' Marzu 1881, partitura vokali (Amburgu, n.d.);
  • Das Herzblättchen (operetta, 3 atti, C. Tetzlaff), Carltheater, l-4 ta' Frar 1882;
  • Die Afrikareise (operetta, 3 atti, M. West, Genée, O. F. Berg), Theater an der Wien, is-17 ta' Marzu 1883, partitura sħiħa (Amburgu, n.d.);
  • Des Matrosen Heimkehr (opra romantika, 2 atti, A. Langner), Amburgu, l-4 ta' Mejju 1885, partitura vokali (Amburgu, 1885);
  • Bellman (opra komika, 3 atti, West, L. Held), Theater an der Wien, is-26 jew l-24 ta' Frar 1887;
  • Joseph Haydn (ritratt mużikali b'melodiji ta' Haydn, F. von Radler), Theater in der Josefstadt, it-30 ta' April 1887;
  • Die Jagd nach dem Glücke (operetta, 3 atti, Genée, B. Zappert), Carltheater, is-27 ta' Ottubru 1888, partitura sħiħa (Amburgu, n.d.);
  • Das Modell (operetta, 3 atti, V. Leon, Held), Carltheater, l-4 ta' Ottubru 1895, partitura sħiħa (Leipzig, n.d.) [tlestiet minn J. Stern u A. Zamara];
  • Die Pariserin, oder Das heimliche Bild (operetta, 3 atti, Léon, Held), Carltheater, is-26 ta' Jannar 1898 [arr. ta' Die Frau Meisterin, 1868].

Sorsi

  • Gänzl, Kurt; Andrew Lamb (1988). Gänzl's Book of the Musical Theatre. London: The Bodley Head. OCLC 966051934.
  • Gänzl, Kurt (2001). The Encyclopedia of Musical Theatre. New York: Schirmer Books. ISBN 978-0-02-865573-4.
  • Grove, George (1890) [1884]. "Suppe von". In Grove, George (ed.). A Dictionary of Music and Musicians: IV, part XIX, Sumer Is Icumen In to Tirarsi (PDF). Londra u New York: Macmillan. OCLC 916421702.
  • Holden, Amanda, ed. (1997). The Penguin Opera Guide. Londra: Penguin. ISBN 978-0-14-051385-1.
  • Letellier, Robert (2013). Franz von Suppé: Overtures and Preludes,. Newcastle upon Tyne: Cambridge Scholars. ISBN 978-1-44-384460-4.
  • March, Ivan, ed. (2008). The Penguin Guide to Recorded Classical Music 2009. Londra: Penguin. ISBN 978-0-141-03335-8.
  • Traubner, Richard (1983). Operetta: A Theatrical History. Londra: Gollancz. ISBN 978-0-57-503338-2.

Iktar qari

  • Weigel, Andreas. Franz von Suppè (1819–1895). Mensch. Mythos. Musiker. Ehrenbürger von Gars. Begleitpublikation zur Jubiläums-Ausstellung des Zeitbrücke-Museums Gars [de]. Contributions by Andreas Weigel, Anton Ehrenberger, Ingrid Scherney u Christine Steininger. (Gars am Kamp) 2019. ISBN 978-3-9504427-4-8.

Referenzi

  1. ^ "Suppé [Suppè], Franz". Grove Music Online (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-18.
  2. ^ Blažeković, Zdravko. "Franz von Suppé und Dalmatien", Studien zur Musikwissenschaft, 1994, 43. Bd. (1994), pp. 253–254.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 26 Lul, 2025 / 17:57

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Franz von Suppé, X'inhi Franz von Suppé? Xi tfisser Franz von Suppé?

Franz von Suppe imwieled Francesco Ezechiele Ermenegildo de Suppe twieled fit 18 ta April 1819 miet fil 21 ta Mejju 1895 kien kompozitur Awstrijakk tal opri ħfief u ta muzika teatrali oħra Huwa kien mir Renju tad Dalmazja fl Imperu tal Awstrija Ungerija issa parti mill Kroazja Huwa kien kompozitur u surmast tal perjodu Romantiku u huwa magħruf l iktar għall erba tuzzani operetti Uħud minnhom għadhom parti mir repertorju b mod partikolari fil pajjizi fejn jiġi mitkellem il Ġermaniz u huwa kkompona kwantita sostanzjali ta muzika tal knisja izda issa baqa magħruf l iktar għall overtures tiegħu li huma popolari fis swali tal kunċerti u fir reġistrazzjonijiet Fost l izjed magħrufa huma Poeta u Raħħal Kavallerija Ħafifa Filgħodu Waranofsinhar u Billejl fi Vjenna u Pique Dame Franz von SuppeĦajjaIsem propju Francesco Ezechiele Ermenegildo Cavaliere Suppe DemelliTwelid Split Kroazja 18 April 1819NazzjonalitaMewt Vjenna 21 Mejju 1895Post tad dfinKawza tal mewt kawzi naturali FamiljaMissierEdukazzjoniAlma mater Universita tal muzika u l arti interpretattivi ta VjennaLingwi ĠermanizGħalliema en en Studenti uri mul OkkupazzjoniOkkupazzjoni kompoziturXogħlijiet importanti en en Moviment artistikuĦajja u karrieraIl ġenituri ta Suppe tawh l isem ta Francesco Ezechiele Ermenegildo meta twieled fit 18 ta April 1819 fi Spalato issa Split id Dalmazja il Kroazja Missieru bħal missieru qablu kien jaħdem maċ ċivil fis servizz tal Imperu Awstrijakk Omm Suppe twieldet fi Vjenna Il fatti dwar il ħajja bikrija ta Suppe huma kkontestati Kemm matul ħajtu kif ukoll wara mewtu diversi stqarrijiet bla bazi ċċirkolaw dwar l isfond tiegħu L ewwel edizzjoni tad Dizzjunarju ta Grove dwar il Muzika u l Muziċisti 1884 tistqarr bi zball li l familja Suppe kellha dixxendenza Belġjana li Suppe twieled fl 1820 abbord vapur fi Spalato u li ismu sħiħ kien Francesco Ezechiele Ermenegildo Cavaliere Suppe Demelli Informazzjoni zbaljata oħra tingħata f bijografija tal 1905 ta Suppe magħmula minn ir raġel ta waħda min neputijiet tal kompozitur abbazi ta stqarrijiet mhux affidabbli tal armla ta Suppe Suppe qatta tfulitu f Zara issa fejn attenda l ewwel lezzjonijiet tal muzika tiegħu u beda jikkomponi ta eta bikrija Meta kien għadu tifel ġie mħeġġeġ ikompli l muzika minn kap ta banda lokali u mill kap tal kor tal Katidral ta Zara Bħala adolexxenti f Zara Suppe studja l flawt u l armonika Skont xi rendikonti missieru riedu jsir avukat u bagħtu jistudja l Italja fejn jingħad li zar Milan u ltaqa ma Rossini Donizetti u Verdi u attenda spettakli tal opri tagħhom Skont rendikont ieħor huwa studja l filosofija f Padova u iktar il quddiem studja d dritt fi Vjenna Wara li missier Suppe miet fl 1835 il familja marret tgħix fi Vjenna fejn Suppe studja l muzika taħt student ta Mozart Suppe daqq il flawt f diversi orkestri u għallem it Taljan Ilsien twelidu kien it Taljan u għalkemm tgħallem jitkellem sew bil Ġermaniz skont ġurnalist partikolari kien jitkellmu b aċċent Taljan qawwi Fl 1837 u fl 1841 huwa kiteb zewġ opri u l ebda waħda minnhom ma ttellgħet fi spettaklu izda t tnejn li huma jaf kienu ġew influwenzati minn Donizetti li allegatament kien jiġi mill bogħod mill familja Suppe Mill 1840 Suppe ħadem bħala kompozitur u surmast għal id direttur ta diversi teatri fi Vjenna Pressburg issa Bratislava Odenburg issa u F Operetta Storja Teatrali 1983 kiteb li l 24 ta Novembru 1860 titqies minn ħafna bħala jum it twelid tal operetta Vjenniza reali bil produzzjoni ta Das Pensionat ta Suppe fit Theater an der Wien Iben Pokorny Alois li kien imexxi t teatru ma kellux bizzejjed flus biex jixtri d drittijiet għall ewwel produzzjonijiet Vjennizi tal opri ta Offenbach u minflok ipprezenta Das Pensionat li skont l istandards ta dak iz zmien marret tajjeb ħafna ittellgħet għal 20 lejla wara xulxin u għal 34 darba matul is sitt xhur li baqgħet fir repertorju Das Pensionat kienet l ewwel operetta komposta abbazi ta test Ġermaniz oriġinali u kienet l ewwel operetta li nstemgħet barra mill pajjiz kien hemm produzzjonijiet fil Ġermanja u fl Ungerija u f Novembru 1861 ittellgħet bil Ġermaniz fl iStadt Theater New York L ikbar suċċess b att wieħed ta Suppe Die schone Galathee Il Galatea Sabiħa tmur lura għall 1865 Ġiet immudellata skont il kummenti ta Traubner kemm bħala titlu kif ukoll bħala stil fuq La belle Helene ta Offenbach li kienet suċċess kbir fi Vjenna iktar kmieni dik is sena Ittellgħet kemm il darba fil pajjizi fejn jiġi mitkellem il Ġermaniz u ttellgħet bil Ġermaniz u bi traduzzjoni bl Ingliz fi New York u f Londra Għal xi snin Suppe ma kellux suċċess fit tul fl opri u rpilja biss wara t trijonf ta Die Fledermaus ta Johann Strauss fl 1874 Fatinitza 1876 kienet suċċess mal kritika u bħala bejgħ mhux biss fi Vjenna izda anke f Londra u f Pariġi għalkemm inqas fi New York fejn inzertat mal ewwel produzzjoni li kien hemm hemmhekk ta H M S Pinafore Suppe qabez is suċċess ta Fatinitza fl 1879 b Boccaccio u kellu l aħħar suċċess dejjiemi fl 1880 b Donna Juanita Traubner jikteb xejn wara Donna Juanita ma kellu dak is suċċess fit tul għalkemm diversi opri kienu popolari ħafna fi zmienhom Der Gascogner Theater an der Wien it 22 ta Marzu 1881 kienet falliment kbir izda Die Afrikareise Mawra lejn l Afrika Theater an der Wien is 17 ta Marzu 1883 ittellgħet għal xahar sħiħ u kellha diversi produzzjonijiet inkluz fl Amerka b bħala protagonista li damu għal ħames ġimgħat fl 1887 Suppe kiteb il muzika għal iktar minn mitt produzzjoni fit Theater in der Josefstadt kif ukoll fil Carltheater f Leopoldstadt fit Theater an der Wien Huwa ħadem ukoll fuq xi produzzjonijiet ewlenin tal opri bħall produzzjoni tal 1846 ta Les Huguenots ta b bħala protagonista Suppe zzewweġ darbtejn l ewwel lil u wara mewtha fl 1865 lil Huwa miet fi Vjenna fil 21 ta Mejju 1895 tal eta ta 76 sena XogħlijietIl qabar ta Suppe fiċ Ċimiterju Ċentrali ta Vjenna Suppe kkompona madwar 30 operetta u 180 farsa zfin u spettakli oħra ta fuq il palk Għalkemm uħud mill overtures għadhom popolari il biċċa l kbira tal operetti tiegħu ntesew Xi eċċezzjonijiet jinkludu Boccaccio Die schone Galathee u Fatinitza f The New Grove Dictionary of Music and Musicians jikkaratterizza l kanzunetta ta Suppe O du mein Osterreich bħala t tieni kanzunetta nazzjonali tal Awstrija Suppe zamm rabtiet mad Dalmazja nattiva tiegħu u ġieli kien izur Split Spalato Zadar Zara u Sibenik Uħud mix xogħlijiet tiegħu huma marbuta mar reġjun b mod partikolari l operetta tiegħu Des Matrosen Heimkehr li hija ambjentata fi Wara li rtira bħala surmast Suppe kompla jikteb xogħlijiet teatrali izda kulma jmur beda jinteressa ruħu iktar fil muzika sagra Huwa kiteb Mafkar għal Pokorny fl 1855 oratorio Extremum Judicium tliet quddisiet fosthom il Missa Dalmatica kanzunetti sinfoniji u overtures għall kunċerti Meta l Quddiesa tal Mafkar ġiet ippubblikata fl 1997 kritiku semma li toħroġ fid dieher l ammirazzjoni ta Suppe għar Requiem ta Mozart mill għazla tat tonalita D minuri il konfigurazzjoni tal moviment u t tiswir melodiku sa kwotazzjoni diretta fis sezzjoni tal Mors stupebit tax xogħol ta Suppe mit Tuba mirum minn Lacrimosa ta Mozart Ix xogħol reġa ngħata l ħajja għall ewwel spettaklu fiz zminijiet moderni permezz tal BBC Radio 3 b xandira fil 5 ta Lulju 1984 Wara l mewt ta Suppe tletin kanzunetta mhux ippubblikata nstabu qalb id dokumenti tiegħu flimkien mal partitura kwazi kompluta ta quddiesa oħra Il muzikologu jikteb li Suppe kellu ħakma eċċellenti ta tliet stili dak Taljan opera buffa dak Franċiz opera comique u dak Ġermaniz Huwa kien jaf kif joħloq fuzjoni irrezistibbli tagħhom megħjun mill esperjenza rikka tiegħu bħala surmast tal orkestra teatrali u permezz ta teknika sinfonika soda li oriġinat mit taħriġ klassiku tiegħu Letellier jikkummenta li l overtures ta Suppe kienu karatteristika ewlenija tax xogħlijiet tal opri tiegħu uħud kisbu popolarita enormi u b hekk kiseb fama dejjiema fis swali tal kunċerti Poeta u Raħħal u Kavallerija Ħafifa huma fost l izjed overtures famuzi li qatt inkitbu Magħhom il kritiku tal muzika izid bħala straordinarji fost l overtures ta Suppe Ein Morgen ein Mittag und ein Abend in Wien Filgħodu Waranofsinhar u Billejl fi Vjenna 1844 Pique Dame Reġina tal Pali 1862 Flotte Bursche Studenti Brijuzi 1863 u Banditenstreiche Ċajtiet tal Ħallelin 1867 Reġistrazzjonijiet Hemm bosta reġistrazzjonijiet tal overtures ta Suppe fuq diska izda ftit tax xogħlijiet tiegħu ta fuq il palk Reġistrazzjoni kompluta ta Die schone Galatee taħt id direzzjoni tas surmast inħarġet fl 2005 il Festival ta Lehar f Bad Ischl tella u rreġistra Fatinitza fl 2006 u l Orkestra Filarmonika ta Janacek irreġistraw il muzika inċidentali ta Suppe għal Die Reise um die Erde in 80 Tagen Madwar id Dinja fi 80 Jum u Mozart Ir Requiem ġiet irreġistrata fl 1997 bis solisti u l Kor u l Orkestra Filarmoniċi ta Krakovja taħt id direzzjoni tas surmast The Musical Times iddeskriviet ir reġistrazzjoni bħala xogħol mill aqwa u enfasizzat is siltiet iktar kwieti bħala l motiv orkestrali ossessiv li jappoġġa l Liber scriptus il biċċa muzikali solista mill isbaħ bl oboe fil bidu ta Recordare jew il qawwa tal vjolini tidwi fis Sanctus qasir Ġew irreġistrati kollezzjonijiet tal overtures ta Suppe minn diversi surmastrijiet fosthom Sir Sir u Sir L izjed kollezzjoni estensiva li ġiet irreġistrata hi dik f sitt volumi tat tikketta Marco Polo li nħarġet bejn l 1994 u l 2001 flimkien mal Orkestra Filarmonika Statali Slovakka u diversi surmastrijiet KunjomIl biċċa l kbira tas sorsi spellew l isem b aċċent akut Dan l aħħar xi kultant ġie spellut ukoll b aċċent gravi peress li jingħad li Suppe kien juza din il forma meta kien jiffirma ara l istampa ta hawn taħt ismu nkiteb bl aċċent akut fuq il lapida tal qabar tiegħu u fir reġistru tal magħmudija nkiteb mingħajr l ebda aċċent Suppe 1846 Lista parzjali ta xogħlijietVirginia opra L Holt 1837 ma ttellgħetx Gertrude della valle opra G Brazzanovich 1841 ma ttellgħetx Jung lustig im Alter traurig oder Die Folgen der Erziehung kummiedja bil kanzunetti 3 atti C Wallis TJ il 5 ta Marzu 1841 Die Hammerschmiedin aus Steyermark oder Folgen einer Landpartie farsa lokali bil kanzunetti 2 atti J Schickh Theater in der Josefstadt l 14 ta Ottubru 1842 Ein Morgen ein Mittag und ein Abend in Wien reċta lokali bil kanzunetti 2 atti Theater in der Josefstadt is 26 ta Frar 1844 Marie die Tochter des Regiments vaudeville 2 atti F Blum wara J H St Georges u J F A Bayard Theater in der Josefstadt it 13 ta Ġunju 1844 Der Kramer und sein Kommis farsa bil kanzunetti 2 atti F Kaiser Theater in der Josefstadt it 28 ta Settembru 1844 Die Mullerin von Burgos vaudeville 2 atti J Kupelwieser Theater in der Josefstadt it 8 ta Marzu 1845 Sie ist verheiratet kummiedja bil kanzunetti 3 atti Kaiser Theater an der Wien is 7 ta Novembru 1845 Dichter und Bauer kummiedja bil kanzunetti 3 atti K Elmar Theater an der Wien l 24 ta Awwissu 1846 partitura sħiħa 1900 Das Madchen vom Lande opera 3 atti Elmar Theater an der Wien is 7 ta Awwissu 1847 Martl oder Der Portiunculatag in Schnabelhausen farsa bil muzika parodija ta Flotow Martha 3 atti A Berla Theater an der Wien is 16 ta Diċembru 1848 Des Teufels Brautfahrt oder Boser Feind und guter Freund farsa maġika bil kanzunetti 3 atti Elmar Theater an der Wien it 30 ta Jannar 1849 Gervinus der Narr von Untersberg oder Ein patriotischer Wunsch farsa bil kanzunetti 3 atti Berla Braunhirschen Arena u Theater an der Wien l 1 ta Lulju 1849 Unterthanig und unabhangig oder Vor und nach einem Jahre comedy with songs 3 atti Elmar Theater an der Wien it 13 ta Ottubru 1849 s Alraunl ġrajja romantika bil kanzunetti 3 atti A von Klesheim Theater an der Wien it 13 ta Novembru 1849 Der Dumme hat s Gluck farsa tal kanzunetti 3 atti Berla Theater an der Wien id 29 ta Ġunju 1850 Dame Valentine oder Frauenrauber und Wanderbursche Singspiel 3 atti Elmar Theater an der Wien id 9 ta Jannar 1851 Der Tannenhauser poezija drammatika bil muzika H von Levitschnigg Theater an der Wien is 27 ta Frar 1852 Wo steckt der Teufel farsa bil kanzunetti 3 atti Grun Theater an der Wien it 28 ta Ġunju 1854 Paragrafu 3 opra 3 atti M A Grandjean Hofoper it 8 ta Jannar 1858 Das Pensionat operetta att wieħed C K Theater an der Wien l 24 ta Novembru 1860 partitura vokali n d Die Kartenschlagerin Pique Dame operetta att wieħed Kaitheater is 26 ta April 1862 Zehn Madchen und kein Mann operetta att wieħed W Friedrich Kaitheater il 25 ta Ottubru 1862 partitura vokali n d Flotte Bursche operetta att wieħed J Braun Kaitheater it 18 ta April 1863 partitura vokali n d Das Corps der Rache operetta att wieħed J L Harisch Carltheater il 5 ta Marzu 1864 Franz Schubert de Liederspiel att wieħed H Max Carltheater l 10 ta Settembru 1864 Dinorah jew Die Turnerfahrt nach Hutteldorf opra parodija ta Meyerbeer 3 atti F Hopp Carltheater l 4 ta Mejju 1865 Die schone Galathee Il Galilea Sabiħa operetta komika mitoloġika att wieħed Poly Henrion Berlin Meysels Theater it 30 ta Ġunju 1865 partitura vokali n d Leichte Kavallerie jew Die Tochter der Puszta operetta 2 atti C Costa Carltheater il 21 ta Marzu 1866 Freigeister operetta 2 atti Costa Carltheater it 23 ta Ottubru 1866 Banditenstreiche operetta att wieħed B Boutonnier Carltheater is 27 ta April 1867 Die Frau Meisterin operetta maġika 3 atti Costa Carltheater l 20 ta Jannar 1868 partitura vokali Leipzig n d Isabella operetta J Weyl Carltheater il 5 ta Novembru 1869 Tantalusqualen operetta Carltheater it 3 ta Ottubru 1868 Lohengelb oder Die Jungfrau von Dragant operetta parodija ta Lohengrin ta 3 atti Costa Grandjean Carltheater it 30 ta Novembru 1870 Canebas operetta att wieħed J Doppler Carltheater it 2 ta Novembru 1872 Fatinitza operetta 3 atti F Zell R Genee Carltheater il 5 ta Jannar 1876 partitura sħiħa n d Der Teufel auf Erden operetta fantastika 3 atti J Hopp Carltheater il 5 ta Jannar 1878 partitura vokali Londra n d Boccaccio operetta 3 atti Zell Genee Carltheater l 1 ta Frar 1879 partitura sħiħa Amburgu n d Donna Juanita operetta 3 atti Zell Genee Carltheater il 21 ta Frar 1880 partitura sħiħa Brussell n d arr K Pauspertl bħala Die grosse Unbekannte 1925 Der Gascogner operetta 3 atti Zell Genee Carltheater il 21 jew it 22 ta Marzu 1881 partitura vokali Amburgu n d Das Herzblattchen operetta 3 atti C Tetzlaff Carltheater l 4 ta Frar 1882 Die Afrikareise operetta 3 atti M West Genee O F Berg Theater an der Wien is 17 ta Marzu 1883 partitura sħiħa Amburgu n d Des Matrosen Heimkehr opra romantika 2 atti A Langner Amburgu l 4 ta Mejju 1885 partitura vokali Amburgu 1885 Bellman opra komika 3 atti West L Held Theater an der Wien is 26 jew l 24 ta Frar 1887 Joseph Haydn ritratt muzikali b melodiji ta Haydn F von Radler Theater in der Josefstadt it 30 ta April 1887 Die Jagd nach dem Glucke operetta 3 atti Genee B Zappert Carltheater is 27 ta Ottubru 1888 partitura sħiħa Amburgu n d Das Modell operetta 3 atti V Leon Held Carltheater l 4 ta Ottubru 1895 partitura sħiħa Leipzig n d tlestiet minn J Stern u A Zamara Die Pariserin oder Das heimliche Bild operetta 3 atti Leon Held Carltheater is 26 ta Jannar 1898 arr ta Die Frau Meisterin 1868 SorsiGanzl Kurt Andrew Lamb 1988 Ganzl s Book of the Musical Theatre London The Bodley Head OCLC 966051934 Ganzl Kurt 2001 The Encyclopedia of Musical Theatre New York Schirmer Books ISBN 978 0 02 865573 4 Grove George 1890 1884 Suppe von In Grove George ed A Dictionary of Music and Musicians IV part XIX Sumer Is Icumen In to Tirarsi PDF Londra u New York Macmillan OCLC 916421702 Holden Amanda ed 1997 The Penguin Opera Guide Londra Penguin ISBN 978 0 14 051385 1 Letellier Robert 2013 Franz von Suppe Overtures and Preludes Newcastle upon Tyne Cambridge Scholars ISBN 978 1 44 384460 4 March Ivan ed 2008 The Penguin Guide to Recorded Classical Music 2009 Londra Penguin ISBN 978 0 141 03335 8 Traubner Richard 1983 Operetta A Theatrical History Londra Gollancz ISBN 978 0 57 503338 2 Iktar qariWeigel Andreas Franz von Suppe 1819 1895 Mensch Mythos Musiker Ehrenburger von Gars Begleitpublikation zur Jubilaums Ausstellung des Zeitbrucke Museums Gars de Contributions by Andreas Weigel Anton Ehrenberger Ingrid Scherney u Christine Steininger Gars am Kamp 2019 ISBN 978 3 9504427 4 8 Referenzi Suppe Suppe Franz Grove Music Online bl Ingliz Miġbur 2024 04 18 Blazekovic Zdravko Franz von Suppe und Dalmatien Studien zur Musikwissenschaft 1994 43 Bd 1994 pp 253 254

L-aħħar artikli
  • Lulju 25, 2025

    Kunya-Urgench

  • Lulju 16, 2025

    Kuba

  • Lulju 15, 2025

    Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata

  • Lulju 20, 2025

    Krater ta' Vredefort

  • Lulju 16, 2025

    Klad

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq