Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Katidral ta Šibenik jew il Katidral ta San Ġakbu bil Kroat Katedrala sv Jakova f Šibenik il Kroazja huwa bażilika Kat

Katidral ta' Šibenik

  • Paġna Ewlenija
  • Katidral ta' Šibenik
Katidral ta' Šibenik
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Katidral ta' Šibenik jew il-Katidral ta' San Ġakbu (bil-Kroat: Katedrala sv. Jakova) f'Šibenik, il-Kroazja huwa bażilika Kattolika b'navata tripla bi tliet apsidi u koppla ta' 32 metru minn ġewwa. Il-katidral huwa s-sede episkopali tad-djoċesi ta' Šibenik, fid- ċentrali. Il-katidral huwa wkoll l-iktar monument arkitettoniku importanti tar-Rinaxximent fil-pajjiż kollu. Mis-sena 2000 'l hawn, il-katidral tniżżel fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Kostruzzjoni

L-ewwel arkitetti

Il-kostruzzjoni tal-knisja bdiet fl-1402, għalkemm il-pjanijiet għall-kostruzzjoni tagħha kienu diġà nbdew fl-1298, meta Šibenik saret muniċipalità. Ix-xogħol effettiv ta' trasformazzjoni tal-katidral Romanesk ta' qabel beda fl-1431. Il-katidral inbena kompletament bil-ġebel (preċiżament bil-ġebla tal-ġir minn barriera fil-qrib u bl- mill-gżira ta' ), u tlesta fi tliet fażijiet mill-1433 sal-1441, meta l-Kunsill Superjuri tal-Belt inkariga lill-arkitetti Taljani , , , , u (Juraj Dalmatinac) u lill-arkitetti Kroati u .

Giorgio da Sebenico

Inizjalment, il-ħsieb kien li tinbena knisja sempliċi. Fil-perjodu bejn l-1441 u l-1473, il-kostruzzjoni ġiet immexxija minn Giorgio da Sebenico, li ġie mistieden jiġi minn Venezja peress li l-investituri ma kinux sodisfatti bil-bidu tax-xogħol. L-ewwel kuntratt tiegħu fl-1441 ġie konkluż għal perjodu ta' sitt snin biex tinbena knisja sempliċi biss, iżda mbagħad ġie konkluż kuntratt ieħor ta' għaxar snin fl-1446. L-investituri kkunsidraw li kien sar kien ftit wisq għall-flus li nefqu, u għalhekk Giorgio da Sebenico għamel alterazzjonijiet fil-pjanta: kabbar il-katidral b'navata u apsidi fil-ġenb biex il-pjanta tal-katidral tkun f'għamla ta' salib, wettaq ix-xogħol ta' tħejjija għall-koppla, u bena l-presbiterju, is-santwarju, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-kapulavur tiegħu, il-battisterju. B'ħila liema bħalha, Giorgio da Sebenico kkombina l-elementi arkitettoniċi u dekorattivi biex joħloq entità magħquda. Giorgio da Sebenico kkombina diversi elementi artistiċi fil-pjanta tal-katidral: Bieb l-Iljuni ġie ispirat mill-abbazija ta' San Leonardo di , in-navata ċentrali mill-katidral ta' Trogir, ajkla fuq id-daħla prinċipali bħala simbolu ta' San Ġwann l-Evanġelista, navata tal-ġenb mill-Katidral ta' San Mark f'Venezja u navata oħra tal-ġenb mill-Hagia Sophia f'Istanbul. Bena wkoll il-portal prinċipali tal-Punent, il-portal tat-Tramuntana (Bieb l-Iljuni) u l-ewwel kappella. Il-portal prinċipali tal-Punent ġie ddekorat minn Bonino da Milano bl-istatwi ta' Ġesù Kristu u t-tnax-il appostli. Il-bieb tal- li hemm bħalissa sar fl-1967 mill-iskultur lokali .

Il-motiv tal-portal tat-Tramuntana, imsejjaħ Bieb l-Iljuni, huma Adam u Eva bilwieqfa fuq żewġ iljuni, xi ħaġa rikorrenti fil-Katidral ta' Trogir, iżda hawnhekk Adam u Eva qegħdin fuq kolonni fuq l-iljuni. Dawn l-istatwi, flimkien ma' dawk ta' San Ġakbu u San Pietru, huma xogħol Giorgio da Sebenico, jew Juraj Dalmatinac kif inhu magħruf fil-Kroazja. L-istatwa ta' Eva tiġbed l-attenzjoni ta' min jifli l-istatwa għax għandha ż-żokra, mentri skont il-Bibbja, Eva nħalqet minn kustilja ta' Adam. L-istemma araldika ta' żewġ isqfijiet u tal-prokuratur tal-knisja ta' qabel tpoġġew fuq Bieb l-Iljuni.

Iż-żewġ putti (anġli żgħar) Rinaxximentali fin-naħa tat-Tramuntana tal-katidral għandhom f'idejhom l-iskrizzjoni tal-konsagrazzjoni tal-katidral fl-1443. Taħt saqajhom hemm l-unika firma li għad fadal ta' Giorgio da Sebenico: Hoc opus cuvarum fecit magister Georgius Matthei Dalmaticus. L-arkitett iddisinja wkoll il-battisterju fis-snin 40 tas-seklu 15 u bnieh ħdejn l-apsida tan-Nofsinhar f'forma ta' kwadrifolju. Il-parti ta' fuq hija mgħottija bi skulturi qishom tal-, l-ewwel xogħol ta' skultura Rinaxximentali fil-Kroazja. In-niċeċ ċatti huma mirfuda bl-arzelli pellegrini ta' San Ġakbu. Fuq il-baldakkini ta' bejniethom hemm żewġ statwi: waħda tar-Re David u l-oħra tal-profeta Xmun. Il-biċċiet 'il barra tas-saqaf imriffed jintemmu fil-ġebla ewlenija tas-saqaf tal-battisterju li tirrappreżenta lill-Alla l-Missier, imdawwar bl-anġli u ħamiema (is-simbolu tal-Ispirtu s-Santu). Il-fonti tal-magħmudija, magħmul minn blata sedimentarja ħamranija magħrufa bħala breccia, huwa mirfud minn tliet anġli.

L-apsidi huma ddekorati fuq barra b'ħafna skulturi dekorattivi, inkluż 74 ras ta' nies importanti kontemporanji tal-arkitett li għal xi raġuni jew oħra kienu impressjonawh jew inkella li ried jikkuntenta biex jgħinuh ikopri l-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-katidral. Uħud minn dawn l-irjus fuq il-faċċata għandhom imneħirhom imkisser, x'aktarx minħabba vandaliżmu. Tabilħaqq, sa żmien Ġustinjanu II dan kien mod kif wieħed jiskredita r-reputazzjoni ta' xi ħadd, u għalhekk l-individwu kien jibqa' anonimu b'dan il-mod.

Giorgio da Sebenico x'aktarx li baqa' jaħdem fuq il-katidral sa mewtu fl-1475 u ċertament sal-1473.

Niccolò di Giovanni Fiorentino

Bejn l-1475 u l-1505, ix-xogħol għadda taħt is-sorveljanza tal-arkitett Toskan (Nicola Firentinac), mill-iskola tal-iskultura ta' Donatello, li żviluppa bħala skultur u bennej fid-Dalmazja. Huwa kompla l-kostruzzjoni tal-katidral fl-istil Rinaxximentali Toskan. Lesta l-galleriji estensivi, bena r-riffieda fin-navata ċentrali, bena l-faċċata superjuri, u ħadem l-iskulturi esterni ta' San Mikiel, San Ġakbu u San Mark. Is-saqaf f'għamla ta' bittija huwa magħmul minn sensiela ta' ċangaturi enormi tal-ġebel u kien meqjus bħala kostruzzjoni tal-għaġeb dak iż-żmien. Bena wkoll il-galleriji paralleli u ħadem fuq il-presbiterju u s-santwarju.

Għalkemm il-koppla tal-Katidral ta' Šibenik inbniet wara l-koppla ta' Firenze, Niccolò di Giovanni Fiorentino uża bażi ottagonali fil-kostruzzjoni tagħha, qabel Bramante u Mikelanġlu, fil-funzjoni oriġinali tagħha bħala tranżizzjoni mill-bażi kwadra għall-koppla ċirkolari. It-twettiq tal-koppla jitqies bħala waħda mill-aqwa kisbiet tal-arkitettura Rinaxximentali.

Ġol-katidral

Ġol-katidral hemm erba' kolonni kbar pariġġ xulxin li sserraħ fuqhom il-koppla. Il-kapitelli ġew iddekorati skont ix-xewqa tan-nies nobbli li ffinanzjaw ix-xogħol tal-kostruzzjoni tal-kappelli. Fl-ewwel kappella fuq in-naħa tal-lemin, hemm is-sarkofagu tal-isqof umanista u kittieb ć (1420-1509) li huwa xogħol abbażi tad-disinn ta' Juraj Dalmatinac. Aleši ħoloq ukoll l-istatwa ta' Sant'Elija li tinsab wara t-tron tal-isqof. Fuq in-naħa tax-xelluh hemm is-sarkofagu tal-isqof , li laħaq ra l-katidral jitlesta qabel mewtu. Taħt il-kor, hemm l-oqbra ta' żewġ isqfijiet oħra bir-riljievi: fuq il-lemin hemm dak tal-isqof u fuq ix-xellug hemm dak tal-isqof . Dan ix-xogħol sar mill-artist lokali .

Fuq in-naħa opposta tal-Artal tas-Salib Imqaddes (Sveti Križ) magħmul minn Juraj Čulinovič () hemm il-qabar tal-artist li għamlu (1433 jew 1446-1505). Fuq l-artal hemm pittura ta' . Fost artali oħra lejn ix-xellug tad-daħla prinċipali hemm l-Artal tat-Tliet Slaten Maġi b'pittura ta' , skont il-pjanta ta' Juraj Dalmatinac. Il-ġnub tal-artal huma ddekorati bir-riljievi ta' żewġ anġli b'parċmina f'idejhom ta' Nikola Firentinac, f'niċeċ forma ta' arzelli. It-Teżor tal-katidral jinkludi x-xogħlijiet tal-arġentier u l-artist tal-minjaturi ta' Šibenik (1530-1596).

Wara li Fiorentino miet fl-1505, il-kostruzzjoni finalment tlestiet fl-1535 minn żewġ artiġjani oħra, u ibnu Ġakbu, skont l-istruzzjonijiet ta' Fiorentino. Il-katidral ġie kkonsagrat uffiċjalment fl-1555 wara li diversi artiġjani lokali u minn Venezja ħadmu fih bl-istil Gotiku.

Xogħol sussegwenti

Peress li l-Katidral ta' Šibenik ma għandux kampnar, fl-imgħoddi kien hemm torri fil-qrib fuq is-swar tal-belt li kien jintuża għal dan l-għan sa ma twaqqa' lejn l-aħħar tas-seklu 19.

Il-biċċa l-kbira tar-restawr tal-katidral sar bejn l-1850 u l-1860, u mill-ġdid bejn l-1992 u l-1997.

Il-koppla tal-katidral ġarrbet ħsarat kbar mill-attakki tal-forzi Serbi appoġġati mill-JNA fuq Šibenik f'Settembru 1991. Madankollu, fi żmien ftit snin ġiet imsewwija malajr u llum il-ġurnata ma tidher l-ebda ħsara.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Katidral ta' Šibenik sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.

Il-valur universal straordinarju tiegħu ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba l-karatteristiċi struttural tal-katidral iwasslu biex ikun binja unika u straordinarja b'taħlita ta' elementi Gotiċi u Rinaxximentali; il-kriterju (ii) “Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”, ladarba l-katidral huwa l-eżitu ta' suċċess minn interskambji konsiderevoli ta' influwenzi bejn tliet reġjuni kulturalment differenti, jiġifieri t-Tramuntana tal-Italja, id-Dalmazja u t-Toskana, fis-sekli 15 u 16; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba l-katidral huwa xhieda unika tat-tranżizzjoni mill-perjodu Gotiku għal dak Rinaxximentali fl-arkitettura tal-knejjes.

Kultura popolari

  • Peress li l-katidral minn ġewwa ġie rrekordjat b'mod estensiv fi 3D għal skopijiet ta' dokumentazzjoni u ta' restawr, il-mudell 3D tiegħu spiss jintuża għal skopijiet ta' grafika, speċjalment fl-immudellar viżiv.
  • Il-katidral intuża bħala sfond għall-Bank tal-Ħadid fid-disa' episodju tal-ħames staġun tas-sensiela Game of Thrones. Šibenik intużat fis-sensiela biex tirrappreżenta l-belt fittizja ta' Braavos.

Referenzi

  1. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "The Cathedral of St James in Šibenik". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
  2. ^ a b ċ d e f ġ Naklada Naprijed, The Croatian Adriatic Tourist Guide, pp. 198-200, Zagreb (1999), ISBN 953-178-097-8.
  3. ^ "Cathedral 3D Models for Free - Download Free 3D · Clara.io". clara.io. Miġbur 2021-03-14.
  4. ^ "Sibenik Game of Thrones - Why it should be on your Croatia Bucket List" (bl-Ingliż). 2019-06-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-15. Miġbur 2021-03-14.
  5. ^ Šibenik, Visit. "Game of Thrones locations". www.sibenik-tourism.hr. Miġbur 2021-03-14.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 06 Lul, 2025 / 03:01

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Katidral ta' Šibenik, X'inhi Katidral ta' Šibenik? Xi tfisser Katidral ta' Šibenik?

Il Katidral ta Sibenik jew il Katidral ta San Ġakbu bil Kroat Katedrala sv Jakova f Sibenik il Kroazja huwa bazilika Kattolika b navata tripla bi tliet apsidi u koppla ta 32 metru minn ġewwa Il katidral huwa s sede episkopali tad djoċesi ta Sibenik fid ċentrali Il katidral huwa wkoll l iktar monument arkitettoniku importanti tar Rinaxximent fil pajjiz kollu Mis sena 2000 l hawn il katidral tnizzel fil lista ta Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Il faċċata tal Katidral ta SibenikKostruzzjoniL ewwel arkitetti Il kostruzzjoni tal knisja bdiet fl 1402 għalkemm il pjanijiet għall kostruzzjoni tagħha kienu diġa nbdew fl 1298 meta Sibenik saret muniċipalita Ix xogħol effettiv ta trasformazzjoni tal katidral Romanesk ta qabel beda fl 1431 Il katidral inbena kompletament bil ġebel preċizament bil ġebla tal ġir minn barriera fil qrib u bl mill gzira ta u tlesta fi tliet fazijiet mill 1433 sal 1441 meta l Kunsill Superjuri tal Belt inkariga lill arkitetti Taljani u Juraj Dalmatinac u lill arkitetti Kroati u Giorgio da Sebenico Il katidral mill ġenb Inizjalment il ħsieb kien li tinbena knisja sempliċi Fil perjodu bejn l 1441 u l 1473 il kostruzzjoni ġiet immexxija minn Giorgio da Sebenico li ġie mistieden jiġi minn Venezja peress li l investituri ma kinux sodisfatti bil bidu tax xogħol L ewwel kuntratt tiegħu fl 1441 ġie konkluz għal perjodu ta sitt snin biex tinbena knisja sempliċi biss izda mbagħad ġie konkluz kuntratt ieħor ta għaxar snin fl 1446 L investituri kkunsidraw li kien sar kien ftit wisq għall flus li nefqu u għalhekk Giorgio da Sebenico għamel alterazzjonijiet fil pjanta kabbar il katidral b navata u apsidi fil ġenb biex il pjanta tal katidral tkun f għamla ta salib wettaq ix xogħol ta tħejjija għall koppla u bena l presbiterju is santwarju u fl aħħar izda mhux l inqas il kapulavur tiegħu il battisterju B ħila liema bħalha Giorgio da Sebenico kkombina l elementi arkitettoniċi u dekorattivi biex joħloq entita magħquda Giorgio da Sebenico kkombina diversi elementi artistiċi fil pjanta tal katidral Bieb l Iljuni ġie ispirat mill abbazija ta San Leonardo di in navata ċentrali mill katidral ta Trogir ajkla fuq id daħla prinċipali bħala simbolu ta San Ġwann l Evanġelista navata tal ġenb mill Katidral ta San Mark f Venezja u navata oħra tal ġenb mill Hagia Sophia f Istanbul Bena wkoll il portal prinċipali tal Punent il portal tat Tramuntana Bieb l Iljuni u l ewwel kappella Il portal prinċipali tal Punent ġie ddekorat minn Bonino da Milano bl istatwi ta Ġesu Kristu u t tnax il appostli Il bieb tal li hemm bħalissa sar fl 1967 mill iskultur lokali Bieb l Iljuni Il motiv tal portal tat Tramuntana imsejjaħ Bieb l Iljuni huma Adam u Eva bilwieqfa fuq zewġ iljuni xi ħaġa rikorrenti fil Katidral ta Trogir izda hawnhekk Adam u Eva qegħdin fuq kolonni fuq l iljuni Dawn l istatwi flimkien ma dawk ta San Ġakbu u San Pietru huma xogħol Giorgio da Sebenico jew Juraj Dalmatinac kif inhu magħruf fil Kroazja L istatwa ta Eva tiġbed l attenzjoni ta min jifli l istatwa għax għandha z zokra mentri skont il Bibbja Eva nħalqet minn kustilja ta Adam L istemma araldika ta zewġ isqfijiet u tal prokuratur tal knisja ta qabel tpoġġew fuq Bieb l Iljuni Iz zewġ putti Rinaxximentali Iz zewġ putti anġli zgħar Rinaxximentali fin naħa tat Tramuntana tal katidral għandhom f idejhom l iskrizzjoni tal konsagrazzjoni tal katidral fl 1443 Taħt saqajhom hemm l unika firma li għad fadal ta Giorgio da Sebenico Hoc opus cuvarum fecit magister Georgius Matthei Dalmaticus L arkitett iddisinja wkoll il battisterju fis snin 40 tas seklu 15 u bnieh ħdejn l apsida tan Nofsinhar f forma ta kwadrifolju Il parti ta fuq hija mgħottija bi skulturi qishom tal l ewwel xogħol ta skultura Rinaxximentali fil Kroazja In niċeċ ċatti huma mirfuda bl arzelli pellegrini ta San Ġakbu Fuq il baldakkini ta bejniethom hemm zewġ statwi waħda tar Re David u l oħra tal profeta Xmun Il biċċiet il barra tas saqaf imriffed jintemmu fil ġebla ewlenija tas saqaf tal battisterju li tirrapprezenta lill Alla l Missier imdawwar bl anġli u ħamiema is simbolu tal Ispirtu s Santu Il fonti tal magħmudija magħmul minn blata sedimentarja ħamranija magħrufa bħala breccia huwa mirfud minn tliet anġli L apsidi huma ddekorati fuq barra b ħafna skulturi dekorattivi inkluz 74 ras ta nies importanti kontemporanji tal arkitett li għal xi raġuni jew oħra kienu impressjonawh jew inkella li ried jikkuntenta biex jgħinuh ikopri l ispejjez tal kostruzzjoni tal katidral Uħud minn dawn l irjus fuq il faċċata għandhom imneħirhom imkisser x aktarx minħabba vandalizmu Tabilħaqq sa zmien Ġustinjanu II dan kien mod kif wieħed jiskredita r reputazzjoni ta xi ħadd u għalhekk l individwu kien jibqa anonimu b dan il mod Veduta tas saqaf f għamla ta bittija Giorgio da Sebenico x aktarx li baqa jaħdem fuq il katidral sa mewtu fl 1475 u ċertament sal 1473 Niccolo di Giovanni Fiorentino Bejn l 1475 u l 1505 ix xogħol għadda taħt is sorveljanza tal arkitett Toskan Nicola Firentinac mill iskola tal iskultura ta Donatello li zviluppa bħala skultur u bennej fid Dalmazja Huwa kompla l kostruzzjoni tal katidral fl istil Rinaxximentali Toskan Lesta l galleriji estensivi bena r riffieda fin navata ċentrali bena l faċċata superjuri u ħadem l iskulturi esterni ta San Mikiel San Ġakbu u San Mark Is saqaf f għamla ta bittija huwa magħmul minn sensiela ta ċangaturi enormi tal ġebel u kien meqjus bħala kostruzzjoni tal għaġeb dak iz zmien Bena wkoll il galleriji paralleli u ħadem fuq il presbiterju u s santwarju Għalkemm il koppla tal Katidral ta Sibenik inbniet wara l koppla ta Firenze Niccolo di Giovanni Fiorentino uza bazi ottagonali fil kostruzzjoni tagħha qabel Bramante u Mikelanġlu fil funzjoni oriġinali tagħha bħala tranzizzjoni mill bazi kwadra għall koppla ċirkolari It twettiq tal koppla jitqies bħala waħda mill aqwa kisbiet tal arkitettura Rinaxximentali Ġol katidralIr ruzun tal katidral bil ħġieġ ikkulurit Ġol katidral hemm erba kolonni kbar pariġġ xulxin li sserraħ fuqhom il koppla Il kapitelli ġew iddekorati skont ix xewqa tan nies nobbli li ffinanzjaw ix xogħol tal kostruzzjoni tal kappelli Fl ewwel kappella fuq in naħa tal lemin hemm is sarkofagu tal isqof umanista u kittieb c 1420 1509 li huwa xogħol abbazi tad disinn ta Juraj Dalmatinac Alesi ħoloq ukoll l istatwa ta Sant Elija li tinsab wara t tron tal isqof Fuq in naħa tax xelluh hemm is sarkofagu tal isqof li laħaq ra l katidral jitlesta qabel mewtu Taħt il kor hemm l oqbra ta zewġ isqfijiet oħra bir riljievi fuq il lemin hemm dak tal isqof u fuq ix xellug hemm dak tal isqof Dan ix xogħol sar mill artist lokali Fuq in naħa opposta tal Artal tas Salib Imqaddes Sveti Kriz magħmul minn Juraj Culinovic hemm il qabar tal artist li għamlu 1433 jew 1446 1505 Fuq l artal hemm pittura ta Fost artali oħra lejn ix xellug tad daħla prinċipali hemm l Artal tat Tliet Slaten Maġi b pittura ta skont il pjanta ta Juraj Dalmatinac Il ġnub tal artal huma ddekorati bir riljievi ta zewġ anġli b parċmina f idejhom ta Nikola Firentinac f niċeċ forma ta arzelli It Tezor tal katidral jinkludi x xogħlijiet tal arġentier u l artist tal minjaturi ta Sibenik 1530 1596 Wara li Fiorentino miet fl 1505 il kostruzzjoni finalment tlestiet fl 1535 minn zewġ artiġjani oħra u ibnu Ġakbu skont l istruzzjonijiet ta Fiorentino Il katidral ġie kkonsagrat uffiċjalment fl 1555 wara li diversi artiġjani lokali u minn Venezja ħadmu fih bl istil Gotiku Xogħol sussegwentiPeress li l Katidral ta Sibenik ma għandux kampnar fl imgħoddi kien hemm torri fil qrib fuq is swar tal belt li kien jintuza għal dan l għan sa ma twaqqa lejn l aħħar tas seklu 19 Il biċċa l kbira tar restawr tal katidral sar bejn l 1850 u l 1860 u mill ġdid bejn l 1992 u l 1997 Il koppla tal katidral ġarrbet ħsarat kbar mill attakki tal forzi Serbi appoġġati mill JNA fuq Sibenik f Settembru 1991 Madankollu fi zmien ftit snin ġiet imsewwija malajr u llum il ġurnata ma tidher l ebda ħsara Sit ta Wirt DinjiIl Katidral ta Sibenik sar Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fis sena 2000 Il valur universal straordinarju tiegħu ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba l karatteristiċi struttural tal katidral iwasslu biex ikun binja unika u straordinarja b taħlita ta elementi Gotiċi u Rinaxximentali il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ ladarba l katidral huwa l ezitu ta suċċess minn interskambji konsiderevoli ta influwenzi bejn tliet reġjuni kulturalment differenti jiġifieri t Tramuntana tal Italja id Dalmazja u t Toskana fis sekli 15 u 16 u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ladarba l katidral huwa xhieda unika tat tranzizzjoni mill perjodu Gotiku għal dak Rinaxximentali fl arkitettura tal knejjes Kultura popolariPeress li l katidral minn ġewwa ġie rrekordjat b mod estensiv fi 3D għal skopijiet ta dokumentazzjoni u ta restawr il mudell 3D tiegħu spiss jintuza għal skopijiet ta grafika speċjalment fl immudellar viziv Il katidral intuza bħala sfond għall Bank tal Ħadid fid disa episodju tal ħames staġun tas sensiela Game of Thrones Sibenik intuzat fis sensiela biex tirrapprezenta l belt fittizja ta Braavos Referenzi a b Centre UNESCO World Heritage The Cathedral of St James in Sibenik UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 03 13 a b ċ d e f ġ Naklada Naprijed The Croatian Adriatic Tourist Guide pp 198 200 Zagreb 1999 ISBN 953 178 097 8 Cathedral 3D Models for Free Download Free 3D Clara io clara io Miġbur 2021 03 14 Sibenik Game of Thrones Why it should be on your Croatia Bucket List bl Ingliz 2019 06 05 Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 04 15 Miġbur 2021 03 14 Sibenik Visit Game of Thrones locations www sibenik tourism hr Miġbur 2021 03 14

L-aħħar artikli
  • Lulju 11, 2025

    Opossum ta' denbu qasir ta' Emilia

  • Lulju 13, 2025

    Opossum ta' denbu qasir ta' Osgood

  • Lulju 13, 2025

    Opossum ta' denbu qasir ta' Marajo

  • Lulju 12, 2025

    Opossum ta' denbu qasir pigmew

  • Lulju 09, 2025

    Opossum ta' denbu qasir sepja

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq