Il Katidral ta Canterbury f Canterbury Kent huwa l waħda mill eqdem u l iżjed strutturi Kristjani famużi fl Ingilterra J
Katidral ta' Canterbury

Il-Katidral ta' Canterbury f'Canterbury, Kent, huwa l-waħda mill-eqdem u l-iżjed strutturi Kristjani famużi fl-Ingilterra. Jifforma parti minn Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Huwa l-katridral tal-Arċisqof ta' Canterbury, attwalment Justin Welby, il-mexxej tal- u l-mexxej simboliku tal-Komunità Anglikana dinjija. It-titlu formali tiegħu huwa l-Katidral u l-Knisja Metropolitika ta' Kristu f'Canterbury.
Stabbilit fil-597, il-katidral ġie rikostruwit għalkollox bejn l-1070 u l-1077. In-naħa tal-Lvant tkabbret ferm fil-bidu tas-seklu 12, u ġiet rikostruwita l-iktar bl-istil Gotiku wara n-nirien tal-1174, b'estensjonijiet sinifikanti lejn il-Lvant biex jakkomodaw il-fluss ta' pellegrini li riedu jżuru s-santwarju ta' Thomas Becket, l-arċisqof li nqatel fil-katidral fl-1170. In-navata u t-transetti Normanni baqgħu jeżistu sal-aħħar tas-seklu 14, meta mbagħad inqerdu għall-istrutturi attwali.
Qabel ir-Riformazzjoni Ingliża, il-katidral kien parti minn komunità monastika Benedittina magħrufa bħala Christ Church, Canterbury, apparti li huwa s-sede tal-arċisqof.
Storja
Rumani
Il-Kristjaneżmu fir-Renju Unit jissemma minn Tertuljanu diġà fil-208 W.K. u Origen isemmih fil-238 W.K. Fil-314 tliet isqfijiet mir-Renju Unit attendew il-Kunsill ta' Arles.
Hemm tradizzjoni ta' Londra Medjevali li l-Knisja ta' San Pietru f'Cornhill f'Londra kienet is-sede tal-Kristjaneżmu Ingliż sal-istabbiliment ta' Canterbury fil-597 W.K. Għadu ma ġiex stabbilit jekk dan huwiex minnu jew le. Madankollu, il-Knisja ta' San Pietru hija ppożizzjonata eżatt fuq il-pożizzjoni potenzjali ta' santwarju (Aedes) pagan fil-Bażilika Rumana l-kbira taż Londra, u hemm tradizzjoni li re nattiv Brittaniku, Luċju, ikkonverta għall-Kristjaneżmu fil-179 W.K. u stabbilixxa l-Knisja ta' San Pietru bħala s-sede tal-arċisqof tal-Knisja Ingliża.
Hi x'inhi t-tradizzjoni korretta, għaldaqstant il-Kristjaneżmu Ingliż wasal pjuttost tard f'Canterbury. L-ewwel isqof li kellu bħala s-sede tiegħu l-katidral kien , li qabel kien il-patri superjuri tal-Abbazija Benedittina ta' San Indrija f'Ruma, mibgħut bħala l-kap ta' grupp ta' missjunarji lejn l-Ingilterra mill- fil-596. Wistin stabbilixxa l-katidral fil-597 u ddedikah lil Ġesù Kristu, is-Salvatur Imqaddes. Meta ġew stabbiliti djoċesijiet oħra fl-Ingilterra, Wistin sar l-arċisqof.
Wistin stabbilixxa wkoll l-Abbazija ta' San Pietru u San Pawl 'il barra mis-swar tal-belt ta' Canterbury. Iktar 'il quddiem din il-knisja ġiet iddedikata mill-ġdid li Santu Wistin innifsu u għal sekli sħaħ kienet il-post fejn kienu jindifnu l-arċisqfijiet suċċessivi. L-abbazija hija parti mill-istess Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, flimkien mal-katidral u mal-knisja antika ta' San Martin.
Medju Evu Bikri
Bede ddokumenta li Wistin reġa' uża eks knisja Rumana. L-eqdem fdalijiet li nstabu waqt l-iskavi taħt in-navata attwali fl-1993, madankollu kienu partijiet mill-pedamenti ta' binja tal-Anglo-Sassoni, li kienet inbniet tul triq Rumana. Dawn jindikaw li l-knisja oriġinali kienet tikkonsisti minn navata, possibbilment b'narthex, u kappelli laterali fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. Instabet binja sussidjarja iżgħar lejn il-Lbiċ ta' dawn il-pedamenti. Matul is-seklu 9 jew 10, din il-knisja ġiet sostitwita bi struttura ikbar (161 pied b'75 pied jew 49 metru bi 23 metru) b'faċċata tal-Punent kwadra. Milli jidher kellha wkoll torri ċentrali kwadru. Il-kronista tas-seklu 11 Eadmer, li kien midħla tal-katidral tas-Sassoni meta kien tifel, kiteb li fl-arranġament tiegħu, il-katidral kien jixbaħ il- fil-Vatikan, u indika li kellu għamla ta' bażilika, b'apsida fil-Lvant.
Matul ir-riformi ta' , l-arċisqof mid-960 sa mewtu fid-988, abbazija Benedittina msejħa l-Prijorat ta' Christ Church ġiet miżjuda mal-katidral. Iżda l-istabbiliment formali bħala monasteru jidher li seħħ biss għall-ħabta tad-997 u l-komunità saret monastika għalkollox biss minn żmien 'il quddiem (bil-kostituzzjonijiet monastiċi indirizzati minnu lill-Pirjol Enriku). Dunstan indifen fin-naħa tan-Nofsinhar tal-artal maġġuri.
Ir-Re Anglo-Sassonu u żżewġu fil-Katidral ta' Canterbury fir-rebbiegħa tal-1002, u Emma ġiet ikkonsagrata bħala r-"Reġina Ælfgifu".
Il-katidral ġarrab ħsarat estensivi matul l-attakki Daniżi fuq Canterbury fl-1011. L-Arċisqof Ælfheah ittieħed bħala ostaġġ minn dawk li wettqu l-attakki u eventwalment inqatel f' fid-19 ta' April 1012, u b'hekk kien l-ewwel wieħed mill-ħames arċisqfijiet ta' Canterbury li mietu martri. Wara dan, ġiet miżjuda apsida fil-Punent bħala oratorju ta' Santa Marija, x'aktarx matul l-arċiveskovat ta' Lyfing (1013-1020) jew Aethelnoth (1020-1038).
L-iskavi tal-1993 żvelaw li l-apsida l-ġdida fil-Punent kienet poligonali, maġenb torrijiet eżagonali, u tifforma westwerk (faċċata tal-Punent). Kienet tospita t-tron tal-arċisqof, bl-artal ta' Santa Marija lejn il-Lvant. Għall-ħabta tal-istess żmien li nbniet il-westwerk, il-ħitan tal-arkati ġew imsaħħa u ġew miżjuda torrijiet fil-kantunieri tal-Lvant tal-knisja.
Normanni
Il-katidral inqered min-nirien fl-1067, sena wara l-Konkwista Normanna. Ir-rikostruzzjoni bdiet fl-1070 taħt l-ewwel arċisqof Normann, Lanfranc (1070-1077). Huwa neħħa l-fdalijiet u reġa' bena l-katidral skont disinn ibbażat sew fuq dak tal- f', Franza, fejn kien serva bħala patri superjuri, u ntuża ġebel miġjub minn Franza. Il-knisja l-ġdida, l-assi ċentrali tagħha madwar ħames metri fin-Nofsinhar tal-predeċessur tagħha, kienet binja b'għamla ta' salib, b'navata bil-korsiji u disa' niċeċ, par torrijiet fil-Punent, transetti mingħajr korsiji b'kappelli apsidali, torri baxx fuq in-naħa l-oħra, u kor qasir li jintemm bi tliet apsidi. Kienet iddedikata fl-1077.
Taħt is-suċċessur ta' Lanfranc, Anselm, li ġie eżiljat darbtejn mill-Ingilterra, ir-responsabbiltà tar-rikostruzzjoni jew tat-titjib tan-nisġa tal-katidral tħalliet l-iktar f'idejn il-pirjoli. Wara l-elezzjoni tal-Pirjol Ernulf fl-1096, il-faċċata mhux adegwata ta' Lanfranc fil-Lvant twaqqgħet u ġiet sostitwita b'fergħa tal-Lvant twila 198 pied, id-doppju tat-tul tal-katidral. Ġiet olzata fuq kripta kbira u mżejna b'mod elaborat. Wara Ernulf fl-1107 laħaq Konrad, li lesta x-xogħol sal-1126. Il-kor il-ġdid ingħata l-għamla ta' knisja kompluta fi innifsu, bit-transetti tiegħu stess; il-faċċata tal-Lvant kellha pjanta semiċirkolari, bi tliet kappelli li jagħtu għal ambulatorju. Kampnar għalih waħdu nbena fuq tumbata fid-distrett tal-katidral għall-ħabta tal-1160.
Bħal fil-biċċa l-kbira tal-binjiet tal-knejjes Gotiċi, il-kor minn ġewwa huwa mżejjen b'mod rikk. kiteb: "Ma kien hemm xejn bħalu fl-Ingilterra, kemm bħala dawl li jidħol mill-ħġieġ ikkulurit tat-twieqi tiegħu, kemm bħala leqqa tal-art tal-irħam tiegħu, kif ukoll għall-bosta pitturi kkuluriti ferm li kienu jattirawk biex tħares lejn is-saqaf bil-panewijiet ta' fuqhom".
Għalkemm ingħatat isem l-arċisqof fundatur tas-seklu 6, is-Sedja ta' Santu Wistin, it-tron ċerimonjali tal-Arċisqof ta' Canterbury, jaf imur lura għal żmien in-Normanni. Intuża għall-ewwel darba fl-1205.
Perjodu ta' Plantagenet
Martirju ta' Thomas Becket
Mument ċentrali fl-istorja tal-katidral kien il-qtil tal-arċisqof , fit-transett tal-Majjistral (magħruf bħala l-Martirju) nhar it-Tlieta d-29 ta' Diċembru 1170, mill-kavallieri tar-Re . Ir-re spiss kellu kunflitti ma' Becket li kellu rieda qawwija u jingħad li stqarr iffrustrat, "Ħadd mhu se jeħlisni minn dan il-qassis turbolenti?". Erba' kavallieri ħadu l-istqarrija tiegħu litteralment u qatlu lil Becket fil-katidral tiegħu stess. Wara Ælfheah fl-1012, Becket kien it-tieni Arċisqof ta' Canterbury li nqatel.
Il-venerazzjoni ta' Becket wara mewtu ttrasformat il-katidral f'post tal-pellegrinaġġi, u b'hekk kien jeħtieġ li jitkabbar kemm fid-daqs tal-binja kif ukoll fil-ġid, permezz tad-dħul mill-pellegrini, sabiex it-tkabbir tal-binja jkun possibbli.
Rikostruzzjoni tal-kor
F'Settembru 1174, il-kor ġarrab ħsarat estensivi minħabba nirien, u b'hekk kienet meħtieġa rikostruzzjoni ewlenija. Il-progress tar-rikostruzzjoni ġie ddokumentat fid-dettall minn patri msejjaħ Gervase. Il-kripta ħelsitha ħafif min-nirien, u nstab li l-ħitan ta' barra tal-kor setgħu jinżammu. Dawn żdiedu b'għoli ta' 12-il pied (3.7 metri) matul ir-rikostruzzjoni, iżda l-għamla tonda tat-twieqi tiegħu baqgħet l-istess. Il-kumplament ġie sostitwit bl-istil Gotiku ġdid, bi ħnejjiet ippuntati, volti mrikkbin u dniefel. Il-ġebla tal-ġir li ntużat ġiet importata minn Caen fin-Normandija, u l-irħam ta' Purbeck intuża għax-xaftijiet. Il-kor reġa' seta' jintuża fl-1180 u f'dik is-sena l-fdalijiet ta' Dunstan u ta' Ælfheah ġew ittrasferiti hemmhekk mill-kripta.
Il-mastru bennej li nħatar għar-rikostruzzjoni tal-kor kien il-Franċiż William ta' Sens. Wara li waqa' mill-armatura tal-bini u korra fl-1179, ġie sostitwit b'wieħed mill-eks assistenti tiegħu, magħruf bħala William l-Ingliż.
Kappella tat-Trinità u Santwarju ta' Thomas Becket
Fl-1180-1184, minflok il-kappella l-antika kwadra tal-Lvant, inbniet il-Kappella tat-Trinità attwali, b'estensjoni kbira b'ambulatorju, iddisinjat għas-santwarju ta' San Thomas Becket. Kappella oħra, bi pjanta ċirkolari, ġiet miżjuda iktar lil hinn, għal iktar fdalijiet u relikwi ta' Becket, li b'mod ġenerali kien maħsub li kienu jinkludu l-parti ta' fuq tal-kranju tiegħu, li ġiet maqtugħa fil-qtil tiegħu. Din il-kappella tal-aħħar saret magħrufa bħala l-"Kuruna" jew il-"Kuruna ta' Becket". Dan il-partijiet il-ġodda fil-Lvant tat-transetti tal-kor ġew olzati fuq kripta ogħla mill-kor ta' Ernulf, u b'hekk kien meħtieġ taraġ bejn iż-żewġ livelli. Ix-xogħol fuq il-kappella tlesta fl-1184, iżda l-fdalijiet ta' Becket ma ġewx ittrasferiti mill-qabar tiegħu fil-kripta qabel l-1220. Fil-Kappella tat-Trinità, iktar 'il quddiem ġew midfuna wkoll (il-"Prinċep l-Iswed") u r-Re .
Is-santwarju fil-Kappella tat-Trinità tqiegħed eżatt fuq il-qabar oriġinali ta' Becket fil-kripta. Pedestall tal-irħam, olzat fuq il-kolonni, kien jirfed dak li viżitatur bikri, Walter ta' Coventry, iddeskriva bħala "tebut maħdum b'mod tal-għaġeb bid-deheb u bil-fidda, u mżejjen sew bil-ħaġar prezzjuż". Rakkonti oħra jagħmluha ċara li d-deheb tpoġġa fuq qafas tal-injam, li min-naħa tiegħu kien fih kaxxa tal-ħadid bil-fdalijiet ta' Becket. Teżori oħra ddedikati lill-arċisqof qaddis ġew miżjuda mat-tiżjin tat-tebut matul is-snin, filwaqt li oħrajn tpoġġew fuq pedestalli jew xorok fil-qrib, jew ġew mehmuża ma' tapizzeriji mdendla. Għall-biċċa l-kbira taż-żmien, it-tebut (jew il-"feretru") inżamm issiġillat b'għatu tal-injam, li b'mod teatrali kien jiġi mgħolli bil-ħbula ladarba tinġema' folla ta' pellegrini. L-umanista Olandiż , li żar il-post fl-1512–1514, iddokumenta li ladarba l-għatu kien jiġi mgħolli, "il-Pirjol ... kien jindika kull ġojjell, u kien jgħid l-isem bil-Franċiż, il-valur tiegħu, u isem id-donatur tiegħu; peress li l-parti prinċipali tagħhom kienu offerti mibgħuta minn prinċpijiet sovrani".
L-introjtu mill-pellegrini (bħal dawk imsemmija fil-Canterbury Tales ta' ) li żaru s-santwarju ta' Becket, li kien meqjus bħala post ta' fejqan, ħallas għall-biċċa l-kbira tar-rikostruzzjoni sussegwenti tal-katidral u tal-binjiet assoċjati miegħu. Dan id-dħul kien jinkludi l-profitti mill-bejgħ ta' medalji ta' Becket, tal-martirju tiegħu jew tas-santwarju tiegħu, għall-pellegrini.
Is-santwarju tneħħa fl-1538. Ir-Re Enriku VIII allegatament "tella'" l-qaddis mejjet il-qorti fuq akkużi ta' tradiment. Peress li ma deherx il-qorti, instab ħati fin-nuqqas tiegħu u t-teżori tas-santwarju tiegħu ġew ikkonfiskati, u ttieħdu f'żewġ sniedaq kbar fuq 26 karru.
Binjiet monastiċi
Veduta panoramika tal-katidral u tal-binjiet monastiċi tiegħu, li saret għall-ħabta tal-1165 u hija magħrufa bħala l-"pjanta ta' minn fejn kellu jgħaddi l-ilma" hija ppreservata fil-Eadwine Psalter fil-librerija tal-Kulleġġ tat-Trinità ta' Cambridge. Deskrizzjoni dettalja tal-pjanta tista' tinstab fis-saġġ klassiku ta' Willis. Turi li Canterbury kellha l-istess prinċipji ġenerali ta' arranġament komuni bħall-monasteri Benedittini kollha, għalkemm għad-differenza tas-soltu, il-kjostru u l-binjiet monastiċi kienu jinsabu fit-Tramuntana, minflok fin-Nofsinhar tal-knisja. Kien hemm sala kapitolari separata li għadha teżisti, li jingħad li hija "l-ikbar waħda fl-Ingilterra kollha". Il-ħġieġ ikkulurit ta' ġo fiha juri l-istorja ta' Canterbury.
Il-binjiet kienu jiffurmaw gruppi separati madwar il-knisja. Maġenbha, fuq in-naħa tat-Tramuntana, kien hemm il-kjostru u l-binjiet iddedikati għall-ħajja monastika. Lejn il-Lvant u l-Punent tagħhom kien hemm il-binjiet iddedikati għall-eżerċitar tal-ospitalità. Lejn il-Lvant ukoll kien hemm l-infermerija, bil-kappella tagħha stess. Lejn it-Tramuntana, kien hemm bitħa kbira fil-beraħ li kienet tiddividi l-binjiet monastiċi mill-kumplament tal-binjiet, fosthom l-istalel, il-fosos tal-qmuħ, il-matmura, il-forn, il-birrerija u s-swali tal-ħasil tal-ħwejjeġ, li kienu abitati mill-qaddejja lajċi tal-istabbiliment. Kemm jista' jkun 'il bogħod mill-knisja, lil hinn mill-art tal-monasteru, kien hemm id-dipartiment tat-tallaba. Il-binja għall-wens tal-foqra, b'sala kbira annessa magħha, kienet tifforma l-ospizju tal-foqra.
Il-grupp ta' binjiet iddedikati għall-ħajja monastika kien jinkludi żewġ kjostri. Il-kjostru l-kbir kien imdawwar mill-binjiet li essenzjalment kienu kkollegati mal-ħajja ta' kuljum tal-patrijiet: il-knisja lejn in-Nofsinhar, bir-refettorju dejjem fuq in-naħa opposta, id-dormitorju, olzat fuq il-volti, u s-sala kapitolari biswit, filwaqt li fil-Punent kien ikun hemm l-abitazzjonijiet ta' min kien jieħu ħsieb iċ-ċelel, li kien responsabbli għall-ikel tal-patrijiet u tal-mistednin. Passaġġ taħt id-dormitorju kien jagħti lejn il-Lvant għal kjostru iżgħar jew tal-infermerija, li kien jintuża mill-morda u mill-patrijiet li jimirdu.
Is-sala u l-kappella tal-infermerija kienu estiżi lejn il-Lvant ta' dan il-kjostru, u b'hekk l-għamla u l-arranġament tagħha kienu qishom in-navata u l-presbiterju ta' knisja bil-korsiji. Taħt id-dormitorju, faċċata tal-ispazju għall-ħxejjex aromatiċi, kien hemm il-"pisalis", il-kamra komuni għall-patrijiet. Fil-kantuniera tal-Grigal kien hemm aċċess mid-dormitorju għan-necessarium, li kienet binja f'forma ta' sala Normanna, twila 145 pied (44 metru) u wisa' 25 pied (7.6 metru), b'55 siġġu. Inbniet b'attenzjoni partikolari għall-iġjene, b'nixxiegħa tal-ilma għaddejja minnha minn naħa għall-oħra.
Kien hemm dormitorju iżgħar għall-uffiċjali tal-kunvent orjentat mil-Lvant għall-Punent. Qrib ir-refettorju, iżda barra mill-kjostri, kien hemm l-uffiċċji domestiċi kkollegati: lejn it-Tramuntana, il-kċina kwadra b'47 pied (14-il metru) fuq kull naħa, b'saqaf piramidali, u l-bitħa tal-kċina; lejn il-Punent, il-binjiet fejn kien isir il-butir, fejn kienu jinħażnu l-affarijiet, eċċ. L-infermerija kellha kċina żgħira tagħha stess. Fuq in-naħa opposta tal-bieb tar-refettorju fil-kjostru kien hemm żewġ binjiet fejn il-patrijiet kienu jinħaslu qabel u wara li jieklu. Waħda minnhom huwa t-torri ċirkolari ta' żewġ sulari tal-lavatorju. Lejn in-Nofsinhar tal-kjostru tal-infermerija, qrib in-naħa tal-Lvant tal-katidral, hemm it-teżor, b'volta li tispikka bi tmien naħat.
Il-binjiet iddedikati għall-ospitalità kienu maqsuma fi tliet gruppi. Il-grupp tal-pirjol kienu "jiġu aċċessati fix-Xlokk tal-bitħa l-ħadra, qrib l-iżjed parti sagra tal-katidral, kif jistħoqqilhom l-ekkleżjastiċi jew in-nobbli distinti li kienu jiġu assenjati lilu". Il-binjiet ta' min kien jieħu ħsieb il-patrijiet, fejn il-viżitaturi ta' klassi medja kienu jiġu pprovduti l-intratteniment, kienu jinsabu fin-naħa tal-Punent tan-navata. Il-pellegrini inferjuri, il-foqra u t-tallaba kienu relegati fis-sala tat-Tramuntana, eżatt mad-daħla.
Fost il-pirjoli tal-Prijorat ta' Christ Church kien hemm Ġwanni ta' Sittingbourne (elett fl-1222, li qabel kien patri tal-prijorat) u William Chillenden (elett fl-1264, li qabel kien patri u teżorier tal-prijorat). Il-monasteru ngħata d-dritt li jeleġġi l-pirjol tal-monasteru stess jekk is-sede tal-Papa kienet tkun vakanti, u – minn Gregorju IX 'il quddiem – id-dritt għal elezzjoni ħielsa (għalkemm bl-arċisqof jissorvelja l-għażla tagħhom). Fost il-patrijiet tal-prijorat kien hemm Æthelric I, Æthelric II, Walter d'Eynsham, Reginald fitz Jocelin (ammess fil-konfraternità qabel mewtu), Nigel de Longchamps u Ernulf. Spiss il-patrijiet kienu jikkandidaw għall-kariga ta' Arċisqof ta' Canterbury, jew wieħed minn fosthom jew wieħed minn barra, peress li l-arċisqof nominalment kien il-patri superjuri tagħhom, iżda dan seta' jwassal għal diżgwidi mar-re jew mal-Papa kull meta kien jiġi propost raġel differenti – eżempju ta' dan huma l-elezzjonijiet ta' Baldwin ta' Forde u ta' Thomas Cobham.
Sekli 14 u 15
Fil-bidu tas-seklu 14, il-Pirjol Eastry ordna li jinbena ħajt diviżorju tal-ġebel u li terġa' tinbena s-sala kapitolari, filwaqt li s-suċċessur tiegħu, il-Pirjol Oxenden żied tieqa kbira b'ħames sezzjonijiet għad-dawl fil-Kappella ta' San Anselmu.
Il-katidral ġarrab ħsarat estensivi minħabba t-terremot tal-Istretti ta' Dover tal-1382, u tilef il-qniepen u l-kampnar tiegħu.
Mill-aħħar tas-seklu 14 reġgħu nbnew in-navata u t-transetti fuq il-pedamenti Normanni bl-istil Perpendikolari taħt it-tmexxija tal-mastru bennej magħruf . B'kuntrast mal-bini mill-ġdid kontemporanju tan-navata f', fejn il-biċċa l-kbira tal-karatteristiċi arkitettoniċi eżistenti nżammew u ġew immudellati mill-ġdid, il-pilastri tneħħew għalkollox, u ġew sostitwiti b'oħrajn Gotiċi inqas imponenti, u l-ħitan antiki tal-korsiji tneħħew għalkollox ukoll għajr għal "pedestall" baxx fin-naħa tan-Nofsinhar. Iktar karatteristiċi Normanni nżammew fit-transetti, speċjalment fil-ħitan tal-Lvant, u l-kappelli l-antiki tal-apsidi ma ġewx sostitwiti qabel nofs is-seklu 15. Il-ħnejjiet tal-arkata tan-navata l-ġdida kienu tassew għoljin meta mqabbla mal-klerestorju. It-transetti, il-korsiji u n-navata l-ġodda ġew imsaqqfa b'volti mrikkbin qosra, b'biċċiet ċilindriċi ħerġin 'il barra. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol twettaq matul il-prijorat ta' Thomas Chillenden (1391-1411): Chillenden bena wkoll ħajt diviżorju ġdid fin-naħa tal-Lvant tan-navata, fejn ġie inkorporat il-ħajt diviżorju eżistenti ta' Eastry. Madankollu, l-art tal-ġebel Normanna tan-navata baqgħet teżisti sa ma ġiet sostitwita fl-1786.
Mill-1396 il-kjostri ġew irrestawrati u mmudellati mill-ġdid mill-istudent ta' Yevele, Stephen Lote, li żied il-volti mrikkbin qosra. Matul dan il-perjodu nħolqu wkoll il-volti partikolari tas-sala kapitolari.
Skarsezza ta' flus u l-għoti tal-prijorità lir-rikostruzzjoni tal-kjostri u tas-sala kapitolari wasslu biex ir-rikostruzzjoni tat-torrijiet tal-Punent tiġi ttraskurata. It-torri tal-Lbiċ ma ġiex sostitwit qabel l-1458, u t-torri Normann tal-Majjistral baqa' jeżisti sal-1834, meta ġie sostitwit b'replika tat-torri Perpendikolari.
Għall-ħabta tal-1430, it-transett tan-Nofsinhar tneħħa biex minfloku tinbena kappella, stabbilita minn Lady Margaret Holland u ddedikata lil San Mikiel u lill-Anġli Kollha. L-apsida tat-transett tat-Tramuntana ġie sostitwit b'kappella ddedikata lill-Madonna, li nbniet fl-1448-1455.
It-torri tal-intersezzjoni tan-navata, twil 235 pied (72 metru) inbeda fl-1433, għalkemm il-preparamenti kienu diġà bdew matul il-prijorat ta' Chillenden meta l-pilastri kienu ġew rinfurzati. Instab li iktar tisħiħ kien meħtieġ għall-ħabta tal-bidu tas-seklu 16 meta ġew miżjuda ħnejjiet riffieda taħt il-ħnejjiet tat-torri tan-Nofsinhar u tal-Punent. It-torri sikwit huwa magħruf ukoll bħala l-"Kampnar tal-Anġlu", peress li fl-imgħoddi kien hemm anġlu indurat fuq il-quċċata tiegħu.
Żmien Modern
Ir-Riformazzjoni, ix-Xoljiment u l-Puritaniżmu
Il-katidral ma baqax abbazija matul ix-Xoljiment tal-Monasteri, meta l-istabbilimenti reliġjużi kollha twaqqfu. Canterbury arrendiet f'Marzu 1539, u reġgħet lura għall-istatus preċedenti tagħha ta' "kulleġġ tal-kanonċi sekolari". Skont is-sit web tal-katidral stess, il-katidral kien monasteru Benedittin mis-seklu 10. L-Istabbiliment il-Ġdid seħħ fit-8 ta' April 1541. Is-santwarju ddedikat lil San Thomas Becket inqered skont l-ordnijiet ta' Enriku VIII u r-relikwi ntilfu.
Fl-1642-1643, matul il-, ikonoklastiċi Puritani mmexxija minn (Parlamentari) ikkawżaw ħsara sinifikanti waqt it-"tindif" li wettqu tal-katidral, inkluż il-qerda tal-istatwa ta' Kristu fid-Daħla ta' Christ Church u t-twaqqigħ tax-xatbiet tal-injam minn grupp immexxi minn . L-istatwa ma ġietx sostitwita qabel l-1990 iżda x-xatbiet ġew irrestawrati fl-1660 meta beda wkoll ħafna xogħol ta' tiswija li baqa' għaddej sal-1704.
Għamara
Fl-1688, il-mastrudaxxa Roger Davis, ċittadin ta' Londra, neħħa l-bankijiet tas-seklu 13 u minflokhom għamel żewġ ringieli ta' bankijiet maħduma minnu fuq kull naħa tal-kor. Uħud mill-bankijiet ta' Davis għandhom gost Medjevali partikolari u jaf ikkopja wħud mid-disinni oriġinali. Meta Sir wettaq ir-rinnovazzjonijiet fis-seklu 19, huwa sostitwixxa r-ringiela ta' quddiem tal-bankijiet ta' Davis, b'bankijiet ġodda li ddisinja hu, li donnhom jinkludu bosta kopji ta' dawk fil-Katidral ta' Gloucester, fil-Katidral ta' Worcester u l-Kulleġġ il-Ġdid ta' Oxford.
Statwi fuq il-Faċċata tal-Punent
Il-biċċa l-kbira tal-istatwi li attwalment iżejnu l-faċċata tal-Punent tal-katidral ġew installati fis-snin 60 tas-seklu 19 meta kien qed jiġi rinnovat il-Portiku tan-Nofsinhar. Dak iż-żmien, in-niċeċ kienu battala u d-Djaknu tal-katidral ħaseb li d-dehra tal-katidral setgħet tittejjeb ladarba jimtlew. L-iskultur Vittorjan ġie kkummissjonat biex joħloq l-istatwi u l-biċċa l-kbira minnhom ġew installati sal-aħħar tas-snin 60 tas-seklu 19. Attwalment hemm 53 statwa li jirrappreżentaw diversi figuri li kienu influwenti fil-ħajja tal-katidral u l-knisja Ingliża, fosthom membri tal-kleru, membri tal-familja rjali, qaddisin u teologi. Huma rrappreżentati wkoll l-Arċisqfijiet ta' Canterbury, minn Wistin ta' Canterbury u Lanfranc, sa Thomas Cranmer u William Laud. Ir-rejiet u l-irġejjen minn Æthelberht u Bertha of Kent, sa Vitorja u Eliżabetta II huma inklużi.
Seklu 18 sal-preżent
It-torrijiet oriġinali tad-Daħla ta' Christ Church tneħħew fl-1803 u ġew sostitwiti fl-1937. L-istatwa ta' Kristu ġiet sostitwita fl-1990 bi skultura tal-bronż ta' Kristu magħmula minn Klaus Ringwald.
It-torri Normall oriġinali tal-Majjistral, li kellu l-ogħla quċċata sal-1705, twaqqa' fl-1834 minħabba tħassib strutturali. Ġie sostitwit bit-torri bl-istil Perpendikolari, simili għat-torri tal-Lbiċ (iddisinjat minn Thomas Mapilton), issa magħruf bħala t-Torri ta' Arundel, u b'hekk il-katidral ingħat dehra iktar simetrika. Din kien l-aħħar alterazzjoni knira li saret fil-katidral.
Fl-1866 kien hemm sitt kanoniċi residenzjali, u waħda minnhom kienet annessa mal-Arċidjakonat ta' Canterbury u l-oħra kienet annessa ma' dak ta' Maidstone. F'Settembru 1872, parti kbira mis-saqaf tal-Kappella tat-Trinità nqerdet għalkollox bin-nirien. Ma saret l-ebda ħsara lill-ġebel jew fuq ġewwa u l-ħsara li kien hemm ġiet imsewwija malajr.we
Waqt l-attakki bil-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-librerija tagħha nqerdet, iżda l-katidral ma ġarrabx ħsara estensiva mill-bombi; l-uffiċjali lokali tat-tifi tan-nar tfew il-fjammi kollha li ħadu fuq is-saqaf tal-injam.
Fl-1986 ġie installat Artal ġdid tal-Maritirju fit-transett tal-Majjistral, fil-post fejn Thomas Becket inqatel, u dan kien l-ewwel artal ġdid fil-katidral għal 448 sena. Immuntata fuqu mal-ħajt, hemm skultura tal-metall magħmula mill-iskultur ta' Truro Giles Blomfield b'salib u żewġ xwabel imdemmija maġenbu, flimkien mad-dellijiet tagħhom, li jirrappreżentaw l-erba' kavallieri li qatli lil Becket. Plakka tal-ġebel tfakkar ukoll iż-żjara ta' Papa Ġwanni Pawlu II fir-Renju Unit fl-1982. L-iskultura "Trasport" ta' Antony Gormley ġiet żvelata fil-kripta fl-2011. Din hija magħmula minn imsiemer tal-ħadid mis-saqaf tat-transett tax-Xlokk.
Fl-2015, u saru l-ewwel nisa li ġew ordnati bħala isqfijiet fil-katidral, bħala l-Isqof ta' Crediton u l-Isqof ta' Gloucester rispettivament. Fl-2022, ġie mħabbar li , li ddikjara apertament li huwa omosesswali u fi sħubija ċivili, kien se jkun id-Djaknu tal-katidral.
Il-katidral huwa Knisja Reġimentali tar-Riġment Irjali tal-Prinċipessa ta' Wales u post fejn jiggradwaw l-istudenti tal-Università ta' Kent u tal-Università ta' Christ Church ta' Canterbury.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Katidral ta' Canterbury, l- u l- ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Konservazzjoni
Il-biċċa l-kbira tal-xogħol tal-ġebel fil-Katidral ta' Canterbury għandu l-ħsara u qed jitmermer, is-soqfa qed iqattar l-ilma minnhom u ħafna mill-qafas tal-ħġieġ ikkulurit tat-twieqi ssaddad sew. L-aħħar rieżami strutturali ta' kull ħames snin żvela li kombinament ta' sekli ta' erożjoni, tniġġis u użu kostanti kellhom impatt fuq il-binja antika u xi problemi serji kienu jeħtieġu li tittieħed azzjoni b'urġenza.
L-ikbar sfida unika hija s-saqaf. Il-katidral huwa msaqqaf b'firxa enormi ta' ċomb u filwaqt li l-maġġoranza tal-qafas tal-injam għadu f'kundizzjoni tajba, ħafna miċ-ċomb innifsu jeħtieġ li jinbidel. Barra minn hekk, ammont kbir ta' konkos mal-parti t'isfel tas-saqaf jeħtieġ li jinqala' u li jiġi sostitwit b'xorok tradizzjonali tal-injam.
Il-konservazzjoni tax-xogħol tal-ġebel fuq barra, b'mod partikolari fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-binja, hija importanti bl-istess mod. Il-katidral parzjalment inbena bil-ġebla ta' Caen. Studji arkeoloġiċi dettaljati qed isiru biex jiġi identifikat bl-eżatt liema ġebel irid jinbidel jew jissewwa. Barra minn hekk, qed jintużaw tekniki speċjalizzati tat-tindif biex jitneħħew id-depożiti kimiċi akkumulati mal-ġebel li jagħmlu ħsara kbira lill-binja. Fuq ġewwa, fost il-prijoritajiet hemm it-tiżjin tal-volti tal-Kappella tat-Trinità, ix-xogħol ta' konservazzjoni f'diversi kappelli oħra, u titjib ewlieni fil-binja tat-Teżor, li fost affarijiet oħra fih il-kmamar fejn jipprattika l-kor tal-katidral.
L-iżjed twieqi tal-ħġieġ ikkulurit bikrin fil-katidral imorru lura għall-aħħar tas-seklu 12, filwaqt li oħrajn huma ġodda daqs l-erba' twieqi ta' Ervin Bossányi fit-transett tax-Xlokk (1957). Ħafna minnhom diġà ġew ikkonservati u protetti mit-tim ta' konservazzjonisti tal-ħġieġ ikkulurit immexxija minn Leonie Seliger. Madankollu, għad fadal ħafna xogħol ta' konservazzjoni xi jsir, b'mod partikolari fuq it-tieqa tal-Okulu fit-transett tax-Xlokk, li hija tieqa tonda tal-aħħar tas-seklu 12.
Matul il-ħarifa tal-2008 tlesta restawr ewlieni tas-saqaf taċ-ċomb ta' fuq it-transett u b'kollox sewa madwar £500,000. Fl-2018, is-saqaf taċ-ċomb tan-navata ġie sostitwit. Ir-restawr estensiv tal-katidral li sar f'nofs l-2018 kien parti minn xogħol skedat tal-2016-2021 li kien jinkludi wkoll it-titjib tal-aċċessibbiltà u tal-ambjent pajsaġġistiku tal-katidral, faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi u restawr ġenerali fuq barra. L-hekk imsejjaħ Vjaġġ ta' Canterbury (bl-Ingliż: Canterbury Journey) huwa proġett li kien mistenni jiswa kważi £25 miljun; il-finanzjament kien jinkludi għotja ta' £13.8 miljun mingħand Heritage Lottery, £10.9 miljun mill-Canterbury Cathedral Trust u £250,000 mill-"Ħbieb tal-Katidral".
Stabbiliment
Djakni u Kanonċi
Mill-1 ta' Awwissu 2022:
- Djaknu – David Monteith (mis-17 ta' Diċembru 2022)
- Arċidjaknu ta' Canterbury u Kanonku Residenti – William Adam (Arċidjaknu u Kanonku mit-18 ta' Lulju 2022)
- Kanonku Librar – Tim Naish (mit-22 ta' April 2018)
- Kanonku Missjunarju – Emma Pennington (mis-16 ta' Marzu 2019)
- Kanonku Teżorier (Kanonku Djoċesan) – Andrew Dodd (mis-27 ta' Settembru 2020)
Il-katidral juża "Viċi Djaknu" mhux għal appuntat partikolari, iżda b'referenza għall-Kanonku Residenti għal kull xahar.
Kanonċi minuri:
- Kantur – David Roper (temporanjament mill-11 ta' Settembru 2022).
Servizz tal-pulizija
Il-katidral għandu s-servizz tal-pulizija tiegħu stess, magħrufa bħala l-Kuntistabbli tal-Katidral ta' Canterbury. Huma kuntistabbli attestati, bil-poter li jarrestaw f'każ ta' bżonn, jieħdu ħsieb jissorveljaw u jipproteġu l-katidral. Dawn jaħdmu mill-qrib ukoll mal-Pulizija ta' Kent.
Qniepen
Il-katidral għandu total ta' 21 qanpiena fi tliet torrijiet tal-kampnari:
It-Torri tal-Lbiċ (it-Torri ta' Oxford) fih il-qniepen prinċipali li jindaqqu fil-katidral, imdendlin għal bidla fit-tokki bi stil Ingliż. Hemm erbatax-il qanpiena b'kollox – sensiela ta' tnax b'żewġ semitoni, li jippermettu li jindaqqu għaxar, tmien jew sitt qniepen u xorta waħda jibqgħu intonati. Il-qniepen kollha ġew fonduti fl-1981 mill-Fonderija tal-Qniepen ta' Whitechapel minn seba' qniepen tas-sensiela l-antika ta' tnax-il qanpiena b'metall ġdid li ġie miżjud u bit-twaħħil f'qafas ġdid. It-tul (pixka) tal-ħbula ġiet miżjuda billi fl-istess żmien tbaxxiet l-art tal-kompartiment tad-daqq sal-livell tal-volta tal-korsija tan-Nofsinhar, biex b'hekk il-qniepen il-ġodda setgħu ikunu iktar baxxi fil-kampnar milli l-qniepen ġodda, bl-intenzjoni li jitnaqqas l-istress fuq l-istruttura Medjevali. L-itqa qanpien (it-tenur) ta' din is-sensiela tiżen 34 cwt twal u 3 qr 4 lb (3,896 libbra jew 1,767 kilogramma). Dawk li jdoqqu l-qniepen jipprattikaw il-Ħamis fis-7:15 ta' filgħaxija.
It-Torri tal-Majjistral (it-Torri ta' Arundel) fih il-qniepen tat-tokki tal-arloġġ tal-katidral. Il-ħames tokki ta' ħames kwarti ttieħdu minn sensiela antika ta' 12 fit-Torri ta' Oxford (fejn oriġinarjament kien hemm arloġġ), u kien iserraħ max-xorok fit-Torri ta' Arundel. It-tokki jindaqqu mat-tmien ton Gregorjan, li jintuża wkoll fil-Kulleġġ ta' Merton, Oxford. It-tokk tas-siegħa jindaqq fuq Dunstan il-Kbira, l-ikbar qanpiena f'Kent twila 62 cwt twal 2 qr 9 lb (7,009 libbra jew 3,179 kilogramma), li tindaqq ukoll il-Ħadd filgħodu għall-Quddiesa ta' Filgħodu.
Fl-1316 il-Pirjol Enriku ta' Eastry ta qanpiena kbira ddedikata lil San Tumas, li kienet tiżen 71+1⁄2 cwt (3,630 kilogramma). Iktar 'il quddiem, fl-1343, il-Pirjol Hathbrand ta qniepen iddedikati lil Ġesù u lil San Dunstan. F'dan iż-żmien, il-qniepen fil-kampnar reġgħu ddendlu f'posthom u l-ismijiet tagħhom ġew irreġistrati bħala "Ġesù", "Dunstan", "Marija", "Crundale", "Elphy" (Ælfheah) u "Thomas". Fit-terremot tal-Istretti ta' Dover tal-1382, il-kampnar waqa', u l-ewwel tliet qniepen inqerdu. Wara r-rikostruzzjoni tiegħu, it-tliet qniepen l-oħra reġgħu ddendlu flimkien mat-tnejn l-oħra (li ma hemm l-ebda dokumentazzjoni dwarhom rigward meta ġew prodotti.
L-eqdem qanpiena fil-katidral hija l-Qanpiena Harry (bejn wieħed u ieħor 8 cwt twal (900 libbra jew 400 kilogramma)), li hija mdendla ġo gaġġa fil-quċċata tat-torri ċentrali li ġabet isimha minnha. Din il-qanpiena ġiet fonduta minn Joseph Hatch fl-1635, u tindaqq fit-8 ta' filgħodu u fid-9 ta' filgħaxija kujum biex jitħabbar il-ftuħ u l-għeluq tal-katidral, u okkażjonalment għas-servizzi bħala qanpiena mqaddsa.
Il-katidral għandu l-kustodja wkoll tal-qanpiena tal-HMS Canterbury, bastiment tal-Ewwel Gwerra Dinjija, imdendla fil-Kappella ta' Buffs fit-transett tal-Lbiċ.
Librerija
Il-librerija tal-katidral għandha kollezzjoni ta' madwar 30,000 ktieb u fuljett li ġew stampati qabel is-seklu 20, u ta' madwar 20,000 ktieb u sensiela li ġew stampati wara. Ħafna mill-kotba bikrin ġew akkwistati bħala parti mill-kollezzjonijiet mogħtija bħala donazzjoni. Għandha ħafna kotba dwar l-istorja tal-knisja, it-teoloġija antika, l-istorja Brittanika (inkluż l-istorja lokali), l-ivvjaġġar, ix-xjenza u l-mediċina, u l-moviment ta' kontra l-jasar. Il-kollezzjoni tal-librerija hija inkluża fil-katalgu online tal-librerija tal-Università ta' Kent.
F'Lulju 2018, il-katidral xtara f'irkant il-Bibbja Medjevali ta' Trussel għal £100,000. Din il-Bibbja, li sussegwentement bdiet tissejjaħ il-"Bibbja ta' Lyghfield", f'ġieħ il-patri , fl-imgħoddi kienet f'Canterbury, u kienet tneħħiet wara x-Xoljiment tal-Monasteri.
Bibljografija
- Babington, Margaret (1955), The Romance of Canterbury Cathedral, Raphael Tuck.
- Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden and Boston: Brill.
- Collinson, Patrick; Ramsay, Nigel; Sparks, Margaret, eds. (2002) [1995], A History of Canterbury Cathedral (revised ed.), Oxford University Press, ISBN 019820051X.
- Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House.
- Farmer, David Hugh (1992), The Oxford Dictionary of Saints (3rd ed.), Oxford University Press, ISBN 0192830694.
- Iremonger, F. A. (1948), William Temple, Archbishop of Canterbury – his life and letters, Oxford University Press.
- Purcell, William (1969), Fisher of Lambeth: a portrait from life, Hodder and Stoughton, ISBN 0340029382.
- Stahlschmidt, J. C. L. (1887), The Church Bells of Kent: Their Inscriptions, Founders, Uses and Traditions, Elliot Stock, OCLC 12772194.
- Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman.
- Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), London: George Bel.
Iktar qari
- Butler, John (2011), The Red Dean of Canterbury: the Public and Private Faces of Hewlett Johnson, Scala Publishing, ISBN 1857597362.
- Best, Nicholas (2019), Bell Harry, Endeavour Media.
- Foyle, Jonathan (2013), The Architecture of Canterbury Cathedral, Scala Arts and Heritage Publishers, ISBN 978-1857597011.
- Guy, John (2012), Thomas Becket: Warrior, Priest, Rebel, Random House, ISBN 1400069076.
- Keates, Jonathan & Hornak, Angelo (2013), Canterbury Cathedral, Scala Arts and Heritage Publishers, ISBN 978-1857590272.
- Michael, M. A. (2004), The Stained Glass of Canterbury Cathedral, Scala Arts and Heritage Publishers, ISBN 978-1857593655.
- Newman, John (2013), Pevsner's Buildings of England, Kent: North and North East, New Haven: Yale University Press, ISBN 978-0300185065.
- Rudolph, Conrad, "The Parabolic Discourse Window and the Canterbury Roll: Social Change and the Assertion of Elite Status at Canterbury Cathedral," Oxford Art Journal 38 (2015) 1–19.
- Sparks, Margaret (2007), Canterbury Cathedral Precincts: an historical survey, Canterbury: Dean & Chapter of Canterbury, ISBN 978-0950139203.
- Sparks, Margaret & Brayshaw, Karen (2011) The Library of Canterbury Cathedral. Canterbury: Friends of Canterbury Cathedral, ISBN 978-0-906211-63-2.
- Weaver, Jeffrey (2013) The Ancestors of Christ Windows at Canterbury Cathedral. Los Angeles: Getty Publications, ISBN 978-1-60606-146-6.
- Withers, Hartley (1908) [1896]. The Cathedral Church of Canterbury: A Description of Its Fabric and a Brief History of the Archiepiscopal See. Bell.
- Woolnoth, William (1816). A graphical illustration of the metropolitan cathedral church of Canterbury: accompanied by a history and description ... of that venerable fabric ... Also comprising biographical sketches of the lives of the archbishops, and deans of Canterbury; and historical notices of the celebrated Convent of Christchurch ... T. Cadell and W. Davies.
Referenzi
- ^ "The Project Gutenberg eBook of The Christian Church in These Islands before the Coming of Augustine, by G. F. Browne". web.archive.org. 2022-02-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-04. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Timeline of Orthodoxy in the British Isles - OrthodoxWiki". web.archive.org. 2022-02-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-04. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Thomas Allen, Thomas Wright The History and Antiquities of London, Westminster, Southwark and Parts Adjacent Vol 3,1839, publisher George Virtue, Londra, pp 447–450.
- ^ "Canterbury Cathedral- A Virtual Tour". web.archive.org. 2008-12-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-28. Miġbur 2023-06-03.
- ^ Labadi, Sophia (2013). UNESCO, Cultural Heritage, and Outstanding Universal Value: Value-based Analyses of the World Heritage and Intangible Cultural Heritage Conventions. Rowman & Littlefield. p. 170. ISBN 978-0-7591-2256-7.
- ^ "AD 1000 - Canterbury Cathedral | The Timeline of Britain - Current Archaeology". web.archive.org. 2010-09-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-09-17. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Canterbury Archaeological Trust - Canterbury Cathedral". web.archive.org. 2012-04-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-12. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman.
- ^ "British Museum - Term details". web.archive.org. 2014-04-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-04-14. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Alistair Campbell (1949). Encomium Emmae Reginae.
- ^ "Emma of Normandy, who was she?". web.archive.org. 2022-02-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-12. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Farmer, David Hugh (1992), The Oxford Dictionary of Saints (3rd ed.), Oxford University Press, ISBN 0192830694.
- ^ Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, Londra: Phoenix House.
- ^ Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House, pp. 13-14.
- ^ "The Project Gutenberg eBook of The Cathedral Church Of Canterbury, by Hartley Withers, B.A." web.archive.org. 2018-06-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-06-04. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House, p. 19.
- ^ "Pastscape - Detailed Result: CAMPANILE MOUNT". web.archive.org. 2015-04-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-04-04. Miġbur 2023-06-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ English Romanesque Art 1066–1200. Catalogue of an Exhibition held at the Hayward Gallery, London, 5 April-8 July 1984. Londra: Arts Council of Great Britain. 1984. pp. 33–34.
- ^ Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, London: Phoenix House, p. 23.
- ^ Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman, p. 14.
- ^ Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman, p. 71.
- ^ Willis, Robert (1845), The Architectural History of Canterbury Cathedral, Londra: Longman, p. 79.
- ^ a b Cook, G. H. (1949), Portrait of Canterbury Cathedral, Londra: Phoenix House, pp. 22-23.
- ^ Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), Londra: George Bell, pp. 88-89.
- ^ Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), Londra: George Bell, p. 8.
- ^ Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden and Boston: Brill, pp. 407-409.
- ^ Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden u Boston: Brill, p. 408.
- ^ Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden u Boston: Brill, p. 424.
- ^ Blick, Sarah (2005), "Reconstructing the Shrine of St. Thomas Becket, Canterbury Cathedral", in Blick, Sarah; Tekippe, Rita (eds.), Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles, Leiden u Boston: Brill, p. 425.
- ^ Withers, Hartley (1897), The Cathedral Church of Canterbury, Bell's Cathedral Series (2nd revised ed.), Londra: George Bell, p. 13.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Canterbury Cathedral, St Augustine's Abbey, and St Martin's Church". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-03.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Katidral ta' Canterbury, X'inhi Katidral ta' Canterbury? Xi tfisser Katidral ta' Canterbury?
Il Katidral ta Canterbury f Canterbury Kent huwa l waħda mill eqdem u l izjed strutturi Kristjani famuzi fl Ingilterra Jifforma parti minn Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Huwa l katridral tal Arċisqof ta Canterbury attwalment Justin Welby il mexxej tal u l mexxej simboliku tal Komunita Anglikana dinjija It titlu formali tiegħu huwa l Katidral u l Knisja Metropolitika ta Kristu f Canterbury Il Katidral ta Canterbury mid daħla tal belt Stabbilit fil 597 il katidral ġie rikostruwit għalkollox bejn l 1070 u l 1077 In naħa tal Lvant tkabbret ferm fil bidu tas seklu 12 u ġiet rikostruwita l iktar bl istil Gotiku wara n nirien tal 1174 b estensjonijiet sinifikanti lejn il Lvant biex jakkomodaw il fluss ta pellegrini li riedu jzuru s santwarju ta Thomas Becket l arċisqof li nqatel fil katidral fl 1170 In navata u t transetti Normanni baqgħu jezistu sal aħħar tas seklu 14 meta mbagħad inqerdu għall istrutturi attwali Qabel ir Riformazzjoni Ingliza il katidral kien parti minn komunita monastika Benedittina magħrufa bħala Christ Church Canterbury apparti li huwa s sede tal arċisqof StorjaRumani Il Kristjanezmu fir Renju Unit jissemma minn Tertuljanu diġa fil 208 W K u Origen isemmih fil 238 W K Fil 314 tliet isqfijiet mir Renju Unit attendew il Kunsill ta Arles Hemm tradizzjoni ta Londra Medjevali li l Knisja ta San Pietru f Cornhill f Londra kienet is sede tal Kristjanezmu Ingliz sal istabbiliment ta Canterbury fil 597 W K Għadu ma ġiex stabbilit jekk dan huwiex minnu jew le Madankollu il Knisja ta San Pietru hija ppozizzjonata ezatt fuq il pozizzjoni potenzjali ta santwarju Aedes pagan fil Bazilika Rumana l kbira taz Londra u hemm tradizzjoni li re nattiv Brittaniku Luċju ikkonverta għall Kristjanezmu fil 179 W K u stabbilixxa l Knisja ta San Pietru bħala s sede tal arċisqof tal Knisja Ingliza Hi x inhi t tradizzjoni korretta għaldaqstant il Kristjanezmu Ingliz wasal pjuttost tard f Canterbury L ewwel isqof li kellu bħala s sede tiegħu l katidral kien li qabel kien il patri superjuri tal Abbazija Benedittina ta San Indrija f Ruma mibgħut bħala l kap ta grupp ta missjunarji lejn l Ingilterra mill fil 596 Wistin stabbilixxa l katidral fil 597 u ddedikah lil Ġesu Kristu is Salvatur Imqaddes Meta ġew stabbiliti djoċesijiet oħra fl Ingilterra Wistin sar l arċisqof Wistin stabbilixxa wkoll l Abbazija ta San Pietru u San Pawl il barra mis swar tal belt ta Canterbury Iktar il quddiem din il knisja ġiet iddedikata mill ġdid li Santu Wistin innifsu u għal sekli sħaħ kienet il post fejn kienu jindifnu l arċisqfijiet suċċessivi L abbazija hija parti mill istess Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien mal katidral u mal knisja antika ta San Martin Medju Evu Bikri Il fonti dekorattiv fin navata Bede ddokumenta li Wistin reġa uza eks knisja Rumana L eqdem fdalijiet li nstabu waqt l iskavi taħt in navata attwali fl 1993 madankollu kienu partijiet mill pedamenti ta binja tal Anglo Sassoni li kienet inbniet tul triq Rumana Dawn jindikaw li l knisja oriġinali kienet tikkonsisti minn navata possibbilment b narthex u kappelli laterali fit Tramuntana u fin Nofsinhar Instabet binja sussidjarja izgħar lejn il Lbiċ ta dawn il pedamenti Matul is seklu 9 jew 10 din il knisja ġiet sostitwita bi struttura ikbar 161 pied b 75 pied jew 49 metru bi 23 metru b faċċata tal Punent kwadra Milli jidher kellha wkoll torri ċentrali kwadru Il kronista tas seklu 11 Eadmer li kien midħla tal katidral tas Sassoni meta kien tifel kiteb li fl arranġament tiegħu il katidral kien jixbaħ il fil Vatikan u indika li kellu għamla ta bazilika b apsida fil Lvant Matul ir riformi ta l arċisqof mid 960 sa mewtu fid 988 abbazija Benedittina msejħa l Prijorat ta Christ Church ġiet mizjuda mal katidral Izda l istabbiliment formali bħala monasteru jidher li seħħ biss għall ħabta tad 997 u l komunita saret monastika għalkollox biss minn zmien il quddiem bil kostituzzjonijiet monastiċi indirizzati minnu lill Pirjol Enriku Dunstan indifen fin naħa tan Nofsinhar tal artal maġġuri Ir Re Anglo Sassonu u zzewġu fil Katidral ta Canterbury fir rebbiegħa tal 1002 u Emma ġiet ikkonsagrata bħala r Reġina AElfgifu Il katidral ġarrab ħsarat estensivi matul l attakki Danizi fuq Canterbury fl 1011 L Arċisqof AElfheah ittieħed bħala ostaġġ minn dawk li wettqu l attakki u eventwalment inqatel f fid 19 ta April 1012 u b hekk kien l ewwel wieħed mill ħames arċisqfijiet ta Canterbury li mietu martri Wara dan ġiet mizjuda apsida fil Punent bħala oratorju ta Santa Marija x aktarx matul l arċiveskovat ta Lyfing 1013 1020 jew Aethelnoth 1020 1038 L iskavi tal 1993 zvelaw li l apsida l ġdida fil Punent kienet poligonali maġenb torrijiet ezagonali u tifforma westwerk faċċata tal Punent Kienet tospita t tron tal arċisqof bl artal ta Santa Marija lejn il Lvant Għall ħabta tal istess zmien li nbniet il westwerk il ħitan tal arkati ġew imsaħħa u ġew mizjuda torrijiet fil kantunieri tal Lvant tal knisja Normanni Waħda mill bosta twieqi tal ħġieġ ikkulurit fil Katidral ta Canterbury Il katidral inqered min nirien fl 1067 sena wara l Konkwista Normanna Ir rikostruzzjoni bdiet fl 1070 taħt l ewwel arċisqof Normann Lanfranc 1070 1077 Huwa neħħa l fdalijiet u reġa bena l katidral skont disinn ibbazat sew fuq dak tal f Franza fejn kien serva bħala patri superjuri u ntuza ġebel miġjub minn Franza Il knisja l ġdida l assi ċentrali tagħha madwar ħames metri fin Nofsinhar tal predeċessur tagħha kienet binja b għamla ta salib b navata bil korsiji u disa niċeċ par torrijiet fil Punent transetti mingħajr korsiji b kappelli apsidali torri baxx fuq in naħa l oħra u kor qasir li jintemm bi tliet apsidi Kienet iddedikata fl 1077 Taħt is suċċessur ta Lanfranc Anselm li ġie eziljat darbtejn mill Ingilterra ir responsabbilta tar rikostruzzjoni jew tat titjib tan nisġa tal katidral tħalliet l iktar f idejn il pirjoli Wara l elezzjoni tal Pirjol Ernulf fl 1096 il faċċata mhux adegwata ta Lanfranc fil Lvant twaqqgħet u ġiet sostitwita b fergħa tal Lvant twila 198 pied id doppju tat tul tal katidral Ġiet olzata fuq kripta kbira u mzejna b mod elaborat Wara Ernulf fl 1107 laħaq Konrad li lesta x xogħol sal 1126 Il kor il ġdid ingħata l għamla ta knisja kompluta fi innifsu bit transetti tiegħu stess il faċċata tal Lvant kellha pjanta semiċirkolari bi tliet kappelli li jagħtu għal ambulatorju Kampnar għalih waħdu nbena fuq tumbata fid distrett tal katidral għall ħabta tal 1160 Bħal fil biċċa l kbira tal binjiet tal knejjes Gotiċi il kor minn ġewwa huwa mzejjen b mod rikk kiteb Ma kien hemm xejn bħalu fl Ingilterra kemm bħala dawl li jidħol mill ħġieġ ikkulurit tat twieqi tiegħu kemm bħala leqqa tal art tal irħam tiegħu kif ukoll għall bosta pitturi kkuluriti ferm li kienu jattirawk biex tħares lejn is saqaf bil panewijiet ta fuqhom Għalkemm ingħatat isem l arċisqof fundatur tas seklu 6 is Sedja ta Santu Wistin it tron ċerimonjali tal Arċisqof ta Canterbury jaf imur lura għal zmien in Normanni Intuza għall ewwel darba fl 1205 Perjodu ta Plantagenet It tron arċiveskovali fil Katidral ta Canterbury Martirju ta Thomas Becket Mument ċentrali fl istorja tal katidral kien il qtil tal arċisqof fit transett tal Majjistral magħruf bħala l Martirju nhar it Tlieta d 29 ta Diċembru 1170 mill kavallieri tar Re Ir re spiss kellu kunflitti ma Becket li kellu rieda qawwija u jingħad li stqarr iffrustrat Ħadd mhu se jeħlisni minn dan il qassis turbolenti Erba kavallieri ħadu l istqarrija tiegħu litteralment u qatlu lil Becket fil katidral tiegħu stess Wara AElfheah fl 1012 Becket kien it tieni Arċisqof ta Canterbury li nqatel Il venerazzjoni ta Becket wara mewtu ttrasformat il katidral f post tal pellegrinaġġi u b hekk kien jeħtieġ li jitkabbar kemm fid daqs tal binja kif ukoll fil ġid permezz tad dħul mill pellegrini sabiex it tkabbir tal binja jkun possibbli Rikostruzzjoni tal kor Il katidral Normann wara t tkabbir li sar minn Ernulf u Konrad F Settembru 1174 il kor ġarrab ħsarat estensivi minħabba nirien u b hekk kienet meħtieġa rikostruzzjoni ewlenija Il progress tar rikostruzzjoni ġie ddokumentat fid dettall minn patri msejjaħ Gervase Il kripta ħelsitha ħafif min nirien u nstab li l ħitan ta barra tal kor setgħu jinzammu Dawn zdiedu b għoli ta 12 il pied 3 7 metri matul ir rikostruzzjoni izda l għamla tonda tat twieqi tiegħu baqgħet l istess Il kumplament ġie sostitwit bl istil Gotiku ġdid bi ħnejjiet ippuntati volti mrikkbin u dniefel Il ġebla tal ġir li ntuzat ġiet importata minn Caen fin Normandija u l irħam ta Purbeck intuza għax xaftijiet Il kor reġa seta jintuza fl 1180 u f dik is sena l fdalijiet ta Dunstan u ta AElfheah ġew ittrasferiti hemmhekk mill kripta Il mastru bennej li nħatar għar rikostruzzjoni tal kor kien il Franċiz William ta Sens Wara li waqa mill armatura tal bini u korra fl 1179 ġie sostitwit b wieħed mill eks assistenti tiegħu magħruf bħala William l Ingliz Kappella tat Trinita u Santwarju ta Thomas Becket Il kor tas seklu 12 Fl 1180 1184 minflok il kappella l antika kwadra tal Lvant inbniet il Kappella tat Trinita attwali b estensjoni kbira b ambulatorju iddisinjat għas santwarju ta San Thomas Becket Kappella oħra bi pjanta ċirkolari ġiet mizjuda iktar lil hinn għal iktar fdalijiet u relikwi ta Becket li b mod ġenerali kien maħsub li kienu jinkludu l parti ta fuq tal kranju tiegħu li ġiet maqtugħa fil qtil tiegħu Din il kappella tal aħħar saret magħrufa bħala l Kuruna jew il Kuruna ta Becket Dan il partijiet il ġodda fil Lvant tat transetti tal kor ġew olzati fuq kripta ogħla mill kor ta Ernulf u b hekk kien meħtieġ taraġ bejn iz zewġ livelli Ix xogħol fuq il kappella tlesta fl 1184 izda l fdalijiet ta Becket ma ġewx ittrasferiti mill qabar tiegħu fil kripta qabel l 1220 Fil Kappella tat Trinita iktar il quddiem ġew midfuna wkoll il Prinċep l Iswed u r Re Xbieha ta Thomas Becket f tieqa tal ħġieġ ikkulurit Is santwarju fil Kappella tat Trinita tqiegħed ezatt fuq il qabar oriġinali ta Becket fil kripta Pedestall tal irħam olzat fuq il kolonni kien jirfed dak li vizitatur bikri Walter ta Coventry iddeskriva bħala tebut maħdum b mod tal għaġeb bid deheb u bil fidda u mzejjen sew bil ħaġar prezzjuz Rakkonti oħra jagħmluha ċara li d deheb tpoġġa fuq qafas tal injam li min naħa tiegħu kien fih kaxxa tal ħadid bil fdalijiet ta Becket Tezori oħra ddedikati lill arċisqof qaddis ġew mizjuda mat tizjin tat tebut matul is snin filwaqt li oħrajn tpoġġew fuq pedestalli jew xorok fil qrib jew ġew mehmuza ma tapizzeriji mdendla Għall biċċa l kbira taz zmien it tebut jew il feretru inzamm issiġillat b għatu tal injam li b mod teatrali kien jiġi mgħolli bil ħbula ladarba tinġema folla ta pellegrini L umanista Olandiz li zar il post fl 1512 1514 iddokumenta li ladarba l għatu kien jiġi mgħolli il Pirjol kien jindika kull ġojjell u kien jgħid l isem bil Franċiz il valur tiegħu u isem id donatur tiegħu peress li l parti prinċipali tagħhom kienu offerti mibgħuta minn prinċpijiet sovrani L introjtu mill pellegrini bħal dawk imsemmija fil Canterbury Tales ta li zaru s santwarju ta Becket li kien meqjus bħala post ta fejqan ħallas għall biċċa l kbira tar rikostruzzjoni sussegwenti tal katidral u tal binjiet assoċjati miegħu Dan id dħul kien jinkludi l profitti mill bejgħ ta medalji ta Becket tal martirju tiegħu jew tas santwarju tiegħu għall pellegrini Is santwarju tneħħa fl 1538 Ir Re Enriku VIII allegatament tella l qaddis mejjet il qorti fuq akkuzi ta tradiment Peress li ma deherx il qorti instab ħati fin nuqqas tiegħu u t tezori tas santwarju tiegħu ġew ikkonfiskati u ttieħdu f zewġ sniedaq kbar fuq 26 karru Binjiet monastiċi Il Qabar tal Prinċep l Iswed Veduta panoramika tal katidral u tal binjiet monastiċi tiegħu li saret għall ħabta tal 1165 u hija magħrufa bħala l pjanta ta minn fejn kellu jgħaddi l ilma hija ppreservata fil Eadwine Psalter fil librerija tal Kulleġġ tat Trinita ta Cambridge Deskrizzjoni dettalja tal pjanta tista tinstab fis saġġ klassiku ta Willis Turi li Canterbury kellha l istess prinċipji ġenerali ta arranġament komuni bħall monasteri Benedittini kollha għalkemm għad differenza tas soltu il kjostru u l binjiet monastiċi kienu jinsabu fit Tramuntana minflok fin Nofsinhar tal knisja Kien hemm sala kapitolari separata li għadha tezisti li jingħad li hija l ikbar waħda fl Ingilterra kollha Il ħġieġ ikkulurit ta ġo fiha juri l istorja ta Canterbury Il binjiet kienu jiffurmaw gruppi separati madwar il knisja Maġenbha fuq in naħa tat Tramuntana kien hemm il kjostru u l binjiet iddedikati għall ħajja monastika Lejn il Lvant u l Punent tagħhom kien hemm il binjiet iddedikati għall ezerċitar tal ospitalita Lejn il Lvant ukoll kien hemm l infermerija bil kappella tagħha stess Lejn it Tramuntana kien hemm bitħa kbira fil beraħ li kienet tiddividi l binjiet monastiċi mill kumplament tal binjiet fosthom l istalel il fosos tal qmuħ il matmura il forn il birrerija u s swali tal ħasil tal ħwejjeġ li kienu abitati mill qaddejja lajċi tal istabbiliment Kemm jista jkun il bogħod mill knisja lil hinn mill art tal monasteru kien hemm id dipartiment tat tallaba Il binja għall wens tal foqra b sala kbira annessa magħha kienet tifforma l ospizju tal foqra Il ħġieġ ikkulurit tal Kappella tat Trinita Il grupp ta binjiet iddedikati għall ħajja monastika kien jinkludi zewġ kjostri Il kjostru l kbir kien imdawwar mill binjiet li essenzjalment kienu kkollegati mal ħajja ta kuljum tal patrijiet il knisja lejn in Nofsinhar bir refettorju dejjem fuq in naħa opposta id dormitorju olzat fuq il volti u s sala kapitolari biswit filwaqt li fil Punent kien ikun hemm l abitazzjonijiet ta min kien jieħu ħsieb iċ ċelel li kien responsabbli għall ikel tal patrijiet u tal mistednin Passaġġ taħt id dormitorju kien jagħti lejn il Lvant għal kjostru izgħar jew tal infermerija li kien jintuza mill morda u mill patrijiet li jimirdu Is sala u l kappella tal infermerija kienu estizi lejn il Lvant ta dan il kjostru u b hekk l għamla u l arranġament tagħha kienu qishom in navata u l presbiterju ta knisja bil korsiji Taħt id dormitorju faċċata tal ispazju għall ħxejjex aromatiċi kien hemm il pisalis il kamra komuni għall patrijiet Fil kantuniera tal Grigal kien hemm aċċess mid dormitorju għan necessarium li kienet binja f forma ta sala Normanna twila 145 pied 44 metru u wisa 25 pied 7 6 metru b 55 siġġu Inbniet b attenzjoni partikolari għall iġjene b nixxiegħa tal ilma għaddejja minnha minn naħa għall oħra Kien hemm dormitorju izgħar għall uffiċjali tal kunvent orjentat mil Lvant għall Punent Qrib ir refettorju izda barra mill kjostri kien hemm l uffiċċji domestiċi kkollegati lejn it Tramuntana il kċina kwadra b 47 pied 14 il metru fuq kull naħa b saqaf piramidali u l bitħa tal kċina lejn il Punent il binjiet fejn kien isir il butir fejn kienu jinħaznu l affarijiet eċċ L infermerija kellha kċina zgħira tagħha stess Fuq in naħa opposta tal bieb tar refettorju fil kjostru kien hemm zewġ binjiet fejn il patrijiet kienu jinħaslu qabel u wara li jieklu Waħda minnhom huwa t torri ċirkolari ta zewġ sulari tal lavatorju Lejn in Nofsinhar tal kjostru tal infermerija qrib in naħa tal Lvant tal katidral hemm it tezor b volta li tispikka bi tmien naħat Il kappella tal kuruna ta Becket fit tarf nett tal Lvant tal katidral Il binjiet iddedikati għall ospitalita kienu maqsuma fi tliet gruppi Il grupp tal pirjol kienu jiġu aċċessati fix Xlokk tal bitħa l ħadra qrib l izjed parti sagra tal katidral kif jistħoqqilhom l ekklezjastiċi jew in nobbli distinti li kienu jiġu assenjati lilu Il binjiet ta min kien jieħu ħsieb il patrijiet fejn il vizitaturi ta klassi medja kienu jiġu pprovduti l intratteniment kienu jinsabu fin naħa tal Punent tan navata Il pellegrini inferjuri il foqra u t tallaba kienu relegati fis sala tat Tramuntana ezatt mad daħla Fost il pirjoli tal Prijorat ta Christ Church kien hemm Ġwanni ta Sittingbourne elett fl 1222 li qabel kien patri tal prijorat u William Chillenden elett fl 1264 li qabel kien patri u tezorier tal prijorat Il monasteru ngħata d dritt li jeleġġi l pirjol tal monasteru stess jekk is sede tal Papa kienet tkun vakanti u minn Gregorju IX il quddiem id dritt għal elezzjoni ħielsa għalkemm bl arċisqof jissorvelja l għazla tagħhom Fost il patrijiet tal prijorat kien hemm AEthelric I AEthelric II Walter d Eynsham Reginald fitz Jocelin ammess fil konfraternita qabel mewtu Nigel de Longchamps u Ernulf Spiss il patrijiet kienu jikkandidaw għall kariga ta Arċisqof ta Canterbury jew wieħed minn fosthom jew wieħed minn barra peress li l arċisqof nominalment kien il patri superjuri tagħhom izda dan seta jwassal għal dizgwidi mar re jew mal Papa kull meta kien jiġi propost raġel differenti ezempju ta dan huma l elezzjonijiet ta Baldwin ta Forde u ta Thomas Cobham Sekli 14 u 15 Kopja tal pjanta ta kif kellu jgħaddi l ilma mill pjanta oriġinali ta Robert Willis 1868 Fil bidu tas seklu 14 il Pirjol Eastry ordna li jinbena ħajt divizorju tal ġebel u li terġa tinbena s sala kapitolari filwaqt li s suċċessur tiegħu il Pirjol Oxenden zied tieqa kbira b ħames sezzjonijiet għad dawl fil Kappella ta San Anselmu Il katidral ġarrab ħsarat estensivi minħabba t terremot tal Istretti ta Dover tal 1382 u tilef il qniepen u l kampnar tiegħu Mill aħħar tas seklu 14 reġgħu nbnew in navata u t transetti fuq il pedamenti Normanni bl istil Perpendikolari taħt it tmexxija tal mastru bennej magħruf B kuntrast mal bini mill ġdid kontemporanju tan navata f fejn il biċċa l kbira tal karatteristiċi arkitettoniċi ezistenti nzammew u ġew immudellati mill ġdid il pilastri tneħħew għalkollox u ġew sostitwiti b oħrajn Gotiċi inqas imponenti u l ħitan antiki tal korsiji tneħħew għalkollox ukoll għajr għal pedestall baxx fin naħa tan Nofsinhar Iktar karatteristiċi Normanni nzammew fit transetti speċjalment fil ħitan tal Lvant u l kappelli l antiki tal apsidi ma ġewx sostitwiti qabel nofs is seklu 15 Il ħnejjiet tal arkata tan navata l ġdida kienu tassew għoljin meta mqabbla mal klerestorju It transetti il korsiji u n navata l ġodda ġew imsaqqfa b volti mrikkbin qosra b biċċiet ċilindriċi ħerġin il barra Il biċċa l kbira tax xogħol twettaq matul il prijorat ta Thomas Chillenden 1391 1411 Chillenden bena wkoll ħajt divizorju ġdid fin naħa tal Lvant tan navata fejn ġie inkorporat il ħajt divizorju ezistenti ta Eastry Madankollu l art tal ġebel Normanna tan navata baqgħet tezisti sa ma ġiet sostitwita fl 1786 It twieqi tal ħġieġ ikkulurit Mill 1396 il kjostri ġew irrestawrati u mmudellati mill ġdid mill istudent ta Yevele Stephen Lote li zied il volti mrikkbin qosra Matul dan il perjodu nħolqu wkoll il volti partikolari tas sala kapitolari Skarsezza ta flus u l għoti tal prijorita lir rikostruzzjoni tal kjostri u tas sala kapitolari wasslu biex ir rikostruzzjoni tat torrijiet tal Punent tiġi ttraskurata It torri tal Lbiċ ma ġiex sostitwit qabel l 1458 u t torri Normann tal Majjistral baqa jezisti sal 1834 meta ġie sostitwit b replika tat torri Perpendikolari Għall ħabta tal 1430 it transett tan Nofsinhar tneħħa biex minfloku tinbena kappella stabbilita minn Lady Margaret Holland u ddedikata lil San Mikiel u lill Anġli Kollha L apsida tat transett tat Tramuntana ġie sostitwit b kappella ddedikata lill Madonna li nbniet fl 1448 1455 It torri tal intersezzjoni tan navata twil 235 pied 72 metru inbeda fl 1433 għalkemm il preparamenti kienu diġa bdew matul il prijorat ta Chillenden meta l pilastri kienu ġew rinfurzati Instab li iktar tisħiħ kien meħtieġ għall ħabta tal bidu tas seklu 16 meta ġew mizjuda ħnejjiet riffieda taħt il ħnejjiet tat torri tan Nofsinhar u tal Punent It torri sikwit huwa magħruf ukoll bħala l Kampnar tal Anġlu peress li fl imgħoddi kien hemm anġlu indurat fuq il quċċata tiegħu Zmien Modern Ir Riformazzjoni ix Xoljiment u l Puritanizmu Il fdalijiet tal Kappella tal Infermerija Il katidral ma baqax abbazija matul ix Xoljiment tal Monasteri meta l istabbilimenti reliġjuzi kollha twaqqfu Canterbury arrendiet f Marzu 1539 u reġgħet lura għall istatus preċedenti tagħha ta kulleġġ tal kanonċi sekolari Skont is sit web tal katidral stess il katidral kien monasteru Benedittin mis seklu 10 L Istabbiliment il Ġdid seħħ fit 8 ta April 1541 Is santwarju ddedikat lil San Thomas Becket inqered skont l ordnijiet ta Enriku VIII u r relikwi ntilfu Fl 1642 1643 matul il ikonoklastiċi Puritani mmexxija minn Parlamentari ikkawzaw ħsara sinifikanti waqt it tindif li wettqu tal katidral inkluz il qerda tal istatwa ta Kristu fid Daħla ta Christ Church u t twaqqigħ tax xatbiet tal injam minn grupp immexxi minn L istatwa ma ġietx sostitwita qabel l 1990 izda x xatbiet ġew irrestawrati fl 1660 meta beda wkoll ħafna xogħol ta tiswija li baqa għaddej sal 1704 Għamara It torri ċirkolari tal lavatorju għall ħasil tal idejn Fl 1688 il mastrudaxxa Roger Davis ċittadin ta Londra neħħa l bankijiet tas seklu 13 u minflokhom għamel zewġ ringieli ta bankijiet maħduma minnu fuq kull naħa tal kor Uħud mill bankijiet ta Davis għandhom gost Medjevali partikolari u jaf ikkopja wħud mid disinni oriġinali Meta Sir wettaq ir rinnovazzjonijiet fis seklu 19 huwa sostitwixxa r ringiela ta quddiem tal bankijiet ta Davis b bankijiet ġodda li ddisinja hu li donnhom jinkludu bosta kopji ta dawk fil Katidral ta Gloucester fil Katidral ta Worcester u l Kulleġġ il Ġdid ta Oxford Statwi fuq il Faċċata tal Punent Il biċċa l kbira tal istatwi li attwalment izejnu l faċċata tal Punent tal katidral ġew installati fis snin 60 tas seklu 19 meta kien qed jiġi rinnovat il Portiku tan Nofsinhar Dak iz zmien in niċeċ kienu battala u d Djaknu tal katidral ħaseb li d dehra tal katidral setgħet tittejjeb ladarba jimtlew L iskultur Vittorjan ġie kkummissjonat biex joħloq l istatwi u l biċċa l kbira minnhom ġew installati sal aħħar tas snin 60 tas seklu 19 Attwalment hemm 53 statwa li jirrapprezentaw diversi figuri li kienu influwenti fil ħajja tal katidral u l knisja Ingliza fosthom membri tal kleru membri tal familja rjali qaddisin u teologi Huma rrapprezentati wkoll l Arċisqfijiet ta Canterbury minn Wistin ta Canterbury u Lanfranc sa Thomas Cranmer u William Laud Ir rejiet u l irġejjen minn AEthelberht u Bertha of Kent sa Vitorja u Elizabetta II huma inkluzi Seklu 18 sal prezent Veduta tat tezor għall ħabta tal 1814 It torrijiet oriġinali tad Daħla ta Christ Church tneħħew fl 1803 u ġew sostitwiti fl 1937 L istatwa ta Kristu ġiet sostitwita fl 1990 bi skultura tal bronz ta Kristu magħmula minn Klaus Ringwald It torri Normall oriġinali tal Majjistral li kellu l ogħla quċċata sal 1705 twaqqa fl 1834 minħabba tħassib strutturali Ġie sostitwit bit torri bl istil Perpendikolari simili għat torri tal Lbiċ iddisinjat minn Thomas Mapilton issa magħruf bħala t Torri ta Arundel u b hekk il katidral ingħat dehra iktar simetrika Din kien l aħħar alterazzjoni knira li saret fil katidral Fl 1866 kien hemm sitt kanoniċi residenzjali u waħda minnhom kienet annessa mal Arċidjakonat ta Canterbury u l oħra kienet annessa ma dak ta Maidstone F Settembru 1872 parti kbira mis saqaf tal Kappella tat Trinita nqerdet għalkollox bin nirien Ma saret l ebda ħsara lill ġebel jew fuq ġewwa u l ħsara li kien hemm ġiet imsewwija malajr we Waqt l attakki bil bumbardamenti tat Tieni Gwerra Dinjija il librerija tagħha nqerdet izda l katidral ma ġarrabx ħsara estensiva mill bombi l uffiċjali lokali tat tifi tan nar tfew il fjammi kollha li ħadu fuq is saqaf tal injam Il ħajt divizorju mirqum tal kor Fl 1986 ġie installat Artal ġdid tal Maritirju fit transett tal Majjistral fil post fejn Thomas Becket inqatel u dan kien l ewwel artal ġdid fil katidral għal 448 sena Immuntata fuqu mal ħajt hemm skultura tal metall magħmula mill iskultur ta Truro Giles Blomfield b salib u zewġ xwabel imdemmija maġenbu flimkien mad dellijiet tagħhom li jirrapprezentaw l erba kavallieri li qatli lil Becket Plakka tal ġebel tfakkar ukoll iz zjara ta Papa Ġwanni Pawlu II fir Renju Unit fl 1982 L iskultura Trasport ta Antony Gormley ġiet zvelata fil kripta fl 2011 Din hija magħmula minn imsiemer tal ħadid mis saqaf tat transett tax Xlokk Fl 2015 u saru l ewwel nisa li ġew ordnati bħala isqfijiet fil katidral bħala l Isqof ta Crediton u l Isqof ta Gloucester rispettivament Fl 2022 ġie mħabbar li li ddikjara apertament li huwa omosesswali u fi sħubija ċivili kien se jkun id Djaknu tal katidral Il katidral huwa Knisja Reġimentali tar Riġment Irjali tal Prinċipessa ta Wales u post fejn jiggradwaw l istudenti tal Universita ta Kent u tal Universita ta Christ Church ta Canterbury Sit ta Wirt DinjiIl Katidral ta Canterbury l u l ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju KonservazzjoniPjanta tal Katidral ta Canterbury li turi l volti kumplessi fin navata Perpendikolari u fit transetti Il biċċa l kbira tal xogħol tal ġebel fil Katidral ta Canterbury għandu l ħsara u qed jitmermer is soqfa qed iqattar l ilma minnhom u ħafna mill qafas tal ħġieġ ikkulurit tat twieqi ssaddad sew L aħħar riezami strutturali ta kull ħames snin zvela li kombinament ta sekli ta erozjoni tniġġis u uzu kostanti kellhom impatt fuq il binja antika u xi problemi serji kienu jeħtieġu li tittieħed azzjoni b urġenza L ikbar sfida unika hija s saqaf Il katidral huwa msaqqaf b firxa enormi ta ċomb u filwaqt li l maġġoranza tal qafas tal injam għadu f kundizzjoni tajba ħafna miċ ċomb innifsu jeħtieġ li jinbidel Barra minn hekk ammont kbir ta konkos mal parti t isfel tas saqaf jeħtieġ li jinqala u li jiġi sostitwit b xorok tradizzjonali tal injam Il konservazzjoni tax xogħol tal ġebel fuq barra b mod partikolari fuq in naħa tat Tramuntana tal binja hija importanti bl istess mod Il katidral parzjalment inbena bil ġebla ta Caen Studji arkeoloġiċi dettaljati qed isiru biex jiġi identifikat bl ezatt liema ġebel irid jinbidel jew jissewwa Barra minn hekk qed jintuzaw tekniki speċjalizzati tat tindif biex jitneħħew id depoziti kimiċi akkumulati mal ġebel li jagħmlu ħsara kbira lill binja Fuq ġewwa fost il prijoritajiet hemm it tizjin tal volti tal Kappella tat Trinita ix xogħol ta konservazzjoni f diversi kappelli oħra u titjib ewlieni fil binja tat Tezor li fost affarijiet oħra fih il kmamar fejn jipprattika l kor tal katidral In navata Perpendikolari L izjed twieqi tal ħġieġ ikkulurit bikrin fil katidral imorru lura għall aħħar tas seklu 12 filwaqt li oħrajn huma ġodda daqs l erba twieqi ta Ervin Bossanyi fit transett tax Xlokk 1957 Ħafna minnhom diġa ġew ikkonservati u protetti mit tim ta konservazzjonisti tal ħġieġ ikkulurit immexxija minn Leonie Seliger Madankollu għad fadal ħafna xogħol ta konservazzjoni xi jsir b mod partikolari fuq it tieqa tal Okulu fit transett tax Xlokk li hija tieqa tonda tal aħħar tas seklu 12 Matul il ħarifa tal 2008 tlesta restawr ewlieni tas saqaf taċ ċomb ta fuq it transett u b kollox sewa madwar 500 000 Fl 2018 is saqaf taċ ċomb tan navata ġie sostitwit Ir restawr estensiv tal katidral li sar f nofs l 2018 kien parti minn xogħol skedat tal 2016 2021 li kien jinkludi wkoll it titjib tal aċċessibbilta u tal ambjent pajsaġġistiku tal katidral faċilitajiet ġodda għall vizitaturi u restawr ġenerali fuq barra L hekk imsejjaħ Vjaġġ ta Canterbury bl Ingliz Canterbury Journey huwa proġett li kien mistenni jiswa kwazi 25 miljun il finanzjament kien jinkludi għotja ta 13 8 miljun mingħand Heritage Lottery 10 9 miljun mill Canterbury Cathedral Trust u 250 000 mill Ħbieb tal Katidral StabbilimentDjakni u Kanonċi Il volti b għamla ta mrewħa tal Katidral ta Canterbury fit torri tal kampnar ċentrali Mill 1 ta Awwissu 2022 Djaknu David Monteith mis 17 ta Diċembru 2022 Arċidjaknu ta Canterbury u Kanonku Residenti William Adam Arċidjaknu u Kanonku mit 18 ta Lulju 2022 Kanonku Librar Tim Naish mit 22 ta April 2018 Kanonku Missjunarju Emma Pennington mis 16 ta Marzu 2019 Kanonku Tezorier Kanonku Djoċesan Andrew Dodd mis 27 ta Settembru 2020 Il katidral juza Viċi Djaknu mhux għal appuntat partikolari izda b referenza għall Kanonku Residenti għal kull xahar Kanonċi minuri Kantur David Roper temporanjament mill 11 ta Settembru 2022 Inċizjoni kkulurita tal faċċata tal Punent fl 1821 bit torri Normann tal Majjistral qabel ir rikostruzzjoni Il katidral ma ġarrabx ħsarat estensivi fl Ewwel u fit Tieni Gwerer Dinjin Servizz tal pulizija Il katidral għandu s servizz tal pulizija tiegħu stess magħrufa bħala l Kuntistabbli tal Katidral ta Canterbury Huma kuntistabbli attestati bil poter li jarrestaw f kaz ta bzonn jieħdu ħsieb jissorveljaw u jipproteġu l katidral Dawn jaħdmu mill qrib ukoll mal Pulizija ta Kent QniepenDunstan il Kbira Il katidral għandu total ta 21 qanpiena fi tliet torrijiet tal kampnari It Torri tal Lbiċ it Torri ta Oxford fih il qniepen prinċipali li jindaqqu fil katidral imdendlin għal bidla fit tokki bi stil Ingliz Hemm erbatax il qanpiena b kollox sensiela ta tnax b zewġ semitoni li jippermettu li jindaqqu għaxar tmien jew sitt qniepen u xorta waħda jibqgħu intonati Il qniepen kollha ġew fonduti fl 1981 mill Fonderija tal Qniepen ta Whitechapel minn seba qniepen tas sensiela l antika ta tnax il qanpiena b metall ġdid li ġie mizjud u bit twaħħil f qafas ġdid It tul pixka tal ħbula ġiet mizjuda billi fl istess zmien tbaxxiet l art tal kompartiment tad daqq sal livell tal volta tal korsija tan Nofsinhar biex b hekk il qniepen il ġodda setgħu ikunu iktar baxxi fil kampnar milli l qniepen ġodda bl intenzjoni li jitnaqqas l istress fuq l istruttura Medjevali L itqa qanpien it tenur ta din is sensiela tizen 34 cwt twal u 3 qr 4 lb 3 896 libbra jew 1 767 kilogramma Dawk li jdoqqu l qniepen jipprattikaw il Ħamis fis 7 15 ta filgħaxija It Torri tal Majjistral it Torri ta Arundel fih il qniepen tat tokki tal arloġġ tal katidral Il ħames tokki ta ħames kwarti ttieħdu minn sensiela antika ta 12 fit Torri ta Oxford fejn oriġinarjament kien hemm arloġġ u kien iserraħ max xorok fit Torri ta Arundel It tokki jindaqqu mat tmien ton Gregorjan li jintuza wkoll fil Kulleġġ ta Merton Oxford It tokk tas siegħa jindaqq fuq Dunstan il Kbira l ikbar qanpiena f Kent twila 62 cwt twal 2 qr 9 lb 7 009 libbra jew 3 179 kilogramma li tindaqq ukoll il Ħadd filgħodu għall Quddiesa ta Filgħodu Fl 1316 il Pirjol Enriku ta Eastry ta qanpiena kbira ddedikata lil San Tumas li kienet tizen 71 1 2 cwt 3 630 kilogramma Iktar il quddiem fl 1343 il Pirjol Hathbrand ta qniepen iddedikati lil Ġesu u lil San Dunstan F dan iz zmien il qniepen fil kampnar reġgħu ddendlu f posthom u l ismijiet tagħhom ġew irreġistrati bħala Ġesu Dunstan Marija Crundale Elphy AElfheah u Thomas Fit terremot tal Istretti ta Dover tal 1382 il kampnar waqa u l ewwel tliet qniepen inqerdu Wara r rikostruzzjoni tiegħu it tliet qniepen l oħra reġgħu ddendlu flimkien mat tnejn l oħra li ma hemm l ebda dokumentazzjoni dwarhom rigward meta ġew prodotti L eqdem qanpiena fil katidral hija l Qanpiena Harry bejn wieħed u ieħor 8 cwt twal 900 libbra jew 400 kilogramma li hija mdendla ġo gaġġa fil quċċata tat torri ċentrali li ġabet isimha minnha Din il qanpiena ġiet fonduta minn Joseph Hatch fl 1635 u tindaqq fit 8 ta filgħodu u fid 9 ta filgħaxija kujum biex jitħabbar il ftuħ u l għeluq tal katidral u okkazjonalment għas servizzi bħala qanpiena mqaddsa Il katidral għandu l kustodja wkoll tal qanpiena tal HMS Canterbury bastiment tal Ewwel Gwerra Dinjija imdendla fil Kappella ta Buffs fit transett tal Lbiċ Zewġ folji mill Bibbja ta Lyghfield LibrerijaIl librerija tal katidral għandha kollezzjoni ta madwar 30 000 ktieb u fuljett li ġew stampati qabel is seklu 20 u ta madwar 20 000 ktieb u sensiela li ġew stampati wara Ħafna mill kotba bikrin ġew akkwistati bħala parti mill kollezzjonijiet mogħtija bħala donazzjoni Għandha ħafna kotba dwar l istorja tal knisja it teoloġija antika l istorja Brittanika inkluz l istorja lokali l ivvjaġġar ix xjenza u l mediċina u l moviment ta kontra l jasar Il kollezzjoni tal librerija hija inkluza fil katalgu online tal librerija tal Universita ta Kent F Lulju 2018 il katidral xtara f irkant il Bibbja Medjevali ta Trussel għal 100 000 Din il Bibbja li sussegwentement bdiet tissejjaħ il Bibbja ta Lyghfield f ġieħ il patri fl imgħoddi kienet f Canterbury u kienet tneħħiet wara x Xoljiment tal Monasteri BibljografijaBabington Margaret 1955 The Romance of Canterbury Cathedral Raphael Tuck Blick Sarah 2005 Reconstructing the Shrine of St Thomas Becket Canterbury Cathedral in Blick Sarah Tekippe Rita eds Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles Leiden and Boston Brill Collinson Patrick Ramsay Nigel Sparks Margaret eds 2002 1995 A History of Canterbury Cathedral revised ed Oxford University Press ISBN 019820051X Cook G H 1949 Portrait of Canterbury Cathedral London Phoenix House Farmer David Hugh 1992 The Oxford Dictionary of Saints 3rd ed Oxford University Press ISBN 0192830694 Iremonger F A 1948 William Temple Archbishop of Canterbury his life and letters Oxford University Press Purcell William 1969 Fisher of Lambeth a portrait from life Hodder and Stoughton ISBN 0340029382 Stahlschmidt J C L 1887 The Church Bells of Kent Their Inscriptions Founders Uses and Traditions Elliot Stock OCLC 12772194 Willis Robert 1845 The Architectural History of Canterbury Cathedral Londra Longman Withers Hartley 1897 The Cathedral Church of Canterbury Bell s Cathedral Series 2nd revised ed London George Bel Iktar qariButler John 2011 The Red Dean of Canterbury the Public and Private Faces of Hewlett Johnson Scala Publishing ISBN 1857597362 Best Nicholas 2019 Bell Harry Endeavour Media Foyle Jonathan 2013 The Architecture of Canterbury Cathedral Scala Arts and Heritage Publishers ISBN 978 1857597011 Guy John 2012 Thomas Becket Warrior Priest Rebel Random House ISBN 1400069076 Keates Jonathan amp Hornak Angelo 2013 Canterbury Cathedral Scala Arts and Heritage Publishers ISBN 978 1857590272 Michael M A 2004 The Stained Glass of Canterbury Cathedral Scala Arts and Heritage Publishers ISBN 978 1857593655 Newman John 2013 Pevsner s Buildings of England Kent North and North East New Haven Yale University Press ISBN 978 0300185065 Rudolph Conrad The Parabolic Discourse Window and the Canterbury Roll Social Change and the Assertion of Elite Status at Canterbury Cathedral Oxford Art Journal 38 2015 1 19 Sparks Margaret 2007 Canterbury Cathedral Precincts an historical survey Canterbury Dean amp Chapter of Canterbury ISBN 978 0950139203 Sparks Margaret amp Brayshaw Karen 2011 The Library of Canterbury Cathedral Canterbury Friends of Canterbury Cathedral ISBN 978 0 906211 63 2 Weaver Jeffrey 2013 The Ancestors of Christ Windows at Canterbury Cathedral Los Angeles Getty Publications ISBN 978 1 60606 146 6 Withers Hartley 1908 1896 The Cathedral Church of Canterbury A Description of Its Fabric and a Brief History of the Archiepiscopal See Bell Woolnoth William 1816 A graphical illustration of the metropolitan cathedral church of Canterbury accompanied by a history and description of that venerable fabric Also comprising biographical sketches of the lives of the archbishops and deans of Canterbury and historical notices of the celebrated Convent of Christchurch T Cadell and W Davies Referenzi The Project Gutenberg eBook of The Christian Church in These Islands before the Coming of Augustine by G F Browne web archive org 2022 02 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2022 02 04 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Timeline of Orthodoxy in the British Isles OrthodoxWiki web archive org 2022 02 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2022 02 04 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Thomas Allen Thomas Wright The History and Antiquities of London Westminster Southwark and Parts Adjacent Vol 3 1839 publisher George Virtue Londra pp 447 450 Canterbury Cathedral A Virtual Tour web archive org 2008 12 28 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 12 28 Miġbur 2023 06 03 Labadi Sophia 2013 UNESCO Cultural Heritage and Outstanding Universal Value Value based Analyses of the World Heritage and Intangible Cultural Heritage Conventions Rowman amp Littlefield p 170 ISBN 978 0 7591 2256 7 AD 1000 Canterbury Cathedral The Timeline of Britain Current Archaeology web archive org 2010 09 17 Arkivjat mill oriġinal fl 2010 09 17 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Canterbury Archaeological Trust Canterbury Cathedral web archive org 2012 04 12 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 04 12 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Willis Robert 1845 The Architectural History of Canterbury Cathedral Londra Longman British Museum Term details web archive org 2014 04 14 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 04 14 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Alistair Campbell 1949 Encomium Emmae Reginae Emma of Normandy who was she web archive org 2022 02 12 Arkivjat mill oriġinal fl 2022 02 12 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Farmer David Hugh 1992 The Oxford Dictionary of Saints 3rd ed Oxford University Press ISBN 0192830694 Cook G H 1949 Portrait of Canterbury Cathedral Londra Phoenix House Cook G H 1949 Portrait of Canterbury Cathedral London Phoenix House pp 13 14 The Project Gutenberg eBook of The Cathedral Church Of Canterbury by Hartley Withers B A web archive org 2018 06 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 06 04 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Cook G H 1949 Portrait of Canterbury Cathedral London Phoenix House p 19 Pastscape Detailed Result CAMPANILE MOUNT web archive org 2015 04 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2015 04 04 Miġbur 2023 06 03 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link English Romanesque Art 1066 1200 Catalogue of an Exhibition held at the Hayward Gallery London 5 April 8 July 1984 Londra Arts Council of Great Britain 1984 pp 33 34 Cook G H 1949 Portrait of Canterbury Cathedral London Phoenix House p 23 Willis Robert 1845 The Architectural History of Canterbury Cathedral Londra Longman p 14 Willis Robert 1845 The Architectural History of Canterbury Cathedral Londra Longman p 71 Willis Robert 1845 The Architectural History of Canterbury Cathedral Londra Longman p 79 a b Cook G H 1949 Portrait of Canterbury Cathedral Londra Phoenix House pp 22 23 Withers Hartley 1897 The Cathedral Church of Canterbury Bell s Cathedral Series 2nd revised ed Londra George Bell pp 88 89 Withers Hartley 1897 The Cathedral Church of Canterbury Bell s Cathedral Series 2nd revised ed Londra George Bell p 8 Blick Sarah 2005 Reconstructing the Shrine of St Thomas Becket Canterbury Cathedral in Blick Sarah Tekippe Rita eds Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles Leiden and Boston Brill pp 407 409 Blick Sarah 2005 Reconstructing the Shrine of St Thomas Becket Canterbury Cathedral in Blick Sarah Tekippe Rita eds Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles Leiden u Boston Brill p 408 Blick Sarah 2005 Reconstructing the Shrine of St Thomas Becket Canterbury Cathedral in Blick Sarah Tekippe Rita eds Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles Leiden u Boston Brill p 424 Blick Sarah 2005 Reconstructing the Shrine of St Thomas Becket Canterbury Cathedral in Blick Sarah Tekippe Rita eds Art and architecture of late medieval pilgrimage in Northern Europe and the British Isles Leiden u Boston Brill p 425 Withers Hartley 1897 The Cathedral Church of Canterbury Bell s Cathedral Series 2nd revised ed Londra George Bell p 13 a b Centre UNESCO World Heritage Canterbury Cathedral St Augustine s Abbey and St Martin s Church UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 06 03