Luigi Pirandello pronunzja bit Taljan luˈiːdʒi piranˈdɛllo twieled fit 28 ta Ġunju 1867 miet fl 10 ta Diċembru 1936 kien
Luigi Pirandello

Luigi Pirandello (pronunzja bit-Taljan: [luˈiːdʒi piranˈdɛllo]; twieled fit-28 ta' Ġunju 1867 – miet fl-10 ta' Diċembru 1936) kien drammaturgu, rumanzier, poeta u kittieb tan-novelli Taljan u l-ikbar kontributi tiegħu kienu d-drammi li kiteb. Huwa ngħata l-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1934 "għall-poter kważi maġiku tiegħu li jittrasforma l-analiżi psikoloġika fi dramm tajjeb għat-teatru". Huwa kien nazzjonalist Taljan u kien jappoġġa l- b'mod moderat, saħansitra darba minnhom ta l-medalja tal-Premju Nobel tiegħu lill-gvern Faxxist biex tiddewweb bħala parti mill-kampanja tal-1935 tal-Oro alla Patria (Deheb lill-Patrija) matul it-Tieni Gwerra Italo-Etjopjana. Ix-xogħlijiet ta' Pirandello jinkludu r-rumanzi, mijiet ta' novelli, u xi 40 dramm, uħud minnhom miktuba bl-Isqalli. Il-farsi traġiċi ta' Pirandello sikwit jitqiesu bħala l-pijunieri tat-Teatru tal-Assurd.
Luigi Pirandello | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | , 28 Ġunju 1867 |
Nazzjonalità | |
Mewt | Ruma, 10 Diċembru 1936 |
Kawża tal-mewt | () |
Familja | |
Konjuga/i | (en) |
Ulied | uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Bonn |
Lingwi | Ġermaniż Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb poeta |
Xogħlijiet importanti | (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) |
Premjijiet | List
|
Nominat għal | uri
|
Sħubija | (en) |
Psewdonomu | Caliban, Giulian Dorpelli, Fernando, Emma Neviniu Paulo Post |
Bijografija
Ħajja bikrija
Pirandello twieled f'familja ta' klassi għolja f'żona msejħa Caos (li bit-Taljan tfisser Kaos, iżda bid-djalett Sqalli tfisser litteralment "qalziet", u tirreferi għall-għamla ta' rdum fil-qrib), ħdejn , subborg fqir ta' Girgenti (, fin-Nofsinhar ta' Sqallija). Missieru, Stefano, kien ġej minn familja sinjura involuta fl-industrija tal-kubrit, u ommu, , kienet ukoll ġejja minn familja sinjura dixxendenti tal-klassi għolja tal-borgeżija ta' Agrigento. Iż-żewġ familji, Pirandello u Ricci Gramitto, kien ferm kontra l-Borboni u pparteċipaw b'mod attiv fit-taqbida għall-unifikazzjoni u d- magħrufa bħala Risorgimento. Stefano pparteċipa fl-ispedizzjoni famuża tal-elf, u iktar 'il quddiem segwa lil sal-Battalja ta' Aspromonte, u Caterina, li bilkemm kellha tlettax-il sena, ġiet imġiegħla takkumpanja lil missierha lejn Malta, fejn kien intbagħat f'eżilju mill-monarkija tal-Borboni. Iżda l-parteċipazzjoni fil-beraħ għall-kawża ta' Garibaldi u s-sens qawwi ta' idealiżmu ta' dawk is-snin bikrin malajr ittrasformaw, speċjalment għal Caterina, f'diżappunt feroċi u morr bir-realità ġdida maħluqa mill-unifikazzjoni. Eventwalment Pirandello assimila dan is-sens ta' tradiment u għadab u esprimieh f'diversi poeżiji tiegħu u fir-rumanz tiegħu I Vecchi e I Giovani. X'aktarx ukoll li din il-klima ta' diżillużjoni qanqlet f'Luigi sens ta' sproporzjon bejn l-ideali u r-realità li joħroġ fid-dieher fis-saġġ tiegħu dwar l-umoriżmu (L'Umorismo).
Pirandello ngħata l-edukazzjoni primarja tiegħu d-dar, iżda kien iktar affaxxinat mill-ħrejjef u mil-leġġendi, xi mkien bejn il-popolari u l-maġija, li s-seftura anzjana tiegħu Maria Stella kienet tirrakkontalu milli mill-affarijiet skolastiċi jew akkademiċi. Meta kellu 12-il sena, kien diġà kiteb l-ewwel traġedja tiegħu. Fuq l-insistenza ta' missieru, inkiteb fi skola tas-snajja', iżda eventwalment qaleb għall-istudju tal-umanitajiet fil-ginnasio, xi ħaġa li dejjem kienet tattirah.
Fl-1880, il-familja Pirandello marret tgħix f'Palermo. Hemmhekk, fil-belt kapitali ta' Sqallija, Luigi temm l-edukazzjoni sekondarja tiegħu. Huwa beda wkoll jaqra bosta kotba, u ffoka l-iktar fuq il-poeti Taljani tas-seklu 19 bħal Giosuè Carducci u . Imbagħad beda jikteb l-ewwel poeżiji tiegħu u sar iħobb lill-kuġina tiegħu Lina.
Matul dan il-perjodu, feġġew l-ewwel sinjali ta' differenzi serji bejn Luigi u missieru; Luigi kien skopra xi noti li żvelaw li Stefano kien qed jaqlibha lill-mara tiegħu. B'reazzjoni għan-nuqqas ta' fiduċja u ta' armonija dejjem tiżdied li Luigi beda jrawwem fil-konfront ta' missieru, raġel ta' fiżiku sod u li ma tantx joqgħod jomgħod il-kliem, ir-rabta tiegħu m'ommu baqgħet tikber tant li laħqet punt kważi ta' venerazzjoni qalila. Iktar 'il quddiem dan ħareġ fid-dieher, wara mewtha, fil-paġni li jmissu l-qlub tar-rumanz Colloqui con i personaggi fl-1915.
Is-sentimenti romantiċi għall-kuġina tiegħu, li inizjalment ma ġewx aċċettati mill-familja ta' Lina, f'daqqa waħda ttieħdu bis-serjetà ħafna. Il-familja tagħha talbet li Luigi jabbanduna l-istudji tiegħu u jiddedika ruħu għan-negozju tal-kubrit biex b'hekk ikun jista' jiżżewwiġha minnufih. Fl-1886, waqt jum ta' vaganza mill-iskola, Luigi mar iżur il-minjieri tal-kubrit ta' Porto Empedocle u beda jaħdem ma' missieru. Din l-esperjenza kienet essenzjali għalih u pprovdietlu l-bażi għal stejjer bħal Il Fumo, Ciàula scopre la Luna, kif ukoll għal uħud mid-deskrizzjonijiet u mill-isfond tar-rumanz I Vecchi e I Giovani. Iż-żwieġ, li inizjalment deher li kien se jkun xi ħaġa imminenti, ġie pospost.
Pirandello mbagħad inkiteb fl-Università ta' Palermo fid-dipartimenti tal-Liġi u tal-Umanitajiet. F'dawk is-snin l-Università ta' Palermo u speċjalment id-Dipartiment tal-Liġi kienu ċ-ċentru tal-moviment vast li eventwalment evolva fil-Faxxisti Sqallin. Għalkemm Pirandello ma kienx membru attiv ta' dan il-moviment, huwa kellu rabtiet mill-qrib ta' ħbiberija mal-ideologi ewlenin tiegħu: , , u .
Edukazzjoni għolja
Fl-1887, wara li għażel b'mod definittiv id-Dipartiment tal-Umanitajiet, Pirandello mar jgħix f'Ruma sabiex ikompli bl-istudji tiegħu. Iżda l-impatt mal-belt, iċ-ċentru tat-taqbida għall-unifikazzjoni li għaliha l-familji tal-ġenituri tiegħu kienu tant issieltu b'entużjażmu ġeneruż, kien diżappuntanti u xejn qrib dak li kien stenna. "Meta wasalt Ruma kienet nieżla xita qliel, kien billejl u ħassejt qisu qalbi tingħafas, iżda mbagħad dħakt bħal raġel iddisprat".
Pirandello, li kien moralista estremament sensittiv, finalment kellu ċans jara b'għajnejh id-dekadenza kbira tal-hekk imsejħa eroj tar-Risorgimento fil-persuna ta' zijuh Rocco, li dak iż-żmien kien uffiċjal anzjan u eżawst tal-prefettura, li pprovdielu abitazzjoni temporanja f'Ruma. Id-"daħka ddisprata", l-unika manifestazzjoni ta' tpattija għad-diżappunt, ispirat il-versi morri tal-ewwel ġabra ta' poeżiji tiegħu, Mal Giocondo (1889). Iżda mhux kollox kien negattiv; din l-ewwel żjara lejn Ruma pprovdietlu l-opportunità li jżur b'mod assidwu bosta teatri tal-belt kapitali, fosthom it-Teatri Nazionale, Valle u Manzoni, u stqarr "O t-teatru drammatiku! Se naħkmu. Ma nistax nidħol ġo teatru mingħajr ma nesperjenza sensazzjoni stramba, eċitament li jwassal biex demmi jbaqbaq fil-vini kollha tiegħi..."
Minħabba kunflitt ma' professur tal-Latin, kellu jitlaq mill-Università ta' Ruma u mar lejn b'ittra ta' preżentazzjoni minn wieħed mill-professuri l-oħra tiegħu. Is-soġġorn tiegħu f'Bonn, li dam sentejn, kien mimli ħajja kulturali. Huwa qara r-romantiċi Ġermaniżi, Jean Paul, Tieck, Chamisso, u Goethe. Huwa beda jittraduċi l-Eleġiji Rumani ta' Goethe, ikkompona l-Eleġiji Boreali b'imitazzjoni tal-istil tal-Eleġiji Rumani, u beda jimmedita fuq is-suġġett tal-umoriżmu permezz tax-xogħlijiet ta' .
F'Marzu 1891 ingħata d-dottorat tiegħu fil- Rumanza b'teżi dwar id-djalett ta' Agrigento: Ħsejjes u Żviluppi tal-Ħsejjes fid-Djalett Mitkellem ta' Craperallis.
Żwieġ
Wara soġġorn qasir fi Sqallija, li matulu ż-żwieġ ippjanat ma' kuġintu tħassar, huwa reġa' lura Ruma, fejn sar ħbieb ma' grupp ta' kittieba u ġurnalisti, fosthom , , u . Capuana ħeġġeġ lil Pirandello jiddedika lilu nnifsu għall-kitba narrattiva. Fl-1893 kiteb l-ewwel xogħol importanti tiegħu, Marta Ajala, li ġie ppubblikat fl-1901 bħala l'Esclusa. Fl-1894 huwa ppubblika l-ewwel kollezzjoni ta' novelli tiegħu, Amori senza Amore. Huwa żżewweġ fl-1894 ukoll. Fuq suġġeriment ta' missieru huwa żżewweġ lil tfajla kwieta u mistħija minn familja tajba ta' Agrigento edukata mis-sorijiet ta' : .
L-ewwel snin taż-żwieġ qanqlulu interess ġdid fl-istudji u fil-kitbiet tiegħu: huwa kompla jiltaqa' mal-ħbieb tiegħu u kompla jiddiskuti l-arti, b'mod iktar vivaċi u stimolanti minn qatt qabel, filwaqt li l-ħajja tal-familja tiegħu, minkejja n-nuqqas ta' komprensjoni ma' martu fir-rigward tal-vokazzjoni artistika tiegħu, baqgħet għaddejja bi trankwillità relattiva bit-twelid ta' wliedu Stefano, Fausto u Rosalia "Lietta". Sadanittant Pirandello intensifika l-kollaborazzjonijiet tiegħu mal-edituri tal-gazzetti u ma' ġurnalisti oħra f'rivisti bħal La Critica u La Tavola Rotonda fejn fl-1895 ippubblika l-ewwel parti tad-Dialoghi tra Il Gran Me e Il Piccolo Me.
Fl-1897 huwa aċċetta offerta biex jgħallem it-Taljan fl-Istituto Superiore di Magistero di Roma, u fir-rivista Marzocco ppubblika diversi paġni oħra tad-Dialoghi. Fl-1898, flimkien ma' Italo Falbo u Ugo Fleres, huwa stabbilixxa l-Ariel li kienet tinħareġ darba fil-ġimgħa, fejn ippubblika d-dramm b'att wieħed L'Epilogo (li iktar 'il quddiem biddel għal La Morsa) u xi novelli (La Scelta, Se...). L-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 kienu perjodu ta' produttività kbira għal Pirandello. Fl-1900 ippubblika f'Marzocco wħud mill-iżjed novelli famużi tiegħu (Lumie di Sicilia, La Paura del Sonno...) u fl-1901 ippubblika l-ġabra ta' poeżiji Zampogna. Fl-1902 ippubblika l-ewwel sensiela ta' Beffe della Morte e della Vita u t-tieni rumanz tiegħu, Il Turno.
Diżastru fil-familja
Is-sena 1903 kienet fundamentali għall-ħajja ta' Pirandello. L-għargħar fil-minjieri tal-kubrit ta' Aragona, li fihom missieru Stefano kien investa mhux biuss ammont enormi tal-kapital tiegħu iżda anke d-dota ta' Antonietta, wasslet għall-kollass finanzjarju tal-familja. Antonietta, wara li fetħet u qrat l-ittra li ħabbret id-diżastru, daħlet fi stat ta' semikatatonija u tant ħadet xokk psikoloġiku li l-bilanċ mentali tagħha baqa' ssussat ferm u b'mod irrimedjabbli.
Pirandello, li inizjalment kellu ħsibijiet ta' , ipprova jagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni mill-aħjar li seta' billi żied in-numru ta' lezzjonijiet kemm tat-Taljan kif ukoll tal-Ġermaniż, u talab għal kumpens mir-rivisti li kien tahom il-kitbiet u l-kollaborazzjonijiet tiegħu mingħajr ħlas. Sadanittant, fir-rivista Nuova Antologia, immexxija minn G. Cena, bdew jiġu ppubblikati l-ewwel episodji tar-rumanz li Pirandello kien qed jikteb matul dik is-sitwazzjoni orribbli (filwaqt li billejl kien jieħu ħsieb lil martu li kienet marida mentalment wara jum sħiħ jaħdem). Ir-rumanz kien Il Fu Mattia Pascal. Dan ir-rumanz fih bosta elementi awtobijografiċi li ġew elaborati mill-ġdid b'mod li ma jikkorrispondix mar-realtà. Ir-rumanz mill-ewwel kiseb suċċess kbir. Fl-1905 ir-rumanz ġie tradott bil-Ġermaniż u witta t-triq għall-fama u għall-popolarità ta' Pirandello, li b'hekk seta' jippubblika ma' ditti iktar importanti bħal Treves, li magħhom fl-1906 ippubblika ġabra oħra ta' novelli msejħa Erma Bifronte. Fl-1908 ippubblika volum ta' saġġi bit-titlu Arte e Scienza u s-saġġ importanti L'Umorismo, fejn ta bidu għad-dibattitu leġġendarju ma' li kompla jiħrax fir-realtà miż-żewġ naħat għal bosta snin.
Fl-1909 ġiet ippubblikata l-ewwel parti ta' I Vecchi e I Giovani f'episodji. Dan ir-rumanz jirrakkonta l-istorja tal-falliment u tar-repressjoni tal-Faxxisti Sqallin mill-1893 sal-1894. Meta ħareġ ir-rumanz fl-1913, Pirandello bagħat kopja tiegħu lill-ġenituri għall-ħmistax-il anniversarju taż-żwieġ tagħhom flimkien ma' dedika fejn kiteb li "l-ismijiet tagħhom, Stefano u Caterina, jgħixu b'mod erojku". Madankollu, filwaqt li ommu ġiet ittrasfigurata fir-rumanz fil-personaġġ ta' Caterina Laurentano, missieru, rappreżentat mir-raġel ta' Caterina, Stefano Auriti, jidher biss fil-memorji u fil-flashbacks, peress li, kif osserva tajjeb Leonardo Sciascia, "huwa miet iċċensurat b'sens Freudjan minn ibnu, li fil-fond ta' ruħu, huwa l-għadu tiegħu". Fl-1909 ukoll, Pirandello beda l-kollaborazzjoni tiegħu mal-ġurnal prestiġjuż Corriere della Sera fejn ippubblika n-novelli Mondo di Carta, La Giara, u fl-1910 Non è una cosa seria u Pensaci, Giacomino!. Dak iż-żmien, il-fama ta' Pirandello bħala kittieb kompliet tiżdied. Madankollu, il-ħajja privata tiegħu ġiet ivvelenata mis-suspetti u mill-għira ossessiva ta' Antonietta li bdiet issir fiżikament vjolenti.
Fl-1911, filwaqt li l-pubblikazzjoni tan-novelli kompliet, Pirandello spiċċa r-raba' rumanz tiegħu, Suo Marito, ippubblikat mill-ġdid wara mewtu fl-1941, u rivedut għalkollox fl-ewwel erba' kapitli, bit-titlu Giustino Roncella nato Boggiòlo. Matul ħajtu l-awtur qatt ma ppubblika mill-ġdid dan ir-rumanz għal raġunijiet ta' diskrezzjoni; dan għaliex fih referenzi impliċiti għall-kittieba Grazia Deledda. Iżda x-xogħol li l-iżjed xoroblu l-enerġiji tiegħu dak iż-żmien kien il-ġabra ta' ġrajjiet La Vendetta del Cane, Quando s'è capito il giuoco, Il treno ha fischiato, Filo d'aria u Berecche e la guerra. Dawn kollha ġew ippubblikati mill-1913 sal-1914 u issa kollha jitqiesu bħala klassiċi tal-letteratura Taljana.
L-Ewwel Gwerra Dinjija
Malli l-Italja daħlet fl-Ewwel Gwerra Dinjija, iben Pirandello Stefano nkiteb bħala voluntier għas-servizz militari u ttieħed bħala priġunier mill-Awstro-Ungeriżi. Fl-1916 l-attur rnexxielu jirreċta l-kummiedja fi tliet atti li l-kittieb kien silet min-novella Pensaci, Giacomino! u l-kummiedja pastorali Liolà.
Fl-1917 il-ġabra ta' novelli E domani Lunedì ġiet ippubblikata, iżda s-sena kienet immarkata l-iktar minn rappreżentazzjonijiet teatrali importanti: Così è (se vi pare), A birrita cu' i ciancianeddi u Il Piacere dell'onestà. Sena wara, Ma non è una cosa seria u Il Gioco delle parti ġew prodotti bħala drammi fuq il-palk. Iben Pirandello Stefano reġa' lura d-dar meta l-gwerra ntemmet.
Fl-1919 Pirandello daħħal lil martu fi sptar tal-mard mentali. Is-separazzjoni minn ma' martu, minkejja l-għira morbuża u l-alluċinazzjonijiet tagħha, ikkawżaw tbatija kbira għal Pirandello li, saħansitra fl-1924, baqa' jemmen li seta' jieħu ħsiebha d-dar. Martu qatt ma ħarġet mill-isptar. L-1920 kienet is-sena tal-kummiedja bħal Tutto per bene, Come prima meglio di prima, u La Signora Morli. Fl-1921, il-Compagnia di Dario Niccodemi tellgħet fuq il-palk fil-Valle di Roma, id-dramm Sei personaggi in cerca d'autore. Dan kien tassew falliment. Il-pubbliku kien maqsum f'dawk li kienu favur u dawk li kienu kontra, u dawn tal-aħħar bdew jgħajtu, "Sptar tal-Mard Mentali, Sptar tal-Mard Mentali!". L-awtur, li kien preżenti fl-ispettaklu ma' bintu Lietta, telaq minn ħruġ laterali biex jevita l-folla ta' avversarji. Madankollu, l-istess dramm kien suċċess kbir meta ġie ppreżentat f'Milan. Fl-1922 f'Milan, Enrico IV ttella' għall-ewwel darba fuq il-palk u kien suċċess universali. Ir-reputazzjoni internazzjonali ta' Pirandello żviluppat ukoll. Is-Sei personaggi ttella' f'Londra u fi New York.
L-Italja taħt il-Faxxisti
Fl-1924 Pirandello kiteb ittra lil Benito Mussolini biex jitolbu jaċċettah bħala membru tal-Partit Faxxista Nazzjonali. Fl-1925 Pirandello, bl-għajnuna ta' Mussolini, kiseb id-direzzjoni artistika u s-sjieda tat-Teatro d'Arte di Roma, stabbilit mill-Grupp tal-Ħdax. Huwa ddeskriva lilu nnifsu bħala "Faxxist minħabba li jien Taljan". Għad-devozzjoni tiegħu għal Mussolini, ir-rivista satirika Il Becco Giallo kienet issejjaħlu P. Randello (randello bit-Taljan tfisser għuda twila u rqiqa).
Pubblikament kien jesprimi twemmin apolitiku, u kien jgħid: "Jien apolitiku, jien bniedem fid-dinja biss". Huwa kellu kunflitti kontinwi mal-mexxejja Faxxisti. Fl-1927 huwa qatta' biċċiet il-karta tas-sħubija Faxxista tiegħu quddiem is-segretarju ġenerali tal-Partit Faxxista li baqa' ċċassat. Għall-bqija ta' ħajtu, Pirandello dejjem kien taħt sorveljanza stretta mill-pulizija sigrieta Faxxista OVRA.
Id-dramm tiegħu I Giganti della Montagna ġie interpretat bħala evidenza tar-realizzazzjoni tiegħu li l-Faxxisti kienu ostili għall-kultura; minkejja dan, fi New York Pirandello ta stqarrija fejn ħabbar l-appoġġ tiegħu għall-annessjoni tal-Abissinja tal-Italja. Huwa ta l-medalja tal-Premju Nobel tiegħu lill-gvern Faxxista biex tiddewweb għall-Kampanja ta' Abissinja. L-appoġġ ta' Mussolini tah fama internazzjonali u għamel tour dinji, fejn introduċa x-xogħol tiegħu f'Londra, Pariġi, Vjenna, Praga, Budapest, il-Ġermanja, l-Arġentina, u l-Brażil.
Il-kunċett ta' teatru ta' Pirandello għadda minn bidla sinifikanti. L-idea tal-attur bħala traditur inevitabbli tat-test, bħal fis-Sei personaggi, wittiet it-triq għall-identifikazzjoni tal-attur mal-karattru li jirreċta. Il-kumpanija tellgħet l-att tagħha fil-bliet ewlenin tal-Ewropa, u r-repertorju ta' Pirandello kulma jmur sar magħruf ferm. Bejn l-1925 u l-1926 l-aħħar u x'aktarx l-aħjar rumanz ta' Pirandello, Uno, Nessuno e Centomila, ġie ppubblikat bħala sensiela fir-rivista Fiera Letteraria. Huwa kien wieħed mill-kontributuri tar-rivista nazzjonalista tan-nisa, Lidel, u tal-ġurnal Faxxist Il Tevere.
Pirandello ġie nnominat bħala l-Akkademiku tal-Italja fl-1929, u fl-1934 ingħata l-Premju Nobel għal-Letteratura wara li kien ġie nnominat minn Guglielmo Marconi, bħala membru tal-Akkademja Rjali tal-Italja. Huwa kien l-aħħar drammaturgu Taljan li ntgħażel għall-premju sad-9 ta' Ottubru 1997.
Pirandello miet waħdu f'daru f'Via Bosio, Ruma, fl-10 ta' Diċembru 1936. Huwa rrifjuta funeral Statali offrut minn Mussolini u fl-1947 biss il-fdalijiet ikkremati tiegħu ndifnu fi Sqallija.
Għażla ta' xogħlijiet
Drammi ewlenin
- 1916: Liolà
- 1917: Così è (se vi pare)
- 1917: Il piacere dell'onestà
- 1918: Il gioco delle parti
- 1919: L'uomo, la bestia e la virtù
- 1921: Sei personaggi in cerca d'autore
- 1922: Enrico IV
- 1922: L'imbecille
- 1922: Vestire gli ignudi
- 1923: L'uomo dal fiore in bocca
- 1923: L'altro figlio (The Other Son)
- 1923: La vita che ti diedi
- 1924: Ciascuno a suo modo
- 1924: Sagra del Signore della Nave
- 1926: L'Amica delle Mogli
- 1926: Bellavita
- 1927: Diana e la Tuda
- 1929: O di Uno o di Nessuno
- 1929: Come Tu Mi Vuoi
- 1930: Questa sera si recita a soggetto
Rumanzi
- 1902: Il turno
- 1904: Il fu Mattia Pascal
- 1908: L'esclusa
- 1911: Suo marito
- 1913: I vecchi e i giovani
- 1915: Si Gira, Quaderni di Serafino Gubbio
- 1926: Uno, nessuno e centomila
Novelli
- 1922-1937: Novelle per un anno, 15-il volum. Għażla ta' tletin ġrajja ġew tradotti minn bħala Stories for the Years (Yale, 2021).
Poeżiji
- 1889: Mal giocondo
- 1891: Pasqua di Gea
- 1894: Pier Gudrò, 1809-1892
- 1895: Elegie renane, 1889-1890
- 1901: Zampogna
- 1909: Scamandro
- 1912: Fuori di chiave
Filmografija
- Il crollo, dirett minn Mario Gargiulo (l-Italja, 1920, ibbażat fuq id-dramm Lumie di Sicilia)
- Il lume dell'altra casa, dirett minn Ugo Gracci (l-Italja, 1920, ibbażat fuq in-novella Il lume dell'altra casa)
- Lo scaldino, dirett minn Augusto Genina (l-Italja, 1920, ibbażat fuq in-novella Lo scaldino)
- But It Isn't Serious, dirett minn Augusto Camerini (l-Italja, 1921, ibbażat fuq id-dramm Ma non è una cosa seria)
- La rosa, dirett minn Arnaldo Frateili (l-Italja, 1921, ibbażat fuq in-novella La rosa)
- The Voyage, dirett minn Gennaro Righelli (l-Italja, 1921, ibbażat fuq in-novella Il viaggio)
- Feu Mathias Pascal, dirett minn Marcel L'Herbier (Franza, 1925, ibbażat fuq in-novella Il fu Mattia Pascal)
- The Flight in the Night, dirett minn Amleto Palermi (il-Ġermanja, 1926, ibbażat fuq id-dramm Enrico IV)
- The Song of Love, dirett minn Gennaro Righelli (l-Italja, 1930, ibbażat fuq in-novella In silenzio)
- La Dernière berceuse, dirett minn Gennaro Righelli u Jean Cassagne (Franza, 1931, ibbażat fuq in-novella In silenzio)
- Liebeslied, dirett minn Constantin J. David (il-Ġermanja, 1931, ibbażat fuq in-novella In silenzio)
- As You Desire Me, dirett minn George Fitzmaurice (1932, bibbażat fuq id-dramm Come tu mi vuoi)
- Steel, dirett minn Walter Ruttmann (l-Italja, 1933, ibbażat fuq in-novella Giuoca, Pietro!)
- Pensaci, Giacomino!, dirett minn Gennaro Righelli (l-Italja, 1936, ibbażat fuq id-dramm Pensaci, Giacomino!)
- But It's Nothing Serious, dirett minn Mario Camerini (l-Italja, 1936, ibbażat fuq id-dramm Ma non è una cosa seria)
- The Man Who Couldn't Say No, dirett minn Mario Camerini (il-Ġermanja, 1938, ibbażat fuq id-dramm Ma non è una cosa seria)
- The Man from Nowhere, dirett minn Pierre Chenal (Franza, 1937, ibbażat fuq ir-rumanz Il fu Mattia Pascal)
- The Former Mattia Pascal, dirett minn Pierre Chenal (l-Italja, 1937, ibbażat fuq ir-rumanz Il fu Mattia Pascal)
- No Man's Land, dirett minn Mario Baffico (l-Italja, 1939, ibbażat fuq żewġ novelli)
- Enrico IV, dirett minn Giorgio Pastina (l-Italja, 1943, ibbażat fuq id-dramm Enrico IV)
- This Love of Ours, dirett minn William Dieterle (1945, ibbażat fuq id-dramm Come prima, meglio di prima)
- Man, Beast and Virtue, dirett minn Steno (l-Italja, 1953, ibbażat fuq id-dramm L'uomo, la bestia e la virtù)
- Of Life and Love, dirett minn Aldo Fabrizi, Giorgio Pastina, Mario Soldati u Luigi Zampa (l-Italja, 1954, ibbażat fuq erba' novelli)
- Vestire gli ignudi, dirett minn Marcello Pagliero (l-Italja, 1954, ibbażat fuq id-dramm Vestire gli ignudi)
- Never Say Goodbye, dirett minn Jerry Hopper (1956, ibbażat fuq id-dramm Come prima, meglio di prima)
- Todo sea para bien, dirett minn Carlos Rinaldi (l-Arġentina, 1957, ibbażat fuq id-dramm Tutto per bene)
- Liolà, dirett minn Alessandro Blasetti (l-Italja, 1963, ibbażat fuq id-dramm Liolà)
- The Voyage, dirett minn Vittorio De Sica (l-Italja, 1974, ibbażat fuq in-novella Il viaggio)
- Il turno, dirett minn Tonino Cervi (l-Italja, 1981, ibbażat fuq ir-rumanz Il turno)
- Henry IV, dirett minn Marco Bellocchio (l-Italja, 1984, ibbażat fuq id-dramm Enrico IV)
- Kaos, dirett minn Paolo and Vittorio Taviani (l-Italja, 1984, ibbażat fuq erba' novelli)
- The Two Lives of Mattia Pascal, dirett minn Mario Monicelli (l-Italja, 1985, ibbażat fuq ir-rumanz Il fu Mattia Pascal)
- You Laugh, dirett minn Paolo and Vittorio Taviani (l-Italja, 1998, ibbażat fuq żewġ novelli)
- The Nanny, dirett minn Marco Bellocchio (l-Italja, 1999, ibbażat fuq in-novella La balia)
- The Choice, dirett minn Michele Placido (l-Italja, 2015, ibbażat fuq id-dramm L'innesto)
- The Wait, dirett minn Piero Messina (l-Italja, 2015, ibbażat fuq id-dramm La vita che ti diedi)
Iktar qari
- Giudice, Gaspare. Luigi Pirandello, UTET, 1963.
- Baccolo, L. Pirandello. Milan: Bocca. 1949 (it-tieni edizzjoni).
- Di Pietro, L. Pirandello. Milano: Vita e Pensiero. 1950. (it-tieni edizzjoni).
- Ferrante, R. Luigi Pirandello. Firenze: Parenti. 1958.
- Gardair, Pirandello e il Suo Doppio. Rome: Abete. 1977.
- Janner, A. Luigi Pirandello. Firenze, La Nuova Italia. 1948.
- Monti, M. Pirandello, Palermo: Palumbo. 1974.
- Moravia. A. "Pirandello" in Fiera Leteraria. Rome. 12 December 1946.
- Pancrazi, P. "L'altro Pirandello" In Scrittori Italiani del Novecento. Bari: Laterza. 1939.
- Pasini. F. Pirandello nell'arte e nella vita. Padova. 1937.
- Podestà. G. "Kafka e Pirandello." Humanitas, XI, 1956, pp. 230–44.
- Sarah Zappulla Muscarà, Enzo Zappulla, Pirandello e il teatro siciliano, Giuseppe Maimone Editore, Catania 1986.
- Mirella Maugeri Salerno, Pirandello e dintorni, Giuseppe Maimone Editore, Catania, 1987.
- Sarah Zappulla Muscarà (a cura di), Narratori siciliani del secondo dopoguerra, Giuseppe Maimone Editore, Catania 1990.
- Elio Providenti (a cura di), Archeologie pirandelliane, Giuseppe Maimone Editore, Catania, 1990.
- Carlo Schirru, Per un’analisi interlinguistica d’epoca: Grazia Deledda e contemporanei, Rivista Italiana di Linguistica e di Dialettologia, Fabrizio Serra editore, Pisa-Roma, Anno XI, 2009, pp. 9-32.
- Virdia. F. Pirandello. Milan:Mursia. 1975.
- Frederick May, Three Major Symbols in Four Plays by Pirandello, Lawrence, Kansas: Allen Press, 1974.
Referenzi
- ^ "The Nobel Prize in Literature 1934". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ "The Nobel Prize in Literature 1934". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-29.
- ^ WINEGARTEN, RENEE (1994). "The Nobel Prize for Literature". The American Scholar. 63 (1): 63–75. ISSN 0003-0937.
- ^ "Giuseppe Bonghi Biografia di Luigi Pirandello". web.archive.org. 2010-06-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-20. Miġbur 2022-06-29.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Luigi Pirandello, X'inhi Luigi Pirandello? Xi tfisser Luigi Pirandello?
Luigi Pirandello pronunzja bit Taljan luˈiːdʒi piranˈdɛllo twieled fit 28 ta Ġunju 1867 miet fl 10 ta Diċembru 1936 kien drammaturgu rumanzier poeta u kittieb tan novelli Taljan u l ikbar kontributi tiegħu kienu d drammi li kiteb 1 Huwa ngħata l Premju Nobel għal Letteratura fl 1934 għall poter kwazi maġiku tiegħu li jittrasforma l analizi psikoloġika fi dramm tajjeb għat teatru 2 Huwa kien nazzjonalist Taljan u kien jappoġġa l Faxxizmu b mod moderat saħansitra darba minnhom ta l medalja tal Premju Nobel tiegħu lill gvern Faxxist biex tiddewweb bħala parti mill kampanja tal 1935 tal Oro alla Patria Deheb lill Patrija matul it Tieni Gwerra Italo Etjopjana 3 Ix xogħlijiet ta Pirandello jinkludu r rumanzi mijiet ta novelli u xi 40 dramm uħud minnhom miktuba bl Isqalli Il farsi traġiċi ta Pirandello sikwit jitqiesu bħala l pijunieri tat Teatru tal Assurd Luigi PirandelloĦajjaTwelid Agrigento nbsp 28 Ġunju 1867Nazzjonalita Renju tal ItaljaMewt Ruma nbsp 10 Diċembru 1936Kawza tal mewt nbsp pulmonite FamiljaKonjuga i Maria Antonietta Portulano en Ulied uri Fausto Pirandello en Stefano Pirandello en EdukazzjoniAlma mater Universita ta BonnLingwi Ġermaniz TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoni drammaturgu kittieb poeta rumanzier xeneġġatur reġistaXogħlijiet importanti L Esclusa en The Turn en Ma non e una cosa seria en One No one and One Hundred Thousand en Six Characters in Search of an Author en Novels for a year en Il fu Mattia Pascal en Clothing The Naked en Henry IV en Premjijiet List Premju Nobel għal Letteratura nbsp 1934 Equestrian Order of the Holy SepulchreNominat għal uri Premju Nobel għal Letteratura 1934 Sħubija Compagnia del teatro d arte di Roma en Psewdonomu Caliban Giulian Dorpelli Fernando Emma Neviniu Paulo Post Werrej 1 Bijografija 1 1 Ħajja bikrija 1 2 Edukazzjoni għolja 1 3 Zwieġ 1 4 Dizastru fil familja 1 5 L Ewwel Gwerra Dinjija 1 6 L Italja taħt il Faxxisti 2 Għazla ta xogħlijiet 2 1 Drammi ewlenin 2 2 Rumanzi 2 3 Novelli 2 4 Poeziji 3 Filmografija 4 Iktar qari 5 ReferenziBijografijaimmodifikaĦajja bikrijaimmodifika nbsp Luigi Pirandello meta kellu 17 il sena Pirandello twieled f familja ta klassi għolja f zona msejħa Caos li bit Taljan tfisser Kaos izda bid djalett Sqalli tfisser litteralment qalziet u tirreferi għall għamla ta rdum fil qrib ħdejn Porto Empedocle subborg fqir ta Girgenti Agrigento fin Nofsinhar ta Sqallija Missieru Stefano kien ġej minn familja sinjura involuta fl industrija tal kubrit u ommu Caterina Ricci Gramitto kienet ukoll ġejja minn familja sinjura dixxendenti tal klassi għolja tal borgezija ta Agrigento Iz zewġ familji Pirandello u Ricci Gramitto kien ferm kontra l Borboni u pparteċipaw b mod attiv fit taqbida għall unifikazzjoni u d demokrazija magħrufa bħala Risorgimento Stefano pparteċipa fl ispedizzjoni famuza tal elf u iktar il quddiem segwa lil Garibaldi sal Battalja ta Aspromonte u Caterina li bilkemm kellha tlettax il sena ġiet imġiegħla takkumpanja lil missierha lejn Malta fejn kien intbagħat f ezilju mill monarkija tal Borboni Izda l parteċipazzjoni fil beraħ għall kawza ta Garibaldi u s sens qawwi ta idealizmu ta dawk is snin bikrin malajr ittrasformaw speċjalment għal Caterina f dizappunt feroċi u morr bir realita ġdida maħluqa mill unifikazzjoni Eventwalment Pirandello assimila dan is sens ta tradiment u għadab u esprimieh f diversi poeziji tiegħu u fir rumanz tiegħu I Vecchi e I Giovani X aktarx ukoll li din il klima ta dizilluzjoni qanqlet f Luigi sens ta sproporzjon bejn l ideali u r realita li joħroġ fid dieher fis saġġ tiegħu dwar l umorizmu L Umorismo Pirandello ngħata l edukazzjoni primarja tiegħu d dar izda kien iktar affaxxinat mill ħrejjef u mil leġġendi xi mkien bejn il popolari u l maġija li s seftura anzjana tiegħu Maria Stella kienet tirrakkontalu milli mill affarijiet skolastiċi jew akkademiċi Meta kellu 12 il sena kien diġa kiteb l ewwel traġedja tiegħu Fuq l insistenza ta missieru inkiteb fi skola tas snajja izda eventwalment qaleb għall istudju tal umanitajiet fil ginnasio xi ħaġa li dejjem kienet tattirah Fl 1880 il familja Pirandello marret tgħix f Palermo Hemmhekk fil belt kapitali ta Sqallija Luigi temm l edukazzjoni sekondarja tiegħu Huwa beda wkoll jaqra bosta kotba u ffoka l iktar fuq il poeti Taljani tas seklu 19 bħal Giosue Carducci u Arturo Graf Imbagħad beda jikteb l ewwel poeziji tiegħu u sar iħobb lill kuġina tiegħu Lina Matul dan il perjodu feġġew l ewwel sinjali ta differenzi serji bejn Luigi u missieru Luigi kien skopra xi noti li zvelaw li Stefano kien qed jaqlibha lill mara tiegħu B reazzjoni għan nuqqas ta fiduċja u ta armonija dejjem tizdied li Luigi beda jrawwem fil konfront ta missieru raġel ta fiziku sod u li ma tantx joqgħod jomgħod il kliem ir rabta tiegħu m ommu baqgħet tikber tant li laħqet punt kwazi ta venerazzjoni qalila Iktar il quddiem dan ħareġ fid dieher wara mewtha fil paġni li jmissu l qlub tar rumanz Colloqui con i personaggi fl 1915 Is sentimenti romantiċi għall kuġina tiegħu li inizjalment ma ġewx aċċettati mill familja ta Lina f daqqa waħda ttieħdu bis serjeta ħafna Il familja tagħha talbet li Luigi jabbanduna l istudji tiegħu u jiddedika ruħu għan negozju tal kubrit biex b hekk ikun jista jizzewwiġha minnufih Fl 1886 waqt jum ta vaganza mill iskola Luigi mar izur il minjieri tal kubrit ta Porto Empedocle u beda jaħdem ma missieru Din l esperjenza kienet essenzjali għalih u pprovdietlu l bazi għal stejjer bħal Il Fumo Ciaula scopre la Luna kif ukoll għal uħud mid deskrizzjonijiet u mill isfond tar rumanz I Vecchi e I Giovani Iz zwieġ li inizjalment deher li kien se jkun xi ħaġa imminenti ġie pospost Pirandello mbagħad inkiteb fl Universita ta Palermo fid dipartimenti tal Liġi u tal Umanitajiet F dawk is snin l Universita ta Palermo u speċjalment id Dipartiment tal Liġi kienu ċ ċentru tal moviment vast li eventwalment evolva fil Faxxisti Sqallin Għalkemm Pirandello ma kienx membru attiv ta dan il moviment huwa kellu rabtiet mill qrib ta ħbiberija mal ideologi ewlenin tiegħu Rosario Garibaldi Bosco Enrico La Loggia Giuseppe De Felice Giuffrida u Francesco De Luca 4 Edukazzjoni għoljaimmodifika Fl 1887 wara li għazel b mod definittiv id Dipartiment tal Umanitajiet Pirandello mar jgħix f Ruma sabiex ikompli bl istudji tiegħu Izda l impatt mal belt iċ ċentru tat taqbida għall unifikazzjoni li għaliha l familji tal ġenituri tiegħu kienu tant issieltu b entuzjazmu ġeneruz kien dizappuntanti u xejn qrib dak li kien stenna Meta wasalt Ruma kienet niezla xita qliel kien billejl u ħassejt qisu qalbi tingħafas izda mbagħad dħakt bħal raġel iddisprat Pirandello li kien moralista estremament sensittiv finalment kellu ċans jara b għajnejh id dekadenza kbira tal hekk imsejħa eroj tar Risorgimento fil persuna ta zijuh Rocco li dak iz zmien kien uffiċjal anzjan u ezawst tal prefettura li pprovdielu abitazzjoni temporanja f Ruma Id daħka ddisprata l unika manifestazzjoni ta tpattija għad dizappunt ispirat il versi morri tal ewwel ġabra ta poeziji tiegħu Mal Giocondo 1889 Izda mhux kollox kien negattiv din l ewwel zjara lejn Ruma pprovdietlu l opportunita li jzur b mod assidwu bosta teatri tal belt kapitali fosthom it Teatri Nazionale Valle u Manzoni u stqarr O t teatru drammatiku Se naħkmu Ma nistax nidħol ġo teatru mingħajr ma nesperjenza sensazzjoni stramba eċitament li jwassal biex demmi jbaqbaq fil vini kollha tiegħi Minħabba kunflitt ma professur tal Latin kellu jitlaq mill Universita ta Ruma u mar lejn Bonn b ittra ta prezentazzjoni minn wieħed mill professuri l oħra tiegħu Is soġġorn tiegħu f Bonn li dam sentejn kien mimli ħajja kulturali Huwa qara r romantiċi Ġermanizi Jean Paul Tieck Chamisso Heinrich Heine u Goethe Huwa beda jittraduċi l Eleġiji Rumani ta Goethe ikkompona l Eleġiji Boreali b imitazzjoni tal istil tal Eleġiji Rumani u beda jimmedita fuq is suġġett tal umorizmu permezz tax xogħlijiet ta Cecco Angiolieri F Marzu 1891 ingħata d dottorat tiegħu fil Filoloġija Rumanza b tezi dwar id djalett ta Agrigento Ħsejjes u Zviluppi tal Ħsejjes fid Djalett Mitkellem ta Craperallis Zwieġimmodifika Wara soġġorn qasir fi Sqallija li matulu z zwieġ ippjanat ma kuġintu tħassar huwa reġa lura Ruma fejn sar ħbieb ma grupp ta kittieba u ġurnalisti fosthom Ugo Fleres Tommaso Gnoli Giustino Ferri u Luigi Capuana Capuana ħeġġeġ lil Pirandello jiddedika lilu nnifsu għall kitba narrattiva Fl 1893 kiteb l ewwel xogħol importanti tiegħu Marta Ajala li ġie ppubblikat fl 1901 bħala l Esclusa Fl 1894 huwa ppubblika l ewwel kollezzjoni ta novelli tiegħu Amori senza Amore Huwa zzewweġ fl 1894 ukoll Fuq suġġeriment ta missieru huwa zzewweġ lil tfajla kwieta u mistħija minn familja tajba ta Agrigento edukata mis sorijiet ta San Vinċenz Maria Antonietta Portulano L ewwel snin taz zwieġ qanqlulu interess ġdid fl istudji u fil kitbiet tiegħu huwa kompla jiltaqa mal ħbieb tiegħu u kompla jiddiskuti l arti b mod iktar vivaċi u stimolanti minn qatt qabel filwaqt li l ħajja tal familja tiegħu minkejja n nuqqas ta komprensjoni ma martu fir rigward tal vokazzjoni artistika tiegħu baqgħet għaddejja bi trankwillita relattiva bit twelid ta wliedu Stefano Fausto u Rosalia Lietta Sadanittant Pirandello intensifika l kollaborazzjonijiet tiegħu mal edituri tal gazzetti u ma ġurnalisti oħra f rivisti bħal La Critica u La Tavola Rotonda fejn fl 1895 ippubblika l ewwel parti tad Dialoghi tra Il Gran Me e Il Piccolo Me Fl 1897 huwa aċċetta offerta biex jgħallem it Taljan fl Istituto Superiore di Magistero di Roma u fir rivista Marzocco ppubblika diversi paġni oħra tad Dialoghi Fl 1898 flimkien ma Italo Falbo u Ugo Fleres huwa stabbilixxa l Ariel li kienet tinħareġ darba fil ġimgħa fejn ippubblika d dramm b att wieħed L Epilogo li iktar il quddiem biddel għal La Morsa u xi novelli La Scelta Se L aħħar tas seklu 19 u l bidu tas seklu 20 kienu perjodu ta produttivita kbira għal Pirandello Fl 1900 ippubblika f Marzocco wħud mill izjed novelli famuzi tiegħu Lumie di Sicilia La Paura del Sonno u fl 1901 ippubblika l ġabra ta poeziji Zampogna Fl 1902 ippubblika l ewwel sensiela ta Beffe della Morte e della Vita u t tieni rumanz tiegħu Il Turno Dizastru fil familjaimmodifika Is sena 1903 kienet fundamentali għall ħajja ta Pirandello L għargħar fil minjieri tal kubrit ta Aragona li fihom missieru Stefano kien investa mhux biuss ammont enormi tal kapital tiegħu izda anke d dota ta Antonietta wasslet għall kollass finanzjarju tal familja Antonietta wara li fetħet u qrat l ittra li ħabbret id dizastru daħlet fi stat ta semikatatonija u tant ħadet xokk psikoloġiku li l bilanċ mentali tagħha baqa ssussat ferm u b mod irrimedjabbli Pirandello li inizjalment kellu ħsibijiet ta suwiċidju ipprova jagħmel tajjeb għas sitwazzjoni mill aħjar li seta billi zied in numru ta lezzjonijiet kemm tat Taljan kif ukoll tal Ġermaniz u talab għal kumpens mir rivisti li kien tahom il kitbiet u l kollaborazzjonijiet tiegħu mingħajr ħlas Sadanittant fir rivista Nuova Antologia immexxija minn G Cena bdew jiġu ppubblikati l ewwel episodji tar rumanz li Pirandello kien qed jikteb matul dik is sitwazzjoni orribbli filwaqt li billejl kien jieħu ħsieb lil martu li kienet marida mentalment wara jum sħiħ jaħdem Ir rumanz kien Il Fu Mattia Pascal Dan ir rumanz fih bosta elementi awtobijografiċi li ġew elaborati mill ġdid b mod li ma jikkorrispondix mar realta Ir rumanz mill ewwel kiseb suċċess kbir Fl 1905 ir rumanz ġie tradott bil Ġermaniz u witta t triq għall fama u għall popolarita ta Pirandello li b hekk seta jippubblika ma ditti iktar importanti bħal Treves li magħhom fl 1906 ippubblika ġabra oħra ta novelli msejħa Erma Bifronte Fl 1908 ippubblika volum ta saġġi bit titlu Arte e Scienza u s saġġ importanti L Umorismo fejn ta bidu għad dibattitu leġġendarju ma Benedetto Croce li kompla jiħrax fir realta miz zewġ naħat għal bosta snin Fl 1909 ġiet ippubblikata l ewwel parti ta I Vecchi e I Giovani f episodji Dan ir rumanz jirrakkonta l istorja tal falliment u tar repressjoni tal Faxxisti Sqallin mill 1893 sal 1894 Meta ħareġ ir rumanz fl 1913 Pirandello bagħat kopja tiegħu lill ġenituri għall ħmistax il anniversarju taz zwieġ tagħhom flimkien ma dedika fejn kiteb li l ismijiet tagħhom Stefano u Caterina jgħixu b mod erojku Madankollu filwaqt li ommu ġiet ittrasfigurata fir rumanz fil personaġġ ta Caterina Laurentano missieru rapprezentat mir raġel ta Caterina Stefano Auriti jidher biss fil memorji u fil flashbacks peress li kif osserva tajjeb Leonardo Sciascia huwa miet iċċensurat b sens Freudjan minn ibnu li fil fond ta ruħu huwa l għadu tiegħu Fl 1909 ukoll Pirandello beda l kollaborazzjoni tiegħu mal ġurnal prestiġjuz Corriere della Sera fejn ippubblika n novelli Mondo di Carta La Giara u fl 1910 Non e una cosa seria u Pensaci Giacomino Dak iz zmien il fama ta Pirandello bħala kittieb kompliet tizdied Madankollu il ħajja privata tiegħu ġiet ivvelenata mis suspetti u mill għira ossessiva ta Antonietta li bdiet issir fizikament vjolenti Fl 1911 filwaqt li l pubblikazzjoni tan novelli kompliet Pirandello spiċċa r raba rumanz tiegħu Suo Marito ippubblikat mill ġdid wara mewtu fl 1941 u rivedut għalkollox fl ewwel erba kapitli bit titlu Giustino Roncella nato Boggiolo Matul ħajtu l awtur qatt ma ppubblika mill ġdid dan ir rumanz għal raġunijiet ta diskrezzjoni dan għaliex fih referenzi impliċiti għall kittieba Grazia Deledda Izda x xogħol li l izjed xoroblu l enerġiji tiegħu dak iz zmien kien il ġabra ta ġrajjiet La Vendetta del Cane Quando s e capito il giuoco Il treno ha fischiato Filo d aria u Berecche e la guerra Dawn kollha ġew ippubblikati mill 1913 sal 1914 u issa kollha jitqiesu bħala klassiċi tal letteratura Taljana L Ewwel Gwerra Dinjijaimmodifika Malli l Italja daħlet fl Ewwel Gwerra Dinjija iben Pirandello Stefano nkiteb bħala voluntier għas servizz militari u ttieħed bħala priġunier mill Awstro Ungerizi Fl 1916 l attur Angelo Musco rnexxielu jirreċta l kummiedja fi tliet atti li l kittieb kien silet min novella Pensaci Giacomino u l kummiedja pastorali Liola Fl 1917 il ġabra ta novelli E domani Lunedi ġiet ippubblikata izda s sena kienet immarkata l iktar minn rapprezentazzjonijiet teatrali importanti Cosi e se vi pare A birrita cu i ciancianeddi u Il Piacere dell onesta Sena wara Ma non e una cosa seria u Il Gioco delle parti ġew prodotti bħala drammi fuq il palk Iben Pirandello Stefano reġa lura d dar meta l gwerra ntemmet nbsp Bust ta Pirandello fil Ġnien Ingliz f Palermo Fl 1919 Pirandello daħħal lil martu fi sptar tal mard mentali Is separazzjoni minn ma martu minkejja l għira morbuza u l alluċinazzjonijiet tagħha ikkawzaw tbatija kbira għal Pirandello li saħansitra fl 1924 baqa jemmen li seta jieħu ħsiebha d dar Martu qatt ma ħarġet mill isptar L 1920 kienet is sena tal kummiedja bħal Tutto per bene Come prima meglio di prima u La Signora Morli Fl 1921 il Compagnia di Dario Niccodemi tellgħet fuq il palk fil Valle di Roma id dramm Sei personaggi in cerca d autore Dan kien tassew falliment Il pubbliku kien maqsum f dawk li kienu favur u dawk li kienu kontra u dawn tal aħħar bdew jgħajtu Sptar tal Mard Mentali Sptar tal Mard Mentali L awtur li kien prezenti fl ispettaklu ma bintu Lietta telaq minn ħruġ laterali biex jevita l folla ta avversarji Madankollu l istess dramm kien suċċess kbir meta ġie pprezentat f Milan Fl 1922 f Milan Enrico IV ttella għall ewwel darba fuq il palk u kien suċċess universali Ir reputazzjoni internazzjonali ta Pirandello zviluppat ukoll Is Sei personaggi ttella f Londra u fi New York L Italja taħt il Faxxistiimmodifika Fl 1924 Pirandello kiteb ittra lil Benito Mussolini biex jitolbu jaċċettah bħala membru tal Partit Faxxista Nazzjonali Fl 1925 Pirandello bl għajnuna ta Mussolini kiseb id direzzjoni artistika u s sjieda tat Teatro d Arte di Roma stabbilit mill Grupp tal Ħdax Huwa ddeskriva lilu nnifsu bħala Faxxist minħabba li jien Taljan Għad devozzjoni tiegħu għal Mussolini ir rivista satirika Il Becco Giallo kienet issejjaħlu P Randello randello bit Taljan tfisser għuda twila u rqiqa Pubblikament kien jesprimi twemmin apolitiku u kien jgħid Jien apolitiku jien bniedem fid dinja biss Huwa kellu kunflitti kontinwi mal mexxejja Faxxisti Fl 1927 huwa qatta biċċiet il karta tas sħubija Faxxista tiegħu quddiem is segretarju ġenerali tal Partit Faxxista li baqa ċċassat Għall bqija ta ħajtu Pirandello dejjem kien taħt sorveljanza stretta mill pulizija sigrieta Faxxista OVRA Id dramm tiegħu I Giganti della Montagna ġie interpretat bħala evidenza tar realizzazzjoni tiegħu li l Faxxisti kienu ostili għall kultura minkejja dan fi New York Pirandello ta stqarrija fejn ħabbar l appoġġ tiegħu għall annessjoni tal Abissinja tal Italja Huwa ta l medalja tal Premju Nobel tiegħu lill gvern Faxxista biex tiddewweb għall Kampanja ta Abissinja L appoġġ ta Mussolini tah fama internazzjonali u għamel tour dinji fejn introduċa x xogħol tiegħu f Londra Pariġi Vjenna Praga Budapest il Ġermanja l Arġentina u l Brazil Il kunċett ta teatru ta Pirandello għadda minn bidla sinifikanti L idea tal attur bħala traditur inevitabbli tat test bħal fis Sei personaggi wittiet it triq għall identifikazzjoni tal attur mal karattru li jirreċta Il kumpanija tellgħet l att tagħha fil bliet ewlenin tal Ewropa u r repertorju ta Pirandello kulma jmur sar magħruf ferm Bejn l 1925 u l 1926 l aħħar u x aktarx l aħjar rumanz ta Pirandello Uno Nessuno e Centomila ġie ppubblikat bħala sensiela fir rivista Fiera Letteraria Huwa kien wieħed mill kontributuri tar rivista nazzjonalista tan nisa Lidel u tal ġurnal Faxxist Il Tevere Pirandello ġie nnominat bħala l Akkademiku tal Italja fl 1929 u fl 1934 ingħata l Premju Nobel għal Letteratura wara li kien ġie nnominat minn Guglielmo Marconi bħala membru tal Akkademja Rjali tal Italja Huwa kien l aħħar drammaturgu Taljan li ntgħazel għall premju sad 9 ta Ottubru 1997 Pirandello miet waħdu f daru f Via Bosio Ruma fl 10 ta Diċembru 1936 Huwa rrifjuta funeral Statali offrut minn Mussolini u fl 1947 biss il fdalijiet ikkremati tiegħu ndifnu fi Sqallija Għazla ta xogħlijietimmodifika nbsp Pirandello mal ħabib tiegħu Albert Einstein fl 1935 Drammi ewleninimmodifika 1916 Liola 1917 Cosi e se vi pare 1917 Il piacere dell onesta 1918 Il gioco delle parti 1919 L uomo la bestia e la virtu 1921 Sei personaggi in cerca d autore 1922 Enrico IV 1922 L imbecille 1922 Vestire gli ignudi 1923 L uomo dal fiore in bocca 1923 L altro figlio The Other Son 1923 La vita che ti diedi 1924 Ciascuno a suo modo 1924 Sagra del Signore della Nave 1926 L Amica delle Mogli 1926 Bellavita 1927 Diana e la Tuda 1929 O di Uno o di Nessuno 1929 Come Tu Mi Vuoi 1930 Questa sera si recita a soggetto nbsp Test oriġinali tal izjed rumanz famuz ta Pirandello Uno nessuno e centomila Rumanziimmodifika 1902 Il turno 1904 Il fu Mattia Pascal 1908 L esclusa 1911 Suo marito 1913 I vecchi e i giovani 1915 Si Gira Quaderni di Serafino Gubbio 1926 Uno nessuno e centomila Novelliimmodifika 1922 1937 Novelle per un anno 15 il volum Għazla ta tletin ġrajja ġew tradotti minn Virginia Jewiss bħala Stories for the Years Yale 2021 Poezijiimmodifika 1889 Mal giocondo 1891 Pasqua di Gea 1894 Pier Gudro 1809 1892 1895 Elegie renane 1889 1890 1901 Zampogna 1909 Scamandro 1912 Fuori di chiaveFilmografijaimmodifikaIl crollo dirett minn Mario Gargiulo l Italja 1920 ibbazat fuq id dramm Lumie di Sicilia Il lume dell altra casa dirett minn Ugo Gracci l Italja 1920 ibbazat fuq in novella Il lume dell altra casa Lo scaldino dirett minn Augusto Genina l Italja 1920 ibbazat fuq in novella Lo scaldino But It Isn t Serious dirett minn Augusto Camerini l Italja 1921 ibbazat fuq id dramm Ma non e una cosa seria La rosa dirett minn Arnaldo Frateili l Italja 1921 ibbazat fuq in novella La rosa The Voyage dirett minn Gennaro Righelli l Italja 1921 ibbazat fuq in novella Il viaggio Feu Mathias Pascal dirett minn Marcel L Herbier Franza 1925 ibbazat fuq in novella Il fu Mattia Pascal The Flight in the Night dirett minn Amleto Palermi il Ġermanja 1926 ibbazat fuq id dramm Enrico IV The Song of Love dirett minn Gennaro Righelli l Italja 1930 ibbazat fuq in novella In silenzio La Derniere berceuse dirett minn Gennaro Righelli u Jean Cassagne Franza 1931 ibbazat fuq in novella In silenzio Liebeslied dirett minn Constantin J David il Ġermanja 1931 ibbazat fuq in novella In silenzio As You Desire Me dirett minn George Fitzmaurice 1932 bibbazat fuq id dramm Come tu mi vuoi Steel dirett minn Walter Ruttmann l Italja 1933 ibbazat fuq in novella Giuoca Pietro Pensaci Giacomino dirett minn Gennaro Righelli l Italja 1936 ibbazat fuq id dramm Pensaci Giacomino But It s Nothing Serious dirett minn Mario Camerini l Italja 1936 ibbazat fuq id dramm Ma non e una cosa seria The Man Who Couldn t Say No dirett minn Mario Camerini il Ġermanja 1938 ibbazat fuq id dramm Ma non e una cosa seria The Man from Nowhere dirett minn Pierre Chenal Franza 1937 ibbazat fuq ir rumanz Il fu Mattia Pascal The Former Mattia Pascal dirett minn Pierre Chenal l Italja 1937 ibbazat fuq ir rumanz Il fu Mattia Pascal No Man s Land dirett minn Mario Baffico l Italja 1939 ibbazat fuq zewġ novelli Enrico IV dirett minn Giorgio Pastina l Italja 1943 ibbazat fuq id dramm Enrico IV This Love of Ours dirett minn William Dieterle 1945 ibbazat fuq id dramm Come prima meglio di prima Man Beast and Virtue dirett minn Steno l Italja 1953 ibbazat fuq id dramm L uomo la bestia e la virtu Of Life and Love dirett minn Aldo Fabrizi Giorgio Pastina Mario Soldati u Luigi Zampa l Italja 1954 ibbazat fuq erba novelli Vestire gli ignudi dirett minn Marcello Pagliero l Italja 1954 ibbazat fuq id dramm Vestire gli ignudi Never Say Goodbye dirett minn Jerry Hopper 1956 ibbazat fuq id dramm Come prima meglio di prima Todo sea para bien dirett minn Carlos Rinaldi l Arġentina 1957 ibbazat fuq id dramm Tutto per bene Liola dirett minn Alessandro Blasetti l Italja 1963 ibbazat fuq id dramm Liola The Voyage dirett minn Vittorio De Sica l Italja 1974 ibbazat fuq in novella Il viaggio Il turno dirett minn Tonino Cervi l Italja 1981 ibbazat fuq ir rumanz Il turno Henry IV dirett minn Marco Bellocchio l Italja 1984 ibbazat fuq id dramm Enrico IV Kaos dirett minn Paolo and Vittorio Taviani l Italja 1984 ibbazat fuq erba novelli The Two Lives of Mattia Pascal dirett minn Mario Monicelli l Italja 1985 ibbazat fuq ir rumanz Il fu Mattia Pascal You Laugh dirett minn Paolo and Vittorio Taviani l Italja 1998 ibbazat fuq zewġ novelli The Nanny dirett minn Marco Bellocchio l Italja 1999 ibbazat fuq in novella La balia The Choice dirett minn Michele Placido l Italja 2015 ibbazat fuq id dramm L innesto The Wait dirett minn Piero Messina l Italja 2015 ibbazat fuq id dramm La vita che ti diedi Iktar qariimmodifikaGiudice Gaspare Luigi Pirandello UTET 1963 Baccolo L Pirandello Milan Bocca 1949 it tieni edizzjoni Di Pietro L Pirandello Milano Vita e Pensiero 1950 it tieni edizzjoni Ferrante R Luigi Pirandello Firenze Parenti 1958 Gardair Pirandello e il Suo Doppio Rome Abete 1977 Janner A Luigi Pirandello Firenze La Nuova Italia 1948 Monti M Pirandello Palermo Palumbo 1974 Moravia A Pirandello in Fiera Leteraria Rome 12 December 1946 Pancrazi P L altro Pirandello In Scrittori Italiani del Novecento Bari Laterza 1939 Pasini F Pirandello nell arte e nella vita Padova 1937 Podesta G Kafka e Pirandello Humanitas XI 1956 pp 230 44 Sarah Zappulla Muscara Enzo Zappulla Pirandello e il teatro siciliano Giuseppe Maimone Editore Catania 1986 Mirella Maugeri Salerno Pirandello e dintorni Giuseppe Maimone Editore Catania 1987 Sarah Zappulla Muscara a cura di Narratori siciliani del secondo dopoguerra Giuseppe Maimone Editore Catania 1990 Elio Providenti a cura di Archeologie pirandelliane Giuseppe Maimone Editore Catania 1990 Carlo Schirru Per un analisi interlinguistica d epoca Grazia Deledda e contemporanei Rivista Italiana di Linguistica e di Dialettologia Fabrizio Serra editore Pisa Roma Anno XI 2009 pp 9 32 Virdia F Pirandello Milan Mursia 1975 Frederick May Three Major Symbols in Four Plays by Pirandello Lawrence Kansas Allen Press 1974 Referenziimmodifika The Nobel Prize in Literature 1934 NobelPrize org bl Ingliz Miġbur 2022 06 29 The Nobel Prize in Literature 1934 NobelPrize org bl Ingliz Miġbur 2022 06 29 WINEGARTEN RENEE 1994 The Nobel Prize for Literature The American Scholar 63 1 63 75 ISSN 0003 0937 Giuseppe Bonghi Biografia di Luigi Pirandello web archive org 2010 06 20 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 06 20 Miġbur 2022 06 29 Miksub minn https mt wikipedia org w index php title Luigi Pirandello amp oldid 299232