Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Ugo Foscolo ˈuːɡo ˈfoskolo twieled fis 6 ta Frar 1778 miet fl 10 ta Settembru 1827 imwieled Niccolò Foscolo kien kittieb

Ugo Foscolo

  • Paġna Ewlenija
  • Ugo Foscolo
Ugo Foscolo
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Ugo Foscolo ([ˈuːɡo ˈfoskolo]; twieled fis-6 ta' Frar 1778 – miet fl-10 ta' Settembru 1827), imwieled Niccolò Foscolo, kien kittieb, rivoluzzjonarju u poeta Taljan.

Ugo Foscolo
Ħajja
Isem propju Niccolò Ugo Foscolo
Twelid , 6 Frar 1778, 1778
Nazzjonalità
L-ewwel lingwa Taljan
Mewt , Londrau (en) , 10 Settembru 1827
Post tad-dfin

Familja
Konjuga/i Not married
Koppja/i (en)
(en)
(en)
(mul)
(en)
Ulied
uri
  • (en)
Aħwa
uri
  • (en)
    (en)
Edukazzjoni
Alma mater Università ta’ Padova
Lingwi Taljan
Latin

Franċiż
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
kittieb

traduttur
Impjegaturi Università ta' Pavia
Xogħlijiet importanti (en)
(en)
Sħubija
(en)
Psewdonomu Didimo Chierico

Huma baqa' magħruf l-iktar għall-poeżija twila tiegħu Dei Sepolcri tal-1807.

Ħajja bikrija

Foscolo twieled f' fil-Gżejjer Jonji. Missieru, , kien nobbli Venezjan li tfaqqar, u ommu, Diamantina Spathis, kienet Griega.

Fl-1788, malli miet missieru, li kien jaħdem bħala tabib fi Spalato (illum Split, il-Kroazja), il-familja marret tgħix Venezja, u Foscolo temm l-istudji li kien beda fl-iskola tal-grammatika tad-Dalmazja fl-Università ta' .

Fost l-għalliema minn Padova kien hemm Abbé Melchiorre Cesarotti, li influwenza l-gosti letterarji ta' Foscolo; huwa kien midħla kemm tal-Grieg modern kif ukoll tal-Grieg Antik. L-ambizzjoni letterarja tiegħu ħarġet fid-dieher fl-1797 fit-traġedja tiegħu Tieste — li biha kiseb suċċess imdaqqas.

Politika u poeżija

Foscolo, li għal raġunijiet mhux magħrufa bidel l-isem Kristjan tiegħu Niccolò għal Ugo, beda jieħu sehem b'mod attiv fid-diskussjonijiet politiċi jaħarqu li kienu feġġew mal-waqgħa tar-Repubblika ta' Venezja. Huwa kien membru prominenti tal-kumitati nazzjonali, u indirizza odi lil Napuljun, fejn kien qed jistenna lil Napuljun jeqred l-oligarkija Venezjana u joħloq repubblika ħielsa.

It-Trattat ta' Campo Formio (is-17 ta' Ottubru 1797) kien id-daqqa tal-mewt tar-Repubblika antika ta' Venezja, li sfaxxat u ġiet imqassma bejn il-Franċiżi u l-Awstrijaċi, u dan kien xokk kbir għal Foscolo, għalkemm xorta baqa' jittama. Il-qagħda mentali pprovokata minn dak ix-xokk hija riflessa fir-rumanz tiegħu Ultime lettere di Jacopo Ortis (1798), li ġie deskritt bħala verżjoni iktar politiċizzata ta' L-Imrar ta' Werther Żagħżugħ ta' Johann Wolfgang von Goethe, "għaliex l-eroj ta' Foscolo jħaddan fih it-tbatijiet mentali u s-suwiċidju ta' patrijott Taljan bħalma l-eroj ta' Goethe jħaddan fih sensittività wisq delikata li twassal biex l-istudjuż Ġermaniż jitbikkem u fl-aħħar mill-aħħar ineħħi ruħu b'idejh".

Il-ġrajja ta' Foscolo, bħal dik ta' Goethe, kienet imsejsa fuq fatti melankoniċi. kien persuna real; kien student żagħżugħ minn Padova, u għamel suwiċidju hemmhekk f'ċirkostanzi simili għal dawk deskritti minn Foscolo.

Foscolo, bħal ħafna mill-kontemporanji tiegħu, kien ħaseb ħafna dwar is-suwiċidju. Cato ż-Żgħir u l-bosta eżempji klassiċi ta' awtodistruzzjoni deskritti fil-Ħajjiet ta' appella għall-immaġinazzjoni ta' ħafna patrijotti żgħażagħ Taljani kif ġara wkoll fi Franza lill-eroj tal-Gironde. Fil-każ ta' Foscolo, bħal f'dak ta' Goethe, l-effett fuq moħħ il-kittieb mill-kompożizzjoni tax-xogħol jidher li kien ta' benefiċċju. Huwa kien ra l-ideal ta' futur nazzjonali kbir jitfarrak quddiemu; iżda ma ddisprax għal pajjiżu, u fittex is-soljev fl-ideal ta' poeta nazzjonali kbir.

Wara l-waqgħa ta' Venezja, Foscolo mar jgħix f'Milan, fejn għamel ħbieb mal-poeta ikbar minnu , li iktar 'il quddiem fakkar b'ammirazzjoni u gratitudni. F'Milan, huwa ppubblika ġabra ta' 12-il Sunett, fejn iħallat is-sentimenti passjonali li wera f'Ortis mal-kontroll klassiku tal-lingwa u tar-ritmu.

Xorta waħda bit-tama li pajjiżu jinħeles minn Napuljun, huwa serva bħala voluntier fl-Armata Franċiża, ħa sehem fil-Battalja ta' Trebbia u fl-Assedju ta' Genova, indarab u spiċċa priġunier. Meta nħeles huwa reġa' lura Milan, u hemmhekk ta l-aħħar irtokki lix-xogħol tiegħu Ortis, ippubblika traduzzjoni u kummentarju ta' Callimaco, beda verżjoni tal-Illijade u beda t-traduzzjoni tiegħu ta' A Sentimental Journey Through France and Italy ta' . Huwa ħa sehem ukoll f'memorandum bla suċċess li kien maħsub biex jiġi ppreżentat mudell ġdid ta' gvern Taljan unifikat lil Napuljun.

Qabel ma telaq minn Franza fl-1806, Foscolo ltaqa' ma' f'Pariġi, li kien seba' snin iżgħar biss. Manzoni kien għadu qed jgħix hemmhekk fid-dar ta' ommu . Xi studji qabblu l-produzzjoni poetika ta' Foscolo u ta' Manzoni mill-1801 sal-1803, u ħarġu analoġiji qrib ħafna ta' xulxin (testwali, metriċi u bijografiċi) bħal f'Alla amica risanata, l-odi lil Antonietta Fagnani Arese, u Qual su le cinzie cime.

Fl-1807, Foscolo kiteb id-Dei Sepolcri, li jista' jiġi deskritt bħala sforz sublimi biex ifittex rifuġju fl-imgħoddi mill-miżerja tal-preżent u d-dlam tal-futur. Il-mejtin setgħana jissejħu mill-oqbra tagħhom, kif kien ġara fl-imgħoddi fil-kapulavuri Griegi bil-fomm, sabiex jerġgħu jiġġieldu l-battalji ta' pajjiżhom. Il-lezzjoni inawgurali Dwar l-oriġini u d-dmir tal-letteratura, li ta Foscolo f'Jannar 1809 meta nħatar bħala l-President tal-elokwenza Taljana f', nibtet bl-istess spirtu. Fil-lezzjoni tiegħu, Foscolo ħeġġeġ liż-żgħażagħ ta' pajjiżu jistudjaw il-letteratura, mhux b'ubbidjenza għat-tradizzjonijiet akkademiċi, iżda għar-rabta tagħhom mal-ħajja u mat-tkabbir individwali u nazzjonali.

Is-sensazzjoni li qanqlet il-lezzjoni tiegħu ma kellha l-ebda sehem fil-ħruġ tad-digriet ta' Napuljun li bih il-President tal-elokwenza nazzjonali ġie abolit fl-universitajiet Taljani kollha. Ftit wara, it-traġedja ta' Foscolo, Aiace, ġiet ippreżentata iżda ma tantx kellha suċċess f'Milan, u minħabba l-allegati allużjonijiet għal Napuljun, huwa ġie mġiegħel jiċċaqlaq minn Milan għat-Toskana. Mis-soġġorn tiegħu f'Firenze ħarġu t-traġedja ta' Ricciarda, l-Odi lill-Grazzji, li ma ġietx kompluta, u t-tlestija tal-verżjoni tiegħu tal-Vjaġġ Sentimentali (1813), wara li l-karattru ewlieni tiegħu, ir-Reverendu Yorick, kien ivvjaġġa mhux ħażin bis-saħħa taż-żmien li qatta' fil-kamp ta' Boulogne-sur-Mer bħala parti mill-forza tal-invażjoni ta' Napuljun kontra r-Renju Unit. Fil-memorja tiegħu ta' , li ddedikalu din il-verżjoni, Foscolo jixħet dawl qawwi fuq il-karattru tiegħu stess. Il-verżjoni tiegħu ta' Sterne hija karatteristika importanti fl-istorja personali tiegħu.

Foscolo reġa lura Milan fl-1813 sal-wasla tal-Awstrijaċi; imbagħad mar lejn l-Iżvizzera, fejn kiteb satira ħarxa bil-Latin dwar l-avversarji politiċi u letterarji tiegħu; u finalment mar jgħix tul ix-xtut tal-Ingilterra lejn l-aħħar tal-1816.

Londra

Matul il-ħdax-il sena li Foscolo qatta' f'Londra, sa mewtu, huwa gawda mill-istatus soċjali kollu li l-iktar gruppi brillanti tal-belt kapitali tar-Renju Unit kienet toffri lill-barranin rinomati għall-politika u għal-letteratura, u esperjenza l-miżerja kollha li tiġġarrab meta jiġu injorati l-ewwel kundizzjonijiet tal-ekonomija domestika.

Il-kontributi tiegħu fl-Edinburgh Review u fil-Quarterly Review, is-saġġi tiegħu bit-Taljan dwar it-testi ta' Dante Alighieri u Giovanni Boccaccio, u wisq iktar is-saġġi tiegħu bl-Ingliż dwar , b'valur miżjud bis-saħħa tat-traduzzjonijiet ta' , ta' wħud mill-ifjen sunetti ta' Petrarka, komplew isaħħu l-fama preċedenti bħala Bniedem tal-Letteratura. Madankollu, spiss kien jiġi akkużat minħabba għawġ finanzjarju, u għal xi żmien spiċċa fil-ħabs minħabba d-dejn, u dan affettwa l-istatus soċjali tiegħu wara li nħeles.

Skont L-Istorja tal-Kontea ta' Middlesex, ix-xjenzat u n-negozjant qabbad lil Foscolo biex jgħallem it-Taljan fl-iskola ta' Quaker li hu kien il-kofundatur tagħha, imsejħa l-Akkademja ta' Newington għall-Bniet. L-istatus tiegħu fis-soċjetà – kif irrapportat minn – ma kienx daqshekk għoli li jwasslu għal ħbiberiji dejjiema. Huwa miet f'Turnham Green fl-10 ta' Settembru 1827, u ġie midfun fil-Knisja ta' San Nikola, f'Chiswick, fejn għadu jinsab il-qabar irrestawrat tiegħu sa llum; hemmhekk issir referenza għalih bħala "ċittadin u poeta mifluġ", u bi żball hemm indikat li kellu 50 sena meta miet. 44 sena wara mewtu, fis-7 ta' Ġunju 1871, il-katavru tiegħu, fuq talba tar-Re tal-Italja, ittieħed f'Firenze, fejn saret ċerimonja funebri nazzjonali pompuża u kbira, u tqiegħed maġenb il-monumenti ta' u , u ta' Michelangelo u Galileo, fil-Knisja ta' Santa Croce, il-panteon tal-glorja Taljana li kien iċċelebra hu stess fid-Dei Sepolcri.

Kif innotat l-istorika , il-glorifikazzjoni ta' Ugo Foscolo fis-snin 70 tas-seklu 19 kienet parti minn sforz tal-gvern Taljan ta' dak iż-żmien (sforz li kien ta' suċċess għat-tlestija tal-unifikazzjoni Taljana iżda a skapitu tal-konfrontazzjoni diretta mal-Knisja Kattolika) li joħloq gallerija ta' "qaddisin lajċi" biex jikkompetu ma' dawk tal-Knisja u jxaqilbu s-sentiment tal-poplu favur l-istat Taljan li kien għadu kemm inħoloq.

Referenzi fil-kultura moderna

  • Ugo Foscolo huwa s-suġġett ta' kompożizzjoni, La fuga di Foscolo, li nkitbet fl-1986 mill-kompożitur Taljan .
  • Is-sunett tiegħu "Alla sera" jidher fil-film La meglio gioventù.
  • Id-dar tiegħu f'Edwardes Square għandha plakka blu tal-ħadid tal-Wirt Ingliż.

Xogħlijiet

Poeżiji

  • A Bonaparte liberatore (1797)
  • All'amica risanata (1802)
  • Alla Musa (1803)
  • Alla sera (1803)
  • A Zacinto (1803)
  • In morte del fratello Giovanni (1803)
  • Dei Sepolcri (1807)

Rumanzi

  • Ultime lettere di Jacopo Ortis (1798)
  • Il sesto tomo dell' Io (bla data u mhux komplut)

Drammi

  • Tieste (1797)
  • Aiace (1811)

Referenzi

  1. ^ "DiPI Online - Dizionario di Pronuncia Italiana". www.dipionline.it. Miġbur 2021-09-10.
  2. ^ "FOSCOLO". www.inftub.com. Miġbur 2021-09-10.
  3. ^ Ugo Foscolo: An Italian in Regency England, Vincent, Eric Reginald Pearce, 1894, Cambridge University Press, p. 106.
  4. ^ The Chronicles of Fleetwood House, Adam John Shirren, 1977 Pacesetter Press, p. 155
  5. ^ Introduction to Italian Poetry, Rebay, Luciano, Courier Dover Publications, p. 97
  6. ^ Dictionary of Italian Literature, Bondanella, Julia Conaway, Peter E. Bondanella, Greenwood Press, p. 215, ISBN 0-313-20421-7
  7. ^ The Australian Library Journal, 1951 Library Association of Australia, University of Michigan, p. 179
  8. ^ a b Foscolo, Ugo. 10. Miġbur 2021-09-10.
  9. ^ Pierantonio Frare, Foscolo e Manzoni – rapporti biografici e polemiche testuali, in Rivista di letteratura italiana, XVII, 1 (1999), p. 29-50
  10. ^ Poesie di Alessandro Manzoni prima della conversione, co note critiche di Alberto Chiari, LeMonnier, Firenze, 1932; u Franco Gavazzeni, Alessandro Manzoni: poesie prima della conversione, Einaudi, Torino, 1992
  11. ^ Gianmarco Gaspari, Beccaria-Foscolo, Manzoni, Annali Manzoniani, I (1990), pp. 197-218, ikkwotat ukoll f'Letteratura delle riforme, Sellerio, Palermo, 1990, pp. 232-258
  12. ^ "Stoke Newington: Education | British History Online". www.british-history.ac.uk. Miġbur 2021-09-10.
  13. ^ "Exhumation of poet Ugo Foscolo , on May 31 in the cemetery of..." Getty Images (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-10.
  14. ^ Riall, Lucy (2007). Garibaldi : invention of a hero. Yale University Press. p. 4.
  15. ^ Fusco, Franca Oliva (January 2018). Franca Oliva Fusco: Cinema e Poesia. ISBN 9788827543719.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 26 Ġun, 2025 / 13:09

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ugo Foscolo, X'inhi Ugo Foscolo? Xi tfisser Ugo Foscolo?

Ugo Foscolo ˈuːɡo ˈfoskolo twieled fis 6 ta Frar 1778 miet fl 10 ta Settembru 1827 imwieled Niccolo Foscolo kien kittieb rivoluzzjonarju u poeta Taljan Ugo FoscoloĦajjaIsem propju Niccolo Ugo FoscoloTwelid 6 Frar 1778 1778NazzjonalitaL ewwel lingwa TaljanMewt Londrau en 10 Settembru 1827Post tad dfinFamiljaKonjuga i Not marriedKoppja i en en en mul en Ulied uri en Aħwa uri en en EdukazzjoniAlma mater Universita ta PadovaLingwi Taljan Latin Franċiz InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittieb tradutturImpjegaturi Universita ta PaviaXogħlijiet importanti en en Sħubija en Psewdonomu Didimo Chierico Huma baqa magħruf l iktar għall poezija twila tiegħu Dei Sepolcri tal 1807 Ħajja bikrijaFoscolo twieled f fil Gzejjer Jonji Missieru kien nobbli Venezjan li tfaqqar u ommu Diamantina Spathis kienet Griega Fl 1788 malli miet missieru li kien jaħdem bħala tabib fi Spalato illum Split il Kroazja il familja marret tgħix Venezja u Foscolo temm l istudji li kien beda fl iskola tal grammatika tad Dalmazja fl Universita ta Fost l għalliema minn Padova kien hemm Abbe Melchiorre Cesarotti li influwenza l gosti letterarji ta Foscolo huwa kien midħla kemm tal Grieg modern kif ukoll tal Grieg Antik L ambizzjoni letterarja tiegħu ħarġet fid dieher fl 1797 fit traġedja tiegħu Tieste li biha kiseb suċċess imdaqqas Politika u poezijaFoscolo li għal raġunijiet mhux magħrufa bidel l isem Kristjan tiegħu Niccolo għal Ugo beda jieħu sehem b mod attiv fid diskussjonijiet politiċi jaħarqu li kienu feġġew mal waqgħa tar Repubblika ta Venezja Huwa kien membru prominenti tal kumitati nazzjonali u indirizza odi lil Napuljun fejn kien qed jistenna lil Napuljun jeqred l oligarkija Venezjana u joħloq repubblika ħielsa It Trattat ta Campo Formio is 17 ta Ottubru 1797 kien id daqqa tal mewt tar Repubblika antika ta Venezja li sfaxxat u ġiet imqassma bejn il Franċizi u l Awstrijaċi u dan kien xokk kbir għal Foscolo għalkemm xorta baqa jittama Il qagħda mentali pprovokata minn dak ix xokk hija riflessa fir rumanz tiegħu Ultime lettere di Jacopo Ortis 1798 li ġie deskritt bħala verzjoni iktar politiċizzata ta L Imrar ta Werther Zagħzugħ ta Johann Wolfgang von Goethe għaliex l eroj ta Foscolo jħaddan fih it tbatijiet mentali u s suwiċidju ta patrijott Taljan bħalma l eroj ta Goethe jħaddan fih sensittivita wisq delikata li twassal biex l istudjuz Ġermaniz jitbikkem u fl aħħar mill aħħar ineħħi ruħu b idejh Il ġrajja ta Foscolo bħal dik ta Goethe kienet imsejsa fuq fatti melankoniċi kien persuna real kien student zagħzugħ minn Padova u għamel suwiċidju hemmhekk f ċirkostanzi simili għal dawk deskritti minn Foscolo Foscolo bħal ħafna mill kontemporanji tiegħu kien ħaseb ħafna dwar is suwiċidju Cato z Zgħir u l bosta ezempji klassiċi ta awtodistruzzjoni deskritti fil Ħajjiet ta appella għall immaġinazzjoni ta ħafna patrijotti zgħazagħ Taljani kif ġara wkoll fi Franza lill eroj tal Gironde Fil kaz ta Foscolo bħal f dak ta Goethe l effett fuq moħħ il kittieb mill kompozizzjoni tax xogħol jidher li kien ta benefiċċju Huwa kien ra l ideal ta futur nazzjonali kbir jitfarrak quddiemu izda ma ddisprax għal pajjizu u fittex is soljev fl ideal ta poeta nazzjonali kbir Wara l waqgħa ta Venezja Foscolo mar jgħix f Milan fejn għamel ħbieb mal poeta ikbar minnu li iktar il quddiem fakkar b ammirazzjoni u gratitudni F Milan huwa ppubblika ġabra ta 12 il Sunett fejn iħallat is sentimenti passjonali li wera f Ortis mal kontroll klassiku tal lingwa u tar ritmu Dei Sepolcri 1809 Xorta waħda bit tama li pajjizu jinħeles minn Napuljun huwa serva bħala voluntier fl Armata Franċiza ħa sehem fil Battalja ta Trebbia u fl Assedju ta Genova indarab u spiċċa priġunier Meta nħeles huwa reġa lura Milan u hemmhekk ta l aħħar irtokki lix xogħol tiegħu Ortis ippubblika traduzzjoni u kummentarju ta Callimaco beda verzjoni tal Illijade u beda t traduzzjoni tiegħu ta A Sentimental Journey Through France and Italy ta Huwa ħa sehem ukoll f memorandum bla suċċess li kien maħsub biex jiġi pprezentat mudell ġdid ta gvern Taljan unifikat lil Napuljun Qabel ma telaq minn Franza fl 1806 Foscolo ltaqa ma f Pariġi li kien seba snin izgħar biss Manzoni kien għadu qed jgħix hemmhekk fid dar ta ommu Xi studji qabblu l produzzjoni poetika ta Foscolo u ta Manzoni mill 1801 sal 1803 u ħarġu analoġiji qrib ħafna ta xulxin testwali metriċi u bijografiċi bħal f Alla amica risanata l odi lil Antonietta Fagnani Arese u Qual su le cinzie cime Fl 1807 Foscolo kiteb id Dei Sepolcri li jista jiġi deskritt bħala sforz sublimi biex ifittex rifuġju fl imgħoddi mill mizerja tal prezent u d dlam tal futur Il mejtin setgħana jissejħu mill oqbra tagħhom kif kien ġara fl imgħoddi fil kapulavuri Griegi bil fomm sabiex jerġgħu jiġġieldu l battalji ta pajjizhom Il lezzjoni inawgurali Dwar l oriġini u d dmir tal letteratura li ta Foscolo f Jannar 1809 meta nħatar bħala l President tal elokwenza Taljana f nibtet bl istess spirtu Fil lezzjoni tiegħu Foscolo ħeġġeġ liz zgħazagħ ta pajjizu jistudjaw il letteratura mhux b ubbidjenza għat tradizzjonijiet akkademiċi izda għar rabta tagħhom mal ħajja u mat tkabbir individwali u nazzjonali Is sensazzjoni li qanqlet il lezzjoni tiegħu ma kellha l ebda sehem fil ħruġ tad digriet ta Napuljun li bih il President tal elokwenza nazzjonali ġie abolit fl universitajiet Taljani kollha Ftit wara it traġedja ta Foscolo Aiace ġiet ipprezentata izda ma tantx kellha suċċess f Milan u minħabba l allegati alluzjonijiet għal Napuljun huwa ġie mġiegħel jiċċaqlaq minn Milan għat Toskana Mis soġġorn tiegħu f Firenze ħarġu t traġedja ta Ricciarda l Odi lill Grazzji li ma ġietx kompluta u t tlestija tal verzjoni tiegħu tal Vjaġġ Sentimentali 1813 wara li l karattru ewlieni tiegħu ir Reverendu Yorick kien ivvjaġġa mhux ħazin bis saħħa taz zmien li qatta fil kamp ta Boulogne sur Mer bħala parti mill forza tal invazjoni ta Napuljun kontra r Renju Unit Fil memorja tiegħu ta li ddedikalu din il verzjoni Foscolo jixħet dawl qawwi fuq il karattru tiegħu stess Il verzjoni tiegħu ta Sterne hija karatteristika importanti fl istorja personali tiegħu Foscolo reġa lura Milan fl 1813 sal wasla tal Awstrijaċi imbagħad mar lejn l Izvizzera fejn kiteb satira ħarxa bil Latin dwar l avversarji politiċi u letterarji tiegħu u finalment mar jgħix tul ix xtut tal Ingilterra lejn l aħħar tal 1816 LondraIl plakka tal ħadid f Londra Matul il ħdax il sena li Foscolo qatta f Londra sa mewtu huwa gawda mill istatus soċjali kollu li l iktar gruppi brillanti tal belt kapitali tar Renju Unit kienet toffri lill barranin rinomati għall politika u għal letteratura u esperjenza l mizerja kollha li tiġġarrab meta jiġu injorati l ewwel kundizzjonijiet tal ekonomija domestika Il kontributi tiegħu fl Edinburgh Review u fil Quarterly Review is saġġi tiegħu bit Taljan dwar it testi ta Dante Alighieri u Giovanni Boccaccio u wisq iktar is saġġi tiegħu bl Ingliz dwar b valur mizjud bis saħħa tat traduzzjonijiet ta ta wħud mill ifjen sunetti ta Petrarka komplew isaħħu l fama preċedenti bħala Bniedem tal Letteratura Madankollu spiss kien jiġi akkuzat minħabba għawġ finanzjarju u għal xi zmien spiċċa fil ħabs minħabba d dejn u dan affettwa l istatus soċjali tiegħu wara li nħeles Skont L Istorja tal Kontea ta Middlesex ix xjenzat u n negozjant qabbad lil Foscolo biex jgħallem it Taljan fl iskola ta Quaker li hu kien il kofundatur tagħha imsejħa l Akkademja ta Newington għall Bniet L istatus tiegħu fis soċjeta kif irrapportat minn ma kienx daqshekk għoli li jwasslu għal ħbiberiji dejjiema Huwa miet f Turnham Green fl 10 ta Settembru 1827 u ġie midfun fil Knisja ta San Nikola f Chiswick fejn għadu jinsab il qabar irrestawrat tiegħu sa llum hemmhekk issir referenza għalih bħala ċittadin u poeta mifluġ u bi zball hemm indikat li kellu 50 sena meta miet 44 sena wara mewtu fis 7 ta Ġunju 1871 il katavru tiegħu fuq talba tar Re tal Italja ittieħed f Firenze fejn saret ċerimonja funebri nazzjonali pompuza u kbira u tqiegħed maġenb il monumenti ta u u ta Michelangelo u Galileo fil Knisja ta Santa Croce il panteon tal glorja Taljana li kien iċċelebra hu stess fid Dei Sepolcri Kif innotat l istorika il glorifikazzjoni ta Ugo Foscolo fis snin 70 tas seklu 19 kienet parti minn sforz tal gvern Taljan ta dak iz zmien sforz li kien ta suċċess għat tlestija tal unifikazzjoni Taljana izda a skapitu tal konfrontazzjoni diretta mal Knisja Kattolika li joħloq gallerija ta qaddisin lajċi biex jikkompetu ma dawk tal Knisja u jxaqilbu s sentiment tal poplu favur l istat Taljan li kien għadu kemm inħoloq Referenzi fil kultura modernaUgo Foscolo huwa s suġġett ta kompozizzjoni La fuga di Foscolo li nkitbet fl 1986 mill kompozitur Taljan Is sunett tiegħu Alla sera jidher fil film La meglio gioventu Id dar tiegħu f Edwardes Square għandha plakka blu tal ħadid tal Wirt Ingliz XogħlijietPoeziji A Bonaparte liberatore 1797 All amica risanata 1802 Alla Musa 1803 Alla sera 1803 A Zacinto 1803 In morte del fratello Giovanni 1803 Dei Sepolcri 1807 Rumanzi Ultime lettere di Jacopo Ortis 1798 Il sesto tomo dell Io bla data u mhux komplut Drammi Tieste 1797 Aiace 1811 Referenzi DiPI Online Dizionario di Pronuncia Italiana www dipionline it Miġbur 2021 09 10 FOSCOLO www inftub com Miġbur 2021 09 10 Ugo Foscolo An Italian in Regency England Vincent Eric Reginald Pearce 1894 Cambridge University Press p 106 The Chronicles of Fleetwood House Adam John Shirren 1977 Pacesetter Press p 155 Introduction to Italian Poetry Rebay Luciano Courier Dover Publications p 97 Dictionary of Italian Literature Bondanella Julia Conaway Peter E Bondanella Greenwood Press p 215 ISBN 0 313 20421 7 The Australian Library Journal 1951 Library Association of Australia University of Michigan p 179 a b Foscolo Ugo 10 Miġbur 2021 09 10 Pierantonio Frare Foscolo e Manzoni rapporti biografici e polemiche testuali in Rivista di letteratura italiana XVII 1 1999 p 29 50 Poesie di Alessandro Manzoni prima della conversione co note critiche di Alberto Chiari LeMonnier Firenze 1932 u Franco Gavazzeni Alessandro Manzoni poesie prima della conversione Einaudi Torino 1992 Gianmarco Gaspari Beccaria Foscolo Manzoni Annali Manzoniani I 1990 pp 197 218 ikkwotat ukoll f Letteratura delle riforme Sellerio Palermo 1990 pp 232 258 Stoke Newington Education British History Online www british history ac uk Miġbur 2021 09 10 Exhumation of poet Ugo Foscolo on May 31 in the cemetery of Getty Images bl Ingliz Miġbur 2021 09 10 Riall Lucy 2007 Garibaldi invention of a hero Yale University Press p 4 Fusco Franca Oliva January 2018 Franca Oliva Fusco Cinema e Poesia ISBN 9788827543719

L-aħħar artikli
  • Ġunju 23, 2025

    Praja

  • Ġunju 14, 2025

    Praga

  • Ġunju 21, 2025

    Plovdiv

  • Ġunju 25, 2025

    Plejers tad-Deheb tal-UEFA

  • Ġunju 26, 2025

    Plejer tas-Sena tal-MFA

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq