Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Philippi jew Filippi pronunzja fɪˈlɪpaɪ ˈfɪləˌpaɪ bil Grieg Φίλιπποι Phílippoi kienet belt Griega ewlenija fil Majjistra

Philippi

  • Paġna Ewlenija
  • Philippi
Philippi
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Philippi jew Filippi (pronunzja: /fɪˈlɪpaɪ, ˈfɪləˌpaɪ/; bil-Grieg: Φίλιπποι, Phílippoi) kienet belt Griega ewlenija fil-Majjistral tal-gżira ta' Thasos fil-qrib. L-isem oriġinali tagħha kien Crenides (bil-Grieg: Κρηνῖδες, Krēnĩdes li tfisser "Funtani") wara li ġiet stabbilita mill-kolonjalisti ta' Thasos fit-360/359 Q.K. Il-belt ingħatat l-isem attwali minn fit-356 Q.K. u ġiet abbandunata fis-seklu 14 wara l-ħakma tal-Ottomani. Il-villaġġ attwali ta' Filippoi jinsab qrib il-fdalijiet tal-belt antika u huwa parti mir-reġjun tal-Lvant tal-Maċedonja u tat- f'Kavala, il-Greċja. Is-sit arkeoloġiku tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016 minħabba l-arkitettura Rumana eċċezzjonali tiegħu, il-konfigurazzjoni urbana tiegħu bħala riflessjoni iżgħar ta' Ruma stess, u l-importanza tiegħu fil-Kristjaneżmu bikri.

Storja

Stabbiliment

Il-kolonjalisti ta' Thasos stabbilew insedjament fi Crenides fit-Traċja fit-360/359 Q.K. qrib id-daħla tal-Baħar Eġew taħt il-Muntanja ta' Orbelos, issa magħrufa bħala l-Muntanja ta' Lekani, madwar 13-il kilometru (8.1 mili) fil-Majjistral ta' Kavalla, fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-art bassasa li fi żmien il-qedem kienet tiksi l-pjanura kollha u b'hekk kienet tisseparaha mill-Għoljiet ta' Pangaion fin-Nofsinhar. Fit-356 Q.K., ir-Re ħakem il-belt u semmiha Philippi.

Il-ħakkiema mill-Maċedonja kellhom l-għan li jaħtfu l-kontroll tal-minjieri tad-deheb fil-qrib u li jistabbilixxu gwarniġjon f'punt strateġiku: is-sit kien jikkontrolla r-rotta bejn Amphipolis u Neapolis, li kienet parti mir-rotta rjali l-kbira mil-Lvant għall-Punent tul il-Maċedonja, li r-Repubblika Rumana għamlet rikostruzzjoni tagħha fis-seklu 2 Q.K. bħala parti mill-Via Egnatia. Filippu II saħħaħ il-belt b'fortifikazzjonijiet importanti, li parzjalment imblukkaw il-passaġġ bejn l-art bassasa u l-Muntanja ta' Orbelos, u bagħat lill-kolonjalisti biex jokkupawha. Filippu ordna li jsir drenaġġ parzjali tal-art bassasa, skont attestazzjoni tal-kittieb (li twieled għall-ħabta tat-371 – li miet għall-ħabta tal-287 Q.K.). Philippi ppreservat l-awtonomija tagħha fi ħdan ir-renju tal-Maċedonja u kellha l-istituzzjonijiet politiċi tagħha stess (l-Assembla tad-demos). L-iskoperta ta' minjieri ġodda tad-deheb qrib il-belt, f'Asyla, tat kontribut kbir għall-ġid tar-renju u Filippu stabbilixxa zekka hemmhekk. Il-belt saret integrata għalkollox fir-renju matul l-aħħar snin tar-renju (mill-221 sal-179 Q.K.) ta' jew tar-renju ta' .

Meta r-Rumani qerdu d-dinastija Antigonida tal-Maċedonja fit-Tielet Gwerra tal-Maċedonja (168 Q.K.), huma qasmu r-renju f'erba' stati separati (merides). Amphipolis (minflok Philippi) saret il-belt kapitali tal-istat tal-Lvant tal-Maċedonja.

Mhu magħruf kważi xejn dwar il-belt f'dan il-perjodu, iżda l-fdalijiet arkeoloġiċi jinkludu s-swar, it-teatru Grieg, il-pedamenti ta' dar taħt il-forum Ruman u tempju żgħir iddedikat għall-qima ta' eroj. Dan il-monument li jkopri l-qabar ta' ċertu Exekestos, x'aktarx li jinsab fl-agora u huwa ddedikat lil κτίστης (ktístēs), l-eroj tal-istabbiliment tal-belt.

Żmien ir-Rumani

Il-belt terġa' tissemma fis-sorsi matul il-gwerra ċivili tal-Liberaturi (43–42 Q.K.) wara l-qtil ta' fl-44 Q.K. Il-werrieta ta' Ċesri u ffaċċjaw il-qawwiet tal-qattiela u fil-Battalja ta' Philippi fuq il-pjanura fil-Punent tal-belt f'Ottubru 42 Q.K. Marku Antonju u Ottavjanu rebħu din il-battalja kontra l-partiġjani tar-Repubblika. Huma ħelsu wħud mis-suldati veterani tagħhom, x'aktarx mil-Leġjun XXVIII, biex jikkolonizzaw il-belt, li ġiet stabbilita mill-ġdid bħala l-Colonia Victrix Philippensium. Mit-30 Q.K., Ottavjanu stabbilixxa l-kontroll tal-istat Ruman, u sar l-Imperatur Ruman mis-27 Q.K. Huwa organizza l-kolonja mill-ġdid u stabbilixxa iktar insedjaturi hemmhekk, flimkien ma' veterani (x'aktarx mill-Gwardja Pretorjana) u Taljani oħra. Il-belt ingħatat l-isem ta' Colonia Iulia Philippensis, u mbagħad ta' Colonia Augusta Iulia Philippensis wara Jannar 27 Q.K., meta Ottavjanu ngħata t-titlu ta' mis-Senat Ruman.

Wara din it-tieni tismija, u x'aktarx wara l-ewwel waħda, it-territorju ta' Philippi ġie "ċenturjat" (jiġifieri maqsum f'irqajja' kwadri) u tqassam bejn il-kolonjalisti. Il-belt żammet is-swar tal-Maċedonja tagħha, u l-pjanta ġenerali tagħha ġiet immodifikata parzjalment biss permezz tal-kostruzzjoni ta' forum, ftit lejn il-Lvant tal-agora Griega. Kienet qisha "minjatura ta' Ruma", taħt id-dritt muniċipali ta' Ruma, u kienet immexxija minn żewġ uffiċjali militari, id-duumviri, li nħatru direttament minn Ruma, b'mod simili għall-kolonji Rumani.

Il-kolonja rrikonoxxiet id-dipendenza tagħha fuq il-minjieri li tawha l-pożizzjoni privileġġata tul il-Via Egnatia. Bosta monumenti jixhdu l-ġid partikolarment imponenti li kellha meta wieħed iqis id-daqs ċkejken taż-żona urbana: il-forum, stabbilit fuq żewġ terrazzi fuq iż-żewġ naħat tat-triq prinċipali, inbena f'diversi fażijiet bejn ir-renji tal-Imperaturi Claudius (41–54 Q.K.) u Antoninus Pius (138–161), u t-teatru ġie mkabbar u mwessa' biex jospita l-logħob Ruman. Abbundanza ta' kitbiet imnaqqxa bil-Latin tixhed il-prosperità tal-belt.

Żmien Kristjan Bikri

It-Testment il-Ġdid tal-Bibbja jirrakkonta żjara lejn il-belt mill-appostlu Pawlu matul it-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu (x'aktarx fid-49 jew fil-50 W.K.). Abbażi tal-Atti tal-Appostli u l-ittra lill-Filippini, il-Kristjani bikrin ikkonkludew li Pawlu kien stabbilixxa l-komunità tagħhom. Akkumpanjat minn Silas, minn Timotju u x'aktarx minn Luqa (l-awtur tal-Atti tal-Appostli), huwa maħsub li Pawlu pprietka għall-ewwel darba f'territorju Ewropew f'Philippi, u wassal għall-konverżjoni u għall-magħmudija tal-merkant vjola, Lidja ta' Thyatira. Skont it-Testment il-Ġdid, Pawlu żar il-belt darbtejn oħra, fis-56 u fis-57 W.K. L-Epistola lill-Filippini tmur lura għall-ħabta tal-61–62 u ġeneralment huwa maħsub li turi l-effetti immedjati tat-tagħlim ta' Pawlu.

L-iżvilupp tal-Kristjaneżmu f'Philippi ġie indikat permezz ta' ittra minn Polikarpju ta' Smyrna indirizzata lill-komunità ta' Philippi għall-ħabta tal-160 W.K. u minn kitbiet imnaqqxa fuq il-lapidi.

L-ewwel knisja deskritta fil-belt hija binja żgħira li x'aktarx oriġinarjament kienet dar żgħira għat-talb. Din il-Bażilika ta' Pawlu, li ġiet identifikata permezz ta' kitba fil-mużajk tal-art, tmur lura għall-ħabta tat-343 meta ssemmiet mill-Isqof Porfirju, li attenda li l-Kunsill ta' Serdika dik is-sena stess.

Minkejja li Philippi kellha waħda mill-eqdem kongregazzjonijiet fl-Ewropa, attestazzjoni ta' veskovat saret biss lejn is-seklu 4.

Il-prosperità tal-belt fis-sekli 5 u 6 ġiet attribwita lil Pawlu u t-tagħlim tiegħu. Bħal fi bliet oħra, bosta binjiet ekkleżjastiċi ġodda nbnew f'dak iż-żmien. Seba' knejjes differenti nbnew f'Philippi bejn nofs is-seklu 4 u tmiem is-seklu 6, u wħud minnhom kienu jħaqquha bħala daqs u tiżjin mal-isbaħ binjiet f'Tessaloniki, jew ma' dawk ta' Kostantinopli. Ir-rabta tal-pjanta u tat-tiżjin arkitettoniku tal-Bażilika B mal-Hagia Sophia u ma' Sant'Irene f'Kostantinopli, wasslet biex din il-knisja jkollha post privileġġat fl-istorja tal-arti Kristjana bikrija. Il-kumpless tal-katidral li ħa post il-Bażilika ta' Pawlu fi tmiem is-seklu 5, u li nbena madwar knisja ottagonali, kien iħaqqaqha wkoll mal-knejjes ta' Kostantinopli.

Fl-istess żmien, l-Imperu reġa' bena l-fortifikazzjonijiet tal-belt sabiex jiddefendiha aħjar min-nuqqas ta' stabbiltà li dejjem kienet qed tiżdied fil-Balkani. Fl-473 it-truppi ta' assedjaw il-belt; għalkemm ma rnexxielhomx jeħduha, taw in-nar lill-villaġġi tal-madwar.

Diġà mdgħajfa mill-invażjonijiet Slavi fl-aħħar tas-seklu 6 – li qerdu l-ekonomija agrarja tal-Maċedonja – u x'aktarx anke mill-Pesta ta' fil-547, il-belt inqerdet kważi għalkollox minn terremot għall-ħabta tas-619, u qatt ma rkuprat minnu. Kien hemm ftit attività hemmhekk fis-seklu 7, iżda l-belt saret ftit iktar minn villaġġ.

L-Imperu Biżantin x'aktarx li żamm gwarniġjon hemmhekk, iżda fit-838 il-Bulgari taħt il-kavhan Isbul ħadu l-belt u ċċelebraw ir-rebħa tagħhom b'kitba monumentali fuq l-istilobat fil-Bażilika B, li issa jinsab parzjalment fi stat ta' fdalijiet. Is-sit ta' Philippi tant kien importanti strateġikament li l-Biżantini ppruvaw jerġgħu jaħtfuha għall-ħabta tat-850. Diversi siġilli ta' uffiċjali ċivili u ta' uffiċjali Biżantini oħra, li jmorru lura għall-ewwel nofs tas-seklu 9, juru li kien hemm il-preżenza tal-armati Biżantini fil-belt.

Għall-ħabta tad-969, l-Imperatur reġa' bena l-fortifikazzjonijiet fuq l-akropoli u f'parti mill-belt. Gradwalment dawn għenu biex idgħajfu s-setgħa tal-Bulgari u biex isaħħu l-preżenza Biżantina fl-inħawi. Fl-1077 l-Isqof reġa' bena parti mis-sistemi tad-difiża fi ħdan il-belt. Il-belt reġgħet bdiet tiffjorixxi għal darb'oħra, kif iddokumentat mill-ġeografu Għarbi , li jsemmi li kienet ċentru kummerċjali u tal-produzzjoni tal-inbid għall-ħabta tal-1150.

Wara okkupazzjoni qasira mill- wara r-Raba' Kruċjata u l-ħakma ta' Kostantinopli fl-1204, il-belt inħatfet mis-Serbi. Minkejja dan, baqgħet fortifikazzjoni notevoli tul ir-rotta antika tal-Via Egnatia; fl-1354, eredi potenzjali tat-tron Biżantin, , inħataf hemmhekk mis-Serbi.

Il-belt ġiet abbandunata f'data mhux magħrufa. Meta l-vjaġġatur Franċiż żar l-inħawi fis-snin 40 tas-seklu 16, ma kien għad fadal xejn għajr fdalijiet, li ntużaw mit-Torok bħala barriera. Isem il-belt inżamm – l-ewwel bħala isem villaġġ Tork fil-pjanura fil-qrib, Philibedjik (Filibecik, "Filibe Żgħir" bit-), li mbagħad għeb, u mbagħad bħala isem villaġġ Grieg fil-muntanji.

Skavi arkeoloġiċi

Għalkemm is-sit jissemma fil-qosor minn xi vjaġġaturi bikrin, l-ewwel deskrizzjoni arkeoloġika moderna, ibbażata fuq żjara fl-1856, ġiet ippubblikata fl-1860 minn . Din ġiet segwita minn investigazzjonijiet iktar estensivi tal-Missjoni Arkeoloġika Franċiża tal-Maċedonja fl-1861, immexxijin mill-arkeologu u mill-arkitett . L-iskavi mill-École française d'Athènes bdew fis-sajf tal-1914, iġġeddu fl-1920 wara interruzzjoni minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija, u komplew sal-1937. Matul dan iż-żmien it-teatru Grieg, il-forum, il-Bażiliki A u B, il-banjijiet, u s-swar ġew skavati. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-arkeologi Griegi reġgħu lura fis-sit. Mill-1958 sal-1978, is-Soċjetà Arkeoloġika ta' Ateni, segwita mis-Servizz Arkeoloġiku Grieg u mill-Università ta' Tessaloniki, żvelaw il-kwartier tal-isqof u l-knisja ottagonali, residenzi privati kbar, bażilika ġdida ħdejn il-mużew, u tnejn oħra fin-nekropoli fil-Lvant tal-belt.

Referenzi

  1. ^ "1911 Encyclopædia Britannica/Philippi - Wikisource, the free online library". en.wikisource.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-22.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Philippi". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-22.
  3. ^ Hatzopoulos, Miltiade (1993). "Décret pour un bienfaiteur de la cité de Philippes". Bulletin de correspondance hellénique (bil-Franċiż). 117: 315–326.
  4. ^ "Philippi - Smart Travel". Philippi - Smart Travel. Miġbur 2024-04-22.
  5. ^ Atti 16:9–10.
  6. ^ Atti 16:12.
  7. ^ Filippini 1:1.
  8. ^ Atti 16:12–40.
  9. ^ Perrot, Georges (1860). "Daton, Néopolis, les ruines de Philippes". Revue archéologique. 1860: 45–52, 67–77.
  10. ^ Heuzey, Léon; Daumet, Honoré (1876). Mission Archéologique de Macédoine. Paris: Didot. pp. 1–124.
  11. ^ Collart, Paul (1937). Philippes, ville de Macédoine, depuis ses origines jusqu'à la fin de l'époque romaine. Paris: Boccard. pp. 25–36.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Ġun, 2025 / 14:46

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Philippi, X'inhi Philippi? Xi tfisser Philippi?

Philippi jew Filippi pronunzja fɪˈlɪpaɪ ˈfɪleˌpaɪ bil Grieg Filippoi Philippoi kienet belt Griega ewlenija fil Majjistral tal gzira ta Thasos fil qrib L isem oriġinali tagħha kien Crenides bil Grieg Krhnῖdes Krenĩdes li tfisser Funtani wara li ġiet stabbilita mill kolonjalisti ta Thasos fit 360 359 Q K Il belt ingħatat l isem attwali minn fit 356 Q K u ġiet abbandunata fis seklu 14 wara l ħakma tal Ottomani Il villaġġ attwali ta Filippoi jinsab qrib il fdalijiet tal belt antika u huwa parti mir reġjun tal Lvant tal Maċedonja u tat f Kavala il Greċja Is sit arkeoloġiku tnizzel bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2016 minħabba l arkitettura Rumana eċċezzjonali tiegħu il konfigurazzjoni urbana tiegħu bħala riflessjoni izgħar ta Ruma stess u l importanza tiegħu fil Kristjanezmu bikri Il fdalijiet taċ ċentru tal belt bil forum fuq quddiem u s suq u l bazilika fl isfond StorjaStabbiliment It teatru antik Il kolonjalisti ta Thasos stabbilew insedjament fi Crenides fit Traċja fit 360 359 Q K qrib id daħla tal Baħar Eġew taħt il Muntanja ta Orbelos issa magħrufa bħala l Muntanja ta Lekani madwar 13 il kilometru 8 1 mili fil Majjistral ta Kavalla fil fruntiera tat Tramuntana tal art bassasa li fi zmien il qedem kienet tiksi l pjanura kollha u b hekk kienet tisseparaha mill Għoljiet ta Pangaion fin Nofsinhar Fit 356 Q K ir Re ħakem il belt u semmiha Philippi Il parodos tal Punent tat teatru Il ħakkiema mill Maċedonja kellhom l għan li jaħtfu l kontroll tal minjieri tad deheb fil qrib u li jistabbilixxu gwarniġjon f punt strateġiku is sit kien jikkontrolla r rotta bejn Amphipolis u Neapolis li kienet parti mir rotta rjali l kbira mil Lvant għall Punent tul il Maċedonja li r Repubblika Rumana għamlet rikostruzzjoni tagħha fis seklu 2 Q K bħala parti mill Via Egnatia Filippu II saħħaħ il belt b fortifikazzjonijiet importanti li parzjalment imblukkaw il passaġġ bejn l art bassasa u l Muntanja ta Orbelos u bagħat lill kolonjalisti biex jokkupawha Filippu ordna li jsir drenaġġ parzjali tal art bassasa skont attestazzjoni tal kittieb li twieled għall ħabta tat 371 li miet għall ħabta tal 287 Q K Philippi ppreservat l awtonomija tagħha fi ħdan ir renju tal Maċedonja u kellha l istituzzjonijiet politiċi tagħha stess l Assembla tad demos L iskoperta ta minjieri ġodda tad deheb qrib il belt f Asyla tat kontribut kbir għall ġid tar renju u Filippu stabbilixxa zekka hemmhekk Il belt saret integrata għalkollox fir renju matul l aħħar snin tar renju mill 221 sal 179 Q K ta jew tar renju ta It tizjin bir riljievi ta Filippu II is seklu 4 Q K Meta r Rumani qerdu d dinastija Antigonida tal Maċedonja fit Tielet Gwerra tal Maċedonja 168 Q K huma qasmu r renju f erba stati separati merides Amphipolis minflok Philippi saret il belt kapitali tal istat tal Lvant tal Maċedonja Mhu magħruf kwazi xejn dwar il belt f dan il perjodu izda l fdalijiet arkeoloġiċi jinkludu s swar it teatru Grieg il pedamenti ta dar taħt il forum Ruman u tempju zgħir iddedikat għall qima ta eroj Dan il monument li jkopri l qabar ta ċertu Exekestos x aktarx li jinsab fl agora u huwa ddedikat lil ktisths ktistes l eroj tal istabbiliment tal belt Zmien ir Rumani Il forum Il belt terġa tissemma fis sorsi matul il gwerra ċivili tal Liberaturi 43 42 Q K wara l qtil ta fl 44 Q K Il werrieta ta Ċesri u ffaċċjaw il qawwiet tal qattiela u fil Battalja ta Philippi fuq il pjanura fil Punent tal belt f Ottubru 42 Q K Marku Antonju u Ottavjanu rebħu din il battalja kontra l partiġjani tar Repubblika Huma ħelsu wħud mis suldati veterani tagħhom x aktarx mil Leġjun XXVIII biex jikkolonizzaw il belt li ġiet stabbilita mill ġdid bħala l Colonia Victrix Philippensium Mit 30 Q K Ottavjanu stabbilixxa l kontroll tal istat Ruman u sar l Imperatur Ruman mis 27 Q K Huwa organizza l kolonja mill ġdid u stabbilixxa iktar insedjaturi hemmhekk flimkien ma veterani x aktarx mill Gwardja Pretorjana u Taljani oħra Il belt ingħatat l isem ta Colonia Iulia Philippensis u mbagħad ta Colonia Augusta Iulia Philippensis wara Jannar 27 Q K meta Ottavjanu ngħata t titlu ta mis Senat Ruman Qabar Ruman Wara din it tieni tismija u x aktarx wara l ewwel waħda it territorju ta Philippi ġie ċenturjat jiġifieri maqsum f irqajja kwadri u tqassam bejn il kolonjalisti Il belt zammet is swar tal Maċedonja tagħha u l pjanta ġenerali tagħha ġiet immodifikata parzjalment biss permezz tal kostruzzjoni ta forum ftit lejn il Lvant tal agora Griega Kienet qisha minjatura ta Ruma taħt id dritt muniċipali ta Ruma u kienet immexxija minn zewġ uffiċjali militari id duumviri li nħatru direttament minn Ruma b mod simili għall kolonji Rumani Art bil muzajk bl isem ta San Pawl fil Bazilika Ottagonali Il kolonja rrikonoxxiet id dipendenza tagħha fuq il minjieri li tawha l pozizzjoni privileġġata tul il Via Egnatia Bosta monumenti jixhdu l ġid partikolarment imponenti li kellha meta wieħed iqis id daqs ċkejken taz zona urbana il forum stabbilit fuq zewġ terrazzi fuq iz zewġ naħat tat triq prinċipali inbena f diversi fazijiet bejn ir renji tal Imperaturi Claudius 41 54 Q K u Antoninus Pius 138 161 u t teatru ġie mkabbar u mwessa biex jospita l logħob Ruman Abbundanza ta kitbiet imnaqqxa bil Latin tixhed il prosperita tal belt Zmien Kristjan Bikri It Testment il Ġdid tal Bibbja jirrakkonta zjara lejn il belt mill appostlu Pawlu matul it tieni vjaġġ missjunarju tiegħu x aktarx fid 49 jew fil 50 W K Abbazi tal Atti tal Appostli u l ittra lill Filippini il Kristjani bikrin ikkonkludew li Pawlu kien stabbilixxa l komunita tagħhom Akkumpanjat minn Silas minn Timotju u x aktarx minn Luqa l awtur tal Atti tal Appostli huwa maħsub li Pawlu pprietka għall ewwel darba f territorju Ewropew f Philippi u wassal għall konverzjoni u għall magħmudija tal merkant vjola Lidja ta Thyatira Skont it Testment il Ġdid Pawlu zar il belt darbtejn oħra fis 56 u fis 57 W K L Epistola lill Filippini tmur lura għall ħabta tal 61 62 u ġeneralment huwa maħsub li turi l effetti immedjati tat tagħlim ta Pawlu Il fdalijiet tal Bazilika Kristjana bikrija bi tliet korsiji kbar il Bazilika A tal aħħar tas seklu 5 W K L izvilupp tal Kristjanezmu f Philippi ġie indikat permezz ta ittra minn Polikarpju ta Smyrna indirizzata lill komunita ta Philippi għall ħabta tal 160 W K u minn kitbiet imnaqqxa fuq il lapidi L ewwel knisja deskritta fil belt hija binja zgħira li x aktarx oriġinarjament kienet dar zgħira għat talb Din il Bazilika ta Pawlu li ġiet identifikata permezz ta kitba fil muzajk tal art tmur lura għall ħabta tat 343 meta ssemmiet mill Isqof Porfirju li attenda li l Kunsill ta Serdika dik is sena stess Minkejja li Philippi kellha waħda mill eqdem kongregazzjonijiet fl Ewropa attestazzjoni ta veskovat saret biss lejn is seklu 4 Il Bazilika B Il prosperita tal belt fis sekli 5 u 6 ġiet attribwita lil Pawlu u t tagħlim tiegħu Bħal fi bliet oħra bosta binjiet ekklezjastiċi ġodda nbnew f dak iz zmien Seba knejjes differenti nbnew f Philippi bejn nofs is seklu 4 u tmiem is seklu 6 u wħud minnhom kienu jħaqquha bħala daqs u tizjin mal isbaħ binjiet f Tessaloniki jew ma dawk ta Kostantinopli Ir rabta tal pjanta u tat tizjin arkitettoniku tal Bazilika B mal Hagia Sophia u ma Sant Irene f Kostantinopli wasslet biex din il knisja jkollha post privileġġat fl istorja tal arti Kristjana bikrija Il kumpless tal katidral li ħa post il Bazilika ta Pawlu fi tmiem is seklu 5 u li nbena madwar knisja ottagonali kien iħaqqaqha wkoll mal knejjes ta Kostantinopli Fl istess zmien l Imperu reġa bena l fortifikazzjonijiet tal belt sabiex jiddefendiha aħjar min nuqqas ta stabbilta li dejjem kienet qed tizdied fil Balkani Fl 473 it truppi ta assedjaw il belt għalkemm ma rnexxielhomx jeħduha taw in nar lill villaġġi tal madwar Il fdalijiet ta Philippi Diġa mdgħajfa mill invazjonijiet Slavi fl aħħar tas seklu 6 li qerdu l ekonomija agrarja tal Maċedonja u x aktarx anke mill Pesta ta fil 547 il belt inqerdet kwazi għalkollox minn terremot għall ħabta tas 619 u qatt ma rkuprat minnu Kien hemm ftit attivita hemmhekk fis seklu 7 izda l belt saret ftit iktar minn villaġġ L Imperu Bizantin x aktarx li zamm gwarniġjon hemmhekk izda fit 838 il Bulgari taħt il kavhan Isbul ħadu l belt u ċċelebraw ir rebħa tagħhom b kitba monumentali fuq l istilobat fil Bazilika B li issa jinsab parzjalment fi stat ta fdalijiet Is sit ta Philippi tant kien importanti strateġikament li l Bizantini ppruvaw jerġgħu jaħtfuha għall ħabta tat 850 Diversi siġilli ta uffiċjali ċivili u ta uffiċjali Bizantini oħra li jmorru lura għall ewwel nofs tas seklu 9 juru li kien hemm il prezenza tal armati Bizantini fil belt Għall ħabta tad 969 l Imperatur reġa bena l fortifikazzjonijiet fuq l akropoli u f parti mill belt Gradwalment dawn għenu biex idgħajfu s setgħa tal Bulgari u biex isaħħu l prezenza Bizantina fl inħawi Fl 1077 l Isqof reġa bena parti mis sistemi tad difiza fi ħdan il belt Il belt reġgħet bdiet tiffjorixxi għal darb oħra kif iddokumentat mill ġeografu Għarbi li jsemmi li kienet ċentru kummerċjali u tal produzzjoni tal inbid għall ħabta tal 1150 Wara okkupazzjoni qasira mill wara r Raba Kruċjata u l ħakma ta Kostantinopli fl 1204 il belt inħatfet mis Serbi Minkejja dan baqgħet fortifikazzjoni notevoli tul ir rotta antika tal Via Egnatia fl 1354 eredi potenzjali tat tron Bizantin inħataf hemmhekk mis Serbi Il belt ġiet abbandunata f data mhux magħrufa Meta l vjaġġatur Franċiz zar l inħawi fis snin 40 tas seklu 16 ma kien għad fadal xejn għajr fdalijiet li ntuzaw mit Torok bħala barriera Isem il belt inzamm l ewwel bħala isem villaġġ Tork fil pjanura fil qrib Philibedjik Filibecik Filibe Zgħir bit li mbagħad għeb u mbagħad bħala isem villaġġ Grieg fil muntanji Skavi arkeoloġiċiIl fdalijiet ta Direkler il Bazilika B impinġija minn H Daumet fl 1861 Għalkemm is sit jissemma fil qosor minn xi vjaġġaturi bikrin l ewwel deskrizzjoni arkeoloġika moderna ibbazata fuq zjara fl 1856 ġiet ippubblikata fl 1860 minn Din ġiet segwita minn investigazzjonijiet iktar estensivi tal Missjoni Arkeoloġika Franċiza tal Maċedonja fl 1861 immexxijin mill arkeologu u mill arkitett L iskavi mill Ecole francaise d Athenes bdew fis sajf tal 1914 iġġeddu fl 1920 wara interruzzjoni minħabba l Ewwel Gwerra Dinjija u komplew sal 1937 Matul dan iz zmien it teatru Grieg il forum il Baziliki A u B il banjijiet u s swar ġew skavati Wara t Tieni Gwerra Dinjija l arkeologi Griegi reġgħu lura fis sit Mill 1958 sal 1978 is Soċjeta Arkeoloġika ta Ateni segwita mis Servizz Arkeoloġiku Grieg u mill Universita ta Tessaloniki zvelaw il kwartier tal isqof u l knisja ottagonali residenzi privati kbar bazilika ġdida ħdejn il muzew u tnejn oħra fin nekropoli fil Lvant tal belt Referenzi 1911 Encyclopaedia Britannica Philippi Wikisource the free online library en wikisource org bl Ingliz Miġbur 2024 04 22 Centre UNESCO World Heritage Archaeological Site of Philippi UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 04 22 Hatzopoulos Miltiade 1993 Decret pour un bienfaiteur de la cite de Philippes Bulletin de correspondance hellenique bil Franċiz 117 315 326 Philippi Smart Travel Philippi Smart Travel Miġbur 2024 04 22 Atti 16 9 10 Atti 16 12 Filippini 1 1 Atti 16 12 40 Perrot Georges 1860 Daton Neopolis les ruines de Philippes Revue archeologique 1860 45 52 67 77 Heuzey Leon Daumet Honore 1876 Mission Archeologique de Macedoine Paris Didot pp 1 124 Collart Paul 1937 Philippes ville de Macedoine depuis ses origines jusqu a la fin de l epoque romaine Paris Boccard pp 25 36

L-aħħar artikli
  • Lulju 08, 2025

    Manwel Mifsud

  • Lulju 08, 2025

    Monodelphis osgoodi

  • Lulju 08, 2025

    Opossum nanu mistur ta' Chacoan

  • Lulju 08, 2025

    Opossum ġurdien sufi żgħir

  • Lulju 08, 2025

    Ochotona thomasi

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq