Asmara pronunzja æsˈmɑːrə əs MAHR ə jew Asmera hija l belt kapitali u l iżjed belt popolata tal Eritrea fir Reġjun Ċentr
Asmara

Asmara (pronunzja: /æsˈmɑːrə/ əs-MAHR-ə) jew Asmera hija l-belt kapitali u l-iżjed belt popolata tal-Eritrea, fir-Reġjun Ċentrali tal-pajjiż. Tinsab f'elevazzjoni ta' 2,325 metru (7,628 pied), u b'hekk hija is-sitt l-ogħla belt kapitali fid-dinja bħala altitudni u t-tieni l-ogħla belt kapitali fl-Afrika. Il-belt tinsab fit-quċċata ta' promontorju li huwa t-tarf tal-Majjistral tal-Artijiet Għoljin tal-Eritrea u tal-Wied tal-Fondoq il-Kbir tal-pajjiż ġar tal-Etjopja. Fl-2017, il-belt ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għall-arkitettura ppreservata sew tagħha. Skont it-tradizzjonijiet lokali, il-belt ġiet stabbilita wara li erba' villaġġi separati ngħaqdu flimkien b'mod paċifiku wara perjodi twal ta' kunflitt. Asmara għal żmien twil kienet fid-dell ta' fil-qrib, ir-residenza tal-Bahr Negash jew il-gvernatur tal-provinċja kostali. Madankollu, xorta waħda baqgħet teżisti bħala insedjament ewlieni għal iktar minn nofs millenju u kellha wkoll xi importanza peress li kienet tinsab tul ir-rotta kummerċjali lejn . Asmara saret prominenti għall-ewwel darba matul is-seklu 20, meta saret il-belt kapitali tal-Eritrea Taljana. Taħt it-tmexxija Taljana, il-belt ta' Asmara esperjenzat urbanizzazzjoni u modernizzazzjoni rapidi.
Asmara | ||
---|---|---|
Eritrea | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Eritrea | |
Region of Eritrea | Maekel Region (en) | |
Isem uffiċjali | ኣስመራ | |
Ismijiet oriġinali | ኣስመራ | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 15°20′N 38°55′E / 15.33°N 38.92°EKoordinati: 15°20′N 38°55′E / 15.33°N 38.92°E | |
Asmara Asmara (Eritrea) | ||
Superfiċjenti | 12,158.1 kilometru kwadru | |
Għoli | 2,325 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 963,000 abitanti (2020) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1897 | |
Kodiċi tat-telefon | 1 | |
Żona tal-Ħin | UTC+3 | |
bliet ġemellati | Firenze, , , |
Storja
Skont l-istorja tradizzjonali bil-fomm tal-Eritrea min-naħa tal-poplu Tigrinya, kien hemm erba' klannijiet li kienu jgħixu fiż-żona ta' Asmera fuq il-Promontorju ta' Kebessa: Gheza Gurtom, Gheza Shelele, Gheza Serenser u Gheza Asmae. Dawn il-villaġġi spiss kienu jiġu attakkati mill-klannijiet mill-artijiet baxxi u mill-mexxejja ta' "seger mereb melash", sa ma n-nisa ta' kull klann iddeċidew li jgħelbu l-għadu komuni tagħhom u jippreservaw il-paċi l-erba' klannijiet kellhom jingħaqdu. L-irġiel aċċettaw, u b'hekk ingħata l-isem ta' "Arbate Asmera". "Arbate Asmera" bil-lingwa Tigrinya litteralment tfisser "l-erba' nisa wasslu biex jingħaqdu".
L-ewwel tismija ta' Asmara oriġinat minn itinerarju bil-Latin matul ir-renju tal-Imperatur (1382–1411).
Asmara Taljana
Asmara fis-seklu 19 kien villaġġ żgħir, iżda meta ġie fl-1889 malajr kiber u sar belt. Il-Gvernatur għamilha l-belt kapitali tal-Eritrea Taljana fl-1897.
Fil-bidu tas-seklu 20, inbniet il-Linja Ferrovjarja tal-Eritrea sal-kosta, li kienet tgħaddi mir-raħal ta' Ghinda, taħt id-direzzjoni ta' . Kemm fl-1913 kif ukoll fl-1915, il-belt ma tant ġarrbet ħsarat kbar minkejja t-terremoti kbar li kien hemm.
Fil-belt żviluppat komunità Taljana kbira. Skont iċ-ċensiment tal-1939, Asmara kellha popolazzjoni ta' 98,000 ruħ, li minnhom 53,000 ruħ kienu Taljani. Fl-Eritrea kollha kien hemm 75,000 Taljan biss jgħixu fil-pajjiż, għaldaqstant il-belt kapitali kienet bil-bosta l-ikbar ċentru tagħhom.
Il-belt kapitali kisbet bixra arkitettonika Taljana. L-Ewropej użaw lil Asmara "biex jesperimentaw disinni radikali ġodda". Sal-aħħar tas-snin 30 tas-seklu 20, Asmara bdiet tissejjaħ Piccola Roma (Ruma Żgħira). Il-ġurnalist fl-1955 innota li "t-Taljani bnew lil Asmara sew, bħal Tripli, b'toroq wesgħin u puliti, binjiet pubbliċi bit-tiżjin, u saħansitra affarijiet raffinati taċ-ċivilizzazzjoni ta' dak iż-żmien bħal sistema moderna tad-dranaġġ ... Asmara tagħtik l-impressjoni li hija belt żgħir u pjaċevoli biżżejjed tal-Calabria, jew saħansitra tal-Umbria". Illum il-ġurnata hemm iktar minn 400 binja ta' oriġini Taljana, u bosta ħwienet għad għandhom ismijiet bit-Taljan (eż. Bar Vittoria, Pasticceria moderna, Casa del formaggio u Ferramenta).
Ir- investa fl-iżvilupp industrijali ta' Asmara (u tal-inħawi tal-madwar tal-Eritrea), iżda l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija waqfet kollox ħesrem.
L-UNESCO niżżlet lil Asmara fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji f'Lulju 2017 peress li "Hi eżempju eċċezzjonali ta' urbaniżmu Modernist bikri fil-bidu tas-seklu 20 u tal-applikazzjoni tiegħu f'kuntest Afrikan".
Federazzjoni mal-Etjopja
Fl-1952, in-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li twassal għall-federazzjoni tal-eks kolonja taħt it-tmexxija tal-Etjopja. Matul il-federazzjoni, Asmara ma baqgħetx il-belt kapitali. Il-belt kapitali kienet , iktar minn 1,000 kilometru (620 mil) 'il bogħod lejn in-Nofsinhar. Fl-1961, l-Imperatur temm l-arranġament "federali" u ddikjara t-territorju bħala l-14-il provinċja tal-Imperu Etjopjan. L-ikbar alleat tal-Etjopja kienu l-Istati Uniti. Fil-belt ġie stazzjonat il-Kontinġent ta' Kagnew tal-Armata tal-Istati Uniti mill-1943 sal-1977. Il-Gwerra tal-Indipendenza tal-Eritrea bdiet fl-1961 u ntemmet fl-1991. Asmara ma ġarrbitx wisq ħsarat matul il-gwerra, bħall-maġġoranza tar-reġjuni fl-artijiet għoljin. Wara l-indipendenza, Asmara reġgħet saret il-belt kapitali tal-Eritrea.
Il-belt tinsab f'elevazzjoni ta' 2,325 metru (7,628 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Tinsab fuq artijiet għoljin magħrufa bħala l-Artijiet Għoljin tal-Eritrea u hija orjentata mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. Il-parti ċentrali miti, fejn hemm Asmara, tinsab fuq promontorju tal-blat, li jissepara l-artijiet baxxi tal-Punent mill-pjanuri kostali tal-Lvant. L-artijiet madwar Asmara huma għammiela ħafna, speċjalment dawk fin-Nofsinhar lejn ir-Reġjun ta' Debub tal-Eritrea. L-artijiet għoljin li tinsab fihom Asmera jinżlu ftit 'l isfel u jiżvelaw l-artijiet baxxi tal-Lvant, li huma kkaratterizzati mis-sħana kbira u mill-umdità tas-salini tal-Eritrea, qrib il-Baħar l-Aħmar. Lejn il-Punent tal-promontorju hemm art semiarida enormi bl-għoljiet li tibqa' sejra sal-fruntiera mas-Sudan qalb ir-Reġjun ta' Gash-Barka.
Klima
Asmara għandha klima semiarida kiesħa (BSk skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Għandha temp moderatament sħun is-sena kollha, b'temperaturi bejn minimu ta' 14°C sa massimu ta' 30.5°C. Għandha umdità medja ta' 51 % u indiċi UV ta' 6. Is-sistema ta' Holdridge taż-żoni tal-ħajja skont klassifikazzjoni bijoklimatika tpoġġi lil Asmara f'bijoma ta' boskijiet subtropikali bix-xewk jew fil-qrib. Ix-xita tvarja minn xahar għal xahar, u l-ogħla preċipitazzjoni tkun f'Lulju u f'Awwissu, filwaqt li fix-xhur l-oħra l-preċipitazzjoni tkun inqas.
Ikollha sjuf sħan iżda mhux wisq, u xtiewi miti. Minħabba l-altitudni tagħha ta' 2,325 metru (7,628 pied), it-temperaturi jkunu relattivament miti għal belt li tinsab mhux wisq 'il bogħod mill-inħawi tal-madwar iktar sħuni tal-pajjiż. Din il-klima hija karatteristika tal-istaġuni tax-xita u tal-istaġuni tan-nixfa. Bħala medja Asmara jkollha 518 mm (20.4 pulzier) ta' preċipitazzjoni fis-sena. Madankollu, qajla jkun hemm il-ġlata fil-belt. L-istaġun twil tan-nixfa matul is-sena jkun estiż minn Settembru sal-ħabta ta' April. Ikun hemm staġun ta' xita okkażjonali minn April sa Ġunju. Bħala medja, madwar 60 % tal-preċipitazzjoni annwali ta' Asmara tinżel matul ix-xhur ta' Lulju u ta' Awwissu. Min-naħa l-oħra, Diċembru sa Frar tipikament ikunu l-iżjed xhur nexfin ta' Asmara, filwaqt li bħala medja tinżel biss 9.1 mm (0.36 pulzieri) ta' preċipitazzjoni fit-tliet xhur f'daqqa. Minħabba l-preċipitazzjoni varjabbli, il-klima ta' Asmara hija kkaratterizzata wkoll min-nixfa. Kien hemm diversi nixfiet fit-tul f'dan ir-reġjun mill-bidu tas-snin 60 tas-seklu 20 u minn dak iż-żmien reġgħu seħħew kull deċennju. Matul il-perjodi tan-nixfa, it-temperaturi jgħolew u tinżel ftit xita. Meta t-temperaturi f'reġjun jiżdiedu, ir-rata ta' evaporazzjoni tal-ilma mill-ħamrija tiżdied ukoll. Dawn il-proċessi flimkien jirriżultaw fid-deżertifikazzjoni tal-ħamrija. Sabiex tinkiseb ħamrija rikka bin-nutrijenti u bl-indewwa għal skopijiet tal-biedja, il-popolazzjonijiet jiddependu fuq id-deforestazzjoni biex jużaw l-art sottostanti. L-iżjed problemi ambjentali serji ta' Asmara huma fil-fatt id-deforestazzjoni u d-deżertifikazzjoni. Problemi oħra li tiffaċċja Asmara huma l-erożjoni tal-ħamrija u r-ragħa eċċessiva. Dawn il-problemi ambjentali kollha jwasslu għad-degradazzjoni tal-ħamrija.
Data klimatika għal Asmara, l-Eritrea (temp. normali fl-1961-1990, temp. estremi fl-1903-2012) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 29.0 (84.2) | 29.2 (84.6) | 30.5 (86.9) | 31.0 (87.8) | 30.0 (86.0) | 29.4 (84.9) | 29.4 (84.9) | 27.4 (81.3) | 27.2 (81.0) | 31.0 (87.8) | 26.7 (80.1) | 26.2 (79.2) | 31.0 (87.8) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 22.3 (72.1) | 23.8 (74.8) | 25.1 (77.2) | 25.1 (77.2) | 25.0 (77.0) | 24.9 (76.8) | 21.6 (70.9) | 21.5 (70.7) | 22.9 (73.2) | 21.7 (71.1) | 21.5 (70.7) | 21.5 (70.7) | 23.1 (73.6) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 13.8 (56.8) | 14.9 (58.8) | 16.3 (61.3) | 17.0 (62.6) | 17.6 (63.7) | 17.6 (63.7) | 16.3 (61.3) | 16.1 (61.0) | 15.7 (60.3) | 14.9 (58.8) | 14.0 (57.2) | 13.2 (55.8) | 15.6 (60.1) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 4.3 (39.7) | 5.1 (41.2) | 7.5 (45.5) | 8.7 (47.7) | 10.2 (50.4) | 10.5 (50.9) | 10.8 (51.4) | 10.7 (51.3) | 8.6 (47.5) | 8.1 (46.6) | 6.6 (43.9) | 4.8 (40.6) | 8.0 (46.4) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −4.5 (23.9) | −1.6 (29.1) | −0.8 (30.6) | −0.2 (31.6) | 2.0 (35.6) | 3.4 (38.1) | 3.9 (39.0) | 3.7 (38.7) | 0.2 (32.4) | 1.0 (33.8) | −0.5 (31.1) | −1.4 (29.5) | −4.5 (23.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 3.7 (0.15) | 2.0 (0.08) | 14.6 (0.57) | 33.4 (1.31) | 41.1 (1.62) | 38.5 (1.52) | 174.9 (6.89) | 155.6 (6.13) | 15.6 (0.61) | 15.4 (0.61) | 20.4 (0.80) | 3.4 (0.13) | 518.6 (20.42) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 0 | 0 | 2 | 4 | 5 | 4 | 13 | 12 | 2 | 2 | 2 | 1 | 47 |
Umdità relattiva medja (%) | 54 | 48 | 46 | 49 | 48 | 48 | 76 | 80 | 59 | 63 | 66 | 61 | 58.2 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 291.4 | 260.4 | 275.9 | 264.0 | 257.3 | 219.0 | 151.9 | 158.1 | 213.0 | 272.8 | 276.0 | 282.1 | 2,921.9 |
Persentaġġ ta' possibbiltà ta' jiem xemxin | 84 | 81 | 75 | 71 | 65 | 57 | 38 | 41 | 59 | 76 | 82 | 82 | 67 |
Sors 1: NOAA | |||||||||||||
Sors 2: Meteo Climat (temp. estremi) |
Fil-belt hemm il-Mużew Nazzjonali tal-Eritrea. Sikwit il-belt tkun il-punt tat-tluq tal-kompetizzjoni taċ-ċikliżmu tat-Tour tal-Eritrea.
Arkitettura
Il-belt hija magħrufa għall-binjiet tagħha tal-bidu tas-seklu 20, inkluż iċ-Cinema Impero bi stil Art Déco (li nfetaħ fl-1937 u li jitqies mill-esperti bħala wieħed mill-ifjen eżempji fid-dinja ta' binjiet bi stil Art Déco), il-Binja Kubista tal-Pensjoni Afrikana, il-Katidral Ortodoss Eritrean ta' Enda Mariam u l-eks Teatru Eklettiku tal-Opri, il-Binja Futurista ta' Tagliero tal-, il-Knisja Neo-Rumaneska tal-Madonna tar-Rużarju ta' Asmara, u l-Palazz Neo-Klassiku tal-Gvernatur. Il-belt fiha diversi vilel u djar kbar tal-kolonjaliżmu Taljan, u eżempju prominenti fosthom hi l-Binja tal-. Il-biċċa l-kbira ta' Asmara ċentrali nbniet bejn l-1935 u l-1941, għaldaqstant it-Taljani effettivament irnexxielhom jibnu kważi belt sħiħa f'sitt snin biss. Dak iż-żmien, id-dittatur Benito Mussolini kellu pjanijiet kbar għat-tieni Imperu Ruman fl-Afrika. Il-gwerra waqqfet kollox ħesrem, iżda l-allokazzjoni ta' fondi min-naħa tiegħu ħolqot il-belt ta' Asmara kif inhi llum il-ġurnata, li suppost kellha tkun simbolu tal- kolonjali ta' dak iż-żmien.
Il-belt hija vetrina tal-biċċa l-kbira tal-istili arkitettoniċi tal-bidu tas-seklu 20. Xi binjiet huma Neo-Rumaneski, bħall-Knisja tal-Madonna tar-Rużarju, filwaqt li xi vilel inbnew bi stil Vitorjan aħħari. L-influwenzi tal-Art Deco huma preżenti fil-belt kollha. L-essenzi tal-Kubiżmu joħorġu fid-dieher fil-Binja tal-Pensjoni Afrikana, u f'kollezzjoni żgħira ta' binjiet. Il-Binja ta' Tagliero tal-Fiat toħroġ fid-dieher kważi l-qofol tal-Futuriżmu, meta kien dan l-istil kien qed jaqbad sew fl-Italja.
Asmara hija magħrufa bħala belt eċċezzjonalment moderna, mhux biss minħabba l-arkitettura tagħha, iżda Asmara kellha wkoll iktar dwal tat-traffiku milli kellha Ruma meta l-belt kienet qed tinbena. Il-belt tinkorpora bosta karatteristiċi ta' belt ippjanata.
Ristoranti, bars u kafetteriji
Asmara għandha toroq wesgħin, ristoranti, pjazez, bars u kafetteriji, filwaqt li bosta mit-toroq ewlenin huma mżejna bis-siġar tal-palm. L-ikel u l-kultura ispirati mill-Italja huma preżenti ħafna u ġew introdotti matul żmien l-Eritrea Taljana. Hemm bosta ristoranti u kafetteriji minn fejn wieħed jista' jieħu espresso, cappuccino u latte ta' kwalità għolja, kif ukoll ġelateriji u ristoranti li jservu ikel Eritrean Taljan. Platti komuni tal-gastronomija Eritreana Taljana huma l-"Pasta al Sugo e Berbere", jiġifieri "għaġin biz-zalza u l-berbere (ħwawar)", "lasagna" u "cotoletta alla milanese" (flett tal-laħam bil-panura).
Sit ta' Wirt Dinji
Asmara ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2017, u b'hekk saret l-ewwel belt Modernista li tniżżlet kollha kemm hi fil-lista. Dan seħħ matul il-41 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO.
Il-belt għandha eluf ta' binjiet bi stil Art Deco, Futurist, Modernist, u Razzjonalist, li nbnew matul il-perjodu tal-Eritrea Taljana. Il-belt, imlaqqma "La piccola Roma" ("Ruma Żgħira"), tinsab 'il fuq minn 2,000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, u kienet post ideali għall-kostruzzjoni minħabba l-klima relattivament friska; l-arkitetti użaw materjali lokali kif ukoll Taljani.
Xi binjiet notevoli jinkludu l-Binja ta' Tagliero tal-Fiat, il-Bar Zilli, it-teatru tal-opri, lukandi u ċinema, bħaċ-Cinema Impero.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem". Iċ-Ċentru Storiku ta' Asmara tqiegħed fil-Lista tal-2006 tal-Fond Dinji tal-Monumenti bħala wieħed mill-iżjed 100 sit fil-periklu. Din il-lista kienet maħsuba biex tiġbed iktar attenzjoni lejn il-belt biex iċ-ċentru jiġi salvat mid-deterjorament, jiġi żviluppat mill-ġdid u jiġi promoss ir-restawr. Wara CARP (inizjattiva tal-Bank Dinji dwar il-Wirt Kulturali), id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) f'Asmara impenjat ruħha fi Proġett tal-Wirt għar-restawr tal-binjiet u għall-ġestjoni tal-arkivji. Fl-2010 ġie varat il-Proġett Kulturali tal-UE/Eritrea u kien mistenni li jitlesta sal-2014.
Erba' attrazzjonijiet prinċipali kbar tal-belt huma l-Knisja Kattolika tal-Madonna tar-Rużarju, il-Katidral Kattoliku Koptiku ta' Kidane, il-Katidral ta' Enda Mariam tal-Knisja Ortodossa Tewahedo tal-Eritrea, u l-Moskea Iżlamika ta' Al Khulafa Al Rashiudin. Il-popolazzjoni fir-Reġjun Ċentrali, fejn hemm Asmara, hija 89 fil-mija Kristjana (kważi 84 fil-mija Ortodossa, 4 fil-mija Kattolika Rumana, u iktar minn 1 fil-mija Protestanta) u 5 fil-mija Musulmana.
Asmara hija wkoll is-sede tal-arċisqof tal-Knisja Ortodossa Tewahedo tal-Eritrea, li saret awtoċefala fl-1993. L-arċisqof fl-1998 ġie elevat għall-grad ta' Patriarka tal-Eritrea.
Ekonomija
Il-Linja tal-Ajru tal-Eritrea, il-Korporazzjoni tat-Telekomunikazzjoni tal-Eritrea, u kumpaniji oħra għandhom is-sede tagħhom fil-belt. L-istazzjon televiżiv nazzjonali Eri-TV għandu bosta studjos f'diversi żoni fil-belt kapitali.
Il-Birrerija ta' Asmara, li nbniet fl-1939 bl-isem ta' Melotti, tinsab fil-belt u timpjega 600 ruħ. Il-birrerija tipproduċi l-birra ta' Asmara u xorb alkoħoliku ieħor bħar-rum u l-ġin. Il-birrerija hija s-sid u l-isponsor ukoll tat-tim lokali tal-futbol Asmara Brewery FC, xi kultant imsejjaħ ukoll "Asmara Birra".
Trasport
Wara l-indipendenza tal-Eritrea, it-toroq ta' Asmara sarulhom proġetti estensivi ta' kostruzzjoni. It-toroq l-antiki ġew rinnovati u nbnew ukoll awtostradi ġodda. Hemm ħames toroq primarji biex wieħed joħroġ minn Asmara.
L-Ajruport Internazzjonali ta' Asmara jaqdi l-belt b'bosta titjiriet internazzjonali. L-Ajruport Internazzjonali ta' Massawa huwa ajruport alternattiv fil-qrib.
Mill-1999, hemm total ta' 317-il kilometru ta' binarji b'gejġ dejjaq ta' 950 mm (3 piedi 1+3⁄8 pulzier) fl-Eritrea. Il-Linja Ferrovjarja tal-Eritrea nbniet bejn l-1887 u l-1932. Wara li ġarrbet ħsarat estensivi matul it-Tieni Gwerra Dinjija u fil-ġlied ta' wara, ingħalqet sezzjoni wara l-oħra, bl-għeluq finali fl-1978. Wara l-indipendenza, sar sforz ta' rikostruzzjoni, u l-ewwel sezzjoni rikostruwit infetħet fl-2003. Mill-2009, is-sezzjoni minn Asmara sa Massawa kienet ġiet rikostruwita għalkollox u saret disponibbli għas-servizz.
Edukazzjoni
Asmara dejjem kienet ċentru nazzjonali tal-edukazzjoni, u fiha hemm bosta skejjel primarji, sekondarji u postsekondarji. Fiha kien hemm ukoll l-Università ta' Asmara li ġiet stabbilita fl-1958 u li ngħalqet fl-2006, wara l-ftuħ ta' università f'Mai Nefhi. Matul il-perjodu tal-Federazzjoni u l-Annessjoni Etjopjana, l-università kienet ikkollegata wkoll mal-ikbar istituzzjoni terzjarja tan-nazzjon f'dak iż-żmien, l-Università ta' Addis Ababa.
Universitajiet u kulleġġi
- L-Università ta' Asmara (1958-2006);
- l-Istitut tat-Teknoloġija tal-Eritrea.
Skejjel primarji u sekondarji
Skejjel internazzjonali
- L-Iskola tal-Komunità Internazzjonali ta' Asmara – skola internazzjonali Anglofona;
- l-Iskola Taljana ta' Asmara – skola primarja Taljana b'dipartiment ta' Montessori (1903-2020).
Distretti
Asmara hija maqsuma fi 13-il distrett jew żona amministrattiva. Dawn id-distretti huma maqsuma mill-ġdid fiż-żoni tat-Tramuntana, tal-Majjistral, tal-Grigal, tax-Xlokk, tal-Lbiċ, tal-Lvant, tal-Punent u Ċentrali. It-tlettax-il distrett (jew Neous Zobas) huma:
- Tramuntana
- Id-Distrett ta' Akhria;
- id-Distrett ta' Abbashaul;
- id-Distrett ta' Edaga Hamus.
- Grigal
- Id-Distrett ta' Arbaete Asmara.
- Majjistral
- Id-Distrett ta' Mai Temenai;
- id-Distrett ta' Paradiso.
- Lbiċ
- Id-Distrett ta' Sembel.
- Xlokk
- Id-Distrett ta' Kahawuta;
- id-Distrett ta' Godaif.
- Ċentrali
- Id-Distrett ta' Maakel Ketema.
- Punent
- Id-Distrett ta' Tiravolo;
- id-Distrett ta' Tsetserat.
- Lvant
- Id-Distrett ta' Gheza Banda;
- id-Distrett ta' Gejeret.
Nies notevoli
- , bijoġeokimiku tal-ħamrija u Direttur tal-Uffiċċju tax-Xjenza fid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti;
- , kantant, kantawtur u produttur mużikali popolari;
- , il-President tal-Eritrea;
- , mużiċist popolari mill-Eritrea;
- , kantant u mużiċist famuż mill-Eritrea;
- , it-tmien Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
- , attur tal-films u tat-teatru Taljan;
- , kantant, kantawtur, poeta u kittieb Taljan;
- , ġurnalist Żvediż-Eritrean;
- , atleta tal-ġiri fuq distanzi twal Amerikan imwieled Eritrean;
- , reġista Taljan tal-films u tad-dokumentarji;
- , plejer tal-futbol mill-Eritrea;
- , patri Kattoliku Ruman u attivist favur id-dritt tal-ażil.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Asmara: A Modernist African City". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-29.
- ^ "An African City's Unusual Preservation Legacy - Neighborhoods - The Atlantic Cities". web.archive.org. 2012-03-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-03-12. Miġbur 2024-02-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Eritrea capital Asmara makes World Heritage list" (bl-Ingliż). 2017-07-08. Miġbur 2024-02-29.
- ^ "Arbate Asmara: the origin of the city |". web.archive.org. 2019-07-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-07-15. Miġbur 2024-02-29.
- ^ Pankhurst, Richard (1982). History Of Ethiopian Towns. Steiner. p. 73. ISBN 9783515032049.
- ^ Palin, Michael (2007). Eritrea. Chalfont St Peter, ir-Renju Unit: Bradt Travel Guides Ltd. p. 82. ISBN 978-1-84162-171-5.
- ^ AA.VV. (1994). Guida dell'Africa Orientale Italiana (bit-Taljan). Milan: Consociazione Turistica Italiana. p. 199.
- ^ Ambraseys, Nicolas; Melville, C.P.; Adams, R.D. (1994). The Seismicity of Egypt, Arabia and the Red Sea: A Historical Review. Cambridge University Press. ISBN 0-521-39120-2.
- ^ Roman Adrian Cybriwsky, Capital Cities around the World: An Encyclopedia of Geography, History, and Culture, ABC-CLIO, l-Istati Uniti, 2013, p. 19
- ^ "Benvenuto sul sito del Maitacli". web.archive.org. 2011-07-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2024-02-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Pjanta arkitettonika ta' Asmara" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-04-07. Miġbur 2024-02-29.
- ^ Gunther, John (1955). Inside Africa. Harper & Brothers. p. 278. ISBN 0836981979.
- ^ "Asmara, the capital of Art Deco" (bl-Ingliż). 2017-07-14. Miġbur 2024-02-29.
- ^ Encyclopedia of Urban Cultures. Grolier Publishing Co. 2002. ISBN 9780717256983.
- ^ Semere, Soloman (2005). "Groundwater study using remote sensing and geographic information systems (GIS) in the central highlands of Eritrea". Hydrogeology Journal. 14 (5): 729–741.
- ^ Semere, Soloman (2005). "Groundwater study using remote sensing and geographic information systems (GIS) in the central highlands of Eritrea". Hydrogeology Journal. 14 (5): 729–741.
- ^ Ghebrezgabher, Mihretab (2015). "Extracting and analyzing forest and woodland cover change in Eritrea based on Landsat data using supervised classification". The Egyptian Journal of Remote Sensing and Space Science. 19 (1): 37–47.
- ^ Atlas, Weather. "Yearly & Monthly weather - Asmara, Eritrea". Weather Atlas (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-29.
- ^ "Asmara Climate Asmara Temperatures Asmara, Eritrea Weather Averages". www.climate.top. Miġbur 2024-02-29.
- ^ Gianluca Rossi, Renzo Martinelli inviato de La Nazione, 2009.
- ^ "BBC - (none) - Sunday Feature - Africa - Reviving Asmara". www.bbc.co.uk. Miġbur 2024-02-29.
- ^ "Asmara, la più bella città africana | Ghostarchive". ghostarchive.org. Miġbur 2024-02-29.
- ^ "L-ikel u x-xorb f'Asmara" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-29.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Asmara, X'inhi Asmara? Xi tfisser Asmara?
Asmara pronunzja aesˈmɑːre es MAHR e jew Asmera hija l belt kapitali u l izjed belt popolata tal Eritrea fir Reġjun Ċentrali tal pajjiz Tinsab f elevazzjoni ta 2 325 metru 7 628 pied u b hekk hija is sitt l ogħla belt kapitali fid dinja bħala altitudni u t tieni l ogħla belt kapitali fl Afrika Il belt tinsab fit quċċata ta promontorju li huwa t tarf tal Majjistral tal Artijiet Għoljin tal Eritrea u tal Wied tal Fondoq il Kbir tal pajjiz ġar tal Etjopja Fl 2017 il belt ġiet iddikjarata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO għall arkitettura ppreservata sew tagħha Skont it tradizzjonijiet lokali il belt ġiet stabbilita wara li erba villaġġi separati ngħaqdu flimkien b mod paċifiku wara perjodi twal ta kunflitt Asmara għal zmien twil kienet fid dell ta fil qrib ir residenza tal Bahr Negash jew il gvernatur tal provinċja kostali Madankollu xorta waħda baqgħet tezisti bħala insedjament ewlieni għal iktar minn nofs millenju u kellha wkoll xi importanza peress li kienet tinsab tul ir rotta kummerċjali lejn Asmara saret prominenti għall ewwel darba matul is seklu 20 meta saret il belt kapitali tal Eritrea Taljana Taħt it tmexxija Taljana il belt ta Asmara esperjenzat urbanizzazzjoni u modernizzazzjoni rapidi Asmara EritreaAmministrazzjoniStat sovranEritreaRegion of EritreaMaekel Region en Isem uffiċjali ኣስመራIsmijiet oriġinali ኣስመራĠeografijaKoordinati 15 20 N 38 55 E 15 33 N 38 92 E 15 33 38 92 Koordinati 15 20 N 38 55 E 15 33 N 38 92 E 15 33 38 92AsmaraAsmara Eritrea Superfiċjenti 12 158 1 kilometru kwadruGħoli 2 325 mDemografijaPopolazzjoni 963 000 abitanti 2020 Informazzjoni oħraFondazzjoni 1897Kodiċi tat telefon 1Zona tal Ħin UTC 3bliet ġemellati Firenze StorjaSkont l istorja tradizzjonali bil fomm tal Eritrea min naħa tal poplu Tigrinya kien hemm erba klannijiet li kienu jgħixu fiz zona ta Asmera fuq il Promontorju ta Kebessa Gheza Gurtom Gheza Shelele Gheza Serenser u Gheza Asmae Dawn il villaġġi spiss kienu jiġu attakkati mill klannijiet mill artijiet baxxi u mill mexxejja ta seger mereb melash sa ma n nisa ta kull klann iddeċidew li jgħelbu l għadu komuni tagħhom u jippreservaw il paċi l erba klannijiet kellhom jingħaqdu L irġiel aċċettaw u b hekk ingħata l isem ta Arbate Asmera Arbate Asmera bil lingwa Tigrinya litteralment tfisser l erba nisa wasslu biex jingħaqdu L ewwel tismija ta Asmara oriġinat minn itinerarju bil Latin matul ir renju tal Imperatur 1382 1411 Asmara Taljana Asmara fl 1935 Asmara fis seklu 19 kien villaġġ zgħir izda meta ġie fl 1889 malajr kiber u sar belt Il Gvernatur għamilha l belt kapitali tal Eritrea Taljana fl 1897 Fil bidu tas seklu 20 inbniet il Linja Ferrovjarja tal Eritrea sal kosta li kienet tgħaddi mir raħal ta Ghinda taħt id direzzjoni ta Kemm fl 1913 kif ukoll fl 1915 il belt ma tant ġarrbet ħsarat kbar minkejja t terremoti kbar li kien hemm Fil belt zviluppat komunita Taljana kbira Skont iċ ċensiment tal 1939 Asmara kellha popolazzjoni ta 98 000 ruħ li minnhom 53 000 ruħ kienu Taljani Fl Eritrea kollha kien hemm 75 000 Taljan biss jgħixu fil pajjiz għaldaqstant il belt kapitali kienet bil bosta l ikbar ċentru tagħhom Mappa ta Asmara Taljana fl 1929 Il belt kapitali kisbet bixra arkitettonika Taljana L Ewropej uzaw lil Asmara biex jesperimentaw disinni radikali ġodda Sal aħħar tas snin 30 tas seklu 20 Asmara bdiet tissejjaħ Piccola Roma Ruma Zgħira Il ġurnalist fl 1955 innota li t Taljani bnew lil Asmara sew bħal Tripli b toroq wesgħin u puliti binjiet pubbliċi bit tizjin u saħansitra affarijiet raffinati taċ ċivilizzazzjoni ta dak iz zmien bħal sistema moderna tad dranaġġ Asmara tagħtik l impressjoni li hija belt zgħir u pjaċevoli bizzejjed tal Calabria jew saħansitra tal Umbria Illum il ġurnata hemm iktar minn 400 binja ta oriġini Taljana u bosta ħwienet għad għandhom ismijiet bit Taljan ez Bar Vittoria Pasticceria moderna Casa del formaggio u Ferramenta Ir investa fl izvilupp industrijali ta Asmara u tal inħawi tal madwar tal Eritrea izda l bidu tat Tieni Gwerra Dinjija waqfet kollox ħesrem L UNESCO nizzlet lil Asmara fil lista tas Siti ta Wirt Dinji f Lulju 2017 peress li Hi ezempju eċċezzjonali ta urbanizmu Modernist bikri fil bidu tas seklu 20 u tal applikazzjoni tiegħu f kuntest Afrikan Federazzjoni mal Etjopja Fl 1952 in Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li twassal għall federazzjoni tal eks kolonja taħt it tmexxija tal Etjopja Matul il federazzjoni Asmara ma baqgħetx il belt kapitali Il belt kapitali kienet iktar minn 1 000 kilometru 620 mil il bogħod lejn in Nofsinhar Fl 1961 l Imperatur temm l arranġament federali u ddikjara t territorju bħala l 14 il provinċja tal Imperu Etjopjan L ikbar alleat tal Etjopja kienu l Istati Uniti Fil belt ġie stazzjonat il Kontinġent ta Kagnew tal Armata tal Istati Uniti mill 1943 sal 1977 Il Gwerra tal Indipendenza tal Eritrea bdiet fl 1961 u ntemmet fl 1991 Asmara ma ġarrbitx wisq ħsarat matul il gwerra bħall maġġoranza tar reġjuni fl artijiet għoljin Wara l indipendenza Asmara reġgħet saret il belt kapitali tal Eritrea ĠeografijaVeduta ta Asmara mill ajru Il belt tinsab f elevazzjoni ta 2 325 metru 7 628 pied il fuq mil livell tal baħar Tinsab fuq artijiet għoljin magħrufa bħala l Artijiet Għoljin tal Eritrea u hija orjentata mit Tramuntana għan Nofsinhar Il parti ċentrali miti fejn hemm Asmara tinsab fuq promontorju tal blat li jissepara l artijiet baxxi tal Punent mill pjanuri kostali tal Lvant L artijiet madwar Asmara huma għammiela ħafna speċjalment dawk fin Nofsinhar lejn ir Reġjun ta Debub tal Eritrea L artijiet għoljin li tinsab fihom Asmera jinzlu ftit l isfel u jizvelaw l artijiet baxxi tal Lvant li huma kkaratterizzati mis sħana kbira u mill umdita tas salini tal Eritrea qrib il Baħar l Aħmar Lejn il Punent tal promontorju hemm art semiarida enormi bl għoljiet li tibqa sejra sal fruntiera mas Sudan qalb ir Reġjun ta Gash Barka Klima Dwal tat traffiku bil pannelli solari fi triq f Asmara Asmara għandha klima semiarida kiesħa BSk skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Għandha temp moderatament sħun is sena kollha b temperaturi bejn minimu ta 14 C sa massimu ta 30 5 C Għandha umdita medja ta 51 u indiċi UV ta 6 Is sistema ta Holdridge taz zoni tal ħajja skont klassifikazzjoni bijoklimatika tpoġġi lil Asmara f bijoma ta boskijiet subtropikali bix xewk jew fil qrib Ix xita tvarja minn xahar għal xahar u l ogħla preċipitazzjoni tkun f Lulju u f Awwissu filwaqt li fix xhur l oħra l preċipitazzjoni tkun inqas Ikollha sjuf sħan izda mhux wisq u xtiewi miti Minħabba l altitudni tagħha ta 2 325 metru 7 628 pied it temperaturi jkunu relattivament miti għal belt li tinsab mhux wisq il bogħod mill inħawi tal madwar iktar sħuni tal pajjiz Din il klima hija karatteristika tal istaġuni tax xita u tal istaġuni tan nixfa Bħala medja Asmara jkollha 518 mm 20 4 pulzier ta preċipitazzjoni fis sena Madankollu qajla jkun hemm il ġlata fil belt L istaġun twil tan nixfa matul is sena jkun estiz minn Settembru sal ħabta ta April Ikun hemm staġun ta xita okkazjonali minn April sa Ġunju Bħala medja madwar 60 tal preċipitazzjoni annwali ta Asmara tinzel matul ix xhur ta Lulju u ta Awwissu Min naħa l oħra Diċembru sa Frar tipikament ikunu l izjed xhur nexfin ta Asmara filwaqt li bħala medja tinzel biss 9 1 mm 0 36 pulzieri ta preċipitazzjoni fit tliet xhur f daqqa Minħabba l preċipitazzjoni varjabbli il klima ta Asmara hija kkaratterizzata wkoll min nixfa Kien hemm diversi nixfiet fit tul f dan ir reġjun mill bidu tas snin 60 tas seklu 20 u minn dak iz zmien reġgħu seħħew kull deċennju Matul il perjodi tan nixfa it temperaturi jgħolew u tinzel ftit xita Meta t temperaturi f reġjun jizdiedu ir rata ta evaporazzjoni tal ilma mill ħamrija tizdied ukoll Dawn il proċessi flimkien jirrizultaw fid dezertifikazzjoni tal ħamrija Sabiex tinkiseb ħamrija rikka bin nutrijenti u bl indewwa għal skopijiet tal biedja il popolazzjonijiet jiddependu fuq id deforestazzjoni biex juzaw l art sottostanti L izjed problemi ambjentali serji ta Asmara huma fil fatt id deforestazzjoni u d dezertifikazzjoni Problemi oħra li tiffaċċja Asmara huma l erozjoni tal ħamrija u r ragħa eċċessiva Dawn il problemi ambjentali kollha jwasslu għad degradazzjoni tal ħamrija Data klimatika għal Asmara l Eritrea temp normali fl 1961 1990 temp estremi fl 1903 2012 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 29 0 84 2 29 2 84 6 30 5 86 9 31 0 87 8 30 0 86 0 29 4 84 9 29 4 84 9 27 4 81 3 27 2 81 0 31 0 87 8 26 7 80 1 26 2 79 2 31 0 87 8 Temp għolja medja f C F 22 3 72 1 23 8 74 8 25 1 77 2 25 1 77 2 25 0 77 0 24 9 76 8 21 6 70 9 21 5 70 7 22 9 73 2 21 7 71 1 21 5 70 7 21 5 70 7 23 1 73 6 Temp medja ta kuljum f C F 13 8 56 8 14 9 58 8 16 3 61 3 17 0 62 6 17 6 63 7 17 6 63 7 16 3 61 3 16 1 61 0 15 7 60 3 14 9 58 8 14 0 57 2 13 2 55 8 15 6 60 1 Temp baxxa medja f C F 4 3 39 7 5 1 41 2 7 5 45 5 8 7 47 7 10 2 50 4 10 5 50 9 10 8 51 4 10 7 51 3 8 6 47 5 8 1 46 6 6 6 43 9 4 8 40 6 8 0 46 4 Temp baxxa rekord f C F 4 5 23 9 1 6 29 1 0 8 30 6 0 2 31 6 2 0 35 6 3 4 38 1 3 9 39 0 3 7 38 7 0 2 32 4 1 0 33 8 0 5 31 1 1 4 29 5 4 5 23 9 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 3 7 0 15 2 0 0 08 14 6 0 57 33 4 1 31 41 1 1 62 38 5 1 52 174 9 6 89 155 6 6 13 15 6 0 61 15 4 0 61 20 4 0 80 3 4 0 13 518 6 20 42 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 1 0 mm 0 0 2 4 5 4 13 12 2 2 2 1 47 Umdita relattiva medja 54 48 46 49 48 48 76 80 59 63 66 61 58 2 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 291 4 260 4 275 9 264 0 257 3 219 0 151 9 158 1 213 0 272 8 276 0 282 1 2 921 9 Persentaġġ ta possibbilta ta jiem xemxin 84 81 75 71 65 57 38 41 59 76 82 82 67 Sors 1 NOAA Sors 2 Meteo Climat temp estremi KulturaIl Muzew Nazzjonali tal Eritrea f Asmara Fil belt hemm il Muzew Nazzjonali tal Eritrea Sikwit il belt tkun il punt tat tluq tal kompetizzjoni taċ ċiklizmu tat Tour tal Eritrea ArkitetturaIl belt hija magħrufa għall binjiet tagħha tal bidu tas seklu 20 inkluz iċ Cinema Impero bi stil Art Deco li nfetaħ fl 1937 u li jitqies mill esperti bħala wieħed mill ifjen ezempji fid dinja ta binjiet bi stil Art Deco il Binja Kubista tal Pensjoni Afrikana il Katidral Ortodoss Eritrean ta Enda Mariam u l eks Teatru Eklettiku tal Opri il Binja Futurista ta Tagliero tal il Knisja Neo Rumaneska tal Madonna tar Ruzarju ta Asmara u l Palazz Neo Klassiku tal Gvernatur Il belt fiha diversi vilel u djar kbar tal kolonjalizmu Taljan u ezempju prominenti fosthom hi l Binja tal Il biċċa l kbira ta Asmara ċentrali nbniet bejn l 1935 u l 1941 għaldaqstant it Taljani effettivament irnexxielhom jibnu kwazi belt sħiħa f sitt snin biss Dak iz zmien id dittatur Benito Mussolini kellu pjanijiet kbar għat tieni Imperu Ruman fl Afrika Il gwerra waqqfet kollox ħesrem izda l allokazzjoni ta fondi min naħa tiegħu ħolqot il belt ta Asmara kif inhi llum il ġurnata li suppost kellha tkun simbolu tal kolonjali ta dak iz zmien Il kompetizzjoni taċ ċiklizmu tat Tour ta Eritrea f Asmara l Eritrea Il belt hija vetrina tal biċċa l kbira tal istili arkitettoniċi tal bidu tas seklu 20 Xi binjiet huma Neo Rumaneski bħall Knisja tal Madonna tar Ruzarju filwaqt li xi vilel inbnew bi stil Vitorjan aħħari L influwenzi tal Art Deco huma prezenti fil belt kollha L essenzi tal Kubizmu joħorġu fid dieher fil Binja tal Pensjoni Afrikana u f kollezzjoni zgħira ta binjiet Il Binja ta Tagliero tal Fiat toħroġ fid dieher kwazi l qofol tal Futurizmu meta kien dan l istil kien qed jaqbad sew fl Italja Asmara hija magħrufa bħala belt eċċezzjonalment moderna mhux biss minħabba l arkitettura tagħha izda Asmara kellha wkoll iktar dwal tat traffiku milli kellha Ruma meta l belt kienet qed tinbena Il belt tinkorpora bosta karatteristiċi ta belt ippjanata Ristoranti bars u kafetteriji Asmara għandha toroq wesgħin ristoranti pjazez bars u kafetteriji filwaqt li bosta mit toroq ewlenin huma mzejna bis siġar tal palm L ikel u l kultura ispirati mill Italja huma prezenti ħafna u ġew introdotti matul zmien l Eritrea Taljana Hemm bosta ristoranti u kafetteriji minn fejn wieħed jista jieħu espresso cappuccino u latte ta kwalita għolja kif ukoll ġelateriji u ristoranti li jservu ikel Eritrean Taljan Platti komuni tal gastronomija Eritreana Taljana huma l Pasta al Sugo e Berbere jiġifieri għaġin biz zalza u l berbere ħwawar lasagna u cotoletta alla milanese flett tal laħam bil panura Sit ta Wirt DinjiIl Binja ta Tagliero tal Fiat Asmara ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f Lulju 2017 u b hekk saret l ewwel belt Modernista li tnizzlet kollha kemm hi fil lista Dan seħħ matul il 41 sessjoni tal Kumitat tal Wirt Dinji tal UNESCO Il belt għandha eluf ta binjiet bi stil Art Deco Futurist Modernist u Razzjonalist li nbnew matul il perjodu tal Eritrea Taljana Il belt imlaqqma La piccola Roma Ruma Zgħira tinsab il fuq minn 2 000 metru l fuq mil livell tal baħar u kienet post ideali għall kostruzzjoni minħabba l klima relattivament friska l arkitetti uzaw materjali lokali kif ukoll Taljani Xi binjiet notevoli jinkludu l Binja ta Tagliero tal Fiat il Bar Zilli it teatru tal opri lukandi u ċinema bħaċ Cinema Impero Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Iċ Ċentru Storiku ta Asmara tqiegħed fil Lista tal 2006 tal Fond Dinji tal Monumenti bħala wieħed mill izjed 100 sit fil periklu Din il lista kienet maħsuba biex tiġbed iktar attenzjoni lejn il belt biex iċ ċentru jiġi salvat mid deterjorament jiġi zviluppat mill ġdid u jiġi promoss ir restawr Wara CARP inizjattiva tal Bank Dinji dwar il Wirt Kulturali id Delegazzjoni tal Unjoni Ewropea UE f Asmara impenjat ruħha fi Proġett tal Wirt għar restawr tal binjiet u għall ġestjoni tal arkivji Fl 2010 ġie varat il Proġett Kulturali tal UE Eritrea u kien mistenni li jitlesta sal 2014 Il Knisja tal Madonna tar Ruzarju Asmara ReliġjonErba attrazzjonijiet prinċipali kbar tal belt huma l Knisja Kattolika tal Madonna tar Ruzarju il Katidral Kattoliku Koptiku ta Kidane il Katidral ta Enda Mariam tal Knisja Ortodossa Tewahedo tal Eritrea u l Moskea Izlamika ta Al Khulafa Al Rashiudin Il popolazzjoni fir Reġjun Ċentrali fejn hemm Asmara hija 89 fil mija Kristjana kwazi 84 fil mija Ortodossa 4 fil mija Kattolika Rumana u iktar minn 1 fil mija Protestanta u 5 fil mija Musulmana Asmara hija wkoll is sede tal arċisqof tal Knisja Ortodossa Tewahedo tal Eritrea li saret awtoċefala fl 1993 L arċisqof fl 1998 ġie elevat għall grad ta Patriarka tal Eritrea EkonomijaIl Linja tal Ajru tal Eritrea il Korporazzjoni tat Telekomunikazzjoni tal Eritrea u kumpaniji oħra għandhom is sede tagħhom fil belt L istazzjon televiziv nazzjonali Eri TV għandu bosta studjos f diversi zoni fil belt kapitali Il Birrerija ta Asmara li nbniet fl 1939 bl isem ta Melotti tinsab fil belt u timpjega 600 ruħ Il birrerija tipproduċi l birra ta Asmara u xorb alkoħoliku ieħor bħar rum u l ġin Il birrerija hija s sid u l isponsor ukoll tat tim lokali tal futbol Asmara Brewery FC xi kultant imsejjaħ ukoll Asmara Birra TrasportIl ferrovija bl istim fil Linja Ferrovjarja tal Eritrea ftit il barra minn Asmara Wara l indipendenza tal Eritrea it toroq ta Asmara sarulhom proġetti estensivi ta kostruzzjoni It toroq l antiki ġew rinnovati u nbnew ukoll awtostradi ġodda Hemm ħames toroq primarji biex wieħed joħroġ minn Asmara L Ajruport Internazzjonali ta Asmara jaqdi l belt b bosta titjiriet internazzjonali L Ajruport Internazzjonali ta Massawa huwa ajruport alternattiv fil qrib Mill 1999 hemm total ta 317 il kilometru ta binarji b gejġ dejjaq ta 950 mm 3 piedi 1 3 8 pulzier fl Eritrea Il Linja Ferrovjarja tal Eritrea nbniet bejn l 1887 u l 1932 Wara li ġarrbet ħsarat estensivi matul it Tieni Gwerra Dinjija u fil ġlied ta wara ingħalqet sezzjoni wara l oħra bl għeluq finali fl 1978 Wara l indipendenza sar sforz ta rikostruzzjoni u l ewwel sezzjoni rikostruwit infetħet fl 2003 Mill 2009 is sezzjoni minn Asmara sa Massawa kienet ġiet rikostruwita għalkollox u saret disponibbli għas servizz EdukazzjoniAsmara dejjem kienet ċentru nazzjonali tal edukazzjoni u fiha hemm bosta skejjel primarji sekondarji u postsekondarji Fiha kien hemm ukoll l Universita ta Asmara li ġiet stabbilita fl 1958 u li ngħalqet fl 2006 wara l ftuħ ta universita f Mai Nefhi Matul il perjodu tal Federazzjoni u l Annessjoni Etjopjana l universita kienet ikkollegata wkoll mal ikbar istituzzjoni terzjarja tan nazzjon f dak iz zmien l Universita ta Addis Ababa Universitajiet u kulleġġi L Universita ta Asmara 1958 2006 l Istitut tat Teknoloġija tal Eritrea Skejjel primarji u sekondarji Skejjel internazzjonali L Iskola tal Komunita Internazzjonali ta Asmara skola internazzjonali Anglofona l Iskola Taljana ta Asmara skola primarja Taljana b dipartiment ta Montessori 1903 2020 DistrettiAsmara hija maqsuma fi 13 il distrett jew zona amministrattiva Dawn id distretti huma maqsuma mill ġdid fiz zoni tat Tramuntana tal Majjistral tal Grigal tax Xlokk tal Lbiċ tal Lvant tal Punent u Ċentrali It tlettax il distrett jew Neous Zobas huma Tramuntana Id Distrett ta Akhria id Distrett ta Abbashaul id Distrett ta Edaga Hamus Grigal Id Distrett ta Arbaete Asmara Majjistral Id Distrett ta Mai Temenai id Distrett ta Paradiso Lbiċ Id Distrett ta Sembel Xlokk Id Distrett ta Kahawuta id Distrett ta Godaif Ċentrali Id Distrett ta Maakel Ketema Punent Id Distrett ta Tiravolo id Distrett ta Tsetserat Lvant Id Distrett ta Gheza Banda id Distrett ta Gejeret Nies notevoli bijoġeokimiku tal ħamrija u Direttur tal Uffiċċju tax Xjenza fid Dipartiment tal Enerġija tal Istati Uniti kantant kantawtur u produttur muzikali popolari il President tal Eritrea muziċist popolari mill Eritrea kantant u muziċist famuz mill Eritrea it tmien Direttur Ġenerali tal Organizzazzjoni Dinjija tas Saħħa attur tal films u tat teatru Taljan kantant kantawtur poeta u kittieb Taljan ġurnalist Zvediz Eritrean atleta tal ġiri fuq distanzi twal Amerikan imwieled Eritrean reġista Taljan tal films u tad dokumentarji plejer tal futbol mill Eritrea patri Kattoliku Ruman u attivist favur id dritt tal azil Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Asmara A Modernist African City UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 02 29 An African City s Unusual Preservation Legacy Neighborhoods The Atlantic Cities web archive org 2012 03 12 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 03 12 Miġbur 2024 02 29 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Eritrea capital Asmara makes World Heritage list bl Ingliz 2017 07 08 Miġbur 2024 02 29 Arbate Asmara the origin of the city web archive org 2019 07 15 Arkivjat minn l oriġinal fl 2019 07 15 Miġbur 2024 02 29 Pankhurst Richard 1982 History Of Ethiopian Towns Steiner p 73 ISBN 9783515032049 Palin Michael 2007 Eritrea Chalfont St Peter ir Renju Unit Bradt Travel Guides Ltd p 82 ISBN 978 1 84162 171 5 AA VV 1994 Guida dell Africa Orientale Italiana bit Taljan Milan Consociazione Turistica Italiana p 199 Ambraseys Nicolas Melville C P Adams R D 1994 The Seismicity of Egypt Arabia and the Red Sea A Historical Review Cambridge University Press ISBN 0 521 39120 2 Roman Adrian Cybriwsky Capital Cities around the World An Encyclopedia of Geography History and Culture ABC CLIO l Istati Uniti 2013 p 19 Benvenuto sul sito del Maitacli web archive org 2011 07 22 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 07 22 Miġbur 2024 02 29 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Pjanta arkitettonika ta Asmara PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2020 04 07 Miġbur 2024 02 29 Gunther John 1955 Inside Africa Harper amp Brothers p 278 ISBN 0836981979 Asmara the capital of Art Deco bl Ingliz 2017 07 14 Miġbur 2024 02 29 Encyclopedia of Urban Cultures Grolier Publishing Co 2002 ISBN 9780717256983 Semere Soloman 2005 Groundwater study using remote sensing and geographic information systems GIS in the central highlands of Eritrea Hydrogeology Journal 14 5 729 741 Semere Soloman 2005 Groundwater study using remote sensing and geographic information systems GIS in the central highlands of Eritrea Hydrogeology Journal 14 5 729 741 Ghebrezgabher Mihretab 2015 Extracting and analyzing forest and woodland cover change in Eritrea based on Landsat data using supervised classification The Egyptian Journal of Remote Sensing and Space Science 19 1 37 47 Atlas Weather Yearly amp Monthly weather Asmara Eritrea Weather Atlas bl Ingliz Miġbur 2024 02 29 Asmara Climate Asmara Temperatures Asmara Eritrea Weather Averages www climate top Miġbur 2024 02 29 Gianluca Rossi Renzo Martinelli inviato de La Nazione 2009 BBC none Sunday Feature Africa Reviving Asmara www bbc co uk Miġbur 2024 02 29 Asmara la piu bella citta africana Ghostarchive ghostarchive org Miġbur 2024 02 29 L ikel u x xorb f Asmara bl Ingliz Miġbur 2024 02 29