Miguel de Cervantes Saavedra Alcalá de Henares Madrid kien rumanzier poeta u drammaturgu Spanjol L aqwa xogħol tiegħu hu
Miguel de Cervantes

Miguel de Cervantes Saavedra (Alcalá de Henares, – Madrid, ) kien rumanzier, poeta u drammaturgu Spanjol. L-aqwa xogħol tiegħu huwa r-rumanz Don Quixote, rikonoxxut bħala l-ewwel . Ix-xogħlijiet tiegħu huma sikwit meqjusa bħala fost l-iktar importanti fil-letteratura kollha. L-influwenza tiegħu fuq il-lingwa Spanjola tant kienet kbira li l-Ispanjol kultant jissejjaħ la lengua de Cervantes (Il-lingwa ta' Cervantes).
Miguel de Cervantes | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Alcalá de Henares, c. 29 Settembru 1547, 1547 |
Nazzjonalità | (mul) |
Grupp etniku | |
L-ewwel lingwa | |
Mewt | Madrid (en) , 22 April 1616 |
Post tad-dfin | |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali () |
Familja | |
Missier | |
Omm | |
Konjuga/i | (mul) |
Koppja/i | (en) |
Ulied | uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Estudio de la Villa Università ta' Salamanca |
Lingwi | Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | poeta kittieb |
Xogħlijiet importanti | Don Quixote (en) |
Influwenzat minn | (en) (en) (en) |
Moviment | (en) |
Moviment artistiku | poeżija |
“ Il-pinna lsien ir-ruħ ”
—Miguel de Cervantes
Bijografija
Tfulija u żgħożija
Aktarx li Miguel de Cervantes twieled Alcalá de Henares. Ma nafux il-jum eżatt meta twieled, imma x'aktarx kien fid-, il-festa tal-arkanġlu San Mikiel, billi kien hemm it-tradizzjoni li jagħtu l-isem tal-qaddis tal-ġurnata lit-trabi li jitwieldu dakinhar. Miguel de Cervantes tgħammed f'Alcalá de Henares (Spanja) fid- fil-parroċċa ta' Santa María la Mayor. Fl-att tal-magħmudija nsibu miktub:
Il-Ħadd, id-disa' jum ta' Ottubru fis-sena tal-Mulej elf ħames mija sebgħa u erbgħin, tgħammed Miguel, bin Rodrigo Cervantes u martu Leonor. Ġie mgħammed mir-Reverendu Bartolomé Serrano, kappillan ta' Santa Marija. Xhieda: Baltasar Vázquez, Sagristan, u jiena li għammidtu u li hawn niffirma ismi. Bachiller Serrano. |
Missieru, Rodrigo de Cervantes, kellu antenati minn imma kien ġej mill-, kien kirurgu, professjoni li iżjed tixbaħ 'il dik ta' tabib tal-lum. Skont xi awturi, pereżempju, Américo Castro u Daniel Eisenberg, miż-żewġ naħat tal-familja, Cervantes kellu antenati li kienu Lhud ikkonvertiti għall-Kristjaneżmu. Imma oħrajn bħal Jean Canavaggio ma jaqblux u jgħidu li din id-dixxendenza qatt ġiet ipprovata.
Ommu kienet Leonor de Cortinas Sánchez, li ma nafux wisq fuqha. Ħutu kienu Andrés (1543); Andrea (1544); Luisa (1546), li saret pirjola fil-kunvent tal-Karmelitani; Rodrigo (1550), suldat li kien miegħu meta ġie inkalzrat fl-Alġerija; Magdalena (1554) u Juan, nafu bihom biss għax kienu msemmijin fit-testment ta' missierhom.
Ta' min jinnota li l-isem “Saavedra” qatt ma kien deher f'xi dokument fiż-żgħożija ta' Cervantes u ħutu qatt ma użawh. L-isem li ngħata meta twieled kien “Miguel de Cervantes Cortinas”. Beda juża l-isem “Saavedra” biss wara li ġie lura mill-ħabs tal-Alġerija, forsi biex ismu ma jitħallatx ma' dak ta' ċertu ieħor Miguel de Cervantes Cortinas li kien tkeċċa mill-qorti.
Lejn l-1551, Rodrigo de Cervantes ħa l-familja tiegħu toqgħod . Minħabba d-djun li kien jagħmel, bosta drabi mar il-ħabs u ġidu kien ikkonfiskat. Fl-1556, telaq lejn sabiex jiġbor il-wirt li kien ħallielu Juan de Cervantes, in-nannu tal-kittieb, u fl-istess ħin jaħrab mill-kredituri.
M'għandniex ħjiel eżatt dwar il-bidu tal-istudji ta' Miguel de Cervantes, li bla dubju, qatt ma waslu sa livell universitarju. Jista' jkun li studja , jew Sivilja. Però hemm il-possibbiltà li setà studja fil-kulleġġ tal-, billi fir-rumanz Id-diskussjoni bejn il-klieb jagħti deskrizzjoni ta' kulleġġ tal- li qisha allużjoni għall-ħajja tiegħu ta' student.
Fl-1566 mar joqgħod Madrid. Hemm kien jattendi l-Estudio de la Villa, immexxi mill-professur tal-grammatika , li fl-1569 ippubblika ktieb fuq il-marda u l-mewt tar-reġina , it-tielet mara tar-re . López de Hoyos inkluda f'dal-ktieb tliet poeżiji ta' Cervantes, “id-dixxiplu għażiż u maħbub tagħna” li huma l-ewwel xogħol lettarju tiegħu li nafu bih. F'dak iż-żmien Cervantes beda jattendi għar-rappreżentazzjonijiet teatrali tal-attur u drammaturgu u sar iħobb ħafna t-teatru, kif tenna fit-tieni parti ta' , minn fomm il-persunaġġ prinċipali, se le iban los ojos tras la farándula (hu ħabb id-dinja teatrali).
Il-ħarba lejn l-Italja u l-Battalja ta' Lepanto
Għad hemm konservata ordni ta' Filippu II bid-data tal-1569 fejn jikkmanda li jiġi arrestat Miguel de Cervantes, akkużat li fera fi dwell 'il ċertu Antonio Sigura. Jekk dan kien veru l-istess Cervantes, din setgħet kienet ir-raġuni għaliex mar l-Italja. Wasal Ruma f'Diċembru tal-istess sena. Hemmhekk qara' l-poeżiji kavallereski ta' Ludovico Ariosto u d-Djalogi tal-imħabba, ta' ispirazzjoni neoplatonika, miktubin mil-Lhudi seferadita, , li influwenzaw l-idea tiegħu tal-imħabba. Cervantes tgħallem l-istil tal-arti Taljana u baqa' dejjem jiftakar fiha bil-pjaċir, kif jidher pereżempju, f'L-avukat Vidriera, wieħed minn (Novelli Eżemplari) u bosta allużjonijiet fix-xogħlijiet l-oħra tiegħu. Mela daħal fis-servizz ta' Giulio Acquaviva li laħaq kardinal fl-1570, u li x'aktarx kien sar jafu ġewwa Madrid. Mar miegħu Palermo, Milan, Firenze, Venezja, u Ferrara. Ma damx ma daħal suldat fil-kumpannija tal-kaptan Diego de Urbina, fir-reġiment tal-infanterija ta' Miguel de Montcada u imbarka fuq ix-xini Marquesa. Fis-7 ta' Ottubru 1571 ħa sehem fil-, mal-armata tal- taħt il-kmand ta' , “bin is-sajjetta tal-gwerra , ta' memorja hienja” u nofs-aħwa mar-re. Din l-armata kienet magħmula mill-forzi tal-, Spanja, ir-Repubblika ta' Venezja, ir-Repubblika ta' , id-Dukat ta' u l-Kavalieri ta' Malta. F'dokument legali dettaljat ta' tmien snin wara naqraw hekk:
"Meta tfaċċat l-armata Torka, f'dil-battalja navali, dan Miguel de Cervantes ħassu marid u kellu d-deni, u l-kaptan li semmejna… u bosta ħbieb tiegħu qalulu, li la ma jiflaħx u għandu d-deni, imissu joqgħod isfel fil-gverta tal-galera; dan Miguel de Cervantes staqsa x'ħa jgħidu fuqu jekk ma jagħmilx dmiru, u li jippreferi jmut jiġgieled għal Alla u r-re, li mhux ħa jmur fil-gverta, u b'saħħtu… u iġgieled ta' suldat kuraġġuż kontra t-Torok f'dil-battalja bil-kanuni, kif il-kaptan tiegħu talab u ordna lis-suldati l-oħra. Meta intemmet il-battalja u s-Sinjur Don Juan kien jaf u sema' kif u kemm kien tqatel dan Miguel de Cervantes, tah erba' dukati żejda fil-paga… Minn dil-battalja ħareġ ferut b'żewġ tiri tal-arkibuġju f'sidru u f'id waħda li baqa' jbati biha." |
Minn dak iż-żmien kien imlaqqam el manco de lepante (l-immankat ta' Lepanto). Għalkemm idu x-xellugija fejn intlaqat ma ġietx maqtugħa, din ma kienx jista' jċaqlaqha għax ċomba kienet qatgħetlu nerv fiha. Dawn il-ġrieħi ma' kinux gravi għax fl-1572, wara sitt xhur fi sptar f' Messina, Cervantes reġa' qabad il-ħajja militari. Ħa sehem fl-ispedizzjonijiet navali ta' (1572), , , u Tuneż (1573). Kollha kienu taħt il-kmand tal-kaptan u fir-reġiment tal-famuż li deher f'El alcalde de Zalamea, (Is-sindku ta' Salamea) ta' . Aktar tard, dar il-bliet ewlenin ta' Sqallija u , ta' u tal-Lombardija. Fl-aħħar qagħad sentejn Napli sal-1575.
Cervantes wara dejjem wera ruħu kburi li ħa sehem fil-battalja ta' Lepanto, li kienet għalih, kif kiteb fid-daħla ta' Don Quijote,
"l-ikbar ġrajja li raw is-sekli tal-imgħoddi, ta' issa u li ma jistgħux jittamaw li jkollhom tal-ġejjieni". |
Priġunier fl-Alġerija
Fis- , flotta Torka taħt il-kmand ta' Arnaut Mamì ħadu lil Miguel u 'l ħuh Rodrigo priġunieri huma u sejrin minn Napli lura lejn Spanja abbord il-galera Sol. Qabduhom fl-għoljiet ta' jew , li qegħdin fejn illum tissejjaħ u ħaduhom l-Alġerija. Cervantes ingħata lir-renegat Grieg bħala lsir. Meta nstabu fuqu ittri ta' rakkomandazzjoni minn Don Juan tal-Awstrija u d-Duka de Sessa, dawk li qabduh ħasbu li kien bniedem importanti ħafna u li setgħu jiksbu rahan tajjeb għalih. Għalhekk talbu ħames mitt skud tad-deheb biex jeħilsuh.
Matul il-ħames snin li kien priġunier, Cervantes, ta' raġel kuraġġuż u determinat li kien, ipprova jaħrab erba' darbiet. Biex sħabu priġunieri ma jbatux bir-ritaljazzjoni dejjem ħa r-responsabbiltà hu mal-għedewwa. Dejjem kien jippreferi li jieħu t-torturi milli jikxef lil sħabu. Mis-sorsi uffiċjali u l-ktieb ta' Fra Diego de Haedo Topografija u Storja tal-Alġerija (1612), għandna informazzjoni importanti fuq il-priġunerija tiegħu. Din l-informazzjoni tikkomplementa il-kummiedji Los tratos de Argel u Los baños de Alger u r-rakkont tal-istorja tal-priġunier, inkluż fl-ewwel parti ta' Don Quijote bejn il-kapitli 39 u 41.
Ilu magħruf li x-xogħol li ppubblika Haedo ma kienx miktub minnu kif ammetta hu stess. Skont Emilio Sola, l-awtur kien Antonio de Sosa, Benedittin li kien priġunier ma' Cervantes u kitbu x-xogħol flimkien. Mela x-xogħol ta' Haedo mhux xhieda indipendenti tal-ħajja ta' Cervantes fl-Alġerija, imma l-biċċa l-kbira miktub minn Cervantes stess u għalhekk jisħaq sewwa fuq l-eroiżmu tiegħu.
L-ewwel attentat biex jaħrab ma rnexiex billi l-kompliċi Għarbi li kellu jieħu 'l Cervantes u l-sħabu , abbandunhom wara l-ewwel jum. Il-priġunieri reġgħu ittieħdu l-Alġerija fejn ġew maqfulin u mgħassa iżjed minn qabel. Sadattant omm Cervantes irnexxielha tiġbor flimkien somma ta' dukati biex tipprova teħles iż-żewġ uliedha. Fl-1577, wara li nnegozjat mal-kalzriera, safa li l-kwantità ta' dukati ma kinux biżżejjed biex teħlishom it-tnejn. Għalhekk Miguel ried li jinħeles ħuh li rritona lejn Spanja. Rodrigo kellu pjan li tlesta minn ħuh biex iħarrbhu ma' erbatax jew ħmistax oħra. Cervantes kellu jinħeba mal-priġunieri l-oħra ġo għar u jistennew galera spanjola li kellha tgħabbihom. Il-galera veru waslet u ppruvat tersaq lejn ix-xatt darbtejn imma fl-aħħar qabduha. L-insara moħbijin ġol-grotta inkixfu minħabba traditur bil-laqam ta' el Dorador (l-induratur). Cervantes allura qal li hu biss kien responsabbli li organizza l-ħarba u li kien ikkonvinċa l-oħrajn biex isegwuh. Is-Sultan tal-Alġerija , qaflu fil-“banju” jew ħabs, marbut bil-ktajjen, fejn baqa' hemm għal ħames xhur.
It-tielet attentat kien ippjanat minn Cervantes bl-għan li jmorru sa bl-art. Bagħat hemm Għarbi nisrani b'ittra għal , ġeneral ta' dak il-post fejn spjegalu kif ried jagħmel u talbu li jibgħatlu xi gwidi. Sadattant il-messaġġier inqabad bl-ittri fuqu. L-ittri kienu juru ċar li Miguel de Cervantes kien qiegħed imexxi kollox u għalhekk kien ikkundannat għal elfejn daqqa ta' bastun. Billi ħafna qabżu għalih qatt ma nagħta dan il-kastig.
L-aħħar attentat ta' ħarba kien megħjun minn soma konsiderevoli ta' flus li tah merkant Valenzjan li kien l-Alġerija. Cervantes xtara fregata li setgħet tgħabbi sittin priġunier nisrani. Meta kollox kien sejjer tajjeb, wieħed minn dawn li kienu sejrin jinħelsu, it-tabib Juan Blanco de Paz, li qabel kien patri Dumnikan, kixef il-pjan kollu lil Azán Bajá. Bħala ħlas it-traditur ingħata skud u ġarra xaħam. Allura Azán Bajá qafel lil Cervantes f'ħabs iżjed żgur fil-qalba tal-palazz tiegħu u wara ddeċieda li jieħdu Kostantinopli, minn fejn kien kważi impossibbli li jaħrab. Għal darb'oħra Cervantes ħa r-responsabbiltà kollha.
F'Mejju tal-, il-patrijiet , Fra u Fra marru l-Alġerija (din l-ordni ta' patrijiet kellha bħala għan il-ħelsien tal-priġunieri anki billi jinbidlu huma stess mal-priġunieri). Fra Antonio telaq fuq spedizzjoni ta' ħelsien waqt li Fra , li kellhu f'idejh tliet mitt skud biss, ipprova jeħles lil Cervantes, li għalih kienu qegħdin jitolbu ħames mitt skud. Il-patri għalhekk beda jiġbor s-somma li kienet tonqsu minn fost il-merkanti nsara. Irnexxielu jagħmel dan meta Cervantes, marbut b'żewġ ktajjen, kien diġà fuq il-galera mikrija minn Azán Bajá li kienet sejra lejn Kostantinopli. Bil-ħames mitt skud li nġabru bil-ħniena, Cervantes inħeles fid- . Fl-aħħar, fl-, wasal lura Spanja ma' żewġ priġunieri oħra meħlusin bl-istess mod. Wasal , minn fejn telaq lejn . F'Novembru jew Diċembru ngħaqad lura ma' familtu ġewwa Madrid.
Lura fi Spanja
F'Mejju tal-1581, Cervantes mar il-Portugall fejn dak iż-żmien kien qiegħed il-qorti ta' , bil-ħsieb li jsib xi xogħol biex jerġa' jibda ħajtu mill-ġdid u jħallas id-djun li kienet għamlet il-familja tiegħu biex tipprova tħarrbu mill-Alġerija. Minn hemm intbagħt fuq kummissjoni sigrieta lejn Waħran billi kien jaf sewwa l-kultura u d-drawwiet tal-. Għal dan ix-xogħol irċieva 50 skud. Mar lura Liżbona u wara xi sena telaq lejn Madrid. Fi Frar tal-1582, talab mingħajr suċċess biex jieħu post fl-Indji, li kien vakanti. F'dawn is-snin, il-kittieb kellhu relazzjoni ta' mħabba ma' Ana Villafranca (jew Franca) de Rojas, il-mara ta' Alonso Rodríguez, lukandier. Minn din ir-relazzjoni twieldet tifla li ssemmiet Isabel de Saavedra, u li hu rrikonoxxa.
Fit- , iżżewweġ lil Catalina de Salazar y Palacios fir-raħal ta' qrib Toledo. Catalina kienet tfajla ta' inqas minn għoxrin sena li ġabet magħha dota żgħira. Għandna x'naħsbu li daż-żwieġ bla ulied kienu ukoll fallut. Wara li kien miżżewweġ sentejn, Cervantes telaq fuq vjaġġ twil mal-Andalusija.
X'aktarx li l-ewwel xogħol letterarju importanti tiegħu, , kitbu bejn l-1581 u l-1583. Kien ippubblikat f'Alcalá de Henares fl-1585. Sa dak iż-żmien kien għadu ppubblika biss xi artikli f'xogħlijiet ta' oħrajn jew f'kollezzjonijiet li jiġbru il-ħidmiet ta' bosta poeti. La Galatea hu maqsum f'sitt kotba, imma “l-ewwel parti” biss inkitbet. Cervantes wiegħed li jkompliha imma qatt ma ġiet stampata. Fil-prologu, jiddeskrivi x-xogħol bħala eglogu u jisħaq fuq kemm kien iħobb 'l-poeżija. Dan kien rumanz pastorali, forma li kienet diġà dehret Spanja fid-Diana ta' . Minnha wieħed jista' jaqta' x'kotba kien qara meta kien suldat fl-Italja.
Iż-żwieġ tiegħu ma Catalina ma rnexxiex u hu u l-mara infirdu wara sentejn mingħajr ma kellhom tfal. Cervantes qatt ma semma l-mara tiegħu fit-testi awtobijografiċi, imma kien l-ewwel wieħed li daħħal fil-letteratura Spanjola s-suġġett tad-divorzju permezz tal- L-imħallef tad-divorzji. Naħsbu li ż-żwieġ ma kienx hieni allavolja f'dan l-entremés isostni li más vale el peor concierto / que no el divorcio mejor ("aħjar l-agħar qbil / milli l-aħjar divorzju").
L-aħħar snin
Fl-1587, ivvjaġġa mal-Andalusija bħala kummissarju tal-proviżjonijiet għall-. Fis-snin li għamel bħala kummissarju, reġa' mexa t-triq minn Madrid għall-Andalusija, li tgħaddi minn . Dan hu l-itenerarju ta' Rinconete u Cortadillo.
Imbagħad mar jogħqod Sivilja fejn aktar tard ħadem bħala kollettur tat-taxxi. Fl-1597 ntbagħat il-ħabs wara li falla l-bank fejn kien iqiegħed il-flus miġburin mit-taxxi. Kien hemm fil-ħabs, skont il-prologu tax-xogħol, li immaġina għall-ewwel darba l-persunaġġ ta' Dun Kixott. Ma nafux jekk riedx jgħid li beda jikteb il-prologu fil-ħabs jew biss li ġietu l-idea hemm. Cervantes isemmi impriġuniment ieħor fil-ħabs ta' Castro del Río () imma dan kien qasir ħafna. Jidher li qatt ma mar fl-għar ta' Medrano, f'.
Fl-1605, ippubblika l-ewwel parti ta' dak li kien sejjer ikun il-kapulavur tiegħu: In-nobbli inġenjuż . Fih waqqa' għaċ-ċajt b'mod l-iżjed pulit il-kilba għall-avventuri romantiċi u kavallereski li kellhom in-nies ta' żmienu. Dan ix-xogħol immarka t-tmiem tar-realiżmu bħala l-forma estetika letterarja aċċettata u ħoloq il-ġeneru tar-rumanz li kien ħa jkollu influwenza tremenda. It-tieni parti, Il-kavallier inġenjuż don Quijote de la Manche, damet ma dehret sal-1615. Din il-parti ħarġet sentejn wara li kienet dehret kontinwazzjoni apokrifa tal-ewwel parti iffirmata mill-misterjuż li skont ċerti storiċi, kien il-kittieb , jew għall-inqas wieħed mid-dixxipli u ħbieb tiegħu li kien minn Aragona (jista' jkun ukoll li kien grupp ta' ħbieb ta' Lope).
Iż-żewġ xogħlijiet jagħtu lil Cervantes statura fl-istorja tal-letteratura universali li tħabbatha ma' dik ta' Dante Alighieri, William Shakespeare, Michel de Montaigne u Goethe bħala wieħed mill-kolonni tal-letteratura tal-punent.
Fl-1613, bejn iż-żewġ partijiet ta' Don Quijote, dehru n-. Din kienet ġabra ta' tnax-il rakkont qasir miktuba xi snin qabel. Dawn għandhom ispirazzjoni oriġinali u jippruvaw forom narattivi diversi bħas- luċjaneska (Id-diskussjoni bejn il-klieb), ir- (Rinconete u Cortadillo), il-miscelánea (L-avukat Vidriera), ir- (L-Ispanjola Ingliża, In-namrat ġeneruż) u r- (Il-qawwa tad-demm). Għal ċerti minhom, pereżempju l-Estramadurjan għajjur, hemm edizzjonijiet oħra riskoperti fis-seklu 19, bħall-manuskritt ta' Porras de la Cámara. Din il-ġabra kienet biżżejjed biex ittieh statura importanti fil-letteratura Kastiljana.
Il-kritika letterarja tinstab f'ħafna mix-xogħlijiet tiegħu. Tidher fil-Galatea u f'Don Quijote u ddedika għaliha il-Vjaġġ lejn Parnażu (), poeżija twila f'terzetti inkatinati. Fl-1615 ippubblika Tmien kummidji u tmien entremés ġodda li qatt ma kienu rappreżentati, imma d-dramm tiegħu l-iżjed populari daż-żmien, , iżjed mit-, baqa' ma' ħariġx sas-seklu 18.
Ir-rumanz ħareġ wara mewtu, u d-dedikazzjoni lill-Konti de Lemos li kien għenu ħafna matul ħajtu u li lilu kien iddedika t-tieni parti ta' Don Quijote u n-Novelli Eżemplari, iffirmaha jumejn biss qabel miet. Dan ir-, li skont l-awtur ipprova jikkompeti mal-mudell klassiku Grieg ta' , fi żmienu kellu bosta edizzjonijiet, imma ntesa u ġie mdellel mit-trijonf indisputabbli ta' Don Quijote. Cervantes uża' grupp ta' persunaġġi prinċipali minflok tnejn. Hekk antiċipa ir-realiżmu maġiku. B'ċertu mod, ikkristjanizza l-mudell oriġinali billi uża t-tema ta' l'homo viator, u laħaq il-quċċata fl-aħħar tax-xogħol bl- taż-żewġ maħbubin Perjandro u Awristela:
Irwieħna, kif taf tajjeb u kif tgħallimt hawn, jimxu f'moviment kontinwu mingħajr ma jieqfu ħlief f'Alla jew fiċ-ċentru tagħhom. F'dil-ħajja x-xewqat huma infiniti u waħda marbuta ma oħra u jiffurmaw katina li għandha tarf fis-sema u tarf fl-infern. |
L-influwenza ta' Cervantes fil-letteratura universali hi hekk li l-Ispanjol hu sikwit imsejjaħ il-"lingwa ta' Cervantes". Cervantes miet Madrid fit-23 ta' April, 1616.
Skop artistiku
Filwaqt li kien qiegħed jikteb parodija ta' ġeneru li kien sejjer lura, bħar-rumanz kavalleresk, ħoloq ġeneru ieħor mimli ħajja, ir-rumanz polifoniku, fejn jissovrimporri l-ideat u l-punti di vista li jitħalltu b'mod komplikat mar-realtà stess waqt li jirrikorri wkoll għall-fantażija. F'dik l-epoka, il-poeżija epika kienet tinkiteb ukoll bil-proża, u mix-xogħol ta' qabel ta' għat-teatru, mingħajr l-ebda rispett għall-mudelli klassiċi, irriżulta r-realiżmu fir-rakkonti li ħareg minn tradizzjoni twila letterarja fi Spanja ġejja minn Cantar del Mío Cid, u li minn hemm infirxet mal-Ewropa fejn Cervantes kellu iżjed dixxipli milli fi Spanja. Ir-rumanz realistiku kollu tas-seklu 19 kien influwenzat min dan il-kapulavur. Min-naħa l-oħra, xogħol importanti ieħor ta' Cervantes, In-Novelli eżemplari juri l-firxa u l-wisa' tal-iskop tiegħu u x-xewqa li jesperimenta bl-istrutturi narrattivi. F'dil-ġabra ta' novelli l-kittieb esperimenta bin-novella biżantina (L-Ispanjola Ingliża), in-novella tal-pulizija (Il-qawwa tad-demm, L-Estramadurjan għajjur), id-djalogu Luċjanesk (Id-diskussjoni bejn il-klieb), il-miscelánea (L-avukat Vidriera), in-novella pikareska (Rinconete u Cortadillo), etc.
Xogħlijiet
Rumanzi
Ir-rumanzi ta' Cervantes, f'ordni kronoloġika, huma dawn:
- (1585), rumanz pastorali bil-proża u l-versi, ibbażat fuqu ġeneru introdott fi Spanja bi Diana ta' Jorge de Montemayor fl-1559. Is-suġgett tiegħu hu l-fortuni u l-isfortuni fl-imħabba fil-ħajja ta' numru ta' rgħajja tfajliet, li jgħaddu ħajjithom ikantaw u jdoqqu.
- El ingenioso hidalgo don Quijote de la Mancha (1605): l-ewwel volum ta' .
- Novelas ejemplares (1613), ġabra ta' tnax-il novella qasira ta' tipi diversi fuq problemi soċjali, politiċi u storiċi fi Spanja ta' Cervantes:
- La gitanilla (It-tfajla żingara)
- El amante liberal (In-Namrat Ġeneruż)
- Rinconete y Cortadillo
- La española inglesa (L-Ispanjola Ingliża)
- El licenciado Vidriera (L-Avukat Vidriera)
- La fuerza de la sangre (Il-Qawwa tad-Demm)
- El celoso extremeño (L-Estremadurajan Għajjur)
- La ilustre fregona (Is-Seftura Distinta)
- Novela de las dos doncellas (Iż-Żewġ Tfajliet)
- Novela de la señora Cornelia (Is-Sinjura Cornelia)
- Novela del casamiento engañoso (Iż-Żwieġ bil-Qerq)
- El coloquio de los perros (Id-diskussjoni bejn il-Klieb)
- Segunda parte del ingenioso hidalgo don Quijote de la Mancha (1615): It-tieni volum ta' Don Quijote.
- Los trabajos de Persiles y Segismunda (1617).
Los trabajos hu l-aħjar xiehda li s-suġġetti tar- kienu għadhom ħajjin imma wkoll li kienu għadhom ħajjin il-forom u l-ideat tar-rumanz Spanjol tat-tieni Rinaxximent. F'dax-xogħol li kien ippubblikat wara mewtu, Cervantes jirrakkonta storja ta' mħabba ideali u t-taħbit li ma jitwemminx ta' koppja li telqu mir-reġjuni Artiċi biex waslu Ruma, fejn isibu tmiem hieni għall-avventuri komplikati tagħhom.
Poeżija
Xi wħud mill-poeżiji tiegħu qegħdin f' . Kiteb ukoll Dos canciones a la armada invencible. L-aħjar xogħol tiegħu però jinstab fis-, l-iżjed f'. Fost il-poeżiji importanti tiegħu jispikkaw il-Canto de Calíope, l-Epístola a Mateo Vázquez, u l- (Vjaġġ lejn Parnażu), (1614). Dan tal-aħħar huwa l-iżjed xogħol tiegħu ambizzjuż bil-versi, allegorija li l-biċċa l-kbira tikkonsisti minn rivisti ta' poeti kontemporanji.
B'pargun mal-kapaċità tiegħu bħala rumanzier, Cervantes hu sikwit meqjus bħala poeta medjokru, minkejja li hu stess kien dejjem jittamma li jkun rikonoxxut għat-talenti poetiċi tiegħu.
Drammi
Il-fama tad-drammi ta' Cervantes naqset ukoll, imma tnejn minhom, u , (1582), fil-bidu għamlu impatt kbir u ma kienx hemm bħalhom sakemm deher .
L-ewwel wieħed minn dawn maqsum f'ħames atti kien ibbażat fuq l-esperjenzi tiegħu meta kien priġunier fl-Alġerija u fih tratta l-ħajja tal-ilsiera nsara fl-Alġerija. Id-dramm l-ieħor, Numancia hi deskrizzjoni tal-assedju ta' Numancia mir-Rumani mimlija traġedji u nieqes għal kollox mill-ħtiġijiet tal-arti drammatika.
Aktar tard Cervantes kiteb 16-il xogħol ieħor għall-palk li fosthom tmienja huma drammi sħaħ:
- El gallardo español,
- Los baños de Argel,
- La gran sultana,
- Doña Catalina de Oviedo,
- La casa de los celos,
- El laberinto de amor,
- La Entretenida,
- El rufián dichoso,
- Pedro de Urdemalas, dram sensittiv fuq picaro li jmur jogħqod maż-żingari minħabba li kien iħobb tfajla minnhom.
Kiteb ukoll tmien fares qosra (entremeses) :
- El juez de los divorcios,
- El rufián viudo llamado Trampagos,
- La elección de los alcaldes de Daganzo,
- La guarda cuidadosa,
- El vizcaíno fingido,
- El retablo de las maravillas,
- La cueva de Salamanca,
- El viejo celoso (Ix-Xiħ Għajjur).
Dawn id-drammi u entremeses huma miġburin f'Ocho comedias y ocho entremeses nuevos, nunca representados (Tmien kummidji u tmien entermeses li qatt ma kienu rappreżentati) , li dehru fl-1615. L-entremeses ta' Cervantes li l-ordni u d-data tal-kitba tagħhom ma nafuhomx, qatt ma ttellgħu fi żmienu. Fidil għall-ispirtu ta' Lope de Rueda, Cervantes tahom xeħta ta' rumanzi bi trama sempliċi, it-tip ta' deskrizzjoni normalment assoċjata mar-rumanzi u l-iżvilupp tal-karattri. Id-djalogu hu sensittiv u ħafif.
Cervantes jinkludi xi wħud mid-drammi tiegħu fost ix-xogħlijiet li kien sodisfatt bihom l-iżjed u kien jagħti t-tort lill-pubbliku għan-nuqqas ta' interess fihom. Din l-imġiba xi nies jispjegawha billi jgħidu li hu kien kontrarjuż u oħrajn bil-fatt li kien vanituż. Imma diffiċli nispjegaw kif Cervantes bil-moħħ penetranti u profond li kellu ma ndunax bil-limiti tat-talenti drammatiċi tiegħu, u l-iżjed meta naħsbu fit-traġedja tiegħu Numancia ma nistgħux naħfrulu l-qerq tiegħu innifsu li ma setax jeħles minnu.
Cervantes kellu raġun iqis ruħu mogħni bil-ġenju għall-poeżija drammatika; imma ma żammx l-indipendenza kif messu żamm fil-konflitt kontra dak li kien mixtieq mill-pubbliku Spanjol f'xogħlijiet drammatiċi; u meta tilef din l-indipendenza u ċeda għar-regoli imposti minn ħaddieħor, l-invenzjoni u l-lingwa tiegħu waqgħu għal-livell ta' poeta ta' talent inferjuri. L-intriċċi, l-avventuri u s-sorpriżi, li f'dik l-epoka kkaratterizzaw id-drammi Spanjoli, ma kinux jaqblu mal-ġenju ta' Cervantes. L-istil naturali tiegħu kien profond u eżatt wisq biex jikkonformaw ma' ideat fantastiċi, espressi bil-versi irregolari.
Noti u referenzi
- ^ Il-firma tiegħu kienet Cerbantes bl-ittra b; imma l-istampaturi tax-xogħlijiet tiegħu dejjem użaw il-forma Cervantes.
- ^ Bil-Malti r-rumanz huwa magħruf bħala "Dun Kixott", fil-verżjoni Maltija maqluba għall-Malti minn Pawlu Montebello.
- ^ "Cervantes, Miguel de". Encyclopaedia Britannica. 2002.
- ^ La lengua de Cervantes, Ministerio de la Presidencia de España.
- ^ Minkejja dak li qal Miguel de Cervantes fl-Información de Argel (li wieħed jista' jikkonsulta hawn), jeżistu xi polemiċi fuq il-post veru fejn twieled.
- ^ Il-knisja mbniet fl-1553 u ġġarrfet erba' sekli wara, matul il-.
- ^ Entremés huwa dramm teatrali qasir u komiku, tip ta' farsa, is-soltu mtella' bejn l-atti ta' xogħol twil u drammatiku fis-sekli 16 u 17 fi Spanja.
- ^ Il-forma lettererja miscelánea tappartjeni għad- u kienet użata l-iżjed fiż-żmien ir-Rinaxximent u l-Barokk fi Spanja fis-sekli 16 u 17. Hu wieħed mill-preċendenti ewlenin tas-saġġ jew ġeneru saġġista u jikkonsisti f'ġabra ta' materjali eteroġenji li għandhom fil-komun biss l-interess tal-kompillatur u tal-pubbliku li kien ħa jixtri x-xogħol, taħlita ta' opinjoni, tagħlim u divertiment.
- ^ C. Calvo, Shakespeare and Cervantes in 1916, 78.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Miguel de Cervantes |
Il-Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-artiklu: Miguel de Cervantes |
- L-ewwel kapitlu ta' Don Quixote bil-Malti
- Testi elettroniċi ta' Cervantes mill-
- (EN) Biblioteca Virtual Miguel de Cervantes – websajt bl-Ispanjol b'numru ta' ħoloq u awdjo ta' Don Quixote ta' Cervantes
- (EN) Don Quixote, Miguel de Cervantes
- (ES) Sit elettroniku dedikat lil Miguel de Cervantes
- (ES) CLM Quijote
- (ES) Cervantes fl-Università ta' Alcalá de Henares
- (ES) Inizzjattiva Cervantes
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Miguel de Cervantes, X'inhi Miguel de Cervantes? Xi tfisser Miguel de Cervantes?
Miguel de Cervantes Saavedra Alcala de Henares Madrid kien rumanzier poeta u drammaturgu Spanjol L aqwa xogħol tiegħu huwa r rumanz Don Quixote rikonoxxut bħala l ewwel Ix xogħlijiet tiegħu huma sikwit meqjusa bħala fost l iktar importanti fil letteratura kollha L influwenza tiegħu fuq il lingwa Spanjola tant kienet kbira li l Ispanjol kultant jissejjaħ la lengua de Cervantes Il lingwa ta Cervantes Miguel de CervantesĦajjaTwelid Alcala de Henares c 29 Settembru 1547 1547Nazzjonalita mul Grupp etnikuL ewwel lingwaMewt Madrid en 22 April 1616Post tad dfinKawza tal mewt kawzi naturali FamiljaMissierOmmKonjuga i mul Koppja i en Ulied uri en EdukazzjoniAlma mater Estudio de la Villa Universita ta SalamancaLingwi SpanjolOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittiebXogħlijiet importanti Don Quixote en Influwenzat minn en en en Moviment en Moviment artistiku poezija Il pinna lsien ir ruħ Miguel de CervantesBijografijaTfulija u zgħozija Aktarx li Miguel de Cervantes twieled Alcala de Henares Ma nafux il jum ezatt meta twieled imma x aktarx kien fid il festa tal arkanġlu San Mikiel billi kien hemm it tradizzjoni li jagħtu l isem tal qaddis tal ġurnata lit trabi li jitwieldu dakinhar Miguel de Cervantes tgħammed f Alcala de Henares Spanja fid fil parroċċa ta Santa Maria la Mayor Fl att tal magħmudija nsibu miktub Il Ħadd id disa jum ta Ottubru fis sena tal Mulej elf ħames mija sebgħa u erbgħin tgħammed Miguel bin Rodrigo Cervantes u martu Leonor Ġie mgħammed mir Reverendu Bartolome Serrano kappillan ta Santa Marija Xhieda Baltasar Vazquez Sagristan u jiena li għammidtu u li hawn niffirma ismi Bachiller Serrano Missieru Rodrigo de Cervantes kellu antenati minn imma kien ġej mill kien kirurgu professjoni li izjed tixbaħ il dik ta tabib tal lum Skont xi awturi perezempju Americo Castro u Daniel Eisenberg miz zewġ naħat tal familja Cervantes kellu antenati li kienu Lhud ikkonvertiti għall Kristjanezmu Imma oħrajn bħal Jean Canavaggio ma jaqblux u jgħidu li din id dixxendenza qatt ġiet ipprovata Ommu kienet Leonor de Cortinas Sanchez li ma nafux wisq fuqha Ħutu kienu Andres 1543 Andrea 1544 Luisa 1546 li saret pirjola fil kunvent tal Karmelitani Rodrigo 1550 suldat li kien miegħu meta ġie inkalzrat fl Alġerija Magdalena 1554 u Juan nafu bihom biss għax kienu msemmijin fit testment ta missierhom Ta min jinnota li l isem Saavedra qatt ma kien deher f xi dokument fiz zgħozija ta Cervantes u ħutu qatt ma uzawh L isem li ngħata meta twieled kien Miguel de Cervantes Cortinas Beda juza l isem Saavedra biss wara li ġie lura mill ħabs tal Alġerija forsi biex ismu ma jitħallatx ma dak ta ċertu ieħor Miguel de Cervantes Cortinas li kien tkeċċa mill qorti Lejn l 1551 Rodrigo de Cervantes ħa l familja tiegħu toqgħod Minħabba d djun li kien jagħmel bosta drabi mar il ħabs u ġidu kien ikkonfiskat Fl 1556 telaq lejn sabiex jiġbor il wirt li kien ħallielu Juan de Cervantes in nannu tal kittieb u fl istess ħin jaħrab mill kredituri M għandniex ħjiel ezatt dwar il bidu tal istudji ta Miguel de Cervantes li bla dubju qatt ma waslu sa livell universitarju Jista jkun li studja jew Sivilja Pero hemm il possibbilta li seta studja fil kulleġġ tal billi fir rumanz Id diskussjoni bejn il klieb jagħti deskrizzjoni ta kulleġġ tal li qisha alluzjoni għall ħajja tiegħu ta student Fl 1566 mar joqgħod Madrid Hemm kien jattendi l Estudio de la Villa immexxi mill professur tal grammatika li fl 1569 ippubblika ktieb fuq il marda u l mewt tar reġina it tielet mara tar re Lopez de Hoyos inkluda f dal ktieb tliet poeziji ta Cervantes id dixxiplu għaziz u maħbub tagħna li huma l ewwel xogħol lettarju tiegħu li nafu bih F dak iz zmien Cervantes beda jattendi għar rapprezentazzjonijiet teatrali tal attur u drammaturgu u sar iħobb ħafna t teatru kif tenna fit tieni parti ta minn fomm il persunaġġ prinċipali se le iban los ojos tras la farandula hu ħabb id dinja teatrali Il ħarba lejn l Italja u l Battalja ta Lepanto Il battalja ta Lepanto Għad hemm konservata ordni ta Filippu II bid data tal 1569 fejn jikkmanda li jiġi arrestat Miguel de Cervantes akkuzat li fera fi dwell il ċertu Antonio Sigura Jekk dan kien veru l istess Cervantes din setgħet kienet ir raġuni għaliex mar l Italja Wasal Ruma f Diċembru tal istess sena Hemmhekk qara l poeziji kavallereski ta Ludovico Ariosto u d Djalogi tal imħabba ta ispirazzjoni neoplatonika miktubin mil Lhudi seferadita li influwenzaw l idea tiegħu tal imħabba Cervantes tgħallem l istil tal arti Taljana u baqa dejjem jiftakar fiha bil pjaċir kif jidher perezempju f L avukat Vidriera wieħed minn Novelli Ezemplari u bosta alluzjonijiet fix xogħlijiet l oħra tiegħu Mela daħal fis servizz ta Giulio Acquaviva li laħaq kardinal fl 1570 u li x aktarx kien sar jafu ġewwa Madrid Mar miegħu Palermo Milan Firenze Venezja u Ferrara Ma damx ma daħal suldat fil kumpannija tal kaptan Diego de Urbina fir reġiment tal infanterija ta Miguel de Montcada u imbarka fuq ix xini Marquesa Fis 7 ta Ottubru 1571 ħa sehem fil mal armata tal taħt il kmand ta bin is sajjetta tal gwerra ta memorja hienja u nofs aħwa mar re Din l armata kienet magħmula mill forzi tal Spanja ir Repubblika ta Venezja ir Repubblika ta id Dukat ta u l Kavalieri ta Malta F dokument legali dettaljat ta tmien snin wara naqraw hekk Meta tfaċċat l armata Torka f dil battalja navali dan Miguel de Cervantes ħassu marid u kellu d deni u l kaptan li semmejna u bosta ħbieb tiegħu qalulu li la ma jiflaħx u għandu d deni imissu joqgħod isfel fil gverta tal galera dan Miguel de Cervantes staqsa x ħa jgħidu fuqu jekk ma jagħmilx dmiru u li jippreferi jmut jiġgieled għal Alla u r re li mhux ħa jmur fil gverta u b saħħtu u iġgieled ta suldat kuraġġuz kontra t Torok f dil battalja bil kanuni kif il kaptan tiegħu talab u ordna lis suldati l oħra Meta intemmet il battalja u s Sinjur Don Juan kien jaf u sema kif u kemm kien tqatel dan Miguel de Cervantes tah erba dukati zejda fil paga Minn dil battalja ħareġ ferut b zewġ tiri tal arkibuġju f sidru u f id waħda li baqa jbati biha Minn dak iz zmien kien imlaqqam el manco de lepante l immankat ta Lepanto Għalkemm idu x xellugija fejn intlaqat ma ġietx maqtugħa din ma kienx jista jċaqlaqha għax ċomba kienet qatgħetlu nerv fiha Dawn il ġrieħi ma kinux gravi għax fl 1572 wara sitt xhur fi sptar f Messina Cervantes reġa qabad il ħajja militari Ħa sehem fl ispedizzjonijiet navali ta 1572 u Tunez 1573 Kollha kienu taħt il kmand tal kaptan u fir reġiment tal famuz li deher f El alcalde de Zalamea Is sindku ta Salamea ta Aktar tard dar il bliet ewlenin ta Sqallija u ta u tal Lombardija Fl aħħar qagħad sentejn Napli sal 1575 Cervantes wara dejjem wera ruħu kburi li ħa sehem fil battalja ta Lepanto li kienet għalih kif kiteb fid daħla ta Don Quijote l ikbar ġrajja li raw is sekli tal imgħoddi ta issa u li ma jistgħux jittamaw li jkollhom tal ġejjieni Priġunier fl Alġerija Miguel de Cervantes Retratos de Espanoles Ilustres 1791 Fis flotta Torka taħt il kmand ta Arnaut Mami ħadu lil Miguel u l ħuh Rodrigo priġunieri huma u sejrin minn Napli lura lejn Spanja abbord il galera Sol Qabduhom fl għoljiet ta jew li qegħdin fejn illum tissejjaħ u ħaduhom l Alġerija Cervantes ingħata lir renegat Grieg bħala lsir Meta nstabu fuqu ittri ta rakkomandazzjoni minn Don Juan tal Awstrija u d Duka de Sessa dawk li qabduh ħasbu li kien bniedem importanti ħafna u li setgħu jiksbu rahan tajjeb għalih Għalhekk talbu ħames mitt skud tad deheb biex jeħilsuh Matul il ħames snin li kien priġunier Cervantes ta raġel kuraġġuz u determinat li kien ipprova jaħrab erba darbiet Biex sħabu priġunieri ma jbatux bir ritaljazzjoni dejjem ħa r responsabbilta hu mal għedewwa Dejjem kien jippreferi li jieħu t torturi milli jikxef lil sħabu Mis sorsi uffiċjali u l ktieb ta Fra Diego de Haedo Topografija u Storja tal Alġerija 1612 għandna informazzjoni importanti fuq il priġunerija tiegħu Din l informazzjoni tikkomplementa il kummiedji Los tratos de Argel u Los banos de Alger u r rakkont tal istorja tal priġunier inkluz fl ewwel parti ta Don Quijote bejn il kapitli 39 u 41 Ilu magħruf li x xogħol li ppubblika Haedo ma kienx miktub minnu kif ammetta hu stess Skont Emilio Sola l awtur kien Antonio de Sosa Benedittin li kien priġunier ma Cervantes u kitbu x xogħol flimkien Mela x xogħol ta Haedo mhux xhieda indipendenti tal ħajja ta Cervantes fl Alġerija imma l biċċa l kbira miktub minn Cervantes stess u għalhekk jisħaq sewwa fuq l eroizmu tiegħu L ewwel attentat biex jaħrab ma rnexiex billi l kompliċi Għarbi li kellu jieħu l Cervantes u l sħabu abbandunhom wara l ewwel jum Il priġunieri reġgħu ittieħdu l Alġerija fejn ġew maqfulin u mgħassa izjed minn qabel Sadattant omm Cervantes irnexxielha tiġbor flimkien somma ta dukati biex tipprova teħles iz zewġ uliedha Fl 1577 wara li nnegozjat mal kalzriera safa li l kwantita ta dukati ma kinux bizzejjed biex teħlishom it tnejn Għalhekk Miguel ried li jinħeles ħuh li rritona lejn Spanja Rodrigo kellu pjan li tlesta minn ħuh biex iħarrbhu ma erbatax jew ħmistax oħra Cervantes kellu jinħeba mal priġunieri l oħra ġo għar u jistennew galera spanjola li kellha tgħabbihom Il galera veru waslet u ppruvat tersaq lejn ix xatt darbtejn imma fl aħħar qabduha L insara moħbijin ġol grotta inkixfu minħabba traditur bil laqam ta el Dorador l induratur Cervantes allura qal li hu biss kien responsabbli li organizza l ħarba u li kien ikkonvinċa l oħrajn biex isegwuh Is Sultan tal Alġerija qaflu fil banju jew ħabs marbut bil ktajjen fejn baqa hemm għal ħames xhur It tielet attentat kien ippjanat minn Cervantes bl għan li jmorru sa bl art Bagħat hemm Għarbi nisrani b ittra għal ġeneral ta dak il post fejn spjegalu kif ried jagħmel u talbu li jibgħatlu xi gwidi Sadattant il messaġġier inqabad bl ittri fuqu L ittri kienu juru ċar li Miguel de Cervantes kien qiegħed imexxi kollox u għalhekk kien ikkundannat għal elfejn daqqa ta bastun Billi ħafna qabzu għalih qatt ma nagħta dan il kastig L aħħar attentat ta ħarba kien megħjun minn soma konsiderevoli ta flus li tah merkant Valenzjan li kien l Alġerija Cervantes xtara fregata li setgħet tgħabbi sittin priġunier nisrani Meta kollox kien sejjer tajjeb wieħed minn dawn li kienu sejrin jinħelsu it tabib Juan Blanco de Paz li qabel kien patri Dumnikan kixef il pjan kollu lil Azan Baja Bħala ħlas it traditur ingħata skud u ġarra xaħam Allura Azan Baja qafel lil Cervantes f ħabs izjed zgur fil qalba tal palazz tiegħu u wara ddeċieda li jieħdu Kostantinopli minn fejn kien kwazi impossibbli li jaħrab Għal darb oħra Cervantes ħa r responsabbilta kollha F Mejju tal il patrijiet Fra u Fra marru l Alġerija din l ordni ta patrijiet kellha bħala għan il ħelsien tal priġunieri anki billi jinbidlu huma stess mal priġunieri Fra Antonio telaq fuq spedizzjoni ta ħelsien waqt li Fra li kellhu f idejh tliet mitt skud biss ipprova jeħles lil Cervantes li għalih kienu qegħdin jitolbu ħames mitt skud Il patri għalhekk beda jiġbor s somma li kienet tonqsu minn fost il merkanti nsara Irnexxielu jagħmel dan meta Cervantes marbut b zewġ ktajjen kien diġa fuq il galera mikrija minn Azan Baja li kienet sejra lejn Kostantinopli Bil ħames mitt skud li nġabru bil ħniena Cervantes inħeles fid Fl aħħar fl wasal lura Spanja ma zewġ priġunieri oħra meħlusin bl istess mod Wasal minn fejn telaq lejn F Novembru jew Diċembru ngħaqad lura ma familtu ġewwa Madrid Lura fi Spanja Statwa ta Cervantes fil pjazz tal Universita ta Valladolid F Mejju tal 1581 Cervantes mar il Portugall fejn dak iz zmien kien qiegħed il qorti ta bil ħsieb li jsib xi xogħol biex jerġa jibda ħajtu mill ġdid u jħallas id djun li kienet għamlet il familja tiegħu biex tipprova tħarrbu mill Alġerija Minn hemm intbagħt fuq kummissjoni sigrieta lejn Waħran billi kien jaf sewwa l kultura u d drawwiet tal Għal dan ix xogħol irċieva 50 skud Mar lura Lizbona u wara xi sena telaq lejn Madrid Fi Frar tal 1582 talab mingħajr suċċess biex jieħu post fl Indji li kien vakanti F dawn is snin il kittieb kellhu relazzjoni ta mħabba ma Ana Villafranca jew Franca de Rojas il mara ta Alonso Rodriguez lukandier Minn din ir relazzjoni twieldet tifla li ssemmiet Isabel de Saavedra u li hu rrikonoxxa Fit izzewweġ lil Catalina de Salazar y Palacios fir raħal ta qrib Toledo Catalina kienet tfajla ta inqas minn għoxrin sena li ġabet magħha dota zgħira Għandna x naħsbu li daz zwieġ bla ulied kienu ukoll fallut Wara li kien mizzewweġ sentejn Cervantes telaq fuq vjaġġ twil mal Andalusija X aktarx li l ewwel xogħol letterarju importanti tiegħu kitbu bejn l 1581 u l 1583 Kien ippubblikat f Alcala de Henares fl 1585 Sa dak iz zmien kien għadu ppubblika biss xi artikli f xogħlijiet ta oħrajn jew f kollezzjonijiet li jiġbru il ħidmiet ta bosta poeti La Galatea hu maqsum f sitt kotba imma l ewwel parti biss inkitbet Cervantes wiegħed li jkompliha imma qatt ma ġiet stampata Fil prologu jiddeskrivi x xogħol bħala eglogu u jisħaq fuq kemm kien iħobb l poezija Dan kien rumanz pastorali forma li kienet diġa dehret Spanja fid Diana ta Minnha wieħed jista jaqta x kotba kien qara meta kien suldat fl Italja Iz zwieġ tiegħu ma Catalina ma rnexxiex u hu u l mara infirdu wara sentejn mingħajr ma kellhom tfal Cervantes qatt ma semma l mara tiegħu fit testi awtobijografiċi imma kien l ewwel wieħed li daħħal fil letteratura Spanjola s suġġett tad divorzju permezz tal L imħallef tad divorzji Naħsbu li z zwieġ ma kienx hieni allavolja f dan l entremes isostni li mas vale el peor concierto que no el divorcio mejor aħjar l agħar qbil milli l aħjar divorzju L aħħar snin Fl 1587 ivvjaġġa mal Andalusija bħala kummissarju tal provizjonijiet għall Fis snin li għamel bħala kummissarju reġa mexa t triq minn Madrid għall Andalusija li tgħaddi minn Dan hu l itenerarju ta Rinconete u Cortadillo L ewwel edizzjoni ta Don Quijote 1605 Imbagħad mar jogħqod Sivilja fejn aktar tard ħadem bħala kollettur tat taxxi Fl 1597 ntbagħat il ħabs wara li falla l bank fejn kien iqiegħed il flus miġburin mit taxxi Kien hemm fil ħabs skont il prologu tax xogħol li immaġina għall ewwel darba l persunaġġ ta Dun Kixott Ma nafux jekk riedx jgħid li beda jikteb il prologu fil ħabs jew biss li ġietu l idea hemm Cervantes isemmi impriġuniment ieħor fil ħabs ta Castro del Rio imma dan kien qasir ħafna Jidher li qatt ma mar fl għar ta Medrano f Fl 1605 ippubblika l ewwel parti ta dak li kien sejjer ikun il kapulavur tiegħu In nobbli inġenjuz Fih waqqa għaċ ċajt b mod l izjed pulit il kilba għall avventuri romantiċi u kavallereski li kellhom in nies ta zmienu Dan ix xogħol immarka t tmiem tar realizmu bħala l forma estetika letterarja aċċettata u ħoloq il ġeneru tar rumanz li kien ħa jkollu influwenza tremenda It tieni parti Il kavallier inġenjuz don Quijote de la Manche damet ma dehret sal 1615 Din il parti ħarġet sentejn wara li kienet dehret kontinwazzjoni apokrifa tal ewwel parti iffirmata mill misterjuz li skont ċerti storiċi kien il kittieb jew għall inqas wieħed mid dixxipli u ħbieb tiegħu li kien minn Aragona jista jkun ukoll li kien grupp ta ħbieb ta Lope Iz zewġ xogħlijiet jagħtu lil Cervantes statura fl istorja tal letteratura universali li tħabbatha ma dik ta Dante Alighieri William Shakespeare Michel de Montaigne u Goethe bħala wieħed mill kolonni tal letteratura tal punent Id dar fejn kien jgħix il kittieb f bejn l 1604 u l 1606 u seta kien jogħqod hemm meta ħarġet l ewwel edizzjoni ta don Quijote fl 1605 Issa saret muzew Fl 1613 bejn iz zewġ partijiet ta Don Quijote dehru n Din kienet ġabra ta tnax il rakkont qasir miktuba xi snin qabel Dawn għandhom ispirazzjoni oriġinali u jippruvaw forom narattivi diversi bħas luċjaneska Id diskussjoni bejn il klieb ir Rinconete u Cortadillo il miscelanea L avukat Vidriera ir L Ispanjola Ingliza In namrat ġeneruz u r Il qawwa tad demm Għal ċerti minhom perezempju l Estramadurjan għajjur hemm edizzjonijiet oħra riskoperti fis seklu 19 bħall manuskritt ta Porras de la Camara Din il ġabra kienet bizzejjed biex ittieh statura importanti fil letteratura Kastiljana Il kritika letterarja tinstab f ħafna mix xogħlijiet tiegħu Tidher fil Galatea u f Don Quijote u ddedika għaliha il Vjaġġ lejn Parnazu poezija twila f terzetti inkatinati Fl 1615 ippubblika Tmien kummidji u tmien entremes ġodda li qatt ma kienu rapprezentati imma d dramm tiegħu l izjed populari daz zmien izjed mit baqa ma ħariġx sas seklu 18 Ir rumanz ħareġ wara mewtu u d dedikazzjoni lill Konti de Lemos li kien għenu ħafna matul ħajtu u li lilu kien iddedika t tieni parti ta Don Quijote u n Novelli Ezemplari iffirmaha jumejn biss qabel miet Dan ir li skont l awtur ipprova jikkompeti mal mudell klassiku Grieg ta fi zmienu kellu bosta edizzjonijiet imma ntesa u ġie mdellel mit trijonf indisputabbli ta Don Quijote Cervantes uza grupp ta persunaġġi prinċipali minflok tnejn Hekk antiċipa ir realizmu maġiku B ċertu mod ikkristjanizza l mudell oriġinali billi uza t tema ta l homo viator u laħaq il quċċata fl aħħar tax xogħol bl taz zewġ maħbubin Perjandro u Awristela Irwieħna kif taf tajjeb u kif tgħallimt hawn jimxu f moviment kontinwu mingħajr ma jieqfu ħlief f Alla jew fiċ ċentru tagħhom F dil ħajja x xewqat huma infiniti u waħda marbuta ma oħra u jiffurmaw katina li għandha tarf fis sema u tarf fl infern L influwenza ta Cervantes fil letteratura universali hi hekk li l Ispanjol hu sikwit imsejjaħ il lingwa ta Cervantes Cervantes miet Madrid fit 23 ta April 1616 Skop artistikuPittura ta Honore Daumier Filwaqt li kien qiegħed jikteb parodija ta ġeneru li kien sejjer lura bħar rumanz kavalleresk ħoloq ġeneru ieħor mimli ħajja ir rumanz polifoniku fejn jissovrimporri l ideat u l punti di vista li jitħalltu b mod komplikat mar realta stess waqt li jirrikorri wkoll għall fantazija F dik l epoka il poezija epika kienet tinkiteb ukoll bil proza u mix xogħol ta qabel ta għat teatru mingħajr l ebda rispett għall mudelli klassiċi irrizulta r realizmu fir rakkonti li ħareg minn tradizzjoni twila letterarja fi Spanja ġejja minn Cantar del Mio Cid u li minn hemm infirxet mal Ewropa fejn Cervantes kellu izjed dixxipli milli fi Spanja Ir rumanz realistiku kollu tas seklu 19 kien influwenzat min dan il kapulavur Min naħa l oħra xogħol importanti ieħor ta Cervantes In Novelli ezemplari juri l firxa u l wisa tal iskop tiegħu u x xewqa li jesperimenta bl istrutturi narrattivi F dil ġabra ta novelli l kittieb esperimenta bin novella bizantina L Ispanjola Ingliza in novella tal pulizija Il qawwa tad demm L Estramadurjan għajjur id djalogu Luċjanesk Id diskussjoni bejn il klieb il miscelanea L avukat Vidriera in novella pikareska Rinconete u Cortadillo etc XogħlijietRumanzi Ir rumanzi ta Cervantes f ordni kronoloġika huma dawn 1585 rumanz pastorali bil proza u l versi ibbazat fuqu ġeneru introdott fi Spanja bi Diana ta Jorge de Montemayor fl 1559 Is suġgett tiegħu hu l fortuni u l isfortuni fl imħabba fil ħajja ta numru ta rgħajja tfajliet li jgħaddu ħajjithom ikantaw u jdoqqu El ingenioso hidalgo don Quijote de la Mancha 1605 l ewwel volum ta Novelas ejemplares 1613 ġabra ta tnax il novella qasira ta tipi diversi fuq problemi soċjali politiċi u storiċi fi Spanja ta Cervantes La gitanilla It tfajla zingara El amante liberal In Namrat Ġeneruz Rinconete y Cortadillo La espanola inglesa L Ispanjola Ingliza El licenciado Vidriera L Avukat Vidriera La fuerza de la sangre Il Qawwa tad Demm El celoso extremeno L Estremadurajan Għajjur La ilustre fregona Is Seftura Distinta Novela de las dos doncellas Iz Zewġ Tfajliet Novela de la senora Cornelia Is Sinjura Cornelia Novela del casamiento enganoso Iz Zwieġ bil Qerq El coloquio de los perros Id diskussjoni bejn il Klieb Segunda parte del ingenioso hidalgo don Quijote de la Mancha 1615 It tieni volum ta Don Quijote Los trabajos de Persiles y Segismunda 1617 Los trabajos hu l aħjar xiehda li s suġġetti tar kienu għadhom ħajjin imma wkoll li kienu għadhom ħajjin il forom u l ideat tar rumanz Spanjol tat tieni Rinaxximent F dax xogħol li kien ippubblikat wara mewtu Cervantes jirrakkonta storja ta mħabba ideali u t taħbit li ma jitwemminx ta koppja li telqu mir reġjuni Artiċi biex waslu Ruma fejn isibu tmiem hieni għall avventuri komplikati tagħhom Poezija Frontespizju tal Viaje 1614 Xi wħud mill poeziji tiegħu qegħdin f Kiteb ukoll Dos canciones a la armada invencible L aħjar xogħol tiegħu pero jinstab fis l izjed f Fost il poeziji importanti tiegħu jispikkaw il Canto de Caliope l Epistola a Mateo Vazquez u l Vjaġġ lejn Parnazu 1614 Dan tal aħħar huwa l izjed xogħol tiegħu ambizzjuz bil versi allegorija li l biċċa l kbira tikkonsisti minn rivisti ta poeti kontemporanji B pargun mal kapaċita tiegħu bħala rumanzier Cervantes hu sikwit meqjus bħala poeta medjokru minkejja li hu stess kien dejjem jittamma li jkun rikonoxxut għat talenti poetiċi tiegħu Drammi Il fama tad drammi ta Cervantes naqset ukoll imma tnejn minhom u 1582 fil bidu għamlu impatt kbir u ma kienx hemm bħalhom sakemm deher L ewwel wieħed minn dawn maqsum f ħames atti kien ibbazat fuq l esperjenzi tiegħu meta kien priġunier fl Alġerija u fih tratta l ħajja tal ilsiera nsara fl Alġerija Id dramm l ieħor Numancia hi deskrizzjoni tal assedju ta Numancia mir Rumani mimlija traġedji u nieqes għal kollox mill ħtiġijiet tal arti drammatika Aktar tard Cervantes kiteb 16 il xogħol ieħor għall palk li fosthom tmienja huma drammi sħaħ El gallardo espanol Los banos de Argel La gran sultana Dona Catalina de Oviedo La casa de los celos El laberinto de amor La Entretenida El rufian dichoso Pedro de Urdemalas dram sensittiv fuq picaro li jmur jogħqod maz zingari minħabba li kien iħobb tfajla minnhom Kiteb ukoll tmien fares qosra entremeses El juez de los divorcios El rufian viudo llamado Trampagos La eleccion de los alcaldes de Daganzo La guarda cuidadosa El vizcaino fingido El retablo de las maravillas La cueva de Salamanca El viejo celoso Ix Xiħ Għajjur Dawn id drammi u entremeses huma miġburin f Ocho comedias y ocho entremeses nuevos nunca representados Tmien kummidji u tmien entermeses li qatt ma kienu rapprezentati li dehru fl 1615 L entremeses ta Cervantes li l ordni u d data tal kitba tagħhom ma nafuhomx qatt ma ttellgħu fi zmienu Fidil għall ispirtu ta Lope de Rueda Cervantes tahom xeħta ta rumanzi bi trama sempliċi it tip ta deskrizzjoni normalment assoċjata mar rumanzi u l izvilupp tal karattri Id djalogu hu sensittiv u ħafif Cervantes jinkludi xi wħud mid drammi tiegħu fost ix xogħlijiet li kien sodisfatt bihom l izjed u kien jagħti t tort lill pubbliku għan nuqqas ta interess fihom Din l imġiba xi nies jispjegawha billi jgħidu li hu kien kontrarjuz u oħrajn bil fatt li kien vanituz Imma diffiċli nispjegaw kif Cervantes bil moħħ penetranti u profond li kellu ma ndunax bil limiti tat talenti drammatiċi tiegħu u l izjed meta naħsbu fit traġedja tiegħu Numancia ma nistgħux naħfrulu l qerq tiegħu innifsu li ma setax jeħles minnu Cervantes kellu raġun iqis ruħu mogħni bil ġenju għall poezija drammatika imma ma zammx l indipendenza kif messu zamm fil konflitt kontra dak li kien mixtieq mill pubbliku Spanjol f xogħlijiet drammatiċi u meta tilef din l indipendenza u ċeda għar regoli imposti minn ħaddieħor l invenzjoni u l lingwa tiegħu waqgħu għal livell ta poeta ta talent inferjuri L intriċċi l avventuri u s sorprizi li f dik l epoka kkaratterizzaw id drammi Spanjoli ma kinux jaqblu mal ġenju ta Cervantes L istil naturali tiegħu kien profond u ezatt wisq biex jikkonformaw ma ideat fantastiċi espressi bil versi irregolari Noti u referenzi Il firma tiegħu kienet Cerbantes bl ittra b imma l istampaturi tax xogħlijiet tiegħu dejjem uzaw il forma Cervantes Bil Malti r rumanz huwa magħruf bħala Dun Kixott fil verzjoni Maltija maqluba għall Malti minn Pawlu Montebello Cervantes Miguel de Encyclopaedia Britannica 2002 La lengua de Cervantes Ministerio de la Presidencia de Espana Minkejja dak li qal Miguel de Cervantes fl Informacion de Argel li wieħed jista jikkonsulta hawn jezistu xi polemiċi fuq il post veru fejn twieled Il knisja mbniet fl 1553 u ġġarrfet erba sekli wara matul il Entremes huwa dramm teatrali qasir u komiku tip ta farsa is soltu mtella bejn l atti ta xogħol twil u drammatiku fis sekli 16 u 17 fi Spanja Il forma lettererja miscelanea tappartjeni għad u kienet uzata l izjed fiz zmien ir Rinaxximent u l Barokk fi Spanja fis sekli 16 u 17 Hu wieħed mill preċendenti ewlenin tas saġġ jew ġeneru saġġista u jikkonsisti f ġabra ta materjali eteroġenji li għandhom fil komun biss l interess tal kompillatur u tal pubbliku li kien ħa jixtri x xogħol taħlita ta opinjoni tagħlim u divertiment C Calvo Shakespeare and Cervantes in 1916 78 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Miguel de Cervantes Il Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x jaqsmu ma dan l artiklu Miguel de Cervantes L ewwel kapitlu ta Don Quixote bil Malti Testi elettroniċi ta Cervantes mill EN Biblioteca Virtual Miguel de Cervantes websajt bl Ispanjol b numru ta ħoloq u awdjo ta Don Quixote ta Cervantes EN Don Quixote Miguel de Cervantes ES Sit elettroniku dedikat lil Miguel de Cervantes ES CLM Quijote ES Cervantes fl Universita ta Alcala de Henares ES Inizzjattiva Cervantes