Alexander Sergeyevich Pushkin twieled fis 6 ta Ġunju skont sorsi oħra fis 26 ta Mejju 1799 miet fl 10 ta Frar skont sors
Alexander Pushkin

Alexander Sergeyevich Pushkin (twieled fis-6 ta' Ġunju [skont sorsi oħra fis-26 ta' Mejju] 1799 – miet fl-10 ta' Frar [skont sorsi oħra fid-29 ta' Jannar] 1837) kien poeta, drammaturgu u rumanzier Russu tal-era Romantika. Huwa jitqies minn ħafna bħala l-ikbar poeta Russu, kif ukoll bħala l-fundatur tal-letteratura Russa moderna.
Alexander Pushkin | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Moska, 26 Mejju 1799 (in Julian calendar), 6 Ġunju 1799, 1799 | ||
Nazzjonalità | |||
Residenza | Chișinău Moska Moska (en) (en) San Pietruburgu San Pietruburgu | ||
L-ewwel lingwa | Russu | ||
Mewt | San Pietruburgu, 29 Jannar 1837 (Julian) | ||
Post tad-dfin | (en) | ||
Kawża tal-mewt | () | ||
(mul) | |||
Familja | |||
Missier | |||
Omm | |||
Konjuga/i | (en) (1831 - 10 Frar 1837 (Julian)) | ||
Ulied | uri
| ||
Aħwa | uri
| ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Tsarskoye Selo Lyceum (en) (1811 - 1817) | ||
Lingwi | Russu Franċiż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | poeta traduttur kittieb | ||
Xogħlijiet importanti | (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) (en) | ||
Influwenzat minn | (en) Voltaire Dante Alighieri Johann Wolfgang von Goethe (mul) William Shakespeare (mul) (mul) (mul) | ||
Sħubija | (en) (en) | ||
Moviment | romantiċiżmu | ||
Psewdonomu | Александр НКШП, Иван Петрович Белкин, Феофилакт Косичкин, P., Ст. Арз. (Старый Арзамасец)u А. Б. | ||
Moviment artistiku | |
Pushkin twieled f'familja nobbli Russa f'Moska. Missieru, , kien jagħmel parti minn familja nobbli antika. Wieħed mill-bużnanniet min-naħa ta' ommu kien il-Ġeneral-Maġġuri , nobbli ta' oriġini Afrikana li nħataf minn art twelidu mill-Ottomani, u mbagħad inħeles mill-Imperatur Russu u trabba mal-familja imperjali bħala l-filjozz tal-imperatur.
Huwa ppublika l-ewwel poeżija tiegħa tal-età ta' 15-il sena, u ġie rikonoxxut b'mod wiesa' mid-dinja letterarja ta' żmienu sakemm iggradwa mil-Liċeo ta' Tsarskoye Selo. Malli ggradwa mil-liċeo, Pushkin qara l-poeżija kontroversjali tiegħu "Tribut għal-Libertà", waħda minn bosta li wasslu għall-eżilju tiegħu mill-Imperatur . Waqt li kien taħt sorveljanza stretta mill-pulizija politika tal-Imperatur u ma setax jippubblika x-xogħol tiegħu, Pushkin kiteb l-iżjed dramm famuż tiegħu, Boris Godunov. Ir-rumanz tiegħu f'versi Eugene Onegin tfassal f'sensiela bejn l-1825 u l-1832. Pushkin indarab b'mod fatali fi ġlieda mal-maħbub allegat ta' martu (ir-raġel ta' oħt il-mara), , magħruf ukoll bħala Dantes-Gekkern, uffiċjal Franċiż tar-Riġment tal-Għassa tal-Kavallieri.
Nisel
Missier Pushkin, Sergei Lvovich Pushkin (1767–1848) tnissel minn familja distinta tan-nobbiltà Russa b'nisel li kien imur lura għas-seklu 12. Omm Pushkin, Nadezhda (Nadya) Ossipovna Gannibal (1775–1836) tnisslet minn nobbiltà Ġermaniża u Skandinava min-naħa tan-nanna tan-naħa ta' missierha. Hija kienet bint Ossip Abramovich Gannibal (1744–1807) u martu, Maria Alekseyevna Pushkina (1745–1818).
Missier Ossip Abramovich Gannibal, il-bużnannu ta' Pushkin, kien Abram Petrovich Gannibal (1696–1781), qaddej Afrikan li nħataf u ttieħed lejn Kostantinopli bħala don għas-Sultan Ottoman u li iktar 'il quddiem ġie ttrasferit lejn ir-Russja bħala don għal Pietru l-Kbir. Abram kiteb f'ittra lill-Imperatriċi Eliżabetta, bint Pietru l-Kbir, li Gannibal oriġina mir-raħal ta' "Lagon", abbażi ta' bijografija mħarrfa mill-iben tar-rispett ta' Gannibal, Rotkirch.
, meta kien qed iwettaq riċerka dwar Eugene Onegin, xeħet dubji serji dwar din it-teorija tal-oriġini. Riċerka li saret iktar tard mill-istudjużi u eventwalment stabbiliet b'mod konklużiv minflok li Gannibal twieled fl-Afrika Ċentrali, f'żona li tmiss mal-Lag ta' Ċad fil-Kamerun modern. Wara li ngħata l-edukazzjoni tiegħu fi Franza bħala inġinier militari, Gannibal sar il-gvernatur ta' Reval u eventwalment sar il-Ġeneral Kap (it-tielet l-iktar imlaħħaq fl-armata) li kien inkarigat bil-kostruzzjoni tal-fortijiet u bil-kanali ta' mal-baħar fir-Russja.
Ħajja bikrija
Pushkin twieled f'Moska u kienu jieħdu ħsiebu qaddejja u għalliema Franċiżi, għaldaqstant tal-età ta' għaxar snin kien jitkellem l-iktar bil-Franċiż. Huwa sar midħla tal-lingwa Russa permezz tal-komunikazzjoni mal-qaddejja tal-unità domestika tiegħu, speċjalment tal-qaddejja li kienet tieħu ħsiebu, , li kien iħobb tassew u li kellu rabta magħha iktar milli ma' ommu stess.
Huwa ppubblika l-ewwel poeżija tiegħu meta kellu 15-il sena. Meta lesta l-iskola, bħala parti mill-ewwel klassi li ggradwat mil-Liċeo Imperjali prestiġjuż f'Tsarskoye Selo, qrib San Pietruburgu, it-talent tiegħu diġà kien rikonoxxut b'mod wiesa' fix-xena letterarja Russa. Fil-liċeo, huwa kien student ta' , magħruf fir-Russja bħala David de Boudry, wieħed mill-aħwa iżgħar fl-età tar-rivoluzzjonarju Franċiż . Wara l-iskola, Pushkin daħal b'ruħu u b'ġismu fil-kultura intellettwali żagħżugħa vibranti u pjuttost ribelli ta' San Pietruburgu, li dak iż-żmien kienet il-belt kapitali tal-Imperu Russu. Fl-1820 huwa ppubblika l-ewwel poeżija twila tiegħu, Ruslan u Ludmila, b'kontroversja sħiħa minħabba s-suġġett u l-istil tagħha.
Attiviżmu soċjali
Meta kien fil-liċeo, Pushkin kien influwenzat ferm mit-tagħlimiet tal-individwalista liberali Kantjan ta' , li Pushkin iktar 'il quddiem fakkar fil-poeżija tiegħu 19 ta' Ottubru. Pushkin sar midħla wkoll tal-ħsieb tal- Franċiż, li baqa' midjun miegħu tul ħajtu kollha, speċjalment Voltaire, li huwa ddeskriva bħala "l-ewwel wieħed li segwa triq ġdida, u li wassal il-lampa tal-filosofija fl-arkivji mudlama tal-istorja".
Gradwalment Pushkin impenja ruħu favur ir-riforma soċjali, u sar kelliem tar-radikali letterarji. Dan inkorla l-gvern u wassal biex jiġi ttrasferit mill-belt kapitali f'Mejju 1820. Huwa mar lejn il-Kawkasu u lejn il-Krimea u mbagħad lejn Kamianka u Chișinău fil-Bessarabja.
Huwa ngħaqad ma' Filiki Eteria, organizzazzjoni sigrieta bl-iskop li tegħleb it-tmexxija Ottomana fil-Greċja u tistabbilixxi stat Grieg sigriet. Huwa ġie ispirat mir-Rivoluzzjoni Griega u meta faqqgħet il-gwerra kontra l-Imperu Ottoman, huwa żamm djarju fejn irreġistra l-avvenimenti li seħħew fir-rewwixta nazzjonali.
Fama
Huwa għex f'Chișinău sal-1823 u kiteb żewġ poeżiji Romantiċi li kiseb il-fama bihom: Il-Priġunier tal-Kawkasu u Il-Funtana ta' Bakhchisaray. Fl-1823, Pushkin mar jgħix f', fejn mill-ġdid kellu xi jgħid mal-gvern, li bagħtu f'eżilju fil-proprjetà rurali ta' ommu f'Mikhailovskoye, qrib , mill-1824 sal-1826.
F'Mikhaylovskoye, Pushkin kiteb poeżiji nostalġiċi tal-imħabba li ddedika lil , il-mara tal-Ġeneral Gvernatur ta' Malorossia. Imbagħad Pushkin ħadem fuq ir-rumanz f'versi tiegħu Eugene Onegin.
F'Mikhaylovskoye, fl-1825, Pushkin kiteb il-poeżija Lil ***. Huwa maħsub b'mod ġenerali li huwa ddedika din il-poeżija lil Anna Kern, iżda jeżistu opinjonijiet oħra wkoll. Il-poeta kien jemmen li l-poeżija kienet iddedikata lill-qaddejja tiegħu Olga Kalashnikova. Il-Pushkinista Kira Victorova kienet temmen li l-poeżija kienet iddedikata lill-Imperatriċi Eliżabetta Alekseyevna. Vadim Nikolayev kien tal-fehma li l-idea dwar l-imperatriċi kienet marġinali u rrifjuta li jiddiskutiha, hu u jipprova juri li l-poeżija kienet iddedikata lil Tatyana Larina, l-eroina ta' Eugene Onegin.
L-awtoritajiet sejħu lil Pushkin f'Moska wara li l-poeżija tiegħu Tribut għal-Libertà nstabet fost fil-pussess tar-ribelli mir-Rewwixta ta' Diċembru (1825). Wara l-eżilju tiegħu fl-1820, il-ħbieb u l-familja ta' Pushkin baqgħu jagħfsu b'mod kontinwu biex jinħeles, u ltaqgħu mal-Imperatur Alessandru I u mbagħad mal-Imperatur u bagħtulhom ittri wara r-Rewwixta ta' Diċembru. Meta ltaqa' mal-Imperatur Nikola I, Pushkin kiseb il-ħelsien tiegħu mill-eżilju u beda jaħdem bħala l-Konslu Titolari tal-Arkivji Nazzjonali tal-imperatur. Madankollu, peress li dawk li wettqu r-Rewwixta ta' Diċembru (1825) f'San Pietruburgu kienu żammew uħud mill-poeżiji politiċi bikrin ta' Pushkin, l-imperatur żamm kontroll strett fuq kulma ppubblika Pushkin u pprojbixxa l-ivvjaġġar ħieles tiegħu.
Matul dik l-istess sena (1825), Pushkin kiteb ukoll dik li mbagħad saret l-iżjed dramm famuża tiegħu, Boris Godunov, meta kien fil-proprjetà ta' ommu. Madankollu, ma rnexxilux jikseb il-permess biex jippubblikaha qabel 5 snin wara. Il-verżjoni oriġinali u mhux iċċensurata tad-dramm ma ttellgħetx fuq palk qabel l-2007.
Għall-ħabta tal-1825–1829 huwa ltaqa' u għamel ħbieb mal-poeta Pollakk , matul l-eżilju tiegħu fir-Russja ċentrali. Fl-1829 huwa vvjaġġa tul il-Kawkasu lejn biex iżur lil xi ħbieb li kienu qed jiġġieldu fl-armata Russa matul il-Gwerra bejn ir-Russja u t-Turkija. Fi tmiem l-1829, Pushkin ried jagħmel vjaġġ barra mir-Russja, xewqa li ġiet riflessa fil-poeżija tiegħu Tlaqna, jien lest. Huwa applika għal permess biex jivvjaġġa iżda ngħata tweġiba negattiva mingħand NikolaI fis-17 ta' Jannar 1830.
Għall-ħabta tal-1828 Pushkin iltaqa' ma' Natalia Goncharova, li dak iż-żmien kellha 16-il sena u kienet waħda mill-iktar tfajliet sbieħ f'Moska li kienet fuq fomm kulħadd. Wara bosta eżitazzjonijiet, Natalia aċċettat proponiment ta' żwieġ mingħand Pushkin f'April 1830, iżda mhux qabel ma ngħatat is-serħan il-moħħ li l-gvern Ksarist ma kellu l-ebda intenzjoni li jippersegwita l-poeta libertarju. Iktar 'il quddiem Pushkin u martu saru mistednin regolari tas-soċjetà tal-qorti. Uffiċjalment tgħarrsu fis-6 ta' Mejju 1830 u bagħtu l-istediniet tat-tieġ tagħhom. Minħabba tifqigħa tal-kolera u ċirkostanzi oħra, it-tieġ sar sena wara. Iċ-ċerimonja saret fit-18 ta' Frar 1831 fil-Knisja l-Kbira tat-Tlugħ is-Sema fit-Triq ta' Bolshaya Nikitskaya f'Moska.
Iż-żwieġ ta' Pushkin ma' Goncharova kien pjuttost wieħed hieni, iżda l-imġiba frivola karatteristika ta' martu wasslet biex 7 snin wara jmut minħabba ġlieda li nibtet mill-għira kbira ta' Pushkin.
Fl-1831, matul il-perjodu meta l-influwenza letterarja ta' Pushkin kienet qed tikber, huwa ltaqa' ma' wieħed mill-iżjed kittieba bikrin influwenti oħra tar-Russja, . Wara li qara l-volum ta' stejjer qosra tal-1831–1832 ta' Gogol Lejliet f'Razzett Qrib Dikanka, Pushkin appoġġah u semma wħud mill-iżjed stejjer qosra famużi ta' Gogol fir-rivista Il-Kontemporanju, li huwa stabbilixxa fl-1836.
Mewt
Sal-ħarifa tal-1836, Pushkin spiċċa daħal f'iktar u iktar dejn u ffaċċja l-għajdut ta' skandlu li martu kienet qed taqlibielu. Fl-4 ta' Novembru, huwa bagħat sfida għall-ġlied lil Georges d'Anthès, magħruf ukoll bħala Dantes-Gekkern. , il-missier adottiv ta' d'Anthès, staqsa biex il-ġlieda tiddewwem b'ġimagħtejn. Bl-isforzi tal-ħbieb tal-poeta, il-ġlieda ġiet ikkanċellata.
Fis-17 ta' Novembru, d'Anthès ippropona lil oħt Natalia Goncharova, Ekaterina. Iż-żwieġ ma solviex il-kunflitt. D'Anthès baqa' joqgħod ma' djul Natalia Goncharova fil-pubbliku u l-għajdut kien li d'Anthès kien iżżewweġ lil oħt Natalia sempliċement biex isalvalha r-reputazzjoni tagħha.
Fis-26 ta' Jannar (is-7 ta' Frar fil-kalendarju Gregorjan) 1837, Pushkin bagħat "ittra b'insulti kbar" lil Gekkern. L-unika tweġiba għal dik l-ittra kienet sfida għall-ġlied, kif basar Pushkin. Pushkin irċieva l-isfida formali għall-ġlied permezz ta' oħtu tar-rispett, Ekaterina Gekkerna, approvata minn d'Anthès, fl-istess jum permezz tal-attaché tal-Ambaxxata Franċiża, il-Viskonti d'Archiac.
Pushkin staqsa lil Arthur Magenis, li dak iż-żmien kien l-attaché tal-Konsolat Ġenerali tal-Brittaniċi f'San Pietruburgu, biex jagħtih il-prokura tiegħu. Magenis ma aċċettax formalment iżda fis-26 ta' Jannar (is-7 ta' Frar) resaq lejn il-Viskonti d'Archiac biex jipprova jasal għal rikonċiljazzjoni; madankollu d'Archiac irrifjuta li jitkellem miegħu peress li uffiċjalment ma kellux il-prokura ta' Pushkin. Magenis, ma rnexxilux isib lil Pushkin filgħaxija, u b'hekk bagħtlu ittra permezz ta' messaġġier fis-sagħtejn ta' filgħodu fejn ma aċċettax li jitkellem f'ismu bi prokura, peress li l-possibbiltà ta' tpaċija diġà kienet inqerdet, u l-kompitu tradizzjonali ta' min kien jaċċetta li jitkellem f'isem xi ħadd bi prokura kien li jipprova jasal għal rikonċiljazzjoni.
Il-ġlieda bil-pistoli ma' d'Anthès seħħet fis-27 ta' Jannar (it-8 ta' Frar) fix-Xmara s-Sewda, mingħajr il-preżenza ta' xi ħadd ieħor bi prokura f'isem Pushkin. Skont ir-regoli tat-tip ta' ġlieda tagħhom, it-tnejn kellhom jibdew f'distanza maqbula. Wara li jingħata s-sinjal biex il-ġlieda tibda, kienu jimxu lejn xulxin tul dik id-distanza. Imbagħad setgħu jisparaw meta jridu, iżda dak li kien jispara l-ewwel imbagħad kellu jibqa' wieqaf u jistenna li l-ieħor jispara lura meta jrid.
D'Anthès spara l-ewwel u darab lil Pushkin b'mod kritiku; il-balla daħlet f'ġenbu u nifdet sidru. D'Anthès ġarrab ġrieħi ħfief f'dirgħajh tal-lemin bit-tir ta' Pushkin. Jumejn wara, fis-2.45 ta' waranofsinhar tad-29 ta' Jannar (l-10 ta' Frar), Pushkin miet b'peritonite.
Fir-rumanz ta' L-Idjota, karattru jissuġġerixxi li t-tir kien aċċident: "Il-balla tant laqtet 'l isfel li x'aktarx li d'Anthès kien qed jimmira iktar 'il fuq, lejn is-sider jew ir-ras; ħadd ma jimmira fejn laqtet il-balla, li jfisser li x'aktarx Pushkin intlaqat b'kumbinazzjoni. Dan qaluhuli xi nies li naf jien".
Skont it-talba tal-mara ta' Pushkin, huwa tqiegħed fit-tebut liebes l-ilbies ta' filgħaxija, mhux bl-uniformi ta' kadett ipprovduta mill-imperatur. Is-servizz tal-funeral inizjalment kien se jsir fil-Katidral ta' San Iżakk iżda mbagħad sar fil-Knisja ta' Konyushennaya. Bosta nies attendew. Wara l-funeral, it-tebut tniżżel taħt l-art tal-knisja u baqa' hemm sat-3 ta' Frar, meta tneħħa u tressaq lejn il-provinċja ta' Pskov. Pushkin indifen fl-artijiet tal-Monasteru ta' Svyatogorsky f'Pushkinskiye Gory moderna, qrib Pskov, biswit il-qabar t'ommu. L-aħħar dar tiegħu issa saret mużew.
Dixxendenti
Pushkin kellu erbat itfal miż-żwieġ tiegħu ma' Natalia: Maria (li twieldet fl-1832), Alexander (li twieled fl-1833), Grigory (li twieled fl-1835) u Natalia (li twieldet fl-1836); din tal-aħħar iżżewġet morganatikament lill-Prinċep Nikolaus Wilhelm ta' Nassau tal-Familja Nassau-Weilburg u ngħatat it-titlu ta' Kontessa ta' Merenberg. Bintha Sophie żżewġet lill-Gran Duka Michael Mikhailovich tar-Russja, neputi tal-Imperatur Nikola I.
L-arbli tar-razza ta' Alexander u ta' Natalia biss għadhom ħajjin. Il-proneputija ta' Natalia, Nadejda, iżżewġet fi ħdan il-familja rjali Brittanika estiża, u r-raġel tagħha huwa z-ziju tal-Prinċep Filippu, id-Duka ta' Edinburgu, u hija n-nanna tal-Markiża attwali ta' Milford Haven. Id-dixxendenti tal-poeta issa jgħixu madwar id-dinja fir-Renju Unit, fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fil-Belġju, fil-Lussemburgu u fl-Istati Uniti.
Legat
Letterarju
Il-kritiċi jqisu bosta mix-xogħlijiet tiegħu bħala kapulavuri, fosthom il-poeżija Ir-Rikkieb tal-Bronż u d-dramm Il-Mistieden tal-Ġebel, ġrajja dwar il-waqgħa ta' Don Juan. Id-dramm poetiku qasir tiegħu Mozart u Salieri (bħal Il-Mistieden tal-Ġebel, wieħed mill-hekk imsejħa erba' Traġedji Żgħar, karatterizzazzjoni kollettiva minn Pushkin innifsu fl-ittra tal-1830 lil ) ispira x-xogħol ta' , Amadeus, u pprovda wkoll il-librett (kważi verbatim) għall-opra ta' Rimsky-Korsakov Mozart u Salieri.
Pushkin huwa magħruf ukoll għall-istejjer qosra tiegħu. B'mod partikolari ċ-ċiklu tiegħu Il-Ġrajjiet ta' Ivan Petrovich Belkin, inkluż It-Tir, intlaqgħu tajjeb ferm. Skont it-teoriku letterarju ,
"il-loġika narrattiva u l-plawżibbiltà tan-narrazzjoni, flimkien mal-preċiżjoni, il-mod konċiż – l-ekonomija tal-preżentazzjoni tar-realtà – dan kollu nkiseb f'Il-Ġrajjiet ta' Belkin, speċjalment, u l-iktar fil-ġrajja Il-Kap tal-Istazzjon. Pushkin huwa l-proġenitur tal-iżvilupp fit-tul u li ta l-frott tal-letteratura realista Russa, peress li jirnexxilu jikseb l-ideal realist ta' preżentazzjoni konċiża tar-realtà".
Pushkin stess kien jippreferi r-rumanz f'versi tiegħu Eugene Onegin, li kiteb matul ħajtu u li jagħti bidu lil tradizzjoni ta' rumanzi Russi kbar, u jsegwi ftit karattri ċentrali iżda jvarja ferm bħala ton u enfasi.
Onegin huwa xogħol kumpless ħafna, li minkejja li huwa twil xi mitt paġna biss, it-traduttur Vladimir Nabokov kellu bżonn żewġ volumi sħaħ ta' materjal biex jirnexxilu jrendi t-tifsira sħiħa tiegħu bl-Ingliż. Minħabba din id-diffikultà fit-traduzzjoni, il-versi ta' Pushkin ma tantx huma magħrufa fost il-qarrejja tal-Ingliż. Minkejja dan, Pushkin influwenza ferm lill-kittieba tal-Punent bħal . Pushkin kiteb Ir-Reġina tal-Ispati, storja qasira spiss antoloġizzata fit-traduzzjoni bl-Ingliż.
Musicals
Ix-xogħlijiet ta' Pushkin ipprovdew art għammiela wkoll għall-kompożituri Russi. Ruslan u Lyudmila ta' Glinka hija l-iżjed opra importanti bikrija ispirata minn Pushkin, u għeliem fit-tradizzjoni tal-mużika Russa. L-opri ta' Tchaikovsky Eugene Onegin (1879) u Ir-Reġina tal-Ispati (Pikovaya Dama, 1890) x'aktarx li saru iktar magħrufa barra r-Russja mix-xogħlijiet stess ta' Pushkin bl-istess isem.
Boris Godunov (żewġ verżjonijiet, 1868–1869 u 1871–1872) ta' Mussorgsky tikklassifika bħala waħda mill-ifjen u l-iktar opri oriġinali Russi. Opri Russi oħra bbażati fuq Pushkin jinkludu Rusalka u Il-Mistieden tal-Ġebel ta' Dargomyzhsky; Mozart u Salieri, Il-Ġrajja tal-Ksar Saltan, u Is-Serduq tad-Deheb ta' Rimsky-Korsakov; Il-Priġunier tal-Kawkasu, Festa fi Żmien il-Pesta, u Bint il-Kaptan ta' Cui; Mazeppa ta' Tchaikovsky; l-opri b'att wieħed Aleko (ibbażata fuq Iż-Żingari) u ll-Kavallier Xeħħieħ ta' Rachmaninoff;Mavra ta' Stravinsky, u Dubrovsky ta' Nápravník.
Barra minn hekk, diversi żifniet u kanzunetti ġew irranġati abbażi tal-versi ta' Pushkin (inkluż saħansitra l-poeżiji tiegħu bil-Franċiż, fiċ-ċiklu ta' kanzunetti ta' , Caprice étrange). Suppé, Leoncavallo u Malipiero bbażaw ukoll xi opri fuq ix-xogħlijiet tiegħu. Il-kompożituri Yudif Grigorevna Rozhavskaya, Galina Konstantinovna Smirnova, Yevgania Yosifovna Yakhina, Maria Semyonovna Zavalishina u Zinaida Petrovna Ziberova kkomponew kanzunetti folkloristiċi abbażi tat-testi ta' Pushkin.
Ix-Xewqa tal-Glorja, li ġie ddedikat lil Elizaveta Vorontsova, ġie maqlub għall-mużika minn , l-istess bħal Żommni Tiegħek, Taliżman ta' u iktar 'il quddiem ta' Tukhmanov.
Romantiċiżmu
Pushkin jitqies minn bosta bħala r-rappreżentant ċentrali tar-Romantiċiżmu fil-letteratura Russa; madankollu, huwa ma kienx magħruf purament bħala Romantiku. Tradizzjonalment il-kritiċi Russi sostnew li x-xogħlijiet tiegħu jirrappreżentaw mogħdija min-Neo-Klassiċiżmu għar-Romantiċiżmu għar-Realiżmu. Valutazzjoni alternattiva tissuġġerixxi li "huwa kellu l-ħila li jitħaddet fuq kuntrarji li jaf tidher bħala xi ħaġa Romantika fl-oriġini, iżda fl-aħħar mill-aħħar tmur kontra kull puntdivista fiss, kull prospettiva unika, inkluż dik tar-Romantiċiżmu" u li "huwa Romantiku u Mhux Romantiku fl-istess waqt".
Letteratura Russa
Pushkin normalment jiġi kkreditat li żviluppa l-letteratura Russa. Jitqies li oriġina l-livell b'bosta sfumaturi tal-lingwa li jikkaratterizza l-letteratura Russa ta' warajh, u huwa kkreditat ukoll li żied b'mod sostanzjali l-lessiku Russu. Kull meta sab lakuni fil-vokabularju Russu, huwa ħareġ b'kalki. Il-vokabularju rikk tiegħu u l-istil tassew sensittiv huma l-pedamenti tal-letteratura Russa moderna. Il-kisbiet tiegħu stabbilew rekords ġodda għal-lingwa u għall-kultura Russa. Huwa sar missier il-letteratura Russa fis-seklu 19, wara li għamel l-ikbar kisbiet fis-seklu 18 u l-bidu tal-proċess letterarju tas-seklu 19. Huwa introduċa lir-Russja fil-ġeneri letterarji Ewropej kollha kif ukoll fost għadd kbir ta' kittieba tal-Punent tal-Ewropa. Huwa daħħal id-diskors naturali u l-influwenzi barranin biex joħloq ir-Russu poetiku modern. Għalkemm ħajtu kienet qasira, huwa ħalla eżempji ta' kważi kull ġeneru letterarju ta' żmienu: il-poeżija lirika, il-poeżija narrattiva, ir-rumanz, l-istorja qasira, id-dramm, is-saġġ kritiku u saħansitra l-ittra personali.
Skont Vladimir Nabokov,
Il-lingwaġġ ta' Pushkin kien iħaddan l-elementi kontemporanji kollha tar-Russu ma' dak kollu li kien tgħallem mingħand Derzhavin, Zhukovsky, Batyushkov, Karamzin u Krylov:
- Il-livell poetiku u metafiżiku li kien għadu preżenti fil-forom u fil-kelmiet Slavi tal-Knisja
- Galliċiżmi abbundanti u naturali
- Kollokjaliżmi ta' kuljum ta' żmienu
- Diskors popolari stilizzat billi għaqqad flimkien it-tliet stili famużi (baxxa, medju, għoli) tant għall-qalb l-arkajċi psewdoklassiċi u billi żied l-ingredjenti tar-Romantiċi Russi bi ftit parodija.
Ix-xogħol tiegħu bħala kritiku u bħala ġurnalist immarka t-twelid tal-kultura tar-rivisti Russi li kien jinkludi l-kontribut kbir tiegħu f'waħda mill-iżjed rivisti letterarji influwenti tas-seklu 19, is-Sovremennik (Il-Kontemporanju, jew Современник). Pushkin ispira l-ġrajjiet folkloristiċi u l-ġeneri ta' awturi oħra: Leskov, Yesenin u Gorky. L-użu tiegħu tar-Russu fforma l-bażi tal-istil tar-rumanziera Ivan Turgenev, u , kif ukoll dak ta' poeti liriċi sussegwenti bħal . Pushkin ġie analizzat minn Nikolai Gogol, is-suċċessur u l-istudent tiegħu, u mill-kritiku Russu kbir , li pproduċa l-iżjed studju sħiħ u ddettaljat tax-xogħol ta' Pushkin, li għad għandu rilevanza kbira.
Ċelebrazzjonijiet ċentenarji Sovjetiċi
Fiċ-ċentenarju tal-mewt ta' Pushkin fl-1937, tismija tal-massa ta' toroq madwar l-Unjoni Sovjetika kollha seħħet biex jingħata ġieħ. Qabel l-2022, Pushkin kien it-tielet l-iżjed figura storika komuni rrappreżentata fit-toroq tal-Ukrajna; madankollu, il-monumenti tiegħu tneħħew u t-toroq f'ismu ngħataw tismija ġdida wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Dawn il-monumenti, flimkien ma' kull toponimija relatata miegħu, issa huma illegali fl-Ukrajna wara l-implimentazzjoni ta' liġi li tipprojbixxi s-simboli "ddedikati lil persuni li pubblikament, inkluż … f'xogħlijiet letterarji u artistiċi oħra, appoġġaw, igglorifikaw jew iġġustifikaw il-politika imperjali Russa".
Iċ-ċentenarju tal-mewt ta' Pushkin's death fl-1937 kien waħda mill-iżjed kommemorazzjonijiet letterarji sinifikanti tal-era Sovjetika, li x'aktarx li nstebqet biss miċ-ċentenarju tal-1928 tat-twelid ta' Leo Tolstoy. Għalkemm l-immaġni ta' Pushkin intweriet b'mod prominenti fil-propaganda Sovjetika, mill-billboards għat-tqartis tal-ħelu, daħlet f'kunflitt mal-persuna Sovjetika ideali. Pushkin kien reputat bħala libertin b'tendenzi aristokratiċi, li kienu f'kunflitt mal-valuri Sovjetiċi u wasslu għal forma ta' reviżjoniżmu repressiv, simili għal dak li wettaq Stalin fir-rigward tal-anarkiżmu Kristjan ta' Tolstoy.
Unuri
- Ftit wara l-mewt ta' Pushkin, il-poeta Romantiku Russu kontemporanju, , kiteb Mewt tal-Poeta. Il-poeżija, li kienet tintemm b'silta li tixħet il-ħtija fuq l-aristokrazija (bħala l-oppressuri tal-libertà) li wasslet għall-mewt reali ta' Pushkin, ma ġietx ippubblikata (u lanqas setgħet tiġi ppubblikata) iżda tqassmet b'mod informali f'San Pietruburgu. Lermontov ġie arrestat u eżiljat lejn riġment fil-Kawkasu.
- Il-poeta u l-mexxej Montenegrin inkluda fil-kollezzjoni ta' poeżiji tiegħu tal-1846 Ogledalo srpsko (Il-Mera Serba) bħala ġieħ poetiku lil Pushkin, bit-titlu Sjeni Aleksandra Puškina.
- Fl-1929, il-kittieb Sovjetiku , ippubblika rumanz, Id-Dokumenti ta' d'Archiac, fejn irrakkonta l-ġrajja tal-mewt ta' Pushkin mill-perspettiva ta' diplomatiku Franċiż, bħala parteċipant u xhud tal-ġlieda fatali. Il-ktieb jiddeskrivih bħala liberali u vittma tar-reġim Ksarist. Fil-Polonja l-ktieb ġie ppubblikat bit-titlu Mewt tal-Poeta.
- Fl-1937, ir-raħal ta' Tsarskoye Selo ssejjaħ Pushkin biex il-kittieb jingħata ġieħ.
- Hemm diversi mużewijiet fir-Russja ddedikati lil Pushkin, inkluż tnejn f'Moska, wieħed f'San Pietruburgu, u kumpless kbir f'Mikhaylovskoye.
- Il-mewt ta' Pushkin ġiet irrakkontata fil-film bijografiku tal-2006 Pushkin: The Last Duel. Ir-reġista tal-film kienet Natalya Bondarchuk. Pushkin inħadem mill-attur Sergei Bezrukov.
- Ħajtu ġiet drammatizzata fid-dramm tar-radju Awstraljan tal-1951 imsejjaħ Is-Serduq tad-Deheb
- Fis-sena 2000, l-Istatwa ta' Alexander Pushkin (Washington, D.C.) inbniet bħala parti minn skambju kulturali bejn il-bliet ta' Moska u ta' Washington. Min-naħa l-oħra, inbniet statwa tal-poeta Amerikan f'Moska.
- Il-Fond Fiduċjarju ta' Pushkin ġie stabbilit fl-1987 mid-Dukessa ta' Abercorn biex jitfakkar il-legat kreattiv u l-ispirtu tal-antenat tagħha u biex jitqanqlu l-kreattività u l-immaġinazzjoni tat-tfal tal-Irlanda billi jingħataw opportunitajiet biex jikkomunikaw il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom.
- Pjaneta minuri, 2208 Pushkin, skoperta fl-1977 mill-astronomu Sovjetiku , issemmiet għal Pushkin. Krater fuq Merkurju ssemma għalih ukoll.
- L-MS Aleksandr Pushkin, it-tieni vapur tal-klassi Russa ta' .
- Stazzjon tal-metro f'Tashkent issemmiet għalih.
- L-Għoljiet ta' Pushkin u l-Lag ta' Pushkin issemmew għalih f'Ben Nevis, id-Distrett ta' Cochrane, f'Ontario, il-Kanada.
- Jum il-Lingwa Russa tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti fl-2010 u ċċelebrat kull sena fis-6 ta' Ġunju, ġie skedat biex jaħbat ma' jum it-twelid ta' Pushkin.
- Statwa ta' Pushkin ġiet żvelata fil-Ġnien ta' Mehan f'Manila, il-Filippini biex jitfakkru r-relazzjonijiet bejn il-Filippini u r-Russja fl-2010.
- Id-djamant Alexander Pushkin, it-tieni l-ikbar li qatt instab fir-Russja (dak iż-żmien ir-Russja kienet tagħmel parti mill-Unjoni Sovjetika), ingħata ismu.
- Fit-28 ta' Novembru 2009, Monument għal Pushkin inbena f'Asmara, il-belt kapitali tal-Eritrea.
- Fl-2005 ġie kkummissjonat monument għal Pushkin u n-nanna tiegħu Maria Hannibal minn Just Rugel f'Zakharovo, ir-Russja u dan ġie skolpit mill-iskultur V. Kozinin.
- Fl-2019, l-Ajruport Internazzjonali ta' Sheremetyevo f'Moska ngħata isem Pushkin f'konformità mal-kompetizzjoni tal-Ismijiet il-Kbar tar-Russja.
Xogħlijiet
Poeżiji narrattivi
- 1820 – Ruslan i Ludmila (Руслан и Людмила); traduzzjoni bil-Malti: Ruslan u Ludmila
- 1820–1821 – Kavkazskiy plennik (Кавказский пленник); traduzzjoni bil-Malti: Il-Priġunier tal-Kawkasu
- 1821 – Gavriiliada (Гавриилиада)
- 1821–1822 – Bratia razboyniki (Братья разбойники); traduzzjoni bil-Malti: L-Aħwa Ħallelin
- 1823 – Bakhchisarayskiy fontan (Бахчисарайский фонтан); traduzzjoni bil-Malti: Il-Funtana ta' Bakhchisaray
- 1824 – Tsygany (Цыганы); traduzzjoni bil-Malti: Iż-Żingari
- 1825 – Graf Nulin (Граф Нулин); traduzzjoni bil-Malti: Il-Konti Nulin
- 1829 – Poltava (Полтава)
- 1830 – Domik v Kolomne (Домик в Коломне); traduzzjoni bil-Malti: Id-Dar Żgħira f'Kolomna
- 1833 – Andzhelo (Анджело); traduzzjoni bil-Malti: Angelo
- 1833 – Medny vsadnik (Медный всадник); traduzzjoni bil-Malti: Ir-Rikkieb tal-Bronż
- 1825–1832 (1833) – Evgeniy Onegin (Евгений Онегин)
Drammi
- 1825 – Boris Godunov (Борис Годунов)
- 1830 – Malenkie tragedii (Маленькие трагедии); traduzzjoni bil-Malti: Traġedji Żgħar
- Kamenny gost (Каменный гость); traduzzjoni bil-Malti: Il-Mistieden tal-Ġebel
- Motsart i Salieri (Моцарт и Сальери); traduzzjoni bil-Malti: Mozart u Salieri
- Skupoy rytsar (Скупой рыцарь); traduzzjoni bil-Malti: Il-Kavallier Xeħħieħ
- Pir vo vremya chumy (Пир во время чумы); traduzzjoni bil-Malti: Festa fi Żmien il-Pesta
Ħrejjef f'versi
- 1822 – Царь Никита и сорок его дочерей; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ksar Nikita u l-Erbgħin Ulied Bniet Tiegħu
- 1825 – Жених; traduzzjoni bil-Malti: L-Għarus
- 1830 – Сказка о попе и о работнике его Балде; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tal-Patri u tal-Ħaddiem Tiegħu Balda
- 1830 – Сказка о медведихе; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tal-Ors Femminili, jew Il-Ġrajja tal-Ors (mhux kompluta)
- 1831 – Сказка о царе Салтане; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tal-Ksar Saltan
- 1833 – Сказка о рыбаке и рыбке; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tas-Sajjied u tal-Ħuta
- 1833 – Сказка о мертвой царевне; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tal-Prinċipessa Mejta
- 1834 – Сказка о золотом петушке; traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tas-Serduq tad-Deheb
Poeżiji qosra
- 1817 – Tribut għal-Libertà
- 1829 – Ħabbejtek
- 1831 – Lil Dawk li Għamlu Kalunnji Kontra r-Russja
Rumanzi
- 1828 – Arap Petra Velikogo (Арап Петра Великого); traduzzjoni bil-Malti: L-Għarbi Iberiku ta' Pietru l-Kbir, rumanz mhux komplut
- 1829 – Roman v pis'makh (Роман в письмах); traduzzjoni bil-Malti: Rumanz f'Ittri, rumanz mhux komplut
- 1836 – Kapitanskaya dochka (Капитанская дочка); traduzzjoni bil-Malti: Bint il-Kaptan, rumanz
- 1836 – Roslavlev (Рославлев); rumanz mhux komplut
- 1841 – Dubrovsky (Дубровский); rumanz mhux komplut
Stejjer qosra
- 1831 – Povesti pokoynogo Ivana Petrovicha Belkina (Повести покойного Ивана Петровича Белкина); traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajjiet ta' Ivan Petrovich Belkin
- Vystrel (Выстрел); traduzzjoni bil-Malti: It-Tir, storja qasira
- Metel (Метель); traduzzjoni bil-Malti: Is-Sirda, storja qasira
- Grobovschik (Гробовщик); traduzzjoni bil-Malti: Id-Deffien, storja qasira
- Stantsionny smotritel (Станционный смотритель); traduzzjoni bil-Malti: Il-Kap tal-Istazzjon, storja qasira
- Baryshnya-krestianka (Барышня-крестьянка); traduzzjoni bil-Malti: Bint il-Kavallier, storja qasira
- 1834 – Pikovaya dama (Пиковая дама); traduzzjoni bil-Malti: Ir-Reġina tal-Ispati, storja qasira
- 1834 – Kirjali (Кирджали); traduzzjoni bil-Malti: Kirdzhali, storja qasira
- 1837 – Istoria sela Goryuhina (История села Горюхина); traduzzjoni bil-Malti: Il-Ġrajja tal-Villaġġ ta' Goryukhino, storja qasira mhux kompluta
- 1837 – Egypetskie nochi (Египетские ночи); traduzzjoni bil-Malti: L-Iljieli Eġizzjani
Nonfizzjoni
- 1834 – Istoria Pugachyova (История Пугачева); traduzzjoni bil-Malti: Storja ta' Pugachev, studju tar-Ribelljoni ta' Pugachev
- 1836 – Puteshestvie v Arzrum (Путешествие в Арзрум); traduzzjoni bil-Malti: Vjaġġ lejn Arzrum, noti tal-ivvjaġġar
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Alexander Pushkin, X'inhi Alexander Pushkin? Xi tfisser Alexander Pushkin?
Alexander Sergeyevich Pushkin twieled fis 6 ta Ġunju skont sorsi oħra fis 26 ta Mejju 1799 miet fl 10 ta Frar skont sorsi oħra fid 29 ta Jannar 1837 kien poeta drammaturgu u rumanzier Russu tal era Romantika Huwa jitqies minn ħafna bħala l ikbar poeta Russu kif ukoll bħala l fundatur tal letteratura Russa moderna Alexander Pushkinmembru ta Filiki EteriaĦajjaTwelid Moska 26 Mejju 1799 in Julian calendar 6 Ġunju 1799 1799NazzjonalitaResidenza Chișinău Moska Moska en en San Pietruburgu San PietruburguL ewwel lingwa RussuMewt San Pietruburgu 29 Jannar 1837 Julian Post tad dfin en Kawza tal mewt mul FamiljaMissierOmmKonjuga i en 1831 10 Frar 1837 Julian Ulied uri en en en en Aħwa uri en en EdukazzjoniAlma mater Tsarskoye Selo Lyceum en 1811 1817 Lingwi Russu FranċizOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta traduttur kittiebXogħlijiet importanti en en en en en en en en en Influwenzat minn en Voltaire Dante Alighieri Johann Wolfgang von Goethe mul William Shakespeare mul mul mul Sħubija en en Moviment romantiċizmuPsewdonomu Aleksandr NKShP Ivan Petrovich Belkin Feofilakt Kosichkin P St Arz Staryj Arzamasec u A B Moviment artistiku Pushkin twieled f familja nobbli Russa f Moska Missieru kien jagħmel parti minn familja nobbli antika Wieħed mill buznanniet min naħa ta ommu kien il Ġeneral Maġġuri nobbli ta oriġini Afrikana li nħataf minn art twelidu mill Ottomani u mbagħad inħeles mill Imperatur Russu u trabba mal familja imperjali bħala l filjozz tal imperatur Huwa ppublika l ewwel poezija tiegħa tal eta ta 15 il sena u ġie rikonoxxut b mod wiesa mid dinja letterarja ta zmienu sakemm iggradwa mil Liċeo ta Tsarskoye Selo Malli ggradwa mil liċeo Pushkin qara l poezija kontroversjali tiegħu Tribut għal Liberta waħda minn bosta li wasslu għall ezilju tiegħu mill Imperatur Waqt li kien taħt sorveljanza stretta mill pulizija politika tal Imperatur u ma setax jippubblika x xogħol tiegħu Pushkin kiteb l izjed dramm famuz tiegħu Boris Godunov Ir rumanz tiegħu f versi Eugene Onegin tfassal f sensiela bejn l 1825 u l 1832 Pushkin indarab b mod fatali fi ġlieda mal maħbub allegat ta martu ir raġel ta oħt il mara magħruf ukoll bħala Dantes Gekkern uffiċjal Franċiz tar Riġment tal Għassa tal Kavallieri NiselMissier Pushkin Sergei Lvovich Pushkin 1767 1848 tnissel minn familja distinta tan nobbilta Russa b nisel li kien imur lura għas seklu 12 Omm Pushkin Nadezhda Nadya Ossipovna Gannibal 1775 1836 tnisslet minn nobbilta Ġermaniza u Skandinava min naħa tan nanna tan naħa ta missierha Hija kienet bint Ossip Abramovich Gannibal 1744 1807 u martu Maria Alekseyevna Pushkina 1745 1818 Missier Ossip Abramovich Gannibal il buznannu ta Pushkin kien Abram Petrovich Gannibal 1696 1781 qaddej Afrikan li nħataf u ttieħed lejn Kostantinopli bħala don għas Sultan Ottoman u li iktar il quddiem ġie ttrasferit lejn ir Russja bħala don għal Pietru l Kbir Abram kiteb f ittra lill Imperatriċi Elizabetta bint Pietru l Kbir li Gannibal oriġina mir raħal ta Lagon abbazi ta bijografija mħarrfa mill iben tar rispett ta Gannibal Rotkirch meta kien qed iwettaq riċerka dwar Eugene Onegin xeħet dubji serji dwar din it teorija tal oriġini Riċerka li saret iktar tard mill istudjuzi u eventwalment stabbiliet b mod konkluziv minflok li Gannibal twieled fl Afrika Ċentrali f zona li tmiss mal Lag ta Ċad fil Kamerun modern Wara li ngħata l edukazzjoni tiegħu fi Franza bħala inġinier militari Gannibal sar il gvernatur ta Reval u eventwalment sar il Ġeneral Kap it tielet l iktar imlaħħaq fl armata li kien inkarigat bil kostruzzjoni tal fortijiet u bil kanali ta mal baħar fir Russja Ħajja bikrijaPushkin twieled f Moska u kienu jieħdu ħsiebu qaddejja u għalliema Franċizi għaldaqstant tal eta ta għaxar snin kien jitkellem l iktar bil Franċiz Huwa sar midħla tal lingwa Russa permezz tal komunikazzjoni mal qaddejja tal unita domestika tiegħu speċjalment tal qaddejja li kienet tieħu ħsiebu li kien iħobb tassew u li kellu rabta magħha iktar milli ma ommu stess Huwa ppubblika l ewwel poezija tiegħu meta kellu 15 il sena Meta lesta l iskola bħala parti mill ewwel klassi li ggradwat mil Liċeo Imperjali prestiġjuz f Tsarskoye Selo qrib San Pietruburgu it talent tiegħu diġa kien rikonoxxut b mod wiesa fix xena letterarja Russa Fil liċeo huwa kien student ta magħruf fir Russja bħala David de Boudry wieħed mill aħwa izgħar fl eta tar rivoluzzjonarju Franċiz Wara l iskola Pushkin daħal b ruħu u b ġismu fil kultura intellettwali zagħzugħa vibranti u pjuttost ribelli ta San Pietruburgu li dak iz zmien kienet il belt kapitali tal Imperu Russu Fl 1820 huwa ppubblika l ewwel poezija twila tiegħu Ruslan u Ludmila b kontroversja sħiħa minħabba s suġġett u l istil tagħha Attivizmu soċjaliMeta kien fil liċeo Pushkin kien influwenzat ferm mit tagħlimiet tal individwalista liberali Kantjan ta li Pushkin iktar il quddiem fakkar fil poezija tiegħu 19 ta Ottubru Pushkin sar midħla wkoll tal ħsieb tal Franċiz li baqa midjun miegħu tul ħajtu kollha speċjalment Voltaire li huwa ddeskriva bħala l ewwel wieħed li segwa triq ġdida u li wassal il lampa tal filosofija fl arkivji mudlama tal istorja Gradwalment Pushkin impenja ruħu favur ir riforma soċjali u sar kelliem tar radikali letterarji Dan inkorla l gvern u wassal biex jiġi ttrasferit mill belt kapitali f Mejju 1820 Huwa mar lejn il Kawkasu u lejn il Krimea u mbagħad lejn Kamianka u Chișinău fil Bessarabja Huwa ngħaqad ma Filiki Eteria organizzazzjoni sigrieta bl iskop li tegħleb it tmexxija Ottomana fil Greċja u tistabbilixxi stat Grieg sigriet Huwa ġie ispirat mir Rivoluzzjoni Griega u meta faqqgħet il gwerra kontra l Imperu Ottoman huwa zamm djarju fejn irreġistra l avvenimenti li seħħew fir rewwixta nazzjonali FamaHuwa għex f Chișinău sal 1823 u kiteb zewġ poeziji Romantiċi li kiseb il fama bihom Il Priġunier tal Kawkasu u Il Funtana ta Bakhchisaray Fl 1823 Pushkin mar jgħix f fejn mill ġdid kellu xi jgħid mal gvern li bagħtu f ezilju fil proprjeta rurali ta ommu f Mikhailovskoye qrib mill 1824 sal 1826 F Mikhaylovskoye Pushkin kiteb poeziji nostalġiċi tal imħabba li ddedika lil il mara tal Ġeneral Gvernatur ta Malorossia Imbagħad Pushkin ħadem fuq ir rumanz f versi tiegħu Eugene Onegin F Mikhaylovskoye fl 1825 Pushkin kiteb il poezija Lil Huwa maħsub b mod ġenerali li huwa ddedika din il poezija lil Anna Kern izda jezistu opinjonijiet oħra wkoll Il poeta kien jemmen li l poezija kienet iddedikata lill qaddejja tiegħu Olga Kalashnikova Il Pushkinista Kira Victorova kienet temmen li l poezija kienet iddedikata lill Imperatriċi Elizabetta Alekseyevna Vadim Nikolayev kien tal fehma li l idea dwar l imperatriċi kienet marġinali u rrifjuta li jiddiskutiha hu u jipprova juri li l poezija kienet iddedikata lil Tatyana Larina l eroina ta Eugene Onegin L awtoritajiet sejħu lil Pushkin f Moska wara li l poezija tiegħu Tribut għal Liberta nstabet fost fil pussess tar ribelli mir Rewwixta ta Diċembru 1825 Wara l ezilju tiegħu fl 1820 il ħbieb u l familja ta Pushkin baqgħu jagħfsu b mod kontinwu biex jinħeles u ltaqgħu mal Imperatur Alessandru I u mbagħad mal Imperatur u bagħtulhom ittri wara r Rewwixta ta Diċembru Meta ltaqa mal Imperatur Nikola I Pushkin kiseb il ħelsien tiegħu mill ezilju u beda jaħdem bħala l Konslu Titolari tal Arkivji Nazzjonali tal imperatur Madankollu peress li dawk li wettqu r Rewwixta ta Diċembru 1825 f San Pietruburgu kienu zammew uħud mill poeziji politiċi bikrin ta Pushkin l imperatur zamm kontroll strett fuq kulma ppubblika Pushkin u pprojbixxa l ivvjaġġar ħieles tiegħu Matul dik l istess sena 1825 Pushkin kiteb ukoll dik li mbagħad saret l izjed dramm famuza tiegħu Boris Godunov meta kien fil proprjeta ta ommu Madankollu ma rnexxilux jikseb il permess biex jippubblikaha qabel 5 snin wara Il verzjoni oriġinali u mhux iċċensurata tad dramm ma ttellgħetx fuq palk qabel l 2007 Għall ħabta tal 1825 1829 huwa ltaqa u għamel ħbieb mal poeta Pollakk matul l ezilju tiegħu fir Russja ċentrali Fl 1829 huwa vvjaġġa tul il Kawkasu lejn biex izur lil xi ħbieb li kienu qed jiġġieldu fl armata Russa matul il Gwerra bejn ir Russja u t Turkija Fi tmiem l 1829 Pushkin ried jagħmel vjaġġ barra mir Russja xewqa li ġiet riflessa fil poezija tiegħu Tlaqna jien lest Huwa applika għal permess biex jivvjaġġa izda ngħata tweġiba negattiva mingħand NikolaI fis 17 ta Jannar 1830 Għall ħabta tal 1828 Pushkin iltaqa ma Natalia Goncharova li dak iz zmien kellha 16 il sena u kienet waħda mill iktar tfajliet sbieħ f Moska li kienet fuq fomm kulħadd Wara bosta ezitazzjonijiet Natalia aċċettat proponiment ta zwieġ mingħand Pushkin f April 1830 izda mhux qabel ma ngħatat is serħan il moħħ li l gvern Ksarist ma kellu l ebda intenzjoni li jippersegwita l poeta libertarju Iktar il quddiem Pushkin u martu saru mistednin regolari tas soċjeta tal qorti Uffiċjalment tgħarrsu fis 6 ta Mejju 1830 u bagħtu l istediniet tat tieġ tagħhom Minħabba tifqigħa tal kolera u ċirkostanzi oħra it tieġ sar sena wara Iċ ċerimonja saret fit 18 ta Frar 1831 fil Knisja l Kbira tat Tlugħ is Sema fit Triq ta Bolshaya Nikitskaya f Moska Iz zwieġ ta Pushkin ma Goncharova kien pjuttost wieħed hieni izda l imġiba frivola karatteristika ta martu wasslet biex 7 snin wara jmut minħabba ġlieda li nibtet mill għira kbira ta Pushkin Fl 1831 matul il perjodu meta l influwenza letterarja ta Pushkin kienet qed tikber huwa ltaqa ma wieħed mill izjed kittieba bikrin influwenti oħra tar Russja Wara li qara l volum ta stejjer qosra tal 1831 1832 ta Gogol Lejliet f Razzett Qrib Dikanka Pushkin appoġġah u semma wħud mill izjed stejjer qosra famuzi ta Gogol fir rivista Il Kontemporanju li huwa stabbilixxa fl 1836 MewtSal ħarifa tal 1836 Pushkin spiċċa daħal f iktar u iktar dejn u ffaċċja l għajdut ta skandlu li martu kienet qed taqlibielu Fl 4 ta Novembru huwa bagħat sfida għall ġlied lil Georges d Anthes magħruf ukoll bħala Dantes Gekkern il missier adottiv ta d Anthes staqsa biex il ġlieda tiddewwem b ġimagħtejn Bl isforzi tal ħbieb tal poeta il ġlieda ġiet ikkanċellata Fis 17 ta Novembru d Anthes ippropona lil oħt Natalia Goncharova Ekaterina Iz zwieġ ma solviex il kunflitt D Anthes baqa joqgħod ma djul Natalia Goncharova fil pubbliku u l għajdut kien li d Anthes kien izzewweġ lil oħt Natalia sempliċement biex isalvalha r reputazzjoni tagħha Fis 26 ta Jannar is 7 ta Frar fil kalendarju Gregorjan 1837 Pushkin bagħat ittra b insulti kbar lil Gekkern L unika tweġiba għal dik l ittra kienet sfida għall ġlied kif basar Pushkin Pushkin irċieva l isfida formali għall ġlied permezz ta oħtu tar rispett Ekaterina Gekkerna approvata minn d Anthes fl istess jum permezz tal attache tal Ambaxxata Franċiza il Viskonti d Archiac Pushkin staqsa lil Arthur Magenis li dak iz zmien kien l attache tal Konsolat Ġenerali tal Brittaniċi f San Pietruburgu biex jagħtih il prokura tiegħu Magenis ma aċċettax formalment izda fis 26 ta Jannar is 7 ta Frar resaq lejn il Viskonti d Archiac biex jipprova jasal għal rikonċiljazzjoni madankollu d Archiac irrifjuta li jitkellem miegħu peress li uffiċjalment ma kellux il prokura ta Pushkin Magenis ma rnexxilux isib lil Pushkin filgħaxija u b hekk bagħtlu ittra permezz ta messaġġier fis sagħtejn ta filgħodu fejn ma aċċettax li jitkellem f ismu bi prokura peress li l possibbilta ta tpaċija diġa kienet inqerdet u l kompitu tradizzjonali ta min kien jaċċetta li jitkellem f isem xi ħadd bi prokura kien li jipprova jasal għal rikonċiljazzjoni Il ġlieda bil pistoli ma d Anthes seħħet fis 27 ta Jannar it 8 ta Frar fix Xmara s Sewda mingħajr il prezenza ta xi ħadd ieħor bi prokura f isem Pushkin Skont ir regoli tat tip ta ġlieda tagħhom it tnejn kellhom jibdew f distanza maqbula Wara li jingħata s sinjal biex il ġlieda tibda kienu jimxu lejn xulxin tul dik id distanza Imbagħad setgħu jisparaw meta jridu izda dak li kien jispara l ewwel imbagħad kellu jibqa wieqaf u jistenna li l ieħor jispara lura meta jrid D Anthes spara l ewwel u darab lil Pushkin b mod kritiku il balla daħlet f ġenbu u nifdet sidru D Anthes ġarrab ġrieħi ħfief f dirgħajh tal lemin bit tir ta Pushkin Jumejn wara fis 2 45 ta waranofsinhar tad 29 ta Jannar l 10 ta Frar Pushkin miet b peritonite Fir rumanz ta L Idjota karattru jissuġġerixxi li t tir kien aċċident Il balla tant laqtet l isfel li x aktarx li d Anthes kien qed jimmira iktar il fuq lejn is sider jew ir ras ħadd ma jimmira fejn laqtet il balla li jfisser li x aktarx Pushkin intlaqat b kumbinazzjoni Dan qaluhuli xi nies li naf jien Skont it talba tal mara ta Pushkin huwa tqiegħed fit tebut liebes l ilbies ta filgħaxija mhux bl uniformi ta kadett ipprovduta mill imperatur Is servizz tal funeral inizjalment kien se jsir fil Katidral ta San Izakk izda mbagħad sar fil Knisja ta Konyushennaya Bosta nies attendew Wara l funeral it tebut tnizzel taħt l art tal knisja u baqa hemm sat 3 ta Frar meta tneħħa u tressaq lejn il provinċja ta Pskov Pushkin indifen fl artijiet tal Monasteru ta Svyatogorsky f Pushkinskiye Gory moderna qrib Pskov biswit il qabar t ommu L aħħar dar tiegħu issa saret muzew DixxendentiPushkin kellu erbat itfal miz zwieġ tiegħu ma Natalia Maria li twieldet fl 1832 Alexander li twieled fl 1833 Grigory li twieled fl 1835 u Natalia li twieldet fl 1836 din tal aħħar izzewġet morganatikament lill Prinċep Nikolaus Wilhelm ta Nassau tal Familja Nassau Weilburg u ngħatat it titlu ta Kontessa ta Merenberg Bintha Sophie zzewġet lill Gran Duka Michael Mikhailovich tar Russja neputi tal Imperatur Nikola I L arbli tar razza ta Alexander u ta Natalia biss għadhom ħajjin Il proneputija ta Natalia Nadejda izzewġet fi ħdan il familja rjali Brittanika estiza u r raġel tagħha huwa z ziju tal Prinċep Filippu id Duka ta Edinburgu u hija n nanna tal Markiza attwali ta Milford Haven Id dixxendenti tal poeta issa jgħixu madwar id dinja fir Renju Unit fiċ Ċekja fil Ġermanja fil Belġju fil Lussemburgu u fl Istati Uniti LegatLetterarju Il kritiċi jqisu bosta mix xogħlijiet tiegħu bħala kapulavuri fosthom il poezija Ir Rikkieb tal Bronz u d dramm Il Mistieden tal Ġebel ġrajja dwar il waqgħa ta Don Juan Id dramm poetiku qasir tiegħu Mozart u Salieri bħal Il Mistieden tal Ġebel wieħed mill hekk imsejħa erba Traġedji Zgħar karatterizzazzjoni kollettiva minn Pushkin innifsu fl ittra tal 1830 lil ispira x xogħol ta Amadeus u pprovda wkoll il librett kwazi verbatim għall opra ta Rimsky Korsakov Mozart u Salieri Pushkin huwa magħruf ukoll għall istejjer qosra tiegħu B mod partikolari ċ ċiklu tiegħu Il Ġrajjiet ta Ivan Petrovich Belkin inkluz It Tir intlaqgħu tajjeb ferm Skont it teoriku letterarju il loġika narrattiva u l plawzibbilta tan narrazzjoni flimkien mal preċizjoni il mod konċiz l ekonomija tal prezentazzjoni tar realta dan kollu nkiseb f Il Ġrajjiet ta Belkin speċjalment u l iktar fil ġrajja Il Kap tal Istazzjon Pushkin huwa l proġenitur tal izvilupp fit tul u li ta l frott tal letteratura realista Russa peress li jirnexxilu jikseb l ideal realist ta prezentazzjoni konċiza tar realta Pushkin stess kien jippreferi r rumanz f versi tiegħu Eugene Onegin li kiteb matul ħajtu u li jagħti bidu lil tradizzjoni ta rumanzi Russi kbar u jsegwi ftit karattri ċentrali izda jvarja ferm bħala ton u enfasi Onegin huwa xogħol kumpless ħafna li minkejja li huwa twil xi mitt paġna biss it traduttur Vladimir Nabokov kellu bzonn zewġ volumi sħaħ ta materjal biex jirnexxilu jrendi t tifsira sħiħa tiegħu bl Ingliz Minħabba din id diffikulta fit traduzzjoni il versi ta Pushkin ma tantx huma magħrufa fost il qarrejja tal Ingliz Minkejja dan Pushkin influwenza ferm lill kittieba tal Punent bħal Pushkin kiteb Ir Reġina tal Ispati storja qasira spiss antoloġizzata fit traduzzjoni bl Ingliz Musicals Ix xogħlijiet ta Pushkin ipprovdew art għammiela wkoll għall kompozituri Russi Ruslan u Lyudmila ta Glinka hija l izjed opra importanti bikrija ispirata minn Pushkin u għeliem fit tradizzjoni tal muzika Russa L opri ta Tchaikovsky Eugene Onegin 1879 u Ir Reġina tal Ispati Pikovaya Dama 1890 x aktarx li saru iktar magħrufa barra r Russja mix xogħlijiet stess ta Pushkin bl istess isem Boris Godunov zewġ verzjonijiet 1868 1869 u 1871 1872 ta Mussorgsky tikklassifika bħala waħda mill ifjen u l iktar opri oriġinali Russi Opri Russi oħra bbazati fuq Pushkin jinkludu Rusalka u Il Mistieden tal Ġebel ta Dargomyzhsky Mozart u Salieri Il Ġrajja tal Ksar Saltan u Is Serduq tad Deheb ta Rimsky Korsakov Il Priġunier tal Kawkasu Festa fi Zmien il Pesta u Bint il Kaptan ta Cui Mazeppa ta Tchaikovsky l opri b att wieħed Aleko ibbazata fuq Iz Zingari u ll Kavallier Xeħħieħ ta Rachmaninoff Mavra ta Stravinsky u Dubrovsky ta Napravnik Barra minn hekk diversi zifniet u kanzunetti ġew irranġati abbazi tal versi ta Pushkin inkluz saħansitra l poeziji tiegħu bil Franċiz fiċ ċiklu ta kanzunetti ta Caprice etrange Suppe Leoncavallo u Malipiero bbazaw ukoll xi opri fuq ix xogħlijiet tiegħu Il kompozituri Yudif Grigorevna Rozhavskaya Galina Konstantinovna Smirnova Yevgania Yosifovna Yakhina Maria Semyonovna Zavalishina u Zinaida Petrovna Ziberova kkomponew kanzunetti folkloristiċi abbazi tat testi ta Pushkin Ix Xewqa tal Glorja li ġie ddedikat lil Elizaveta Vorontsova ġie maqlub għall muzika minn l istess bħal Zommni Tiegħek Talizman ta u iktar il quddiem ta Tukhmanov Romantiċizmu Pushkin jitqies minn bosta bħala r rapprezentant ċentrali tar Romantiċizmu fil letteratura Russa madankollu huwa ma kienx magħruf purament bħala Romantiku Tradizzjonalment il kritiċi Russi sostnew li x xogħlijiet tiegħu jirrapprezentaw mogħdija min Neo Klassiċizmu għar Romantiċizmu għar Realizmu Valutazzjoni alternattiva tissuġġerixxi li huwa kellu l ħila li jitħaddet fuq kuntrarji li jaf tidher bħala xi ħaġa Romantika fl oriġini izda fl aħħar mill aħħar tmur kontra kull puntdivista fiss kull prospettiva unika inkluz dik tar Romantiċizmu u li huwa Romantiku u Mhux Romantiku fl istess waqt Letteratura Russa Pushkin normalment jiġi kkreditat li zviluppa l letteratura Russa Jitqies li oriġina l livell b bosta sfumaturi tal lingwa li jikkaratterizza l letteratura Russa ta warajh u huwa kkreditat ukoll li zied b mod sostanzjali l lessiku Russu Kull meta sab lakuni fil vokabularju Russu huwa ħareġ b kalki Il vokabularju rikk tiegħu u l istil tassew sensittiv huma l pedamenti tal letteratura Russa moderna Il kisbiet tiegħu stabbilew rekords ġodda għal lingwa u għall kultura Russa Huwa sar missier il letteratura Russa fis seklu 19 wara li għamel l ikbar kisbiet fis seklu 18 u l bidu tal proċess letterarju tas seklu 19 Huwa introduċa lir Russja fil ġeneri letterarji Ewropej kollha kif ukoll fost għadd kbir ta kittieba tal Punent tal Ewropa Huwa daħħal id diskors naturali u l influwenzi barranin biex joħloq ir Russu poetiku modern Għalkemm ħajtu kienet qasira huwa ħalla ezempji ta kwazi kull ġeneru letterarju ta zmienu il poezija lirika il poezija narrattiva ir rumanz l istorja qasira id dramm is saġġ kritiku u saħansitra l ittra personali Skont Vladimir Nabokov Il lingwaġġ ta Pushkin kien iħaddan l elementi kontemporanji kollha tar Russu ma dak kollu li kien tgħallem mingħand Derzhavin Zhukovsky Batyushkov Karamzin u Krylov Il livell poetiku u metafiziku li kien għadu prezenti fil forom u fil kelmiet Slavi tal Knisja Galliċizmi abbundanti u naturali Kollokjalizmi ta kuljum ta zmienu Diskors popolari stilizzat billi għaqqad flimkien it tliet stili famuzi baxxa medju għoli tant għall qalb l arkajċi psewdoklassiċi u billi zied l ingredjenti tar Romantiċi Russi bi ftit parodija Ix xogħol tiegħu bħala kritiku u bħala ġurnalist immarka t twelid tal kultura tar rivisti Russi li kien jinkludi l kontribut kbir tiegħu f waħda mill izjed rivisti letterarji influwenti tas seklu 19 is Sovremennik Il Kontemporanju jew Sovremennik Pushkin ispira l ġrajjiet folkloristiċi u l ġeneri ta awturi oħra Leskov Yesenin u Gorky L uzu tiegħu tar Russu fforma l bazi tal istil tar rumanziera Ivan Turgenev u kif ukoll dak ta poeti liriċi sussegwenti bħal Pushkin ġie analizzat minn Nikolai Gogol is suċċessur u l istudent tiegħu u mill kritiku Russu kbir li pproduċa l izjed studju sħiħ u ddettaljat tax xogħol ta Pushkin li għad għandu rilevanza kbira Ċelebrazzjonijiet ċentenarji Sovjetiċi Fiċ ċentenarju tal mewt ta Pushkin fl 1937 tismija tal massa ta toroq madwar l Unjoni Sovjetika kollha seħħet biex jingħata ġieħ Qabel l 2022 Pushkin kien it tielet l izjed figura storika komuni rrapprezentata fit toroq tal Ukrajna madankollu il monumenti tiegħu tneħħew u t toroq f ismu ngħataw tismija ġdida wara l invazjoni Russa tal Ukrajna Dawn il monumenti flimkien ma kull toponimija relatata miegħu issa huma illegali fl Ukrajna wara l implimentazzjoni ta liġi li tipprojbixxi s simboli ddedikati lil persuni li pubblikament inkluz f xogħlijiet letterarji u artistiċi oħra appoġġaw igglorifikaw jew iġġustifikaw il politika imperjali Russa Iċ ċentenarju tal mewt ta Pushkin s death fl 1937 kien waħda mill izjed kommemorazzjonijiet letterarji sinifikanti tal era Sovjetika li x aktarx li nstebqet biss miċ ċentenarju tal 1928 tat twelid ta Leo Tolstoy Għalkemm l immaġni ta Pushkin intweriet b mod prominenti fil propaganda Sovjetika mill billboards għat tqartis tal ħelu daħlet f kunflitt mal persuna Sovjetika ideali Pushkin kien reputat bħala libertin b tendenzi aristokratiċi li kienu f kunflitt mal valuri Sovjetiċi u wasslu għal forma ta revizjonizmu repressiv simili għal dak li wettaq Stalin fir rigward tal anarkizmu Kristjan ta Tolstoy UnuriFtit wara l mewt ta Pushkin il poeta Romantiku Russu kontemporanju kiteb Mewt tal Poeta Il poezija li kienet tintemm b silta li tixħet il ħtija fuq l aristokrazija bħala l oppressuri tal liberta li wasslet għall mewt reali ta Pushkin ma ġietx ippubblikata u lanqas setgħet tiġi ppubblikata izda tqassmet b mod informali f San Pietruburgu Lermontov ġie arrestat u eziljat lejn riġment fil Kawkasu Il poeta u l mexxej Montenegrin inkluda fil kollezzjoni ta poeziji tiegħu tal 1846 Ogledalo srpsko Il Mera Serba bħala ġieħ poetiku lil Pushkin bit titlu Sjeni Aleksandra Puskina Fl 1929 il kittieb Sovjetiku ippubblika rumanz Id Dokumenti ta d Archiac fejn irrakkonta l ġrajja tal mewt ta Pushkin mill perspettiva ta diplomatiku Franċiz bħala parteċipant u xhud tal ġlieda fatali Il ktieb jiddeskrivih bħala liberali u vittma tar reġim Ksarist Fil Polonja l ktieb ġie ppubblikat bit titlu Mewt tal Poeta Fl 1937 ir raħal ta Tsarskoye Selo ssejjaħ Pushkin biex il kittieb jingħata ġieħ Hemm diversi muzewijiet fir Russja ddedikati lil Pushkin inkluz tnejn f Moska wieħed f San Pietruburgu u kumpless kbir f Mikhaylovskoye Il mewt ta Pushkin ġiet irrakkontata fil film bijografiku tal 2006 Pushkin The Last Duel Ir reġista tal film kienet Natalya Bondarchuk Pushkin inħadem mill attur Sergei Bezrukov Ħajtu ġiet drammatizzata fid dramm tar radju Awstraljan tal 1951 imsejjaħ Is Serduq tad Deheb Fis sena 2000 l Istatwa ta Alexander Pushkin Washington D C inbniet bħala parti minn skambju kulturali bejn il bliet ta Moska u ta Washington Min naħa l oħra inbniet statwa tal poeta Amerikan f Moska Il Fond Fiduċjarju ta Pushkin ġie stabbilit fl 1987 mid Dukessa ta Abercorn biex jitfakkar il legat kreattiv u l ispirtu tal antenat tagħha u biex jitqanqlu l kreattivita u l immaġinazzjoni tat tfal tal Irlanda billi jingħataw opportunitajiet biex jikkomunikaw il ħsibijiet l emozzjonijiet u l esperjenzi tagħhom Pjaneta minuri 2208 Pushkin skoperta fl 1977 mill astronomu Sovjetiku issemmiet għal Pushkin Krater fuq Merkurju ssemma għalih ukoll L MS Aleksandr Pushkin it tieni vapur tal klassi Russa ta Stazzjon tal metro f Tashkent issemmiet għalih L Għoljiet ta Pushkin u l Lag ta Pushkin issemmew għalih f Ben Nevis id Distrett ta Cochrane f Ontario il Kanada Jum il Lingwa Russa tan Nazzjonijiet Uniti stabbilit min Nazzjonijiet Uniti fl 2010 u ċċelebrat kull sena fis 6 ta Ġunju ġie skedat biex jaħbat ma jum it twelid ta Pushkin Statwa ta Pushkin ġiet zvelata fil Ġnien ta Mehan f Manila il Filippini biex jitfakkru r relazzjonijiet bejn il Filippini u r Russja fl 2010 Id djamant Alexander Pushkin it tieni l ikbar li qatt instab fir Russja dak iz zmien ir Russja kienet tagħmel parti mill Unjoni Sovjetika ingħata ismu Fit 28 ta Novembru 2009 Monument għal Pushkin inbena f Asmara il belt kapitali tal Eritrea Fl 2005 ġie kkummissjonat monument għal Pushkin u n nanna tiegħu Maria Hannibal minn Just Rugel f Zakharovo ir Russja u dan ġie skolpit mill iskultur V Kozinin Fl 2019 l Ajruport Internazzjonali ta Sheremetyevo f Moska ngħata isem Pushkin f konformita mal kompetizzjoni tal Ismijiet il Kbar tar Russja XogħlijietPoeziji narrattivi 1820 Ruslan i Ludmila Ruslan i Lyudmila traduzzjoni bil Malti Ruslan u Ludmila 1820 1821 Kavkazskiy plennik Kavkazskij plennik traduzzjoni bil Malti Il Priġunier tal Kawkasu 1821 Gavriiliada Gavriiliada 1821 1822 Bratia razboyniki Bratya razbojniki traduzzjoni bil Malti L Aħwa Ħallelin 1823 Bakhchisarayskiy fontan Bahchisarajskij fontan traduzzjoni bil Malti Il Funtana ta Bakhchisaray 1824 Tsygany Cygany traduzzjoni bil Malti Iz Zingari 1825 Graf Nulin Graf Nulin traduzzjoni bil Malti Il Konti Nulin 1829 Poltava Poltava 1830 Domik v Kolomne Domik v Kolomne traduzzjoni bil Malti Id Dar Zgħira f Kolomna 1833 Andzhelo Andzhelo traduzzjoni bil Malti Angelo 1833 Medny vsadnik Mednyj vsadnik traduzzjoni bil Malti Ir Rikkieb tal Bronz 1825 1832 1833 Evgeniy Onegin Evgenij Onegin Drammi 1825 Boris Godunov Boris Godunov 1830 Malenkie tragedii Malenkie tragedii traduzzjoni bil Malti Traġedji Zgħar Kamenny gost Kamennyj gost traduzzjoni bil Malti Il Mistieden tal Ġebel Motsart i Salieri Mocart i Saleri traduzzjoni bil Malti Mozart u Salieri Skupoy rytsar Skupoj rycar traduzzjoni bil Malti Il Kavallier Xeħħieħ Pir vo vremya chumy Pir vo vremya chumy traduzzjoni bil Malti Festa fi Zmien il Pesta Ħrejjef f versi 1822 Car Nikita i sorok ego docherej traduzzjoni bil Malti Il Ksar Nikita u l Erbgħin Ulied Bniet Tiegħu 1825 Zhenih traduzzjoni bil Malti L Għarus 1830 Skazka o pope i o rabotnike ego Balde traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tal Patri u tal Ħaddiem Tiegħu Balda 1830 Skazka o medvedihe traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tal Ors Femminili jew Il Ġrajja tal Ors mhux kompluta 1831 Skazka o care Saltane traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tal Ksar Saltan 1833 Skazka o rybake i rybke traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tas Sajjied u tal Ħuta 1833 Skazka o mertvoj carevne traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tal Prinċipessa Mejta 1834 Skazka o zolotom petushke traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tas Serduq tad Deheb Poeziji qosra 1817 Tribut għal Liberta 1829 Ħabbejtek 1831 Lil Dawk li Għamlu Kalunnji Kontra r Russja Rumanzi 1828 Arap Petra Velikogo Arap Petra Velikogo traduzzjoni bil Malti L Għarbi Iberiku ta Pietru l Kbir rumanz mhux komplut 1829 Roman v pis makh Roman v pismah traduzzjoni bil Malti Rumanz f Ittri rumanz mhux komplut 1836 Kapitanskaya dochka Kapitanskaya dochka traduzzjoni bil Malti Bint il Kaptan rumanz 1836 Roslavlev Roslavlev rumanz mhux komplut 1841 Dubrovsky Dubrovskij rumanz mhux komplut Stejjer qosra 1831 Povesti pokoynogo Ivana Petrovicha Belkina Povesti pokojnogo Ivana Petrovicha Belkina traduzzjoni bil Malti Il Ġrajjiet ta Ivan Petrovich Belkin Vystrel Vystrel traduzzjoni bil Malti It Tir storja qasira Metel Metel traduzzjoni bil Malti Is Sirda storja qasira Grobovschik Grobovshik traduzzjoni bil Malti Id Deffien storja qasira Stantsionny smotritel Stancionnyj smotritel traduzzjoni bil Malti Il Kap tal Istazzjon storja qasira Baryshnya krestianka Baryshnya krestyanka traduzzjoni bil Malti Bint il Kavallier storja qasira 1834 Pikovaya dama Pikovaya dama traduzzjoni bil Malti Ir Reġina tal Ispati storja qasira 1834 Kirjali Kirdzhali traduzzjoni bil Malti Kirdzhali storja qasira 1837 Istoria sela Goryuhina Istoriya sela Goryuhina traduzzjoni bil Malti Il Ġrajja tal Villaġġ ta Goryukhino storja qasira mhux kompluta 1837 Egypetskie nochi Egipetskie nochi traduzzjoni bil Malti L Iljieli Eġizzjani Nonfizzjoni 1834 Istoria Pugachyova Istoriya Pugacheva traduzzjoni bil Malti Storja ta Pugachev studju tar Ribelljoni ta Pugachev 1836 Puteshestvie v Arzrum Puteshestvie v Arzrum traduzzjoni bil Malti Vjaġġ lejn Arzrum noti tal ivvjaġġarReferenzi Basker Michael Pushkin and Romanticism In Ferber Michael ed A Companion to European Romanticism Oxford Blackwell 2005 Maxim Gorky essay on Pushkin www marxists org Miġbur 2025 05 27