Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Belt Storika tal Kajr bl Għarbi القاهرة التاريخية al Qāhira tārīkhiyya magħrufa wkoll bħala l Belt Iżlamika tal Kajr

Belt Storika tal Kajr

  • Paġna Ewlenija
  • Belt Storika tal Kajr
Belt Storika tal Kajr
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Belt Storika tal-Kajr (bl-Għarbi: القاهرة التاريخية, al-Qāhira tārīkhiyya), magħrufa wkoll bħala l-Belt Iżlamika tal-Kajr (bl-Għarbi: قاهرة المعز, Qāhira al-Muʿizz) jew il-Belt Medjevali tal-Kajr, tirreferi l-iktar għall-inħawi tal-Kajr, l-Eġittu, li nbnew mill-ħakma Musulmana fis-641 W.K. sat-tkabbir modern tal-belt fis-seklu 19 matul it-tmexxija Kediva ta' Ismail, jiġifieri: il-partijiet ċentrali fi ħdan iċ-ċentru storiku ffortifikat bis-swar, iċ-ċimiterji storiċi, iż-żona madwar iċ-Ċittadella tal-Kajr, partijiet minn Bulaq, u ċ-Ċentru Storiku tal-Kajr (bl-Għarbi: مصر القديمة, Misr al-Qadima) li jmur lura għal żmien ir-Rumani u jinkludi l-monumenti Kristjani Koptiċi ewlenin.

L-isem "il-Belt Iżlamika tal-Kajr" ma jirreferix għall-prominenza akbar tal-Musulmani fl-inħawi iżda iktar għall-istorja u l-wirt rikki tal-belt mill-istabbiliment tagħha fil-perjodu Iżlamiku bikri, li jiddistingwuha mis-siti Eġizzjani ta' Giza u . Din iż-żona tħaddan waħda mill-ikbar konċentrazzjonijiet u densità ta' arkitettura storika fid-dinja Iżlamika. Hija kkaratterizzata minn mijiet ta' moskej, oqbra, madrasa, vilel, karavanseraj u fortifikazzjonijiet li jmorru lura għall-perjodu Iżlamiku kollu tal-Eġittu.

Fl-1979, il-Belt Storika tal-Kajr tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, bħala "waħda mill-eqdem bliet Iżlamiċi fid-dinja, bil-moskej, madrasa, ħammam u funtani famużi tagħha" u "ċ-ċentru l-ġdid tad-dinja Iżlamika, li laħqet il-perjodu tad-deheb tagħha fis-seklu 14".

Storja

L-istabbiliment ta' Fustat u l-perjodu Iżlamiku bikri

L-istorja tal-Kajr, fil-qofol tagħha, bdiet bil-ħakma tal-Eġittu mill-Għarab Musulmani fis-640, taħt il-kmandant 'Amr ibn al-'As. Għalkemm kienet il-belt kapitali tal-Eġittu dak iż-żmien (u kienet ilha l-belt kapitali tul żmien Tolomew, ir-Rumani u l-Biżantini), il-ħakkiema Għarab iddeċidew li jistabbilixxu belt ġdida msejħa Fustat biex isservihom bħala l-belt kapitali amministrattiva u ċentru tal-gwarniġjon militari tal-Eġittu. Il-belt il-ġdida kienet tinsab qrib fortizza Rumana-Biżantina magħrufa bħala l-Babilonja max-xtut tan- (li issa tinsab fiċ-Ċentru Storiku tal-Kajr), fil-Lbiċ tal-Kajr li nbena wara (ara hawn taħt). L-għażla ta' dan il-post jaf kienet dovuta għal diversi fatturi, inkluż il-prossimità kemxejn eqreb lejn l-Arabja u l-Mekka, il-biża' tal-influwenza Kristjana u Ellenistika b'saħħitha f'Lixandra, u l-vulnerabbiltà ta' Lixandra fil-konfront tal-kontrooffensivi Biżantini li kienu qed jaslu mill-baħar (li fil-fatt seħħew). X'aktarx iktar importanti minn hekk, il-pożizzjoni ta' Fustat fin-nofs bejn l-Eġittu t'Isfel (id-Delta tan-Nil) u l-Eġittu ta' Fuq (il-Wied tan-Nil iktar lejn in-Nofsinhar) għamlitha post strateġiku għall-kontroll tal-pajjiż li kien iċċentrat max-xmara Nil, l-istess bħalma kien ġara għall-belt Eġizzjana Antika ta' Memphis (fin-Nofsinhar tal-Kajr). Ix-xejra tal-istabbiliment ta' bliet-gwarniġjon ġodda kienet waħda ripetuta wkoll tul il-ħakmiet tal-Għarab, b'eżempji oħra bħal fit-Tuneżija jew fl-Iraq. L-istabbiliment ta' Fustat ġie akkumpanjat ukoll bl-istabbiliment tal-ewwel moskea tal-Eġittu (u tal-Afrika), il-Moskea ta' 'Amr ibn al-'As, li ġiet rikostruwita kemm-il darba tul is-sekli iżda għadha teżisti.

Fustat malajr kibret u saret il-belt, il-port u ċ-ċentru ekonomiku prinċipali tal-Eġittu, u kulma jmur Lixandra saret belt iktar provinċjali. Fis-661 id-dinja Iżlamika sfat taħt il-kontroll tal-Ummajjadin, li kienu bbażati fil-belt kapitali tagħhom ta' Damasku, sal-ħakma mill-Abbasidi fis-750. L-aħħar kaliff tal-Ummajjidin, , ħa sehem fl-aħħar battalja tiegħu fl-Eġittu iżda nqatel fl-1 ta' Awwissu 750. Minn hemm 'il quddiem, l-Eġittu u Fustat, għaddew taħt il-kontroll tal-Abbasidi. L-Abbasidi mmarkaw it-tmexxija l-ġdida tagħhom fl-Eġittu billi stabbilew belt kapitali amministrattiva ġdida msejħa al-'Askar, kemxejn fil-Grigal ta' Fustat, bl-inizjattiva tal-gvernatur tagħhom . Il-belt tlestiet bl-istabbiliment ta' moskea grandjuża (imsejħa Jami' al-'Askar) fis-786, u kienet tinkludi palazz għar-residenza tal-gvernatur, magħruf bħala d-Dar al-'Imara. Xejn ma fadal minn din il-belt illum il-ġurnata, iżda l-istabbiliment ta' bliet kapitali amministrattivi ġodda kemxejn 'il barra mill-belt prinċipali sar xejra rikorrenti fl-istorja tal-inħawi.

kien kmandant militari Tork li kien serva l-kaliffi Abbasidi f'Samarra matul kriżi twila tas-setgħa tal-Abbasidi. Huwa sar il-gvernatur tal-Eġittu fit-868 iżda malajr sar il-mexxej indipendenti de facto, filwaqt li xorta waħda rrikonoxxa l-awtorità simbolika tal-kaliff tal-Abbasidi. Huwa tant sar influwenti li iktar 'il quddiem il-kaliff ħallieh jieħu l-kontroll ukoll tas-Sirja fit-878. Matul dan il-perjodu tat-tmexxija tat-Tulunidi (taħt Ibn Tulun u uliedu subien), l-Eġittu sar stat indipendenti għall-ewwel darba minn żmien ir-Rumani li kienu stabbilew ruħhom fit-30 Q.K. Ibn Tulun stabbilixxa l-belt kapitali amministrattiva ġdida tiegħu stess fit-870, imsejħa al-Qata'i, kemxejn fil-Majjistral ta' al-Askar. Kienet tinkludi palazz grandjuż ġdid (li għadu jissejjaħ Dar al-'Imara), ippodromu jew post għall-parati militari, faċilitajiet bħal sptar (bimaristan), u moskea kbira li għadha teżisti sa llum il-ġurnata, magħrufa bħala l-Moskea ta' Ibn Tulun, li nbniet bejn it-876 u t-879. Ibn Tulun miet fit-884 u uliedu subien mexxew għal ftit deċennji oħra sad-905 meta l-Abbasidi bagħtu armata biex jergħu jistabbilixxu l-kontroll dirett u lil al-Qata'i tawha n-nar u qerduha kollha għajr għall-moskea. Wara dan l-avveniment, l-Eġittu tmexxa għal xi żmien minn dinastija oħra, l-Ikxididi, li mexxew bħala gvernaturi tal-Abbasidi bejn id-935 u d-969. Uħud mill-kostruzzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari taħt Abu al-Misk Kafur, raġel kastrat ta' karnaġjon sewda (li oriġina mill-Etjopja) li kien mexxa bħala reġġent matul l-aħħar parti ta' dan il-perjodu, jaf influwenza l-għażla futura tal-Fatimidi li jistabbilixxu l-belt kapitali tagħhom hemmhekk, peress li wieħed mill-ġonna l-kbar ta' Kafur tul il-kanal ta' Khalij ġie inkorporat fil-palazzi Fatimidi li nbnew wara.

L-istabbiliment ta' al-Qahira (il-Kajr) u l-perjodu tal-Fatimidi

Il-Fatimidi, kaliffat Xiita ta' Isma'ili li kien ibbażat f'Ifriqiya, it-Tuneżija, ħakmu lill-Eġittu fid-969 W.K. matul ir-renju tal-Kaliff al-Mu'izz. L-armata tagħhom, magħmula l-iktar minn Berberi Kutama tat-Tramuntana tal-Afrika, kienet immexxija mill-Ġeneral Jawhar al-Siqilli. Fid-970, skont l-istruzzjonijiet minn al-Mu'izz, Jawhar ippjana, stabbilixxa u bena belt ġdida biex isservi bħala r-residenza u ċ-ċentru tal-poter tal-Kaliffi Fatimidi. Il-belt issejħet al-Mu'izziyya al-Qaahirah (bl-Għarbi: المعزية القاهرة), li tfisser "il-Belt Rebbieħa ta' al-Mu'izz", li iktar 'il quddiem bdiet tissejjaħ sempliċement "al-Qahira", li wasslet għall-isem modern tal-Kajr.

Il-belt kienet tinsab fil-Grigal ta' Fustat u tal-bliet kapitali amministrattivi preċedenti li kienu nbnew minn Ibn Tulun u mill-Abbasidi. Jawhar organizza l-belt il-ġdida sabiex fiċ-ċentru tagħha jkun hemm il-Palazzi l-Kbar li ospitaw il-kaliffi, il-familji tagħhom, u l-istituzzjonijiet tal-istat. Tlestew żewġ palazzi prinċipali: wieħed tal-Lvant (l-ikbar wieħed mit-tnejn) u wieħed tal-Punent, u bejniethom kien hemm pjazza importanti magħrufa bħala Bayn al-Qasrayn ("Bejn iż-Żewġ Palazzi"). Il-moskea prinċipali tal-belt, il-Moskea ta' al-Azhar, ġiet stabbilita fid-972 kemm bħala Moskea tal-Ġimgħa kif ukoll bħala ċentru tal-apprendiment u tat-tagħlim, u llum il-ġurnata titqies bħala waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja. It-triq prinċipali tal-belt, magħrufa llum bħala Triq Al-Mu'izz li-Din Allah (jew Triq al-Mu'zz) iżda storikament magħrufa bħala l-Qasabah jew il-Qasaba, kienet tibda minn waħda mid-daħliet tat-Tramuntana tal-belt (Bab al-Futuh) sad-daħla tan-Nofsinhar (Bab Zuweila) u kienet tgħaddi bejn il-palazzi minn ġo Bayn al-Qasrayn. Madankollu, taħt il-Fatimidi, il-Kajr kienet belt irjali li ma kinitx miftuħa għan-nies komuni u kienet abitata biss mill-familja tal-Kaliff, mill-uffiċjali statali, mir-riġmenti tal-armata u minn nies oħra li kienu meħtieġa għall-operazzjonijiet tar-reġim u tal-belt. Fustat baqgħet għal xi żmien iċ-ċentru ekonomiku u urban prinċipali tal-Eġittu. Kien iktar 'il quddiem biss li l-Kajr kiber u assorba bliet lokali oħra, inkluż Fustat, iżda d-969 xi kultant titqies bħala s-"sena tal-istabbiliment" tal-belt attwali.

Al-Mu'izz, u miegħu l-fergħa amministrattiva tal-Kaliffat tal-Fatimidi, telqu mill-belt kapitali preċedenti ta' Mahdia, it-Tuneżija, fid-972 u waslu fil-Kajr f'Ġunju 973. L-Imperu tal-Fatimidi malajr kiber u sar b'saħħtu biżżejjed biex jiflaħ it-theddida tar-rivali Sunnita tal-Kaliffat tal-Abbasidi. Matul ir-renju tal-Kaliff al-Mustansir (1036-1094), l-itwal li qatt irrenja kwalunkwe mexxej Musulman, l-Imperu tal-Fatimidi laħaq il-quċċata tiegħu iżda mbagħad beda wkoll it-triq tan-niżla tiegħu. Ftit viżieri setgħana, aġixxew f'isem il-kaliffi u rnexxielhom jerġgħu jqajmu l-poter tal-imperu fuq saqajh. Il-viżier Armen Badr al-Jamali (1073-1094) reġa' bena s-swar tal-ġebel tal-Kajr, b'daħliet monumentali, li għad fadal xi fdalijiet tagħhom u li tkabbru iktar 'il quddiem taħt l-Ajjubidi. Fl-aħħar tas-seklu 11 seħħew ukoll bosta avvenimenti u żviluppi fir-reġjun. F'dak iż-żmien l-Imperu l-Kbir tas-Seljuk (Torok) ħakem il-biċċa l-kbira tad-dinja Iżlamika tal-Lvant. Il-wasla tat-Torok, li prinċipalment kienu Musulmani Sunniti, kienet fattur fit-tul fl-hekk imsejjaħ "Rinaxximent tas-Sunniti" li reġġa' lura l-avvanz tal-Fatimidi u tal-fazzjonijiet Xiiti fil-Lvant Nofsani. Fl-1099 l-Ewwel Kruċjata ħakmet Ġerusalemm, u l-istati l-ġodda tal-ġellieda tal-Kruċjati saru theddida serja u imminenti għall-Eġittu. Mexxejja Musulmana ġodda bħal Nur al-Din tad-dinastija Torka taz-Zengidi ħadu ħsieb l-offensiva kumplessiva kontra l-ġellieda tal-Kruċjati.

Fis-seklu 12 id-dgħufija tal-Fatimidi tant saret evidenti li taħt l-aħħar Kaliff tal-Fatimidi, al-'Adid, talbu l-għajnuna miz-Zengidi biex jipproteġu lilhom infushom mir-Re ta' Ġerusalemm, Amalric, u fl-istess ħin ippruvaw jikkonfoffaw ma' dan tal-aħħar biex irażżnu liz-Zengidi. Fl-1168, filwaqt li l-ġellieda tal-Kruċjati avvanzaw lejn il-Kajr, il-viżier tal-Fatimidi, Shawar, imħasseb li l-belt mhux iffortifikata ta' Fustat setgħet tintuża bħala bażi li minnha jiġi varat l-assedju kontra l-Kajr, ordna l-evakwazzjoni tagħha u mbagħad ta n-nar lill-belt u qeridha. Minkejja li l-istoriċi jiddibattu l-kobor tal-qerda (peress li Fustat milli jidher baqgħet teżisti wara dan l-avveniment), il-qerda ta' Fustat bin-nar timmarka mument kruċjali fid-deklin ta' dik il-belt, li mbagħad ħaditilha postha l-Kajr. Eventwalment, Salah ad-Din (Saladin), kmandant taz-Zengidi li kien ingħata l-kariga ta' viżier ta' al-'Adid fil-Kajr, iddikjara t-tmiem u t-tneħħija tal-Kaliffat tal-Fatimidi fl-1171. B'hekk il-Kajr reġgħet sfat taħt tmexxija Sunnita, u nfetaħ kapitlu ġdid fl-istorja tal-Eġittu u fl-istorja urbana tal-Kajr.

Il-perjodu tad-deheb tal-Kajr fil-perjodi tal-Ajjubidi u tal-Mamluk

Ir-renju ta' Salah ad-Din immarka l-bidu tad-dinastija Ajjubida, li rrenjat fl-Eġittu u s-Sirja u rreżistiet kontra l-ġellieda tal-Kruċjati. Huwa beda wkoll il-kostruzzjoni ambizzjuża ta' Ċittadella ffortifikata ġdida (iċ-Ċittadella attwali tal-Kajr) iktar lejn in-Nofsinhar, barra mill-belt imdawra bis-swar, li mbagħad ospitat il-mexxejja tal-Eġittu u l-amministrazzjoni statali għal bosta sekli. Dan temm l-istatus tal-Kajr bħala belt-palazz esklużiva u beda l-proċess li permezz tiegħu l-belt saret ċentru ekonomiku abitat minn Eġizzjani komuni u li kienet miftuħa għall-vjaġġaturi barranin. Tul is-sekli ta' wara, il-Kajr żviluppat f'ċentru urban fuq skala kbira. Id-deklin ta' Fustat matul l-istess perjodu witta t-triq għall-perjodu tad-deheb tal-Kajr. Is-sultani tal-Ajjubidi u s-suċċessuri Mamluk tagħhom, li kienu Musulmani Sunniti ħerqana li jeħilsu mill-influwenza tal-Fatimidi Xiiti, progressivament qerdu u ssostitwew il-palazzi grandjużi tal-Fatimidi bil-binjiet tagħhom stess. Il-Moskea ta' Al-Azhar ġiet ikkonvertita f'istituzzjoni Sunnita, u llum il-ġurnata hija ċentru minn ta' quddiem nett għall-istudju tal-Koran u tal-liġi Iżlamika fid-dinja Iżlamika Sunnita.

Fl-1250 id-dinastija tal-Ajjubidi għotrot u s-setgħa daħlet f'tranżizzjoni lejn reġim ikkontrollat mill-Mamluk. Il-Mamluk kienu suldati li kienu nxtraw bħala lsiera żgħażagħ (spiss minn diversi reġjuni tal-Ewrasja Ċentrali) u li trabbew biex iservu fl-armata tas-sultan. Dawn saru parti integrali mill-militar tal-Ajjubidi taħt is-Sultan al-Salih u eventwalment saru b'saħħithom biżżejjed biex jieħdu l-kontroll tal-istat f'idejhom waqt kriżi politika li seħħet matul is-Seba' Kruċjata. Bejn l-1250 u l-1517, it-tron għadda minn Mamluk għal ieħor f'sistema ta' suċċessjoni li ġeneralment ma kinitx ereditarja, iżda sikwit ukoll kienet waħda vjolenti u kaotika. Minkejja dan, l-Imperu tal-Mamluk kompla bosta aspetti tal-Imperu tal-Ajjubidi ta' qablu, u kien responsabbli għar-reżistenza kontra l-avvanz tal-Mongoli fl-1260 (l-iktar magħrufa kienet il-Battalja ta' Ain Jalut) u għat-tmiem tal-istati tal-ġellieda tal-Kruċjati fil-Lvant.

Il-Moskea-Madrasa tas-Sultan Hassan tad-dinastija Bahri tal-perjodu tal-Mamluk, ta' nofs is-seklu 14.
Il-koppla tal-Kumpless tas-Sultan al-Ashraf Qaytbay fiċ-Ċimiterju tat-Tramuntana tal-Kajr, tal-aħħar tas-seklu 15.

Taħt ir-renju tas-sultan tal-Mamluk al-Nasir Muhammad (1293-1341, inklużi l-interrenji), il-Kajr laħaq l-apoġew tiegħu f'termini ta' popolazzjoni u ta' ġid. Stima tal-popolazzjoni li spiss tiġi kkwotata lejn l-aħħar tar-renju tiegħu, għalkemm diffiċli li tiġi evalwata, hi ta' madwar 500,000 ruħ, u b'hekk dak iż-żmien il-Kajr kienet l-ikbar belt fid-dinja apparti ċ-Ċina. Minkejja li kienu poplu pjuttost militari, il-Mamluk kienu bennejja prolifiċi u sponsors ta' binjiet reliġjużi u ċiviċi. Għadd estensiv ta' monumenti storiċi tal-Kajr imorru lura għal dak iż-żmien, fosthom bosta mill-iżjed impressjonanti. Il-belt stagħnat ukoll permezz tal-kontroll tar-rotot kummerċjali bejn l-Oċean Indjan u l-Mediterran. Madankollu, wara r-renju ta' al-Nasir, l-Eġittu u l-Kajr intlaqtu minn epidemiji ripetuti tal-pesta, l-iktar il-pesta s-sewda f'nofs is-seklu 14. Il-popolazzjoni tal-Kajr majnat u ħadet sekli sħaħ biex tirpilja, iżda xorta waħda l-Kajr baqgħet metropoli ewlenija tal-Lvant Nofsani.

Taħt l-Ajjubidi u iktar 'il quddiem taħt il-Mamluk, il-Qasaba saret sit privileġġat għall-kostruzzjoni ta' kumplessi reliġjużi, mawżolej irjali, u stabbilimenti kummerċjali, normalment sponsorjati mis-sultan jew minn membri tal-klassi tat-tmexxija. Hemmhekk żviluppaw ukoll is-swieq ewlenin tal-Kajr, li ffurmaw iż-żona ekonomika prinċipali tal-kummerċ internazzjonali u tal-attività kummerċjali. Peress li t-triq prinċipali mtliet bil-ħwienet u ma tantx kien baqa' spazju għal iktar żvilupp, inbnew strutturi kummerċjali ġodda iktar lejn il-Lvant, ħdejn il-Moskea ta' al-Azhar u s-Santwarju ta' al-Hussein, fejn illum il-ġurnata għad hemm iż-żona tas-suq ta' Khan al-Khalili, li progressivament ġie żviluppat. Fattur importanti fl-iżvilupp tan-natura urbana tal-Kajr kien l-għadd dejjem jikber tal-istabbilimenti hekk imsejħa waqf, speċjalment matul żmien il-Mamluk. Il-waqf kienu entitajiet fiduċjarji tal-karità li skont il-liġi Iżlamika kellhom l-għan li jistabbilixxu l-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u l-finanzjament tas-sorsi tal-bosta stabbilimenti reliġjużi/ċiviċi li nbnew mill-klassi tat-tmexxija. Tipikament kienu jiġu stabbiliti biex jiddefinixxu l-binjiet reliġjużi jew ċiviċi kumpless li kienu jikkombinaw diversi funzjonijiet (eż. moskea, madrasa, mawżolew, sebil) u li spiss kienu jkunu ffinanzjati bid-dħul mill-binjiet kummerċjali urbani jew mill-azjendi agrikoli rurali. Sal-aħħar tas-seklu 15, il-Kajr kellha wkoll binjiet għoljin ta' użu mħallat (magħrufa bħala rab', khan jew wikala, skont il-funzjoni preċiża tagħhom) fejn iż-żewġ sulari t'isfel tagħhom tipikament kienu jintużaw għal skopijiet kummerċjali u ta' ħżin, filwaqt li d-diversi sulari ta' fuqhom kienu jinkrew lill-inkwilini.

Il-Kajr bħala belt kapitali provinċjali tal-Imperu Ottoman

L-Eġittu nħakem mill-Imperu Ottoman fl-1517, taħt , u baqa' taħt it-tmexxija tal-Ottomani għal sekli sħaħ. Matul dan il-perjodu, l-elit lokali ssieltu bla heda kontra xulxin għall-poter u għall-influwenza politiċi; uħud minnhom kellhom oriġini Ottomana, oħrajn kienu Mamluk li baqgħu jeżistu bħala parti mill-elit tal-pajjiż minkejja l-waqgħa tas-sultanat tal-Mamluk.

Il-Kajr baqgħet ċentru ekonomiku ewlieni u waħda mill-iżjed bliet importanti tal-imperu. Baqgħet ukoll il-waqfa prinċipali għall-pellegrinaġġ (Hajj) lejn il-Mekka. Minkejja li l-gvernaturi Ottomani ma kinux patruni ewlenin tal-arkitettura bħall-Mamluk, il-Kajr xorta waħda baqgħet tiżviluppa u kibru viċinati ġodda 'l barra mis-swar antiki tal-belt. L-arkitettura Ottomana fil-Kajr baqgħet tkun influwenzata ferm u toriġina mit-tradizzjonijiet lokali ta' żmien il-Mamluk minflok ġiet ippreżentata waqfa ċara meta mqabbel mal-passat. Xi individwi, bħal Abd ar-Rahman Katkhuda al-Qazdaghli, uffiċjal Mamluk fost il-Ġanissarji fis-seklu 18, kienu patruni prolifiċi tal-arkitettura. Bosta residenzi antiki tal-borgeżija jew aristokratiċi li ġew ippreservati fil-Kajr sa llum il-ġurnata jmorru lura għal żmien l-Ottomani, l-istess bħal għadd ta' sabil-kuttab (kombinament ta' gabbana tad-distribuzzjoni tal-ilma u skola tal-qari tal-Koran).

Il-Kajr taħt Muhammad Ali Pasha u l-Kedivi

L-armata Franċiża ta' Napuljun okkupat lill-Eġittu għal żmien qasir mill-1798 sal-1801, u mbagħad uffiċjal Albaniż fl-armata Ottomana, Muhammad Ali Pasha, għamel lill-Kajr il-belt kapitali ta' imperu indipendenti li dam mill-1805 sal-1882. Imbagħad il-belt sfat taħt il-kontroll Brittaniku sa meta l-Eġittu ngħata l-indipendenza fl-1922.

Taħt it-tmexxija ta' Muhammad Ali, iċ-Ċittadella tal-Kajr ġiet rinnovata għalkollox. Bosta mill-monumenti tal-Mamluk li ma baqgħux jintużaw twaqqgħu biex minflokhom tinbena l-moskea l-ġdida tiegħu (il-Moskea ta' Muhammad Ali) u palazzi oħra. Id-dinastija ta' Muhammad Ali daħħlet ukoll stil iktar purament Ottoman ta' arkitettura, l-iktar l-istil Barokk Ottoman aħħari ta' dak iż-żmien. Wieħed min-neputijiet tiegħu, Isma'il tal-Kedivi bejn l-1864 u l-1879, issorvelja l-kostruzzjoni tal-Kanal ta' Suez modern. Flimkien ma' dan il-proġett, huwa wettaq ukoll il-kostruzzjoni ta' belt enormi ġdida bl-istil Ewropew lejn it-Tramuntana u l-Punent taċ-ċentru storiku tal-Kajr. Il-belt il-ġdida emulat ir-riformi tas-seklu 19 ta' Pariġi, b'boulevards u bi pjazez grandjużi bħala parti mill-ippjanar u mill-konfigurazzjoni tal-belt. Għalkemm il-belt qatt ma tlestiet għalkollox skont il-viżjoni ta' Isma'il, din il-belt il-ġdida tkopri l-biċċa l-kbira taċ-Ċentru Storiku tal-Kajr. B'hekk id-distretti storiċi antiki tal-Kajr, inkluż il-belt ifforitifikata, tħallew pjuttost mitluqa. Anke ċ-Ċittadella tilfet l-istatus tagħha bħala r-residenza rjali meta Isma'il mar jgħix fil-Palazz ta' Abdin il-ġdid fl-1874.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Belt Storika tal-Kajr ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.

Il-valuri universali straordinarji tas-sit ġew irrikonoxxuti abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Referenzi

  1. ^ "The Boundaries and Preservation Codes of Historic Cairo (bl-Għarbi), National Organisation for Urban Harmony. 2022" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2023-03-23. Miġbur 2023-04-28.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Cairo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-28.
  3. ^ Planet, Lonely. "Must see attractions Egypt, Africa". Lonely Planet (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-28.
  4. ^ Williams, Caroline (2018). Islamic Monuments in Cairo: The Practical Guide (7th ed.). Cairo: The American University in Cairo Press. p. 7.
  5. ^ Raymond, André. 1993. Le Caire. Fayard.
  6. ^ Kennedy, Hugh (2007). The Great Arab Conquests: How the Spread of Islam Changed the World We Live In. Weidenfeld & Nicolson.
  7. ^ Swelim, Tarek (2015). Ibn Tulun: His Lost City and Great Mosque. The American University in Cairo Press.
  8. ^ Brett, Michael (2017). The Fatimid Empire. Edinburgu: Edinburgh University Press. p. 80.
  9. ^ "Saudi Aramco World : Cairo: A Millennial". archive.aramcoworld.com. Miġbur 2023-04-28.
  10. ^ "Fatimid dynasty | Egypt, Rulers, Religion, Capital, & Founder | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-28.
  11. ^ Lewis, Bernard (1995). The Middle East: A Brief History of the Last 2,000 Years. Scribner.
  12. ^ Denoix, Sylvie; Depaule, Jean-Charles; Tuchscherer, Michel, eds. (1999). Le Khan al-Khalili et ses environs: Un centre commercial et artisanal au Caire du XIIIe au XXe siècle. Cairo: Institut français d'archéologie orientale.
  13. ^ Clot, André (1996). L'Égypte des Mamelouks: L'empire des esclaves, 1250–1517. Perrin.
  14. ^ Abu-Lughod, Janet (1971). Cairo: 1001 Years of the City Victorious. Princeton University Press. p. 37.
  15. ^ Shillington, Kevin (2005). Encyclopedia of African History. Vol. I. Taylor & Francis. p. 342.
  16. ^ Behrens-Abouseif, Doris. 2007. Cairo of the Mamluks: A History of Architecture and its Culture. Cairo: The American University in Cairo Press.
  17. ^ Mortada, Hisham (2003). Traditional Islamic principles of built environment. Routledge. p. viii. ISBN 0-7007-1700-5.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 01 Lul, 2025 / 10:32

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Belt Storika tal Kajr, X'inhi Belt Storika tal Kajr? Xi tfisser Belt Storika tal Kajr?

Il Belt Storika tal Kajr bl Għarbi القاهرة التاريخية al Qahira tarikhiyya magħrufa wkoll bħala l Belt Izlamika tal Kajr bl Għarbi قاهرة المعز Qahira al Muʿizz jew il Belt Medjevali tal Kajr tirreferi l iktar għall inħawi tal Kajr l Eġittu li nbnew mill ħakma Musulmana fis 641 W K sat tkabbir modern tal belt fis seklu 19 matul it tmexxija Kediva ta Ismail jiġifieri il partijiet ċentrali fi ħdan iċ ċentru storiku ffortifikat bis swar iċ ċimiterji storiċi iz zona madwar iċ Ċittadella tal Kajr partijiet minn Bulaq u ċ Ċentru Storiku tal Kajr bl Għarbi مصر القديمة Misr al Qadima li jmur lura għal zmien ir Rumani u jinkludi l monumenti Kristjani Koptiċi ewlenin Il Moskea ta Ibn Tulun li nbniet fis seklu 9 hija ezempju rari u straordinarju ta arkitettura Abbasida ppreservata li tinsab il barra mill Iraq L isem il Belt Izlamika tal Kajr ma jirreferix għall prominenza akbar tal Musulmani fl inħawi izda iktar għall istorja u l wirt rikki tal belt mill istabbiliment tagħha fil perjodu Izlamiku bikri li jiddistingwuha mis siti Eġizzjani ta Giza u Din iz zona tħaddan waħda mill ikbar konċentrazzjonijiet u densita ta arkitettura storika fid dinja Izlamika Hija kkaratterizzata minn mijiet ta moskej oqbra madrasa vilel karavanseraj u fortifikazzjonijiet li jmorru lura għall perjodu Izlamiku kollu tal Eġittu Fl 1979 il Belt Storika tal Kajr tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO bħala waħda mill eqdem bliet Izlamiċi fid dinja bil moskej madrasa ħammam u funtani famuzi tagħha u ċ ċentru l ġdid tad dinja Izlamika li laħqet il perjodu tad deheb tagħha fis seklu 14 StorjaL istabbiliment ta Fustat u l perjodu Izlamiku bikri Il fdalijiet skavati ta Fustat fl 2009 L istorja tal Kajr fil qofol tagħha bdiet bil ħakma tal Eġittu mill Għarab Musulmani fis 640 taħt il kmandant Amr ibn al As Għalkemm kienet il belt kapitali tal Eġittu dak iz zmien u kienet ilha l belt kapitali tul zmien Tolomew ir Rumani u l Bizantini il ħakkiema Għarab iddeċidew li jistabbilixxu belt ġdida msejħa Fustat biex isservihom bħala l belt kapitali amministrattiva u ċentru tal gwarniġjon militari tal Eġittu Il belt il ġdida kienet tinsab qrib fortizza Rumana Bizantina magħrufa bħala l Babilonja max xtut tan li issa tinsab fiċ Ċentru Storiku tal Kajr fil Lbiċ tal Kajr li nbena wara ara hawn taħt L għazla ta dan il post jaf kienet dovuta għal diversi fatturi inkluz il prossimita kemxejn eqreb lejn l Arabja u l Mekka il biza tal influwenza Kristjana u Ellenistika b saħħitha f Lixandra u l vulnerabbilta ta Lixandra fil konfront tal kontrooffensivi Bizantini li kienu qed jaslu mill baħar li fil fatt seħħew X aktarx iktar importanti minn hekk il pozizzjoni ta Fustat fin nofs bejn l Eġittu t Isfel id Delta tan Nil u l Eġittu ta Fuq il Wied tan Nil iktar lejn in Nofsinhar għamlitha post strateġiku għall kontroll tal pajjiz li kien iċċentrat max xmara Nil l istess bħalma kien ġara għall belt Eġizzjana Antika ta Memphis fin Nofsinhar tal Kajr Ix xejra tal istabbiliment ta bliet gwarniġjon ġodda kienet waħda ripetuta wkoll tul il ħakmiet tal Għarab b ezempji oħra bħal fit Tunezija jew fl Iraq L istabbiliment ta Fustat ġie akkumpanjat ukoll bl istabbiliment tal ewwel moskea tal Eġittu u tal Afrika il Moskea ta Amr ibn al As li ġiet rikostruwita kemm il darba tul is sekli izda għadha tezisti Fustat malajr kibret u saret il belt il port u ċ ċentru ekonomiku prinċipali tal Eġittu u kulma jmur Lixandra saret belt iktar provinċjali Fis 661 id dinja Izlamika sfat taħt il kontroll tal Ummajjadin li kienu bbazati fil belt kapitali tagħhom ta Damasku sal ħakma mill Abbasidi fis 750 L aħħar kaliff tal Ummajjidin ħa sehem fl aħħar battalja tiegħu fl Eġittu izda nqatel fl 1 ta Awwissu 750 Minn hemm il quddiem l Eġittu u Fustat għaddew taħt il kontroll tal Abbasidi L Abbasidi mmarkaw it tmexxija l ġdida tagħhom fl Eġittu billi stabbilew belt kapitali amministrattiva ġdida msejħa al Askar kemxejn fil Grigal ta Fustat bl inizjattiva tal gvernatur tagħhom Il belt tlestiet bl istabbiliment ta moskea grandjuza imsejħa Jami al Askar fis 786 u kienet tinkludi palazz għar residenza tal gvernatur magħruf bħala d Dar al Imara Xejn ma fadal minn din il belt illum il ġurnata izda l istabbiliment ta bliet kapitali amministrattivi ġodda kemxejn il barra mill belt prinċipali sar xejra rikorrenti fl istorja tal inħawi Veduta panoramika tal Belt Storika tal Kajr kien kmandant militari Tork li kien serva l kaliffi Abbasidi f Samarra matul krizi twila tas setgħa tal Abbasidi Huwa sar il gvernatur tal Eġittu fit 868 izda malajr sar il mexxej indipendenti de facto filwaqt li xorta waħda rrikonoxxa l awtorita simbolika tal kaliff tal Abbasidi Huwa tant sar influwenti li iktar il quddiem il kaliff ħallieh jieħu l kontroll ukoll tas Sirja fit 878 Matul dan il perjodu tat tmexxija tat Tulunidi taħt Ibn Tulun u uliedu subien l Eġittu sar stat indipendenti għall ewwel darba minn zmien ir Rumani li kienu stabbilew ruħhom fit 30 Q K Ibn Tulun stabbilixxa l belt kapitali amministrattiva ġdida tiegħu stess fit 870 imsejħa al Qata i kemxejn fil Majjistral ta al Askar Kienet tinkludi palazz grandjuz ġdid li għadu jissejjaħ Dar al Imara ippodromu jew post għall parati militari faċilitajiet bħal sptar bimaristan u moskea kbira li għadha tezisti sa llum il ġurnata magħrufa bħala l Moskea ta Ibn Tulun li nbniet bejn it 876 u t 879 Ibn Tulun miet fit 884 u uliedu subien mexxew għal ftit deċennji oħra sad 905 meta l Abbasidi bagħtu armata biex jergħu jistabbilixxu l kontroll dirett u lil al Qata i tawha n nar u qerduha kollha għajr għall moskea Wara dan l avveniment l Eġittu tmexxa għal xi zmien minn dinastija oħra l Ikxididi li mexxew bħala gvernaturi tal Abbasidi bejn id 935 u d 969 Uħud mill kostruzzjonijiet tagħhom b mod partikolari taħt Abu al Misk Kafur raġel kastrat ta karnaġjon sewda li oriġina mill Etjopja li kien mexxa bħala reġġent matul l aħħar parti ta dan il perjodu jaf influwenza l għazla futura tal Fatimidi li jistabbilixxu l belt kapitali tagħhom hemmhekk peress li wieħed mill ġonna l kbar ta Kafur tul il kanal ta Khalij ġie inkorporat fil palazzi Fatimidi li nbnew wara L istabbiliment ta al Qahira il Kajr u l perjodu tal Fatimidi Bab al Futuh waħda mid daħliet tat Tramuntana tal Kajr li nbniet mill vizier Fatamid fl aħħar tas seklu 11 Il Fatimidi kaliffat Xiita ta Isma ili li kien ibbazat f Ifriqiya it Tunezija ħakmu lill Eġittu fid 969 W K matul ir renju tal Kaliff al Mu izz L armata tagħhom magħmula l iktar minn Berberi Kutama tat Tramuntana tal Afrika kienet immexxija mill Ġeneral Jawhar al Siqilli Fid 970 skont l istruzzjonijiet minn al Mu izz Jawhar ippjana stabbilixxa u bena belt ġdida biex isservi bħala r residenza u ċ ċentru tal poter tal Kaliffi Fatimidi Il belt issejħet al Mu izziyya al Qaahirah bl Għarbi المعزية القاهرة li tfisser il Belt Rebbieħa ta al Mu izz li iktar il quddiem bdiet tissejjaħ sempliċement al Qahira li wasslet għall isem modern tal Kajr Il belt kienet tinsab fil Grigal ta Fustat u tal bliet kapitali amministrattivi preċedenti li kienu nbnew minn Ibn Tulun u mill Abbasidi Jawhar organizza l belt il ġdida sabiex fiċ ċentru tagħha jkun hemm il Palazzi l Kbar li ospitaw il kaliffi il familji tagħhom u l istituzzjonijiet tal istat Tlestew zewġ palazzi prinċipali wieħed tal Lvant l ikbar wieħed mit tnejn u wieħed tal Punent u bejniethom kien hemm pjazza importanti magħrufa bħala Bayn al Qasrayn Bejn iz Zewġ Palazzi Il moskea prinċipali tal belt il Moskea ta al Azhar ġiet stabbilita fid 972 kemm bħala Moskea tal Ġimgħa kif ukoll bħala ċentru tal apprendiment u tat tagħlim u llum il ġurnata titqies bħala waħda mill eqdem universitajiet fid dinja It triq prinċipali tal belt magħrufa llum bħala Triq Al Mu izz li Din Allah jew Triq al Mu zz izda storikament magħrufa bħala l Qasabah jew il Qasaba kienet tibda minn waħda mid daħliet tat Tramuntana tal belt Bab al Futuh sad daħla tan Nofsinhar Bab Zuweila u kienet tgħaddi bejn il palazzi minn ġo Bayn al Qasrayn Madankollu taħt il Fatimidi il Kajr kienet belt irjali li ma kinitx miftuħa għan nies komuni u kienet abitata biss mill familja tal Kaliff mill uffiċjali statali mir riġmenti tal armata u minn nies oħra li kienu meħtieġa għall operazzjonijiet tar reġim u tal belt Fustat baqgħet għal xi zmien iċ ċentru ekonomiku u urban prinċipali tal Eġittu Kien iktar il quddiem biss li l Kajr kiber u assorba bliet lokali oħra inkluz Fustat izda d 969 xi kultant titqies bħala s sena tal istabbiliment tal belt attwali Il Moskea ta Al Azhar stabbilita mill Fatimidi fid 972 Il minareti ġew mizjuda iktar il quddiem matul il perjodu tal Mamluk Al Mu izz u miegħu l fergħa amministrattiva tal Kaliffat tal Fatimidi telqu mill belt kapitali preċedenti ta Mahdia it Tunezija fid 972 u waslu fil Kajr f Ġunju 973 L Imperu tal Fatimidi malajr kiber u sar b saħħtu bizzejjed biex jiflaħ it theddida tar rivali Sunnita tal Kaliffat tal Abbasidi Matul ir renju tal Kaliff al Mustansir 1036 1094 l itwal li qatt irrenja kwalunkwe mexxej Musulman l Imperu tal Fatimidi laħaq il quċċata tiegħu izda mbagħad beda wkoll it triq tan nizla tiegħu Ftit vizieri setgħana aġixxew f isem il kaliffi u rnexxielhom jerġgħu jqajmu l poter tal imperu fuq saqajh Il vizier Armen Badr al Jamali 1073 1094 reġa bena s swar tal ġebel tal Kajr b daħliet monumentali li għad fadal xi fdalijiet tagħhom u li tkabbru iktar il quddiem taħt l Ajjubidi Fl aħħar tas seklu 11 seħħew ukoll bosta avvenimenti u zviluppi fir reġjun F dak iz zmien l Imperu l Kbir tas Seljuk Torok ħakem il biċċa l kbira tad dinja Izlamika tal Lvant Il wasla tat Torok li prinċipalment kienu Musulmani Sunniti kienet fattur fit tul fl hekk imsejjaħ Rinaxximent tas Sunniti li reġġa lura l avvanz tal Fatimidi u tal fazzjonijiet Xiiti fil Lvant Nofsani Fl 1099 l Ewwel Kruċjata ħakmet Ġerusalemm u l istati l ġodda tal ġellieda tal Kruċjati saru theddida serja u imminenti għall Eġittu Mexxejja Musulmana ġodda bħal Nur al Din tad dinastija Torka taz Zengidi ħadu ħsieb l offensiva kumplessiva kontra l ġellieda tal Kruċjati Fis seklu 12 id dgħufija tal Fatimidi tant saret evidenti li taħt l aħħar Kaliff tal Fatimidi al Adid talbu l għajnuna miz Zengidi biex jipproteġu lilhom infushom mir Re ta Ġerusalemm Amalric u fl istess ħin ippruvaw jikkonfoffaw ma dan tal aħħar biex irazznu liz Zengidi Fl 1168 filwaqt li l ġellieda tal Kruċjati avvanzaw lejn il Kajr il vizier tal Fatimidi Shawar imħasseb li l belt mhux iffortifikata ta Fustat setgħet tintuza bħala bazi li minnha jiġi varat l assedju kontra l Kajr ordna l evakwazzjoni tagħha u mbagħad ta n nar lill belt u qeridha Minkejja li l istoriċi jiddibattu l kobor tal qerda peress li Fustat milli jidher baqgħet tezisti wara dan l avveniment il qerda ta Fustat bin nar timmarka mument kruċjali fid deklin ta dik il belt li mbagħad ħaditilha postha l Kajr Eventwalment Salah ad Din Saladin kmandant taz Zengidi li kien ingħata l kariga ta vizier ta al Adid fil Kajr iddikjara t tmiem u t tneħħija tal Kaliffat tal Fatimidi fl 1171 B hekk il Kajr reġgħet sfat taħt tmexxija Sunnita u nfetaħ kapitlu ġdid fl istorja tal Eġittu u fl istorja urbana tal Kajr Il perjodu tad deheb tal Kajr fil perjodi tal Ajjubidi u tal Mamluk Iċ Ċittadella ta Salah ad Din Saladin stabbilita fl 1176 u zviluppata iktar il quddiem mill mexxejja l oħra ta warajh Il Moskea ta Muhammad Ali tas seklu 19 hija vizibbli fl isfond tas swar Ir renju ta Salah ad Din immarka l bidu tad dinastija Ajjubida li rrenjat fl Eġittu u s Sirja u rrezistiet kontra l ġellieda tal Kruċjati Huwa beda wkoll il kostruzzjoni ambizzjuza ta Ċittadella ffortifikata ġdida iċ Ċittadella attwali tal Kajr iktar lejn in Nofsinhar barra mill belt imdawra bis swar li mbagħad ospitat il mexxejja tal Eġittu u l amministrazzjoni statali għal bosta sekli Dan temm l istatus tal Kajr bħala belt palazz eskluziva u beda l proċess li permezz tiegħu l belt saret ċentru ekonomiku abitat minn Eġizzjani komuni u li kienet miftuħa għall vjaġġaturi barranin Tul is sekli ta wara il Kajr zviluppat f ċentru urban fuq skala kbira Id deklin ta Fustat matul l istess perjodu witta t triq għall perjodu tad deheb tal Kajr Is sultani tal Ajjubidi u s suċċessuri Mamluk tagħhom li kienu Musulmani Sunniti ħerqana li jeħilsu mill influwenza tal Fatimidi Xiiti progressivament qerdu u ssostitwew il palazzi grandjuzi tal Fatimidi bil binjiet tagħhom stess Il Moskea ta Al Azhar ġiet ikkonvertita f istituzzjoni Sunnita u llum il ġurnata hija ċentru minn ta quddiem nett għall istudju tal Koran u tal liġi Izlamika fid dinja Izlamika Sunnita Fl 1250 id dinastija tal Ajjubidi għotrot u s setgħa daħlet f tranzizzjoni lejn reġim ikkontrollat mill Mamluk Il Mamluk kienu suldati li kienu nxtraw bħala lsiera zgħazagħ spiss minn diversi reġjuni tal Ewrasja Ċentrali u li trabbew biex iservu fl armata tas sultan Dawn saru parti integrali mill militar tal Ajjubidi taħt is Sultan al Salih u eventwalment saru b saħħithom bizzejjed biex jieħdu l kontroll tal istat f idejhom waqt krizi politika li seħħet matul is Seba Kruċjata Bejn l 1250 u l 1517 it tron għadda minn Mamluk għal ieħor f sistema ta suċċessjoni li ġeneralment ma kinitx ereditarja izda sikwit ukoll kienet waħda vjolenti u kaotika Minkejja dan l Imperu tal Mamluk kompla bosta aspetti tal Imperu tal Ajjubidi ta qablu u kien responsabbli għar rezistenza kontra l avvanz tal Mongoli fl 1260 l iktar magħrufa kienet il Battalja ta Ain Jalut u għat tmiem tal istati tal ġellieda tal Kruċjati fil Lvant Il Moskea Madrasa tas Sultan Hassan tad dinastija Bahri tal perjodu tal Mamluk ta nofs is seklu 14 Il koppla tal Kumpless tas Sultan al Ashraf Qaytbay fiċ Ċimiterju tat Tramuntana tal Kajr tal aħħar tas seklu 15 Taħt ir renju tas sultan tal Mamluk al Nasir Muhammad 1293 1341 inkluzi l interrenji il Kajr laħaq l apoġew tiegħu f termini ta popolazzjoni u ta ġid Stima tal popolazzjoni li spiss tiġi kkwotata lejn l aħħar tar renju tiegħu għalkemm diffiċli li tiġi evalwata hi ta madwar 500 000 ruħ u b hekk dak iz zmien il Kajr kienet l ikbar belt fid dinja apparti ċ Ċina Minkejja li kienu poplu pjuttost militari il Mamluk kienu bennejja prolifiċi u sponsors ta binjiet reliġjuzi u ċiviċi Għadd estensiv ta monumenti storiċi tal Kajr imorru lura għal dak iz zmien fosthom bosta mill izjed impressjonanti Il belt stagħnat ukoll permezz tal kontroll tar rotot kummerċjali bejn l Oċean Indjan u l Mediterran Madankollu wara r renju ta al Nasir l Eġittu u l Kajr intlaqtu minn epidemiji ripetuti tal pesta l iktar il pesta s sewda f nofs is seklu 14 Il popolazzjoni tal Kajr majnat u ħadet sekli sħaħ biex tirpilja izda xorta waħda l Kajr baqgħet metropoli ewlenija tal Lvant Nofsani Taħt l Ajjubidi u iktar il quddiem taħt il Mamluk il Qasaba saret sit privileġġat għall kostruzzjoni ta kumplessi reliġjuzi mawzolej irjali u stabbilimenti kummerċjali normalment sponsorjati mis sultan jew minn membri tal klassi tat tmexxija Hemmhekk zviluppaw ukoll is swieq ewlenin tal Kajr li ffurmaw iz zona ekonomika prinċipali tal kummerċ internazzjonali u tal attivita kummerċjali Peress li t triq prinċipali mtliet bil ħwienet u ma tantx kien baqa spazju għal iktar zvilupp inbnew strutturi kummerċjali ġodda iktar lejn il Lvant ħdejn il Moskea ta al Azhar u s Santwarju ta al Hussein fejn illum il ġurnata għad hemm iz zona tas suq ta Khan al Khalili li progressivament ġie zviluppat Fattur importanti fl izvilupp tan natura urbana tal Kajr kien l għadd dejjem jikber tal istabbilimenti hekk imsejħa waqf speċjalment matul zmien il Mamluk Il waqf kienu entitajiet fiduċjarji tal karita li skont il liġi Izlamika kellhom l għan li jistabbilixxu l funzjonijiet l operazzjonijiet u l finanzjament tas sorsi tal bosta stabbilimenti reliġjuzi ċiviċi li nbnew mill klassi tat tmexxija Tipikament kienu jiġu stabbiliti biex jiddefinixxu l binjiet reliġjuzi jew ċiviċi kumpless li kienu jikkombinaw diversi funzjonijiet ez moskea madrasa mawzolew sebil u li spiss kienu jkunu ffinanzjati bid dħul mill binjiet kummerċjali urbani jew mill azjendi agrikoli rurali Sal aħħar tas seklu 15 il Kajr kellha wkoll binjiet għoljin ta uzu mħallat magħrufa bħala rab khan jew wikala skont il funzjoni preċiza tagħhom fejn iz zewġ sulari t isfel tagħhom tipikament kienu jintuzaw għal skopijiet kummerċjali u ta ħzin filwaqt li d diversi sulari ta fuqhom kienu jinkrew lill inkwilini Il Kajr bħala belt kapitali provinċjali tal Imperu Ottoman Residenzi tradizzjonali fil Kajr bit twieqi jew bil gallariji tat tip mashrabiyya ritratt tal 1867 L Eġittu nħakem mill Imperu Ottoman fl 1517 taħt u baqa taħt it tmexxija tal Ottomani għal sekli sħaħ Matul dan il perjodu l elit lokali ssieltu bla heda kontra xulxin għall poter u għall influwenza politiċi uħud minnhom kellhom oriġini Ottomana oħrajn kienu Mamluk li baqgħu jezistu bħala parti mill elit tal pajjiz minkejja l waqgħa tas sultanat tal Mamluk Il Kajr baqgħet ċentru ekonomiku ewlieni u waħda mill izjed bliet importanti tal imperu Baqgħet ukoll il waqfa prinċipali għall pellegrinaġġ Hajj lejn il Mekka Minkejja li l gvernaturi Ottomani ma kinux patruni ewlenin tal arkitettura bħall Mamluk il Kajr xorta waħda baqgħet tizviluppa u kibru viċinati ġodda l barra mis swar antiki tal belt L arkitettura Ottomana fil Kajr baqgħet tkun influwenzata ferm u toriġina mit tradizzjonijiet lokali ta zmien il Mamluk minflok ġiet ipprezentata waqfa ċara meta mqabbel mal passat Xi individwi bħal Abd ar Rahman Katkhuda al Qazdaghli uffiċjal Mamluk fost il Ġanissarji fis seklu 18 kienu patruni prolifiċi tal arkitettura Bosta residenzi antiki tal borgezija jew aristokratiċi li ġew ippreservati fil Kajr sa llum il ġurnata jmorru lura għal zmien l Ottomani l istess bħal għadd ta sabil kuttab kombinament ta gabbana tad distribuzzjoni tal ilma u skola tal qari tal Koran Il Kajr taħt Muhammad Ali Pasha u l Kedivi Mappa dettaljata tal Kajr mid Description de l Egypte għall ħabta tal 1802 L armata Franċiza ta Napuljun okkupat lill Eġittu għal zmien qasir mill 1798 sal 1801 u mbagħad uffiċjal Albaniz fl armata Ottomana Muhammad Ali Pasha għamel lill Kajr il belt kapitali ta imperu indipendenti li dam mill 1805 sal 1882 Imbagħad il belt sfat taħt il kontroll Brittaniku sa meta l Eġittu ngħata l indipendenza fl 1922 Is Sabil ta Isma il Pasha ikkummissjonata minn Muhammad Ali Pasha fl 1828 Taħt it tmexxija ta Muhammad Ali iċ Ċittadella tal Kajr ġiet rinnovata għalkollox Bosta mill monumenti tal Mamluk li ma baqgħux jintuzaw twaqqgħu biex minflokhom tinbena l moskea l ġdida tiegħu il Moskea ta Muhammad Ali u palazzi oħra Id dinastija ta Muhammad Ali daħħlet ukoll stil iktar purament Ottoman ta arkitettura l iktar l istil Barokk Ottoman aħħari ta dak iz zmien Wieħed min neputijiet tiegħu Isma il tal Kedivi bejn l 1864 u l 1879 issorvelja l kostruzzjoni tal Kanal ta Suez modern Flimkien ma dan il proġett huwa wettaq ukoll il kostruzzjoni ta belt enormi ġdida bl istil Ewropew lejn it Tramuntana u l Punent taċ ċentru storiku tal Kajr Il belt il ġdida emulat ir riformi tas seklu 19 ta Pariġi b boulevards u bi pjazez grandjuzi bħala parti mill ippjanar u mill konfigurazzjoni tal belt Għalkemm il belt qatt ma tlestiet għalkollox skont il vizjoni ta Isma il din il belt il ġdida tkopri l biċċa l kbira taċ Ċentru Storiku tal Kajr B hekk id distretti storiċi antiki tal Kajr inkluz il belt ifforitifikata tħallew pjuttost mitluqa Anke ċ Ċittadella tilfet l istatus tagħha bħala r residenza rjali meta Isma il mar jgħix fil Palazz ta Abdin il ġdid fl 1874 Sit ta Wirt DinjiIl Belt Storika tal Kajr ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Il valuri universali straordinarji tas sit ġew irrikonoxxuti abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Referenzi The Boundaries and Preservation Codes of Historic Cairo bl Għarbi National Organisation for Urban Harmony 2022 PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2023 03 23 Miġbur 2023 04 28 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Historic Cairo UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 04 28 Planet Lonely Must see attractions Egypt Africa Lonely Planet bl Ingliz Miġbur 2023 04 28 Williams Caroline 2018 Islamic Monuments in Cairo The Practical Guide 7th ed Cairo The American University in Cairo Press p 7 Raymond Andre 1993 Le Caire Fayard Kennedy Hugh 2007 The Great Arab Conquests How the Spread of Islam Changed the World We Live In Weidenfeld amp Nicolson Swelim Tarek 2015 Ibn Tulun His Lost City and Great Mosque The American University in Cairo Press Brett Michael 2017 The Fatimid Empire Edinburgu Edinburgh University Press p 80 Saudi Aramco World Cairo A Millennial archive aramcoworld com Miġbur 2023 04 28 Fatimid dynasty Egypt Rulers Religion Capital amp Founder Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2023 04 28 Lewis Bernard 1995 The Middle East A Brief History of the Last 2 000 Years Scribner Denoix Sylvie Depaule Jean Charles Tuchscherer Michel eds 1999 Le Khan al Khalili et ses environs Un centre commercial et artisanal au Caire du XIIIe au XXe siecle Cairo Institut francais d archeologie orientale Clot Andre 1996 L Egypte des Mamelouks L empire des esclaves 1250 1517 Perrin Abu Lughod Janet 1971 Cairo 1001 Years of the City Victorious Princeton University Press p 37 Shillington Kevin 2005 Encyclopedia of African History Vol I Taylor amp Francis p 342 Behrens Abouseif Doris 2007 Cairo of the Mamluks A History of Architecture and its Culture Cairo The American University in Cairo Press Mortada Hisham 2003 Traditional Islamic principles of built environment Routledge p viii ISBN 0 7007 1700 5

L-aħħar artikli
  • Ġunju 18, 2025

    UEFA Champions League 2008–09

  • Ġunju 30, 2025

    UEFA Champions League 2008-09

  • Ġunju 18, 2025

    UEFA Champions League 2007–08

  • Ġunju 20, 2025

    UEFA Champions League 2007-08

  • Ġunju 09, 2025

    UEFA Champions League

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq