Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Muħammad al Idrisi jew Muħammed l Idrisi jew Abu Għabdalla Muħammed l Idrisi l Qurtubi l Ħasani s Sabti jew sempliċement

Muhammad al Idrisi

  • Paġna Ewlenija
  • Muhammad al Idrisi
Muhammad al Idrisi
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Muħammad al-Idrisi jew Muħammed l-Idrisi jew Abu Għabdalla Muħammed l-Idrisi l-Qurtubi l-Ħasani s-Sabti, jew sempliċement al-Idrisi jew l-Idrisi (pronunzja: /æl.ɪd'riːsiː/; bl-Għarbi: أبو عبد الله محمد الإدريسي القرطبي الحسني السبتي, Abu Għabdullah Muħammad al-Idrīsī al-Qurṭubī al-Ħasanī as-Sabtī; bil-Latin: Dreses; 1100-1165), kien ġeografu u kartografu Musulman li qeda dmiru fil-qorti tar-Re f'Palermo, Sqallija, l-Italja. Muhammed al-Idrisi twieled f', li dak iż-żmien kienet proprjetà tad-. Huwa ħoloq it-Tabula Rogeriana, waħda mill-iżjed mapep dinjin Medjevali avvanzati.

Muhammad al-Idrisi
Ħajja
Twelid , c. 1111, 1099, 1100
Mewt Sqallija, 1166
Edukazzjoni
Lingwi Għarbi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni




kittieb
Post tax-xogħol
Sqallija
Andalusija
Xogħlijiet importanti

Ħajja bikrija

Al-Idrisi twieled bħala membru tad-dinastija Ħammudida tat-Tramuntana tal-Afrika u Al-Andalus, u kien dixxendent tal-profeta Muħammed permezz tad-dinastija Idrisida Xiita setgħana. Huwa maħsub li Al-Idrisi twieled fil-belt ta' Ceuta fl-1100, li dak iż-żmien kienet ikkontrollata mill-Almoravidi, fejn bużnannuh kien ġie mġiegħel jgħix wara l-waqgħa ta' Ħammudida kontra ż-Żiridi ta' . Huwa qatta' l-biċċa l-kbira tal-ħajja bikrija tiegħu jivvjaġġa fit-Tramuntana tal-Afrika u f'Al-Andalus (Spanja u l-Portugall Musulmani ta' dak iż-żmien) u milli jidher kiseb tagħrif dettaljat dwar iż-żewġ reġjuni. Huwa żar l- meta bil-kemm kellu 16-il sena. Huwa studja fl-università f'Córdoba. Il-vjaġġi tiegħu ħaduh lejn bosta partijiet tal-Ewropa, fosthom il-Portugall, il-Pirinej, il-kosta Atlantika Franċiża, l-Ungerija u Jórvík (issa magħrufa bħala ).

Tabula Rogeriana

Minħabba l-kunflitt u n-nuqqas ta' stabbilità f'Al-Andalus, al-Idrisi ngħaqad ma' kontemporanji bħal fi Sqallija, fejn in-Normanni kienu għelbu lill-Għarab li qabel kienu leali għal-.

Al-Idrisi inkorpora l-għarfien tal-Afrika, l-Oċean Indjan u l-Lvant Imbiegħed miġbura mill-merkanti u mill-esploraturi Iżlamiċi u rreġistrat fuq il-mapep Iżlamiċi bit-tagħrif imwassal mill-vjaġġaturi Normanni biex joħloq l-iżjed mappa akkurata tad-dinja fiż-żminijiet premoderni, li serviet bħala illustrazzjoni konkreta tal-Kitab nuzhat al-mushtaq tiegħu (bil-Latin: Opus Geographicum), li jista' jiġi tradott bħala Strument għal Min Jixtieq Jivvjaġġa lejn Postijiet Imbiegħda.

It-Tabula Rogeriana tfasslet minn al-Idrisi fl-1154 għar-Re Normann Ruġġieru II ta' Sqallija, wara soġġorn ta' tmintax-il sena fil-qorti tiegħu, fejn ħadem fuq il-kummentarji u l-illustrazzjonijiet tal-mappa. Il-mappa, b'leġġendi miktuba bl-Għarbi, filwaqt li turi l-kontinent Ewroasjatiku kollu, turi biss il-parti tat-Tramuntana tal-kontinent Afrikan u ma fihiex dettalji tal-Qarn tal-Afrika u tax-Xlokk tal-Asja.

Ġiet inċiża fuq diska enormi tal-fidda mastizz b'dijametru ta' żewġ metri għal Ruġġieru.

Rigward ix-xogħol ġeografiku ta' al-Idrisi, fl-1904 kiteb:

Il-kompilazzjoni ta' al-Idrisi timmarka era fl-istorja tax-xjenza. L-informazzjoni storika tagħha mhux biss hija tassew interessanti u siewja, talli d-deskrizzjonijiet tagħha ta' bosta partijiet tad-Dinja għadhom awtoritattivi. Għal tliet sekli sħaħ il-ġeografi kkopjaw il-mapep tiegħu mingħajr l-ebda alterazzjoni. Il-pożizzjoni relattiva tal-lagi li jiffurmaw in-, kif muri fix-xogħol tiegħu, ma tantx tvarja minn dik stabbilita minn Baker u Stanley iktar minn seba' mitt sena wara, u l-għadd tagħhom huwa l-istess. Il-ġenju mekkaniku tal-awtur ma kienx inferjuri għall-għarfien tiegħu. Il-planisfera terrestri u tas-smewwiet tal-fidda li bena għall-patrun irjali tiegħu kellha dijametru ta' kważi sitt piedi, u kienet tiżen erba' mija u ħamsin libbra; fuq naħa minnhom hemm inċiżi ż-żodjaku u l-kostellazzjonijiet, u fuq in-naħa l-oħra, maqsuma għall-konvenjenza f'segmenti, hemm inċiżi l-korpi tal-art u tal-ilma, bil-pożizzjonijiet rispettivi tad-diversi pajjiżi. (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Ix-xogħol ta' al-Idrisi influwenza għadd ta' studjużi Iżlamiċi, fosthom , u , iżda x-xogħol tiegħu mhux magħruf fil-Punent tal-Ewropa u ma tant kellu influwenza fuq l-iżvilupp tal-kartografija Rinaxximentali.

Deskrizzjoni tal-gżejjer fil-Baħar tat-Tramuntana

Al-Idrisi fit-Tabula Rogeriana famuża tiegħu semma lil Irlandah-al-Kabirah (l-Irlanda l-Kbira). Skontu, "mill-estremità tal-Iżlanda sa dik tal-Irlanda l-Kbira", iż-żmien tat-tbaħħir kien "jum wieħed". Għalkemm l-istoriċi jinnotaw li kemm al-Idrisi kif ukoll in-Norveġiżi għandhom it-tendenza li jnaqqsu d-distanzi; l-uniku post li din ir-referenza x'aktarx li kienet qed talludi għalih kienet Greenland.

Deskrizzjoni tal-kummerċ Ċiniż

Al-Idrisi semma li l-bastimenti Ċiniżi kienu jġorru l-ġlud, ix-xwabel, il-ħadid u l-ħarir. Huwa jsemmi l-oġġetti tal-ħġieġ tal-belt ta' u jiddeskrivi l-ħarir ta' Quanzhou bħala l-aqwa. Fir-rekords tiegħu tal-kummerċ Ċiniż, al-Idrisi kiteb ukoll dwar id- (waħda mid-dinastiji storiċi tal-Korea, u sieħeb kummerċjali ewlieni taċ-Ċina ta' dak iż-żmien), u kien wieħed mill-ewwel Għarab li għamel dan. Ir-referenzi ta' al-Idrisi għad-dinastija Silla wasslu biex merkanti Għarab oħra jfittxu lid-dinastija Silla u l-kummerċ tagħhom, u kkontribwew għall-perċezzjoni ta' bosta Għarab rigward id-dinastija Silla bħala l-pajjiż Asjatiku-tal-Lvant ideali.

Nuzhat al-Mushtaq

Minbarra l-mapep, al-Idrisi pproduċa wkoll firxa ta' informazzjoni ġeografika bit-titlu Kitab nuzhat al-mushtaq fi'khtiraq al-'afaq. It-titlu ġie tradott bl-Ingliż bħala The book of pleasant journeys into faraway lands (Il-ktieb tal-vjaġġi pjaċevoli lejn artijiet imbiegħda) jew The pleasure of him who longs to cross the horizons (Il-gost ta' min jixtieq jaqsam l-orizzonti). Ġie ppreservat f'disa' manuskritti, u seba' minnhom fihom il-mapep.

It-titlu tradott ta' dan ix-xogħol ("pleasure of him ...") attira kummenti favorevoli mit-tim li għażel listi ta' ismijiet għal karatteristiċi li kienu mistennija jiġu skoperti mis-sonda tal-Orizzonti Ġodda ta' stħarriġ tas-sistema ta' . L-Al-Idrisi Montes hija karatteristika ġeografika f'dik is-sistema li ssemmiet għalih.

Fl-introduzzjoni, al-Idrisi jsemmi żewġ sorsi għall-koordinati ġeografiċi: u "astronomu" li x'aktarx li kien ; u jiddikjara li wettaq kontroverifika tar-rapporti bil-fomm ta' diversi informaturi biex jara li l-koordinati ġeografiċi kienu konsistenti.

Pubblikazzjoni u traduzzjoni

Verżjoni mqassra tat-test bl-Għarbi ġiet ippubblikata f'Ruma fl-1592 bit-titlu: De geographia universali jew Kitāb Nuzhat al-mushtāq fī dhikr al-amṣār wa-al-aqṭār wa-al-buldān wa-al-juzur wa-al-madā’ in wa-al-āfāq li bil-Malti tiġi Rikreazzjoni ta' min jixtieq iżur bliet, reġjuni, pajjiżi, gżejjer, bliet u artijiet imbiegħda. Dan kien wieħed mill-ewwel kotba bl-Għarbi li qatt ġew stampati. L-ewwel traduzzjoni mill-oriġinal Għarbi kienet għal-Latin. Il-Maroniti u ttraduċew verżjoni mqassra tat-test li ġiet ippubblikata f'Pariġi fl-1619 bit-titlu ta' Geographia nubiensis. Traduzzjoni kompluta tat-test bl-Għarbi ġiet ippubblikata biss lejn nofs is-seklu 19. Din kienet traduzzjoni bil-Franċiż minn . Iktar reċentement sezzjonijiet mit-test ġew tradotti għal reġjuni partikolari. Edizzjoni kritika tat-test komplut bl-Għarbi ġiet ippubblikata fl-1970.

Kuntatt Andalusjan-Amerikan

It-test ġeografiku ta' al-Idrisi, Nuzhat al-Mushtaq, spiss jiġi kkwotat minn dawk li jħaddnu t-teoriji tal-kuntatt Andalusjan-Amerikan pre-Kolombjan. F'dan it-test, al-Idrisi kiteb dan li ġej dwar l-Oċean Atlantiku:

Il-Kmandant tal-Musulmani Ali ibn Yusuf ibn Tashfin bagħat lill-ammirall tiegħu Ahmad ibn Umar, magħruf aħjar bħala Raqsh al-Auzz, biex jattakka gżira partikolari fl-Atlantiku, iżda miet qabel wettaq l-attakk. [...] Lil hinn minn dan l-oċean taċ-ċpar ħadd ma jaf x'hemm iktar. Ħadd ma għandu l-ebda ċertezza, għaliex diffiċli taqsam dan l-oċean. L-atmosfera tiegħu hija mċajpra, il-mewġ tiegħu huwa qawwi ħafna, fih bosta perikli, bestji terribbli, u rjieħ mimlijin tempesti. Hemm bosta gżejjer, uħud minnhom abitati, oħrajn taħt l-ilma. L-ebda navigatur qatt ma qasmu iżda minflok jibqa' qrib il-kosta. [...] Kien mill-belt ta' Liżbona li l-vjaġġaturi kienu jsalpaw bħala Mughamarin, jidħlu fl-oċean taċ-ċpar u riedu jkunu jafu x'kien fih u fejn kien jintemm. [...] Wara li kienu jbaħħru għal tnax-il jum oħra kienu jiltaqgħu ma' gżira li donnha kienet abitata, u fejn kien hemm raba' kkultivat. Huma kienu jbaħħru b'dan il-mod biex jaraw x'kien fih l-oċean. Iżda f'qasir żmien diversi opri tal-baħar daruhom u għamluhom priġunieri, u ttrasportawhom lejn raħal miżeru tul il-kosta. Huma żbarkaw hemmhekk. In-navigaturi hemmhekk raw nies twal b'ġilda ħamra; mingħajr wisq suf ma' ġisimhom, u b'xagħarhom lixx. In-nisa tagħhom kellhom sbuħija straordinarja.

Madankollu, din it-traduzzjoni tal-Professur tqajjem xi dubji, peress li tirrapporta, wara li ntlaħqet żona ta' "ilmijiet inkallati u jwaħħlu", li l-Mugharrarin resqu lura u għall-ewwel waslu fi gżira diżabitata fejn sabu "kwantità kbira ta' nagħaġ, b'laħam xieref u li bil-kemm kien jittiekel", u mbagħad "reħewlha lejn in-Nofsinhar" u waslu fil-gżira msemmija hawn fuq fejn f'qasir żmien daruhom bastimenti oħra u ttieħdu lejn "villaġġ b'abitanti b'xagħarhom ċar u twil, b'nisa mill-isbaħ". Fost ir-raħħala, wieħed kien jitkellem bl-Għarbi u staqsihom minn fejn kienu. Imbagħad, ir-re tal-villaġġ ordnalhom jeħduhom lura lejn il-kontinent u baqgħu sorpriżi li ntlaqgħu minn Berberi.

Apparti r-rapporti mħawrin u mill-isbaħ ta' din il-ġrajja, x'aktarx li l-iżjed interpretazzjoni probabbli hi li l-Mugharrarin waslu fil-Baħar ta' Sargasso, parti mill-oċean li kienet miksija bl-alka tal-baħar, qrib ħafna tal- iżda elf mil 'il bogħod mill-art kontinentali Amerikana. Imbagħad, fit-triq lura, jaf żbarkaw fl- jew f' jew saħansitra fl-iżjed gżira tal-Punent tal-, (minħabba n-nagħaġ). Finalment, il-ġrajja tal-gżira diżabitata jaf seħħet f' jew f', fejn il-Mugharrarin x'aktarx li ltaqgħu ma' membri tat-tribù tal-poplu Guanche. B'hekk wieħed jista' jifhem għaliex uħud kienu jitkellmu bl-Għarbi (xi kuntatti sporadiċi kienu nżammew bejn il-Gżejjer Kanarji u l-Marokk) u għaliex ġew deportati minnufih lejn il-Marokk fejn intlaqgħu mill-Berberi. Minkejja dan, il-ġrajja rrapportata minn al-Idrisi hija rendikont ċar ta' għarfien partikolari tal-Oċean Atlantiku li kellhom in-nies mill-Andalusija u mill-Marokk.

Barra minn hekk, al-Idrisi jikteb rendikont ta' tmien Mugharrarin mill-istess familja li jbaħħru minn Liżbona (Lashbuna) fl-ewwel nofs ta' dak is-seklu u baħħru fl-ibħra miksija bl-alka lil hinn mill-Ażores.

Al-Idrisi jiddeskrivi gżira mimlija marguni li wħud jidentifikawha ma' Corvo, Cabo Verde iżda b'bażi batuta.

Dizzjunarju mediku

Fost ix-xogħlijiet magħrufa inqas ta' al-Idrisi hemm dizzjunarju mediku li huwa kkompila fejn ħejja lista ta' drogi u pjanti sempliċi u l-effetti tal-fejqan tagħhom, li kienu jintużaw mit-tobba, mill- u mill-merkanti fi żmienu. Il-lista hija unika, peress li tinkludi l-ismijiet tad-drogi b'saħansitra 12-il lingwa (fosthom l-Ispanjol, il-Berberu, il-Latin, il-Grieg u s-Sanskritu), inkluż xi sittin terminu bl-Ebrajk trażlitterati bl-Għarbi u li huwa maħsub li ngħaddewlu minn informaturi Lhud tal-Andalusija. Fl-aħħar tas-sezzjoni dwar il-ħxejjex mediċinali deskritti taħt kull ittra tal-alfabett, huwa jagħti indiċi tal-entrati tagħhom. Wieħed mill-kotba dwar il-ħxejjex mediċinali kkwotat minn al-Idrisi huwa l-Kitāb al-Talḫīṣ ta' , li min-naħa tiegħu kien ġie influwenzat mit-tabib tal-Andalusija .

Fil-kultura popolari

  • Al-Idrisi huwa l-karattru prinċipali fil-ktieb ta' bit-titlu Sultan f'Palermo.
  • Al-Idrisi huwa karattru ewlieni fl-opra tal-1926 ta' , Ir-Re Ruġġieru.
  • Al-Idrisi huwa karattru sekondarju fir-rumanz ta' , Il-Mappa tal-Melħ u tal-Istilel.
  • Fl-2019, il-Fondazzjoni Factum ħolqot interpretazzjoni tal-mappa dinjija ta' al-Idrisi, diska tal-fidda b'dijametru ta' żewġ metri bbażata fuq il-mapep li jinsabu fil-kopja tal-Librerija ta' Bodleian tan-Nuzhat al-Mushtaq.

Gallerija

Referenzi

  1. ^ Pierre Herman Leonard Eggermont (1975). Alexander's Campaigns in Sind and Baluchistan and the Siege of the Brahmin Town of Harmatelia. Peeters Publishers. p. 7. ISBN 978-90-6186-037-2.
  2. ^ Helaine Selin (2008). Encyclopaedia of the History of Science, Technology, and Medicine in Non-Western Cultures. Springer. p. 128. ISBN 978-1-4020-4559-2.
  3. ^ Brotton, Jerry. "RE-CREATING THE LOST SILVER MAP OF AL-IDRISI – Entertainment for he who longs to travel the world" (PDF).
  4. ^ a b Scott, S.P. (1904), History of the Moorish Empire in Europe (Vol. 3), Philadelphia: Lippincott, pp. 461-462.
  5. ^ Titlu mogħti minn John Dickie, Delizia! The Epic History of the Italians and their Food (New York, 2008) p. 17.
  6. ^ "The medieval mapmaker remembered for the wrong map" (bl-Ingliż). 2023-08-24. Miġbur 2024-02-07.
  7. ^ Ahmad, 1992, pp. 170-173.
  8. ^ Dunn, 2009, p. 452.
  9. ^ Ashe, 1971, p. 48.
  10. ^ Ahmad, S. Maqbul (1992), "Cartography of al-Sharīf al-Idrīsī", in Harley, J.B.; Woodward, D. (eds.), The History of Cartography Vol. 2 Book 1: Cartography in the traditional Islamic and South Asian Societies, Chicago: University of Chicago Press, pp. 156–174, ISBN 978-0-226-31635-2.
  11. ^ Levtzion, Nehemia; Hopkins, John F.P., eds. (2000), Corpus of Early Arabic Sources for West Africa, New York, NY: Marcus Weiner Press, p. 104, ISBN 978-1-55876-241-1.
  12. ^ Ducène, Jean-Charles (2011). "Les coordonnées géographiques de la carte manuscrite d'al-Idrisi". Der Islam. 86: 271–285.
  13. ^ Ahmad, S. Maqbul, ed. and trans. (1960), India and the neighbouring territories in the "Kitab nuzhat al-mushtaq fi'khtiraq al-'afaq" of al-Sharif al-Idrisi, Leiden: Brill, p. 158.
  14. ^ Al-Idrisi (1592), De Geographia Universali : Kitāb Nuzhat al-mushtāq fī dhikr al-amṣār wa-al-aqṭār wa-al-buldān wa-al-juzur wa-al-madā' in wa-al-āfāq, Ruma: Medici.
  15. ^ Sionita, Gabriel; Hesronita, Joannes (1619), Geographia nubiensis: id est accuratissima totius orbis in septem climata divisi descriptio, continens praesertim exactam vniuersae Asiae, & Africae, rerumq[ue] in ijs hactenus incognitarum explicationem, Pariġi: Hieronymi Blageart.
  16. ^ Jaubert, P. Amédée (1836–1840), Géographie d'Édrisi traduite de l'arabe en français d'après deux manuscrits de la Bibliothèque du roi et accompagnée de notes (2 Vols), Pariġi: L'imprimerie Royale.
  17. ^ Al-Idrisi (1970–1984), Opus geographicum: sive "Liber ad eorum delectationem qui terras peragrare studeant." (9 Fascicles) (in Arabic), Edited by Bombaci, A. et al., Napli: Istituto Universitario Orientale.
  18. ^ Mohammed Hamidullah (Winter 1968). "Muslim Discovery of America before Columbus", Journal of the Muslim Students' Association of the United States and Canada 4 (2): 7–9.
  19. ^ Idrisi, Nuzhatul Mushtaq – "La première géographie de l'Occident", comments by Henri Bresc and Annliese Nef, Pariġi, 1999.
  20. ^ Kolombu, Kristofru (1992). The Journal: Account of the First Voyage and Discovery of the Indies (bl-Ingliż). Istituto poligrafico e Zecca dello Stato, Libreria dello Stato. p. 197. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  21. ^ Ashe, Geoffrey (1962). Land to the West: St. Brendan's Voyage to America (bl-Ingliż). Viking Press. p. 135. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  22. ^ Al-Idrîsî (1995); Fuat Sezgin & Eckhard Neubauer (eds.), Al-Idrisi, Compendium of the properties of diverse plants and various kinds of simple drugs: kitab al-Jami' li-sifat ashtat al-nabat wa-durub anwa' al-mufradat, Institute for the History of Arabic-Islamic Science at the Johann Wolfgang Goethe University: Frankfurt am Main, 1995.
  23. ^ Hamarneh (1973), p. 92.
  24. ^ Amar & Serri (2005), p. 193.
  25. ^ Bos & Käs (2016), p. 213 (nota 146).
  26. ^ Joinson, Suzanne (2018-06-19). "In a Novel, Mystical Maps and Intertwined Journeys in Syria" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-07.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 27 Ġun, 2025 / 15:05

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Muhammad al Idrisi, X'inhi Muhammad al Idrisi? Xi tfisser Muhammad al Idrisi?

Muħammad al Idrisi jew Muħammed l Idrisi jew Abu Għabdalla Muħammed l Idrisi l Qurtubi l Ħasani s Sabti jew sempliċement al Idrisi jew l Idrisi pronunzja ael ɪd riːsiː bl Għarbi أبو عبد الله محمد الإدريسي القرطبي الحسني السبتي Abu Għabdullah Muħammad al Idrisi al Qurṭubi al Ħasani as Sabti bil Latin Dreses 1100 1165 kien ġeografu u kartografu Musulman li qeda dmiru fil qorti tar Re f Palermo Sqallija l Italja Muhammed al Idrisi twieled f li dak iz zmien kienet proprjeta tad Huwa ħoloq it Tabula Rogeriana waħda mill izjed mapep dinjin Medjevali avvanzati Muhammad al IdrisiĦajjaTwelid c 1111 1099 1100Mewt Sqallija 1166EdukazzjoniLingwi GħarbiOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittiebPost tax xogħol Sqallija AndalusijaXogħlijiet importantiĦajja bikrijaAl Idrisi twieled bħala membru tad dinastija Ħammudida tat Tramuntana tal Afrika u Al Andalus u kien dixxendent tal profeta Muħammed permezz tad dinastija Idrisida Xiita setgħana Huwa maħsub li Al Idrisi twieled fil belt ta Ceuta fl 1100 li dak iz zmien kienet ikkontrollata mill Almoravidi fejn buznannuh kien ġie mġiegħel jgħix wara l waqgħa ta Ħammudida kontra z Ziridi ta Huwa qatta l biċċa l kbira tal ħajja bikrija tiegħu jivvjaġġa fit Tramuntana tal Afrika u f Al Andalus Spanja u l Portugall Musulmani ta dak iz zmien u milli jidher kiseb tagħrif dettaljat dwar iz zewġ reġjuni Huwa zar l meta bil kemm kellu 16 il sena Huwa studja fl universita f Cordoba Il vjaġġi tiegħu ħaduh lejn bosta partijiet tal Ewropa fosthom il Portugall il Pirinej il kosta Atlantika Franċiza l Ungerija u Jorvik issa magħrufa bħala Tabula RogerianaMinħabba l kunflitt u n nuqqas ta stabbilita f Al Andalus al Idrisi ngħaqad ma kontemporanji bħal fi Sqallija fejn in Normanni kienu għelbu lill Għarab li qabel kienu leali għal Al Idrisi inkorpora l għarfien tal Afrika l Oċean Indjan u l Lvant Imbiegħed miġbura mill merkanti u mill esploraturi Izlamiċi u rreġistrat fuq il mapep Izlamiċi bit tagħrif imwassal mill vjaġġaturi Normanni biex joħloq l izjed mappa akkurata tad dinja fiz zminijiet premoderni li serviet bħala illustrazzjoni konkreta tal Kitab nuzhat al mushtaq tiegħu bil Latin Opus Geographicum li jista jiġi tradott bħala Strument għal Min Jixtieq Jivvjaġġa lejn Postijiet Imbiegħda It Tabula Rogeriana tfasslet minn al Idrisi fl 1154 għar Re Normann Ruġġieru II ta Sqallija wara soġġorn ta tmintax il sena fil qorti tiegħu fejn ħadem fuq il kummentarji u l illustrazzjonijiet tal mappa Il mappa b leġġendi miktuba bl Għarbi filwaqt li turi l kontinent Ewroasjatiku kollu turi biss il parti tat Tramuntana tal kontinent Afrikan u ma fihiex dettalji tal Qarn tal Afrika u tax Xlokk tal Asja Ġiet inċiza fuq diska enormi tal fidda mastizz b dijametru ta zewġ metri għal Ruġġieru Rigward ix xogħol ġeografiku ta al Idrisi fl 1904 kiteb Il kompilazzjoni ta al Idrisi timmarka era fl istorja tax xjenza L informazzjoni storika tagħha mhux biss hija tassew interessanti u siewja talli d deskrizzjonijiet tagħha ta bosta partijiet tad Dinja għadhom awtoritattivi Għal tliet sekli sħaħ il ġeografi kkopjaw il mapep tiegħu mingħajr l ebda alterazzjoni Il pozizzjoni relattiva tal lagi li jiffurmaw in kif muri fix xogħol tiegħu ma tantx tvarja minn dik stabbilita minn Baker u Stanley iktar minn seba mitt sena wara u l għadd tagħhom huwa l istess Il ġenju mekkaniku tal awtur ma kienx inferjuri għall għarfien tiegħu Il planisfera terrestri u tas smewwiet tal fidda li bena għall patrun irjali tiegħu kellha dijametru ta kwazi sitt piedi u kienet tizen erba mija u ħamsin libbra fuq naħa minnhom hemm inċizi z zodjaku u l kostellazzjonijiet u fuq in naħa l oħra maqsuma għall konvenjenza f segmenti hemm inċizi l korpi tal art u tal ilma bil pozizzjonijiet rispettivi tad diversi pajjizi traduzzjoni mhux uffiċjali Ix xogħol ta al Idrisi influwenza għadd ta studjuzi Izlamiċi fosthom u izda x xogħol tiegħu mhux magħruf fil Punent tal Ewropa u ma tant kellu influwenza fuq l izvilupp tal kartografija Rinaxximentali Deskrizzjoni tal gzejjer fil Baħar tat Tramuntana Riproduzzjoni tal planisfera ta al Idrisi bħala globu fil Muzew taċ Ċivilizzazzjoni Izlamika f l Emirati Għarab Magħquda Al Idrisi fit Tabula Rogeriana famuza tiegħu semma lil Irlandah al Kabirah l Irlanda l Kbira Skontu mill estremita tal Izlanda sa dik tal Irlanda l Kbira iz zmien tat tbaħħir kien jum wieħed Għalkemm l istoriċi jinnotaw li kemm al Idrisi kif ukoll in Norveġizi għandhom it tendenza li jnaqqsu d distanzi l uniku post li din ir referenza x aktarx li kienet qed talludi għalih kienet Greenland Deskrizzjoni tal kummerċ Ċiniz It Tabula Rogeriana impinġija minn al Idrisi għal Ruġġieru II ta Sqallija fl 1154 waħda mill izjed mapep dinjin avvanzati Konsolidazzjoni moderna murija mis 70 paġna doppja ta al Idrisi ta taħt fuq peress li l oriġinal kellha n Nofsinhar fuq Al Idrisi semma li l bastimenti Ċinizi kienu jġorru l ġlud ix xwabel il ħadid u l ħarir Huwa jsemmi l oġġetti tal ħġieġ tal belt ta u jiddeskrivi l ħarir ta Quanzhou bħala l aqwa Fir rekords tiegħu tal kummerċ Ċiniz al Idrisi kiteb ukoll dwar id waħda mid dinastiji storiċi tal Korea u sieħeb kummerċjali ewlieni taċ Ċina ta dak iz zmien u kien wieħed mill ewwel Għarab li għamel dan Ir referenzi ta al Idrisi għad dinastija Silla wasslu biex merkanti Għarab oħra jfittxu lid dinastija Silla u l kummerċ tagħhom u kkontribwew għall perċezzjoni ta bosta Għarab rigward id dinastija Silla bħala l pajjiz Asjatiku tal Lvant ideali Nuzhat al MushtaqMinbarra l mapep al Idrisi pproduċa wkoll firxa ta informazzjoni ġeografika bit titlu Kitab nuzhat al mushtaq fi khtiraq al afaq It titlu ġie tradott bl Ingliz bħala The book of pleasant journeys into faraway lands Il ktieb tal vjaġġi pjaċevoli lejn artijiet imbiegħda jew The pleasure of him who longs to cross the horizons Il gost ta min jixtieq jaqsam l orizzonti Ġie ppreservat f disa manuskritti u seba minnhom fihom il mapep Il mappa tad dinja ta al Idrisi mill kopja tal 1456 ta Ali ibn Hasan al Hufi al Qasimi Skont il Librerija Nazzjonali Franċiza Jezistu għaxar kopji tal Kitab Rujar jew tat Tabula Rogeriana fid dinja llum Minn dawn l għaxra sitta fihom mappa ċirkolari tad dinja fil bidu tax xogħol li ma tissemmiex fit test ta al Idris It test oriġinali jmur lura għall 1154 In Nofsinhar jinsab fin naħa ta fuq tal mappa It titlu tradott ta dan ix xogħol pleasure of him attira kummenti favorevoli mit tim li għazel listi ta ismijiet għal karatteristiċi li kienu mistennija jiġu skoperti mis sonda tal Orizzonti Ġodda ta stħarriġ tas sistema ta L Al Idrisi Montes hija karatteristika ġeografika f dik is sistema li ssemmiet għalih Fl introduzzjoni al Idrisi jsemmi zewġ sorsi għall koordinati ġeografiċi u astronomu li x aktarx li kien u jiddikjara li wettaq kontroverifika tar rapporti bil fomm ta diversi informaturi biex jara li l koordinati ġeografiċi kienu konsistenti Pubblikazzjoni u traduzzjoni Verzjoni mqassra tat test bl Għarbi ġiet ippubblikata f Ruma fl 1592 bit titlu De geographia universali jew Kitab Nuzhat al mushtaq fi dhikr al amṣar wa al aqṭar wa al buldan wa al juzur wa al mada in wa al afaq li bil Malti tiġi Rikreazzjoni ta min jixtieq izur bliet reġjuni pajjizi gzejjer bliet u artijiet imbiegħda Dan kien wieħed mill ewwel kotba bl Għarbi li qatt ġew stampati L ewwel traduzzjoni mill oriġinal Għarbi kienet għal Latin Il Maroniti u ttraduċew verzjoni mqassra tat test li ġiet ippubblikata f Pariġi fl 1619 bit titlu ta Geographia nubiensis Traduzzjoni kompluta tat test bl Għarbi ġiet ippubblikata biss lejn nofs is seklu 19 Din kienet traduzzjoni bil Franċiz minn Iktar reċentement sezzjonijiet mit test ġew tradotti għal reġjuni partikolari Edizzjoni kritika tat test komplut bl Għarbi ġiet ippubblikata fl 1970 Kuntatt Andalusjan Amerikan It test ġeografiku ta al Idrisi Nuzhat al Mushtaq spiss jiġi kkwotat minn dawk li jħaddnu t teoriji tal kuntatt Andalusjan Amerikan pre Kolombjan F dan it test al Idrisi kiteb dan li ġej dwar l Oċean Atlantiku Il Kmandant tal Musulmani Ali ibn Yusuf ibn Tashfin bagħat lill ammirall tiegħu Ahmad ibn Umar magħruf aħjar bħala Raqsh al Auzz biex jattakka gzira partikolari fl Atlantiku izda miet qabel wettaq l attakk Lil hinn minn dan l oċean taċ ċpar ħadd ma jaf x hemm iktar Ħadd ma għandu l ebda ċertezza għaliex diffiċli taqsam dan l oċean L atmosfera tiegħu hija mċajpra il mewġ tiegħu huwa qawwi ħafna fih bosta perikli bestji terribbli u rjieħ mimlijin tempesti Hemm bosta gzejjer uħud minnhom abitati oħrajn taħt l ilma L ebda navigatur qatt ma qasmu izda minflok jibqa qrib il kosta Kien mill belt ta Lizbona li l vjaġġaturi kienu jsalpaw bħala Mughamarin jidħlu fl oċean taċ ċpar u riedu jkunu jafu x kien fih u fejn kien jintemm Wara li kienu jbaħħru għal tnax il jum oħra kienu jiltaqgħu ma gzira li donnha kienet abitata u fejn kien hemm raba kkultivat Huma kienu jbaħħru b dan il mod biex jaraw x kien fih l oċean Izda f qasir zmien diversi opri tal baħar daruhom u għamluhom priġunieri u ttrasportawhom lejn raħal mizeru tul il kosta Huma zbarkaw hemmhekk In navigaturi hemmhekk raw nies twal b ġilda ħamra mingħajr wisq suf ma ġisimhom u b xagħarhom lixx In nisa tagħhom kellhom sbuħija straordinarja Madankollu din it traduzzjoni tal Professur tqajjem xi dubji peress li tirrapporta wara li ntlaħqet zona ta ilmijiet inkallati u jwaħħlu li l Mugharrarin resqu lura u għall ewwel waslu fi gzira dizabitata fejn sabu kwantita kbira ta nagħaġ b laħam xieref u li bil kemm kien jittiekel u mbagħad reħewlha lejn in Nofsinhar u waslu fil gzira msemmija hawn fuq fejn f qasir zmien daruhom bastimenti oħra u ttieħdu lejn villaġġ b abitanti b xagħarhom ċar u twil b nisa mill isbaħ Fost ir raħħala wieħed kien jitkellem bl Għarbi u staqsihom minn fejn kienu Imbagħad ir re tal villaġġ ordnalhom jeħduhom lura lejn il kontinent u baqgħu sorprizi li ntlaqgħu minn Berberi Apparti r rapporti mħawrin u mill isbaħ ta din il ġrajja x aktarx li l izjed interpretazzjoni probabbli hi li l Mugharrarin waslu fil Baħar ta Sargasso parti mill oċean li kienet miksija bl alka tal baħar qrib ħafna tal izda elf mil il bogħod mill art kontinentali Amerikana Imbagħad fit triq lura jaf zbarkaw fl jew f jew saħansitra fl izjed gzira tal Punent tal minħabba n nagħaġ Finalment il ġrajja tal gzira dizabitata jaf seħħet f jew f fejn il Mugharrarin x aktarx li ltaqgħu ma membri tat tribu tal poplu Guanche B hekk wieħed jista jifhem għaliex uħud kienu jitkellmu bl Għarbi xi kuntatti sporadiċi kienu nzammew bejn il Gzejjer Kanarji u l Marokk u għaliex ġew deportati minnufih lejn il Marokk fejn intlaqgħu mill Berberi Minkejja dan il ġrajja rrapportata minn al Idrisi hija rendikont ċar ta għarfien partikolari tal Oċean Atlantiku li kellhom in nies mill Andalusija u mill Marokk Barra minn hekk al Idrisi jikteb rendikont ta tmien Mugharrarin mill istess familja li jbaħħru minn Lizbona Lashbuna fl ewwel nofs ta dak is seklu u baħħru fl ibħra miksija bl alka lil hinn mill Azores Al Idrisi jiddeskrivi gzira mimlija marguni li wħud jidentifikawha ma Corvo Cabo Verde izda b bazi batuta Dizzjunarju medikuFost ix xogħlijiet magħrufa inqas ta al Idrisi hemm dizzjunarju mediku li huwa kkompila fejn ħejja lista ta drogi u pjanti sempliċi u l effetti tal fejqan tagħhom li kienu jintuzaw mit tobba mill u mill merkanti fi zmienu Il lista hija unika peress li tinkludi l ismijiet tad drogi b saħansitra 12 il lingwa fosthom l Ispanjol il Berberu il Latin il Grieg u s Sanskritu inkluz xi sittin terminu bl Ebrajk trazlitterati bl Għarbi u li huwa maħsub li ngħaddewlu minn informaturi Lhud tal Andalusija Fl aħħar tas sezzjoni dwar il ħxejjex mediċinali deskritti taħt kull ittra tal alfabett huwa jagħti indiċi tal entrati tagħhom Wieħed mill kotba dwar il ħxejjex mediċinali kkwotat minn al Idrisi huwa l Kitab al Talḫiṣ ta li min naħa tiegħu kien ġie influwenzat mit tabib tal Andalusija Fil kultura popolariAl Idrisi huwa l karattru prinċipali fil ktieb ta bit titlu Sultan f Palermo Al Idrisi huwa karattru ewlieni fl opra tal 1926 ta Ir Re Ruġġieru Al Idrisi huwa karattru sekondarju fir rumanz ta Il Mappa tal Melħ u tal Istilel Fl 2019 il Fondazzjoni Factum ħolqot interpretazzjoni tal mappa dinjija ta al Idrisi diska tal fidda b dijametru ta zewġ metri bbazata fuq il mapep li jinsabu fil kopja tal Librerija ta Bodleian tan Nuzhat al Mushtaq GallerijaReferenzi Pierre Herman Leonard Eggermont 1975 Alexander s Campaigns in Sind and Baluchistan and the Siege of the Brahmin Town of Harmatelia Peeters Publishers p 7 ISBN 978 90 6186 037 2 Helaine Selin 2008 Encyclopaedia of the History of Science Technology and Medicine in Non Western Cultures Springer p 128 ISBN 978 1 4020 4559 2 Brotton Jerry RE CREATING THE LOST SILVER MAP OF AL IDRISI Entertainment for he who longs to travel the world PDF a b Scott S P 1904 History of the Moorish Empire in Europe Vol 3 Philadelphia Lippincott pp 461 462 Titlu mogħti minn John Dickie Delizia The Epic History of the Italians and their Food New York 2008 p 17 The medieval mapmaker remembered for the wrong map bl Ingliz 2023 08 24 Miġbur 2024 02 07 Ahmad 1992 pp 170 173 Dunn 2009 p 452 Ashe 1971 p 48 Ahmad S Maqbul 1992 Cartography of al Sharif al Idrisi in Harley J B Woodward D eds The History of Cartography Vol 2 Book 1 Cartography in the traditional Islamic and South Asian Societies Chicago University of Chicago Press pp 156 174 ISBN 978 0 226 31635 2 Levtzion Nehemia Hopkins John F P eds 2000 Corpus of Early Arabic Sources for West Africa New York NY Marcus Weiner Press p 104 ISBN 978 1 55876 241 1 Ducene Jean Charles 2011 Les coordonnees geographiques de la carte manuscrite d al Idrisi Der Islam 86 271 285 Ahmad S Maqbul ed and trans 1960 India and the neighbouring territories in the Kitab nuzhat al mushtaq fi khtiraq al afaq of al Sharif al Idrisi Leiden Brill p 158 Al Idrisi 1592 De Geographia Universali Kitab Nuzhat al mushtaq fi dhikr al amṣar wa al aqṭar wa al buldan wa al juzur wa al mada in wa al afaq Ruma Medici Sionita Gabriel Hesronita Joannes 1619 Geographia nubiensis id est accuratissima totius orbis in septem climata divisi descriptio continens praesertim exactam vniuersae Asiae amp Africae rerumq ue in ijs hactenus incognitarum explicationem Pariġi Hieronymi Blageart Jaubert P Amedee 1836 1840 Geographie d Edrisi traduite de l arabe en francais d apres deux manuscrits de la Bibliotheque du roi et accompagnee de notes 2 Vols Pariġi L imprimerie Royale Al Idrisi 1970 1984 Opus geographicum sive Liber ad eorum delectationem qui terras peragrare studeant 9 Fascicles in Arabic Edited by Bombaci A et al Napli Istituto Universitario Orientale Mohammed Hamidullah Winter 1968 Muslim Discovery of America before Columbus Journal of the Muslim Students Association of the United States and Canada 4 2 7 9 Idrisi Nuzhatul Mushtaq La premiere geographie de l Occident comments by Henri Bresc and Annliese Nef Pariġi 1999 Kolombu Kristofru 1992 The Journal Account of the First Voyage and Discovery of the Indies bl Ingliz Istituto poligrafico e Zecca dello Stato Libreria dello Stato p 197 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Ashe Geoffrey 1962 Land to the West St Brendan s Voyage to America bl Ingliz Viking Press p 135 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Al Idrisi 1995 Fuat Sezgin amp Eckhard Neubauer eds Al Idrisi Compendium of the properties of diverse plants and various kinds of simple drugs kitab al Jami li sifat ashtat al nabat wa durub anwa al mufradat Institute for the History of Arabic Islamic Science at the Johann Wolfgang Goethe University Frankfurt am Main 1995 Hamarneh 1973 p 92 Amar amp Serri 2005 p 193 Bos amp Kas 2016 p 213 nota 146 Joinson Suzanne 2018 06 19 In a Novel Mystical Maps and Intertwined Journeys in Syria bl Ingliz Miġbur 2024 02 07

L-aħħar artikli
  • Ġunju 26, 2025

    Serbja u Montenegro fil-Festival tal-Eurovision

  • Ġunju 14, 2025

    Serbja

  • Ġunju 14, 2025

    Seoul

  • Ġunju 26, 2025

    Senġi

  • Ġunju 14, 2025

    Senegal

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq