L Olokawst bil Grieg ὁλόκαυστος holókaustos hólos sħiħ u kaustós ħruq magħruf ukoll bħala Shoah bl Ebrajk השואה Haxoah i
L Olokawst

L-Olokawst (bil-Grieg: ὁλόκαυστος holókaustos: hólos, "sħiħ" u kaustós, "ħruq"), magħruf ukoll bħala Shoah (bl-Ebrajk: השואה, Haxoah, "il-katastrofi"; bil-Yiddish: חורבן, Kurben jew Ħurban, mill-Ebrajk "qirda") fost il-Lhud, kien l-akbar ġenoċidju tas-seklu għoxrin li fih sitt miljun Lhudi nqatlu mill-militar Ġermaniż, immexxi minn Adolf Hitler, u l-kollaboraturi tagħhom.
Bejn l-1939 u l-1945, l-SS (Schutzstaffel), megħjuna minn gvernijiet tal-pajjiżi okkupati, qatlu mill-inqas ħdax-il miljun ruħ (miljun minnhom tfal), fosthom sitt miljun Lhudi (żewġ terzi tal-popolazzjoni Lhudija fl-Ewropa), tliet miljun priġunier Sovjetiku, żewġ miljun Pollakk, miljun u nofs żingaru, u eluf kbar ta' Komunisti, oppożituri politiċi, omosesswali, persuni b'diżabbiltajiet fiżiċi u mentali, xhieda ta' Ġeħova, Avventisti, u trejdunjonisti. Il-qtil kien isir fil-kampijiet ta' konċentrament jew ta' sterminju, fil-ghettos, u bl-eżekuzzjonijiet tal-massa. Ħafna vittmi tal-Olokawst kienu jiġu ggassjati, filwaqt li oħrajn mietu bil-ġuħ u bil-mard fiż-żmien li kienu skjavi fil-kampijiet.
Oriġini
Sa mill-Medju Evu 'l quddiem, is-soċjetà u l-kultura Ġermaniża kienet mimlija antisemitiżmu. Fit-tieni nofs tas-seklu 19 beda l-moviment Völkisch minn ħassieba bħal u , li kienu jemmnu f'razziżmu psewdoxjentifiku li kien jara lil-Lhud bħala razza f'taqbida mortali mar-razza Arjana biex tiddomina d-dinja. Ħadu sterjotipi mill-antisemitiżmu Nisrani, b'differenza li qiesu l-Lhud bħala razza u mhux bħala reliġjon.
F'diskors fir-Reichstag fl-1895 (meta Hitler kien għad kellu sitt snin), , mexxej tal-Völkisch, sejjaħ lil-Lhud "predaturi" u "baċilli tal-kolera" li għandhom "jinqerdu" għall-ġid tal-poplu Ġermaniż. Fi ktieb suċċess tal-1912 Kieku kont il-Kaiser, , ħeġġeġ biex lil-Lhud tal-Ġermanja titneħħielhom iċ-ċittadinanza Ġermaniża u jibdew jitqiesu bħala aljeni, jiġu esklużi mill-aspetti kollha tal-ħajja soċjali Ġermaniża, ma jitħallewx ikollhom art, jokkupaw uffiċji pubbliċi, jew ikunu ġurnalisti, bankieri, u professjonisti liberi.
L-ewwel sperimentazzjoni medika fuq bnedmin u tindif etniku mill-Ġermaniżi saru fil-kampijiet tal-mewt li l-Ġermaniżi kellhom fin-Namibja, dak iż-żmien magħrufa bħala l-Lbiċ tal-Afrika Ġermaniża, matul il-Ġenoċidju tal-Herero u tan-Namaqua fil-bidu tas-seklu għoxrin. Dan seta' kien ispirazzjoni għall-Olokawst.
Ir-razziżmu psewdoxjentifiku sar aċċettat minn ħafna Ġermaniżi, fosthom il-klassijiet professjonali tal-pajjiż. Il-partiti politiċi kollha saru jaċċettawh. Il-Partit twaqqaf fl-1920 u billi ħareġ mill-moviment Völkisch, kellu l-istess antisemitiżmu tiegħu.
Dan kompla jinħema bid-Darwiniżmu soċjali u bl-ewġenetika, bl-idea li ċerti nies jiswew iktar minn oħrajn, bijoloġikament. Wara t-telfa tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-burokrati Ġermaniżi sabuha diffiċli jsolvu l-problemi soċjali li kien waqa' fihom pajjiżhom u raw li l-aħjar isalvaw li dawk li huma bijoloġikament "idonei" u jeqirdu lil dawk li mhumiex.
Il-faqar li ġabet id-Depressjoni l-Kbira, wassal lil ħafna tobba Ġermaniżi jipproponu l- lil dawk li kienu diżabbli mentalment u fiżikament "inkurabbli", bħala miżura biex jiġu ffrankati l-flus ħa jiġu mgħejuna dawk li setgħu jiġu mfejqa. Meta n-Nażisti ħadu l-poter fl-1933, diġà kien hemm it-twemmin soċjali li għandhom jiġu salvati dawk li huma razzjalment "prezzjużi" u li s-soċjetà tinħeles minn dawk li razzjalment "mhumiex mixtieqa".
Hitler
Hitler kien juri fil-beraħ il-mibegħda tiegħu lejn il-Lhud. Fil-ktieb tiegħu Mein Kampf, jgħid li ried jeskludihom mill-ħajja politika, intellettwali u kulturali tal-Ġermanja. Ma jgħidx li ried jipprova jeqridhom, għalkemm fil-privat kien ikun iktar espliċitu. Sa mill-1922, huwa kien qal lill-Maġġur , li dak iż-żmien kien ġurnalist, li l-ewwel ħaġa li kien beħsiebu jagħmel kif jieħu l-poter kienet li jeqred lil-Lhud, jgħallaqhom f'Marienplatz fi Munich, u jħallihom imdendlin sakemm jintnu, u jnaddaf lill-Ġermanja kollha mil-Lhud.
In-Nażisti kienu jemmnu ukoll fil-kunċett ta' iġjene razzjali. Fil-15 ta' Settembru 1935, Hitler għadda l-Liġijiet ta' li għamluha illegali għall-Arjani li jkollhom x'jaqsmu jew jiżżewġu mal-Lhud, u iktar tard dan ġie estiż "għaż-żingari, għas-suwed jew għan-nisel tagħhom". Min ma kienx Arjan tilef iċ-ċittadinanza Ġermaniża. L-ewwel politika ewġenika ta' Hitler immirat lit-tfal b'diżabbiltà bil-programm Action Brandt, u iktar tard programm ta' ewtanasja għall-adulti b'diżabbiltajiet serji mentali u fiżiċi, illum imsejjaħ Action T4.
L-Olokawst u l-gwerra tal-Ġermanja tal-Lvant kienu bbażati fuq l-idea antika ta' Hitler li l-Lhud kienu l-ikbar għadu tal-poplu Ġermaniż u li l-Ġermanja kellha bżonn l-art, Lebensraum, biex tespandi. Huwa tefa' għajnejh fuq il-Lvant tal-Ewropa għal din l-espansjoni, billi jkisser lill-Polonja u lill-Unjoni Sovjetika u jneħħi jew jeqred lil-Lhud u lis-Slavi. Il-pjan kien li jiddeporta lil min kien jgħix f'dawn il-postijiet lejn il-Punent tas-Siberja, jew biex jaħdmu bħala skjavi jew biex jinqatlu; u t-territorji konkwistati jiġu Ġermanizzati. It-tir kien li jimplimenta dan il-pjan wara l-konkwista tal-Unjoni Sovjetika, iżda meta din falliet, Hitler baqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħu. Minn Jannar 1942, kien ġie deċiż li jinqatlu l-Lhud, is-Slavi u deportati oħra meqjusa mhux mixtieqa.
Responsabbiltà ta' Hitler
L-Olokawst ("Endlösung der Judenfrage" jew "Is-Soluzzjoni Finali tal-Kwistjoni Lhudija") kien ordnat minn Hitler u organizzat u mwettaq minn Heinrich Himmler u Reinhard Heydrich. L-atti tal-Konferenza ta' Wannsee — li saret fl-20 ta' Jannar 1942 u tmexxiet minn Heydrich, bi ħmistax-il uffiċjal Nażista jieħdu sehem — hija l-aqwa xhieda tal-ippjanar sistematiku tal-Olokawst. Fit-22 ta' Frar, Hitler qal, "se niksbu saħħitna lura mill-ġdid biss jekk neliminaw lil-Lhud". Id-diskorsi pubbliċi tiegħu, l-ordnijiet tiegħu lill-ġenerali, u d-djarji ta' uffiċjali Nażisti juru li kien hu li kkonċepixxa u awtorizza l-qtil tal-Lhud Ewropej. Kien hu li approva l-iskwadri tal-mewt Einsatzgruppen li mxew mal-armata Ġermaniża fil-Polonja, fil-Baltiku u fl-Unjoni Sovjetika — u kien infurmat sew fuq x'kienu qed jagħmlu.
Sas-sajf tal-1942, il-kamp ta' konċentrament ta' Auschwitz kiber malajr biex ikun jiflaħ mases ta' deportati biex jinqatlu jew biex jinżammu skjavi. Għexieren ta' kampijiet ta' konċentrament inbnew fl-Ewropa okkupata, b'ħafna kampijiet dedikati biss għall-qerda. Kien hemm 42,500 faċilità fil-Ġermanja u fil-pajjiżi okkupati biex jiġbru u joqtlu lil-Lhud u vittmi oħra, u madwar 500,000 ruħ ħadu sehem b'mod dirett fl-ippjanar u fil-qtil tal-vittmi tal-Olokawst.
Meta r-reġim Nażista kiseb il-poter fil-Ġermanja f'Jannar 1933, mill-ewwel beda jieħu miżuri sistematiċi kontra l-Lhud. Mill-1933 sal-1939, saru sforzi organizzati mill-Partit Nażista biex jeliminaw lil-Lhud mill-ħajja ekonomika. Il-Lhud tkeċċew mill-pożizzjonijiet li kellhom mal-gvern, u l-avukati u t-tobba Lhud tilfu l-klijenti Ġermaniżi tagħhom. L-intrapriżi Lhud kienu jiġu likwidati jew jinxtraw b'valur ħafna inqas minn kemm jiswew minn kumpaniji li ma kinux tal-Lhud. Id-dħul li l-Lhud kienu jagħmlu minn bejgħ kif ukoll dak li jġemmgħu, kien suġġett għal taxxa speċjali.
"Lejl tal-Ħġieġ Imkisser"
F'Novembru 1938, wara li żagħżugħ Lhudi qatel diplomatiku Ġermaniż f'Pariġi, is-sinagogi kollha fil-Ġermanja ġew maħruqa, it-twieqi tal-ħwienet Lhud tkissru, u eluf ta' Lhud ġew arrestati. Dal-"Lejl tal-Ħġieġ Imkisser" (Kristallnacht) kien sinjal għal-Lhud fil-Ġermanja u fl-Awstrija biex jitilqu malajr kemm jista' jkun. Mijiet ta' eluf ta' Lhud irnexxielhom isibu kenn f'pajjiżi oħra, iżda numru daqstant ieħor kbir ta' Lhud, ħafna minnhom xjuħ u foqra, baqgħu hemm jistennew destin inċert.
Invażjoni tal-Polonja
F'Awwissu 1939, il-Ġermanja iffirmat patt mal-Unjoni Sovjetika, u f'dan il-patt iż-żewġ pajjiżi bil-moħbi qasmu l-Polonja. Hitler attakka l-Polonja f'Settembru 1939. Il-Pollakki maljar ingħelbu u l-alleati tagħhom, l-Ingliżi u l-Franċiżi, ma għamlu xejn biex jgħinuhom. Fir-rebbiegħa tal-1940, Hitler ħataf lid-Danimarka u lin-Norveġja u ftit wara lin-Netherlands, lill-Belġju u lil Franza. Meta Hitler okkupa l-Polonja żied kważi żewġ miljuni Lhud taħt is-setgħa tiegħu. Ir-restrizzjonijiet li saru fuq il-Lhud tal-Polonja kienu eħrex minn dawk fil-Ġermanja.
Il-Lhud fil-Polonja kienu mġiegħla jgħixu f'ghettos imdawra b'ħitan u b'fildiferru mxewwek. Il-ghettos kienu bħal bliet magħluqin minn kullimkien. Kull ghetto kellu kunsill Lhudi li kien responsabbli għad-djar, għas-sanità u għall-produzzjoni. L-ikel li kien jitħalla jidħol fil-ghettos mill-Ġermaniżi kien jikkonisti biss f'qamħ u f'ħaxix bħal ġdur, karrotti u pitravi. Fil-ghetto ta' Varsavja, ir-razzjon uffiċjali għal kull abitant ma kienx jaqbeż l-1,200 kalorija. Xi ikel li kien jidħol minn taħt, kien jinbigħ bi prezzijiet m'għola s-sema, u l-qgħad u l-faqar kienu mifruxa. Id-djar kienu mimlijin nies, b'sitta jew b'sebgħa min-nies f'kull kamra, u l-marda tat-tifu kienet komuni.
Fl-Unjoni Sovjetika
Waqt li kien qed jiġri dan kollu fil-Polonja, f'Ġunju 1941, il-Ġermaniżi invadew l-Unjoni Sovjetika. L-SS qassmet 3,000 gwardja f'unitajiet speċjali fit-territorji Sovjetiċi, biex joqtlu l-Lhud kollha fil-post. Dawn l-iskwadri kienu involuti f'massakri sħaħ, li ħafna drabi kienu jsiru f'fosos jew f'irdumijiet qrib l-ibliet. Xi drabi r-residenti kienu jaraw dawn il-massakri, u aħbarijiet dwar dan ma damux ma bdew jaslu f'diversi bliet kapitali tad-dinja.
"Soluzzjoni Finali"
Xahar wara dan, it-tieni fit-tmexxija wara Hitler, Hermann Göring, bagħat direttiva lill-kap tal-SS, Reinhard Heydrich, bl-ordni li jorganizza "soluzzjoni finali għall-kwistjoni Lhudija" fl-Ewropa kollha dominata mill-Ġermanja. F'Settembru 1941, il-Lhud tal-Ġermanja kellhom jilbsu armi jew faxex ma' driegħhom immarkati bi stilla safra. Fix-xhur ta' wara, għexieren ta' eluf ġew deportati fil-Polonja u fi bliet maħtufa mill-Unjoni Sovjetika. Sadanittant kienet qed titħejja innovazzjoni oħra: il-kamp tal-mewt.
Kampijiet attrezzati biex jiggassjaw lin-nies inbnew fuq l-art tal-Polonja okkupata. Ħafna mill-vittmi kellhom jinġiebu mill-ghettos tal-qrib. Mill-ghetto ta' Varsavja biss, inġiebu iktar minn 300,000 ruħ. L-ewwel trasport kien mimli bi tfal u xjuħ li ma setgħux jaħdmu; il-Lhud li setgħu jaħdmu kienu jinżammu, iżda fl-aħħar kienu jispiċċaw maqtulin huma wkoll. L-ikbar deportazzjonijiet seħħew fis-sajf tal-1942. Id-destinazzjoni ta' dan it-trasport ma kinitx tiġi mgħarrfa lill-komunitajiet Lhud, iżda rapporti ta' massakri sħaħ fl-aħħar waslu għand il-Lhud li kienu għadhom ħajjin u għand il-gvernijiet tal-Istati Uniti u tal-Ingilterra.
F'April 1943, il-65,000 Lhud li kien fadal f'Varsavja rreżistew lill-pulizija Ġermaniża li daħlet fil-ghetto, f'battalja li damet sejra tliet ġimgħat. Bejn Lulju u Ottubru 1942, iktar minn 300,000 abitant tal-ghetto ta' Varsavja ntbagħtu fil-kampijiet ta' konċentrament u nqatlu. Is-60,000 Lhud li kien għad baqa' nqatlu f'din ir-reżistenza erojka.
Fejn kien possibli, il-Ġermaniżi ġabru l-proprjetà kollha tad-deportati. Fil-Ġermanja, il-kontijiet tal-bank ġew konfiskati, u minn Franza, Belġju u Olanda okkupati, l-għamara tal-Lhud kienet titwassal il-Ġermanja biex tingħata lil persuni li djarhom kienu ġew ibbumbardjati. It-trasport tal-vittmi lejn il-kampijiet tal-mewt kien isir bil-ferrovija. Il-vaguni li kienu jwasslu lil-Lhud kienu jimxu bil-mod bi skedi speċjali għad-destinazzjoni tagħhom. Ħafna drabi l-morda u x-xjuħ kienu jmutu fit-triq.
Auschwitz
Auschwitz, qrib Krakovja, kien l-akbar kamp tal-mewt, li b'differenza mill-oħrajn uża l-gass tal-idroġenu li malajr kien iwassal għall-effett mixtieq. Il-vittmi t'Auschwitz kienu ġejjin mill-Ewropa kollha okkupata mill-Germanizi: il-Ġermanja, Spanja, il-Portugall, l-Italja, Franza, l-Awstrija, iċ-Ċekoslovakkja, il-Polonja, in-Norveġja, id-Danimarka, il-Finlandja, in-Netherlands, il-Belġju, il-Lussemburgu, il-Greċja, il-Jugoslavja, l-Albanija, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, ir-Russja, l-Ukrajna, il-Belarussja, il-Moldova, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja. Ħafna priġunieri, Lhud u mhumiex, kienu jitħaddmu; xi priġunieri kienu jintużaw f'esperimenti mediċi, b'mod partikolari għall-isterilizzazzjonijiet. Għalkemm il-Lhud u ż-żingari biss kienu jiġu ggassjati regolarment, mijiet ta' eluf ta' priġunieri oħrajn f'Auschwitz mietu bil-ġuħ, bil-mard jew ġustizzjati. Biex jgħattu dnubiethom, bnew krematorji kbar biex fihom jinħarqu l-katavri ta' dawk li ġew ġustizzjati. Fl-1944, il-kamp ġie fotografat mill-ajruplani tal-Alleati li kienu qed ifittxu l-industriji; il-fabbriki ġew ibbumbardjati iżda l-kampijiet le.
Riżultati tax-Shoah
Meta l-gwerra ntemmet, miljuni ta' Lhud, Slavi, żingari, omosesswali, Xhieda ta' Ġeħova, Komunisti, u oħrajn fil-mira tan-Nażisti, kienu nqatlu fl-Olokawst. Il-Lhud maqtulin kienu madwar 6 miljun ruħ: madwar 3 miljun ruħ fil-kampijiet ta' konċentrament, miljun u nofs ġustizzjati, u iktar minn 600,000 ruħ fil-ghettos. L-Alleati ġew pressati biex joħolqu art permanenti fil-Palestina għal-Lhud li baqgħu ħajjin. It-twaqqif ta' Iżrael, tliet snin wara l-waqgħa tal-Ġermanja kien għalhekk riżultat tal-Olokawst.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar L Olokawst, X'inhi L Olokawst? Xi tfisser L Olokawst?
L Olokawst bil Grieg ὁlokaystos holokaustos holos sħiħ u kaustos ħruq magħruf ukoll bħala Shoah bl Ebrajk השואה Haxoah il katastrofi bil Yiddish חורבן Kurben jew Ħurban mill Ebrajk qirda fost il Lhud kien l akbar ġenoċidju tas seklu għoxrin li fih sitt miljun Lhudi nqatlu mill militar Ġermaniz immexxi minn Adolf Hitler u l kollaboraturi tagħhom Il wasla tal Lhud f Auschwitz II fil Polonja okkupata mill Ġermanizi f Mejju 1944 Il biċċa l kbira kienu jiġu ggassjati Bejn l 1939 u l 1945 l SS Schutzstaffel megħjuna minn gvernijiet tal pajjizi okkupati qatlu mill inqas ħdax il miljun ruħ miljun minnhom tfal fosthom sitt miljun Lhudi zewġ terzi tal popolazzjoni Lhudija fl Ewropa tliet miljun priġunier Sovjetiku zewġ miljun Pollakk miljun u nofs zingaru u eluf kbar ta Komunisti oppozituri politiċi omosesswali persuni b dizabbiltajiet fiziċi u mentali xhieda ta Ġeħova Avventisti u trejdunjonisti Il qtil kien isir fil kampijiet ta konċentrament jew ta sterminju fil ghettos u bl ezekuzzjonijiet tal massa Ħafna vittmi tal Olokawst kienu jiġu ggassjati filwaqt li oħrajn mietu bil ġuħ u bil mard fiz zmien li kienu skjavi fil kampijiet OriġiniSa mill Medju Evu l quddiem is soċjeta u l kultura Ġermaniza kienet mimlija antisemitizmu Fit tieni nofs tas seklu 19 beda l moviment Volkisch minn ħassieba bħal u li kienu jemmnu f razzizmu psewdoxjentifiku li kien jara lil Lhud bħala razza f taqbida mortali mar razza Arjana biex tiddomina d dinja Ħadu sterjotipi mill antisemitizmu Nisrani b differenza li qiesu l Lhud bħala razza u mhux bħala reliġjon F diskors fir Reichstag fl 1895 meta Hitler kien għad kellu sitt snin mexxej tal Volkisch sejjaħ lil Lhud predaturi u baċilli tal kolera li għandhom jinqerdu għall ġid tal poplu Ġermaniz Fi ktieb suċċess tal 1912 Kieku kont il Kaiser ħeġġeġ biex lil Lhud tal Ġermanja titneħħielhom iċ ċittadinanza Ġermaniza u jibdew jitqiesu bħala aljeni jiġu eskluzi mill aspetti kollha tal ħajja soċjali Ġermaniza ma jitħallewx ikollhom art jokkupaw uffiċji pubbliċi jew ikunu ġurnalisti bankieri u professjonisti liberi L ewwel sperimentazzjoni medika fuq bnedmin u tindif etniku mill Ġermanizi saru fil kampijiet tal mewt li l Ġermanizi kellhom fin Namibja dak iz zmien magħrufa bħala l Lbiċ tal Afrika Ġermaniza matul il Ġenoċidju tal Herero u tan Namaqua fil bidu tas seklu għoxrin Dan seta kien ispirazzjoni għall Olokawst Ir razzizmu psewdoxjentifiku sar aċċettat minn ħafna Ġermanizi fosthom il klassijiet professjonali tal pajjiz Il partiti politiċi kollha saru jaċċettawh Il Partit twaqqaf fl 1920 u billi ħareġ mill moviment Volkisch kellu l istess antisemitizmu tiegħu Dan kompla jinħema bid Darwinizmu soċjali u bl ewġenetika bl idea li ċerti nies jiswew iktar minn oħrajn bijoloġikament Wara t telfa tal Ewwel Gwerra Dinjija il burokrati Ġermanizi sabuha diffiċli jsolvu l problemi soċjali li kien waqa fihom pajjizhom u raw li l aħjar isalvaw li dawk li huma bijoloġikament idonei u jeqirdu lil dawk li mhumiex Il faqar li ġabet id Depressjoni l Kbira wassal lil ħafna tobba Ġermanizi jipproponu l lil dawk li kienu dizabbli mentalment u fizikament inkurabbli bħala mizura biex jiġu ffrankati l flus ħa jiġu mgħejuna dawk li setgħu jiġu mfejqa Meta n Nazisti ħadu l poter fl 1933 diġa kien hemm it twemmin soċjali li għandhom jiġu salvati dawk li huma razzjalment prezzjuzi u li s soċjeta tinħeles minn dawk li razzjalment mhumiex mixtieqa Hitler Hitler kien juri fil beraħ il mibegħda tiegħu lejn il Lhud Fil ktieb tiegħu Mein Kampf jgħid li ried jeskludihom mill ħajja politika intellettwali u kulturali tal Ġermanja Ma jgħidx li ried jipprova jeqridhom għalkemm fil privat kien ikun iktar espliċitu Sa mill 1922 huwa kien qal lill Maġġur li dak iz zmien kien ġurnalist li l ewwel ħaġa li kien beħsiebu jagħmel kif jieħu l poter kienet li jeqred lil Lhud jgħallaqhom f Marienplatz fi Munich u jħallihom imdendlin sakemm jintnu u jnaddaf lill Ġermanja kollha mil Lhud In Nazisti kienu jemmnu ukoll fil kunċett ta iġjene razzjali Fil 15 ta Settembru 1935 Hitler għadda l Liġijiet ta li għamluha illegali għall Arjani li jkollhom x jaqsmu jew jizzewġu mal Lhud u iktar tard dan ġie estiz għaz zingari għas suwed jew għan nisel tagħhom Min ma kienx Arjan tilef iċ ċittadinanza Ġermaniza L ewwel politika ewġenika ta Hitler immirat lit tfal b dizabbilta bil programm Action Brandt u iktar tard programm ta ewtanasja għall adulti b dizabbiltajiet serji mentali u fiziċi illum imsejjaħ Action T4 L Olokawst u l gwerra tal Ġermanja tal Lvant kienu bbazati fuq l idea antika ta Hitler li l Lhud kienu l ikbar għadu tal poplu Ġermaniz u li l Ġermanja kellha bzonn l art Lebensraum biex tespandi Huwa tefa għajnejh fuq il Lvant tal Ewropa għal din l espansjoni billi jkisser lill Polonja u lill Unjoni Sovjetika u jneħħi jew jeqred lil Lhud u lis Slavi Il pjan kien li jiddeporta lil min kien jgħix f dawn il postijiet lejn il Punent tas Siberja jew biex jaħdmu bħala skjavi jew biex jinqatlu u t territorji konkwistati jiġu Ġermanizzati It tir kien li jimplimenta dan il pjan wara l konkwista tal Unjoni Sovjetika izda meta din falliet Hitler baqa għaddej bil pjanijiet tiegħu Minn Jannar 1942 kien ġie deċiz li jinqatlu l Lhud is Slavi u deportati oħra meqjusa mhux mixtieqa Responsabbilta ta Hitler L Olokawst Endlosung der Judenfrage jew Is Soluzzjoni Finali tal Kwistjoni Lhudija kien ordnat minn Hitler u organizzat u mwettaq minn Heinrich Himmler u Reinhard Heydrich L atti tal Konferenza ta Wannsee li saret fl 20 ta Jannar 1942 u tmexxiet minn Heydrich bi ħmistax il uffiċjal Nazista jieħdu sehem hija l aqwa xhieda tal ippjanar sistematiku tal Olokawst Fit 22 ta Frar Hitler qal se niksbu saħħitna lura mill ġdid biss jekk neliminaw lil Lhud Id diskorsi pubbliċi tiegħu l ordnijiet tiegħu lill ġenerali u d djarji ta uffiċjali Nazisti juru li kien hu li kkonċepixxa u awtorizza l qtil tal Lhud Ewropej Kien hu li approva l iskwadri tal mewt Einsatzgruppen li mxew mal armata Ġermaniza fil Polonja fil Baltiku u fl Unjoni Sovjetika u kien infurmat sew fuq x kienu qed jagħmlu Sas sajf tal 1942 il kamp ta konċentrament ta Auschwitz kiber malajr biex ikun jiflaħ mases ta deportati biex jinqatlu jew biex jinzammu skjavi Għexieren ta kampijiet ta konċentrament inbnew fl Ewropa okkupata b ħafna kampijiet dedikati biss għall qerda Kien hemm 42 500 faċilita fil Ġermanja u fil pajjizi okkupati biex jiġbru u joqtlu lil Lhud u vittmi oħra u madwar 500 000 ruħ ħadu sehem b mod dirett fl ippjanar u fil qtil tal vittmi tal Olokawst Meta r reġim Nazista kiseb il poter fil Ġermanja f Jannar 1933 mill ewwel beda jieħu mizuri sistematiċi kontra l Lhud Mill 1933 sal 1939 saru sforzi organizzati mill Partit Nazista biex jeliminaw lil Lhud mill ħajja ekonomika Il Lhud tkeċċew mill pozizzjonijiet li kellhom mal gvern u l avukati u t tobba Lhud tilfu l klijenti Ġermanizi tagħhom L intraprizi Lhud kienu jiġu likwidati jew jinxtraw b valur ħafna inqas minn kemm jiswew minn kumpaniji li ma kinux tal Lhud Id dħul li l Lhud kienu jagħmlu minn bejgħ kif ukoll dak li jġemmgħu kien suġġett għal taxxa speċjali Lejl tal Ħġieġ Imkisser F Novembru 1938 wara li zagħzugħ Lhudi qatel diplomatiku Ġermaniz f Pariġi is sinagogi kollha fil Ġermanja ġew maħruqa it twieqi tal ħwienet Lhud tkissru u eluf ta Lhud ġew arrestati Dal Lejl tal Ħġieġ Imkisser Kristallnacht kien sinjal għal Lhud fil Ġermanja u fl Awstrija biex jitilqu malajr kemm jista jkun Mijiet ta eluf ta Lhud irnexxielhom isibu kenn f pajjizi oħra izda numru daqstant ieħor kbir ta Lhud ħafna minnhom xjuħ u foqra baqgħu hemm jistennew destin inċert Invazjoni tal Polonja F Awwissu 1939 il Ġermanja iffirmat patt mal Unjoni Sovjetika u f dan il patt iz zewġ pajjizi bil moħbi qasmu l Polonja Hitler attakka l Polonja f Settembru 1939 Il Pollakki maljar ingħelbu u l alleati tagħhom l Inglizi u l Franċizi ma għamlu xejn biex jgħinuhom Fir rebbiegħa tal 1940 Hitler ħataf lid Danimarka u lin Norveġja u ftit wara lin Netherlands lill Belġju u lil Franza Meta Hitler okkupa l Polonja zied kwazi zewġ miljuni Lhud taħt is setgħa tiegħu Ir restrizzjonijiet li saru fuq il Lhud tal Polonja kienu eħrex minn dawk fil Ġermanja Il Lhud fil Polonja kienu mġiegħla jgħixu f ghettos imdawra b ħitan u b fildiferru mxewwek Il ghettos kienu bħal bliet magħluqin minn kullimkien Kull ghetto kellu kunsill Lhudi li kien responsabbli għad djar għas sanita u għall produzzjoni L ikel li kien jitħalla jidħol fil ghettos mill Ġermanizi kien jikkonisti biss f qamħ u f ħaxix bħal ġdur karrotti u pitravi Fil ghetto ta Varsavja ir razzjon uffiċjali għal kull abitant ma kienx jaqbez l 1 200 kalorija Xi ikel li kien jidħol minn taħt kien jinbigħ bi prezzijiet m għola s sema u l qgħad u l faqar kienu mifruxa Id djar kienu mimlijin nies b sitta jew b sebgħa min nies f kull kamra u l marda tat tifu kienet komuni Fl Unjoni Sovjetika Waqt li kien qed jiġri dan kollu fil Polonja f Ġunju 1941 il Ġermanizi invadew l Unjoni Sovjetika L SS qassmet 3 000 gwardja f unitajiet speċjali fit territorji Sovjetiċi biex joqtlu l Lhud kollha fil post Dawn l iskwadri kienu involuti f massakri sħaħ li ħafna drabi kienu jsiru f fosos jew f irdumijiet qrib l ibliet Xi drabi r residenti kienu jaraw dawn il massakri u aħbarijiet dwar dan ma damux ma bdew jaslu f diversi bliet kapitali tad dinja Soluzzjoni Finali Xahar wara dan it tieni fit tmexxija wara Hitler Hermann Goring bagħat direttiva lill kap tal SS Reinhard Heydrich bl ordni li jorganizza soluzzjoni finali għall kwistjoni Lhudija fl Ewropa kollha dominata mill Ġermanja F Settembru 1941 il Lhud tal Ġermanja kellhom jilbsu armi jew faxex ma driegħhom immarkati bi stilla safra Fix xhur ta wara għexieren ta eluf ġew deportati fil Polonja u fi bliet maħtufa mill Unjoni Sovjetika Sadanittant kienet qed titħejja innovazzjoni oħra il kamp tal mewt Kampijiet attrezzati biex jiggassjaw lin nies inbnew fuq l art tal Polonja okkupata Ħafna mill vittmi kellhom jinġiebu mill ghettos tal qrib Mill ghetto ta Varsavja biss inġiebu iktar minn 300 000 ruħ L ewwel trasport kien mimli bi tfal u xjuħ li ma setgħux jaħdmu il Lhud li setgħu jaħdmu kienu jinzammu izda fl aħħar kienu jispiċċaw maqtulin huma wkoll L ikbar deportazzjonijiet seħħew fis sajf tal 1942 Id destinazzjoni ta dan it trasport ma kinitx tiġi mgħarrfa lill komunitajiet Lhud izda rapporti ta massakri sħaħ fl aħħar waslu għand il Lhud li kienu għadhom ħajjin u għand il gvernijiet tal Istati Uniti u tal Ingilterra F April 1943 il 65 000 Lhud li kien fadal f Varsavja rrezistew lill pulizija Ġermaniza li daħlet fil ghetto f battalja li damet sejra tliet ġimgħat Bejn Lulju u Ottubru 1942 iktar minn 300 000 abitant tal ghetto ta Varsavja ntbagħtu fil kampijiet ta konċentrament u nqatlu Is 60 000 Lhud li kien għad baqa nqatlu f din ir rezistenza erojka Fejn kien possibli il Ġermanizi ġabru l proprjeta kollha tad deportati Fil Ġermanja il kontijiet tal bank ġew konfiskati u minn Franza Belġju u Olanda okkupati l għamara tal Lhud kienet titwassal il Ġermanja biex tingħata lil persuni li djarhom kienu ġew ibbumbardjati It trasport tal vittmi lejn il kampijiet tal mewt kien isir bil ferrovija Il vaguni li kienu jwasslu lil Lhud kienu jimxu bil mod bi skedi speċjali għad destinazzjoni tagħhom Ħafna drabi l morda u x xjuħ kienu jmutu fit triq Auschwitz Auschwitz qrib Krakovja kien l akbar kamp tal mewt li b differenza mill oħrajn uza l gass tal idroġenu li malajr kien iwassal għall effett mixtieq Il vittmi t Auschwitz kienu ġejjin mill Ewropa kollha okkupata mill Germanizi il Ġermanja Spanja il Portugall l Italja Franza l Awstrija iċ Ċekoslovakkja il Polonja in Norveġja id Danimarka il Finlandja in Netherlands il Belġju il Lussemburgu il Greċja il Jugoslavja l Albanija l Ungerija ir Rumanija il Bulgarija ir Russja l Ukrajna il Belarussja il Moldova l Estonja il Latvja u l Litwanja Ħafna priġunieri Lhud u mhumiex kienu jitħaddmu xi priġunieri kienu jintuzaw f esperimenti mediċi b mod partikolari għall isterilizzazzjonijiet Għalkemm il Lhud u z zingari biss kienu jiġu ggassjati regolarment mijiet ta eluf ta priġunieri oħrajn f Auschwitz mietu bil ġuħ bil mard jew ġustizzjati Biex jgħattu dnubiethom bnew krematorji kbar biex fihom jinħarqu l katavri ta dawk li ġew ġustizzjati Fl 1944 il kamp ġie fotografat mill ajruplani tal Alleati li kienu qed ifittxu l industriji il fabbriki ġew ibbumbardjati izda l kampijiet le Rizultati tax Shoah Meta l gwerra ntemmet miljuni ta Lhud Slavi zingari omosesswali Xhieda ta Ġeħova Komunisti u oħrajn fil mira tan Nazisti kienu nqatlu fl Olokawst Il Lhud maqtulin kienu madwar 6 miljun ruħ madwar 3 miljun ruħ fil kampijiet ta konċentrament miljun u nofs ġustizzjati u iktar minn 600 000 ruħ fil ghettos L Alleati ġew pressati biex joħolqu art permanenti fil Palestina għal Lhud li baqgħu ħajjin It twaqqif ta Izrael tliet snin wara l waqgħa tal Ġermanja kien għalhekk rizultat tal Olokawst Referenzi Gerlach Christian 2016 The Extermination of the European Jews Cambridge University Press ISBN 978 0 521 70689 6 p 15 Beorn Waitman Wade 2018 The Holocaust in Eastern Europe At the Epicenter of the Final Solution Bloomsbury Academic ISBN 978 1 4742 3219 7 p 4