Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Isabella d Este twieldet fid 19 ta Mejju 1474 mietet fit 13 ta Frar 1539 kienet Markiża ta Mantova u waħda min nisa ewle

Isabella d'Este

  • Paġna Ewlenija
  • Isabella d'Este
Isabella d'Este
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Isabella d'Este (twieldet fid-19 ta’ Mejju 1474 – mietet fit-13 ta’ Frar 1539) kienet Markiża ta’ Mantova u waħda min-nisa ewlenin tar-Rinaxximent Taljan fl-oqsma tal-kultura u tal-politika. Hija kienet patruna tal-arti u kellha rwol minn ta’ quddiem fil-moda, tant li l-istil innovattiv tagħha ġie kkupjat min-nisa fl-Italja kollha u fi Franza imperjali. Il-poeta ddeskriviha bħala “Isabella l-liberali u l-ġeneruża”, filwaqt li l-awtur ddeskriviha bħala “suprema fost in-nisa”. Id-diplomatiku faħħarha saħansitra iktar billi sostna li kienet “l-Ewwel Mara tad-Dinja”.

Isabella d'Este
reġġent

Ħajja
Twelid Ferrara, 18 Mejju 1474
Mewt Mantova, 13 Frar 1539
Post tad-dfin
Familja
Missier
Omm
Konjuga/i  (12 Frar 1490 (Gregorian) -
Ulied
uri

  • (en)
    (en)
    (en)
    (en)
    (en)
    (en)
Aħwa
uri
  • (en)

    (en)
    (mul)
    (en)
    (en)
    (en)
Familja
uri
  • (omm ir-raġel)
Tribù
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Latin
Għalliema
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni
Post tax-xogħol Mantova
Strument/i tal-mużika

Hija kienet ir-reġġent ta’ Mantova fl-assenza tar-raġel tagħha, , il-Markiża ta’ Mantova, u l-maġġorenni responsabbli ta’ binha, Federico, id-Duka ta’ Mantova. Fl-1500 hi ltaqgħet mar-Re ta’ Franza f’Milan fuq missjoni diplomatika biex tipperswadieh ma jibgħatx it-truppi tiegħu kontra Mantova.

Isabella d'Este kienet kittieba prolifika tal-ittri u kellha korrispondenza tul ħajjitha kollha ma’ oħtha tar-rispett . Lucrezia Borgia kienet oħt oħra tar-rispett; iktar ’il quddiem kienet taqlibielha mar-raġel tagħha. Hija kienet tiġi deskritta bħala mara fiżikament attraenti, għalkemm kemxejn mibruma; madankollu, kellha “għajnejha jiġbduk” u kienet “grazzjuża”.

Isabella d'Este kibret f’familja mdawra bil-kultura fil-belt-stat ta’ Ferrara. Hija ngħatat edukazzjoni klassika mill-aqwa u fi tfulitha ltaqgħet ma’ ħafna studjużi u artisti umanisti famużi. Minħabba l-ammont kbir ta’ korrispondenzi bejn Isabella u l-familja u l-ħbieb tagħha, il-ħajja tagħha hija tassew iddokumentata tajjeb, xi ħaġa mhux tas-soltu għal dak iż-żmien.

Ħajja bikrija

Isabella twieldet nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju 1474 fid-disa’ ta’ filgħaxija f’Ferrara, bint , id-Duka ta’ Ferrara, u Eleanora ta’ Napli. Eleanora kienet bint , ir-Re Aragoniż ta’ Napli, u .

Sena wara, fid-29 ta’ Ġunju 1475, twieldet oħtha Beatrice, u fl-1476 u fl-1477 twieldu żewġ aħwa oħra, Alfonso u Ferrante. Fl-1479 u fl-1480 twieldu żewġ aħwa oħra, Ippolito u Sigismondo. Mill-aħwa kollha, Isabella kienet meqjusa bħala l-favorita.

Fl-istess sena tat-twelid ta’ Ferrante, Isabella vvjaġġat lejn Napli ma’ ommha. Meta ommha ġiet lura f’Ferrara, Isabella akkumpanjatha, filwaqt li l-aħwa l-oħra baqgħu ma’ nannuwhom għal tmien snin. Matul dan il-vjaġġ ma’ ommha, Isabella kisbet l-arti tad-diplomazija u ta’ x’jiġri minn wara l-kwinti fit-tmexxija ta’ stat.

Edukazzjoni

Isabella kellha edukazzjoni tajba ħafna meta kienet żagħżugħa. Fi tfulitha studjat l-istorja Rumana u malajr tgħallmet kif tittraduċi l-Grieg u l-Latin (iktar ’il quddiem il-Grieg sar il-lingwa favorita tagħha). Bis-saħħa tal-intellett straordinarju tagħha, spiss iddiskutiet il-klassiċi u l-affarijiet tal-istat mal-ambaxxaturi. Barra minn hekk, personalment kienet midħla mal-pitturi, mal-mużiċisti, mal-kittieba, u mal-istudjużi tal-istat. Minbarra l-għarfien tagħha tal-istorja u tal-lingwi, kienet taf tgħid bl-amment l-opri ta’ u ta’ . Isabella kellha talent ukoll bħala kantanta u mużiċista, u kienet tgħallmet iddoqq il-ljut mal-għalliem tagħha . Barra minn hekk, hija kienet innovatriċi ta’ żifniet ġodda, bis-saħħa tat-tagħlim li ngħatat minn , maestro Lhudi taż-żfin.

Dota u żwieġ

Fl-1480, meta kellha sitt snin, Isabella ġiet imwegħda lil Francesco, li kellu tmien snin iktar minnha, u wirtet it-titlu ta’ Markiża ta’ Mantova, għal dota ta’ 25,000 dukat. Għalkemm jingħad li ma kienx raġel il-ġmiel tiegħu bħala apparenza, Isabella kienet tammirah għas-saħħa u għall-qlubija tiegħu u kienet tqisu bħala ġentlom. Wara l-ewwel ftit drabi li ltaqgħu, ħadet pjaċir bil-kumpanija tiegħu u qattgħet is-snin ta’ wara ssir tafu u tħejji ruħha biex tkun il-Markiża ta’ Mantova. Matul l-għerusija tagħhom, Isabella kienet tgħożż l-ittri, il-poeżiji u s-sunetti li kien jibgħatilha bħala rigali.

Għaxar snin wara, fil-11 ta’ Frar 1490, meta kellha 15-il sena, hija żżewġet lil Francesco bi prokura. Isabella saret martu u l-Markiża qalb il-briju popolari spettakolari u l-ċelebrazzjonijiet grandjużi li seħħew fil-15 ta’ Frar. Francesco kien ukoll il-Kaptan Ġeneral tal-armati tar-Repubblika ta’ Venezja. Bħala parti mid-dota tagħha għaż-żwieġ, Isabella ngħatat somma ta’ 3,000 dukat kif ukoll ġojjellerija, platti tal-fidda, u pożati tal-fidda. Qabel ma sar il-bankett ta’ wara ċ-ċerimonja tat-tieġ, Isabella ħarġet iddur fit-toroq prinċipali ta’ Ferrara riekba żiemel imżejjen bil-ħaġar prezzjuż u d-deheb.

Peress li bħala koppja kienu ilhom jafu u jammiraw lil xulxin għal bosta snin, l-attrazzjoni reċiproka tagħhom inbidlet f’imħabba; jingħad li permezz taż-żwieġ ma’ Francesco, Isabella “fforixxiet”. Meta żżewġet, jingħad li Isabella kienet ħelwa, irqiqa, grazzjuża u taf tilbes. Ix-xagħar twil u fin tagħha ġie miżbugħ bjond mitfi, u għajnejha “kannella daqs il-prinjoli taż-żnuber fil-ħarifa, kienu donnhom daħkana”.

Francesco, bħala Kaptan Ġeneral tal-armati Venezjani, spiss kien ikollu jmur Venezja għal konferenzi u kien iħalli lil Isabella waħedha f’Mantova, f’La Reggia, il-palazz antik li kien is-sede tal-familja . Madankollu, xorta kien ikollha l-kumpanija ta’ ommha u ta’ oħtha, Beatrice; u meta ltaqgħet ma’ Elisabetta Gonzaga, oħtha tar-rispett li kellha 18-il sena, saru ħbieb kbar. Kienu jieħdu gost jaqraw il-kotba, jilagħbu l-karti, u jivvjaġġaw fil-kampanja flimkien. Darba vvjaġġaw sal- meta Francesco kien assenti, u mbagħad ivvjaġġaw lejn Venezja. It-tnejn baqgħu qrib xulxin sal-mewt ta’ Elisabetta fl-1526.

Kważi erba’ snin wara ż-żwieġ tagħha f’Diċembru 1493, Isabella welldet l-ewwel wild tagħha minn tmienja; bintha Eleonora, li kienu jgħajtulha Leonora fil-qosor.

Tfal

Isabella u Francesco kellhom tmint itfal:

  • (twieldet fil-31 ta’ Diċembru 1493 – mietet fit-13 ta’ Frar 1570), li żżewġet lil , id-Duka ta’ Urbino
  • (twieldet fit-13 ta’ Lulju 1496 – mietet fit-22 ta’ Settembru 1496)
  • , id-Duka ta’ Mantova (twieled fis-17 ta’ Mejju 1500 – miet fit-28 ta’ Awwissu 1540), li żżewweġ lil
  • (twieldet fl-1501 – mietet f’Jannar 1508)
  • (twieldet fit-13 ta’ Novembru 1503 – mietet fis-16 ta’ Marzu 1570), li kienet soru
  • (twieled fit-23 ta’ Novembru 1505 – miet fit-2 ta’ Marzu 1563), li kien Kardinal u Isqof ta’ Mantova
  • (twieled fit-28 ta’ Jannar 1507 – miet fil-15 ta’ Novembru 1557), li kien kondottier li żżewweġ lil
  • (twieldet f’Awwissu 1508 – mietet fl-1569), li kienet soru

Lucrezia Borgia

Sena wara ż-żwieġ tagħha ma’ ħu Isabella, Alfonso, fl-1502, Lucrezia Borgia bdiet taqlibha lir-raġel tagħha ma’ Francesco. Isabella kienet welldet lil bintha Ippolita, u matul ir-relazzjoni sesswali klandestina tar-raġel ma’ Lucrezia, kompliet ikollha t-tfal miegħu. Preċedentement Lucrezia ppruvat tagħmel ħbieb ma’ Isabella, iżda Isabella qatt ma tatha wiċċ u injorata b’disprezz. Minn meta Lucrezia waslet għall-ewwel darba f’Ferrara bħala l-mara mwegħda lil Alfonso, Isabella, minkejja li kienet l-ospitant waqt iċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ, kienet tqis lil Lucrezia bħala rivali, u kull opportunità li kien ikollha kienet tipprova tispikka minflokha. Isabella kienet tgħir ħafna u kienet tbati emottivament minħabba r-relazzjoni li r-raġel tagħha kellu ma’ Lucrezia. Ir-relazzjoni klandestina tagħhom intemmet meta Francesco laqqat is-sifilide bħala riżultat tar-relazzjonijiet li kellu mal-prostituti.

Reġġenza

Isabella qdiet rwol importanti f’Mantova meta l-belt kienet fil-għawġ. Meta r-raġel tagħha ġie maqbud fl-1509 u nżamm ostaġġ f’Venezja, hija ħadet il-kontroll tal-forzi miltari ta’ Mantova u rreżistiet l-invażuri sa ma nħeles fl-1512. F’dik l-istess sena, hija kienet l-ospitant fil-Kungress ta’ Mantova, li sar biex jiġu solvuti xi kwistjonijiet li kienu jikkonċernaw lil Firenze u lil Milan. Bħala mexxejja, kienet tidher iktar assertiva u kompetenti mir-raġel tagħha. Meta Francesco ġie lura Mantova u ġie mgħarraf dwar dan, inkorla ferm u ħassu umiljat li martu wriet li kellha ħila politika superjuri. Dan wassal biex iż-żwieġ tagħhom sfaxxa b’mod irrevokabbli. B’hekk, Isabella bdiet tivvjaġġa liberament u bdiet tgħix b’mod indipendenti mir-raġel tagħha sa mewtu fid-19 ta’ Marzu 1519.

Wara li r-raġel tagħha miet, Isabella saret il-mexxejja ta’ Mantova bħala reġġent ta’ binha Federico. Hija bdiet taqdi rwol kulma jmur iktar importanti fil-politika Taljana, u kompliet tavvanza l-pożizzjoni ta’ Mantova. Kienet strumentali fil-promozzjoni ta’ Mantova għal Dukat, xi ħaġa li kisbet permezz tal-użu diplomatiku għaqli tal-kuntratti taż-żwieġ ta’ binha. Irnexxielha wkoll tikseb kardinalat għal binha Ercole. Fl-1502 uriet ukoll xi ssarraf politikament fin-negozjati li kellha ma’ , li ħa l-artijiet minn taħt il-kontroll ta’ , id-Duka ta’ Urbino u r-raġel ta’ oħtha tar-rispett u ħabibtha Elisabetta Gonzaga.

Kultura

Isabella d'Este hija famuża bħala l-iktar patruna importanti tal-arti Rinaxximentali; ħajjitha hija ddokumentata bil-korrispondenza tagħha, li għadha arkivjata f’Mantova (irċeviet madwar 28,000 ittra u kitbet 12,000 ittra).

Patruna tal-arti

Fil-qasam tal-pittura, Isabella kellha diversi artisti famużi jaħdmu għaliha, fosthom , , Leonardo da Vinci, (li kien pittur li kien jgħix u jaħdem mal-familja tal-Markiża sal-1506), , Raffaello, Tiziano, , (li kien pittur li kien jgħix u jaħdem mal-familja tal-Markiża mill-1509), , , u bosta oħrajn. Pereżempju l-i“Studiolo” tagħha fil-Palazz Dukali ta’ Mantova, kien imżejjen b’allegoriji minn Mantegna, Perugino, Costa u Correggio.

Fl-istess żmien, ikkummissjonat l-iktar skulturi u inċiżuri importanti ta’ dak iż-żmien, jiġifieri Michelangelo, (L'Antico), u , u kienet tikkollezzjona l-arti Rumana antika.

Bħala kittieba, ikkuntattjat lil , Ludovico Ariosto, , , , u oħrajn.

Fil-qasam tal-mużika, Isabella sponsorjat lill-kompożituri u lil u hi kienet iddoqq il-ljut. Hija impjegat kantanti professjonali nisa ma’ djulha, xi ħaġa li ma kinitx tas-soltu, fosthom lil , il-mara ta’ Marchetto Cara.

Fil-qasam tal-arkitettura, ma kellhiex biex tibni palazzi ġodda, iżda kkummissjonat lil arkitetti bħal u .

Peress li kienet minn ta’ quddiem fil-moda, kienet tordna l-ifjen ilbies, inkluż pelliċċi kif ukoll distillazzjonijiet ġodda ta’ fwejjaħ, li kienet toħloq hi stess u kienet tibgħat bħala rigali. L-istil tagħha li tilbes xedd ir-ras (capigliari) u décolletage ġie imitat fl-Italja kollha u fi Franza imperjali.

Rabta mal-Mona Lisa ta’ Leonardo

Isabella d'Este ġiet proposta bħala kandidat plawżibbli għall-Mona Lisa ta’ Leonardo da Vinci tal-1503-1506, li s-soltu jitqies bħala r-ritratt ta’ . Lisa kienet il-mara ta’ merkant f’Firenze u Giorgio Vasari kiteb dwar ritratt tagħha magħmul minn Leonardo – madankollu, mhux magħruf jekk dan ir-ritratt kienx ir-ritratt tal-Mona Lisa. Fost l-evidenza favur Isabella bħala s-suġġett tal-opra tal-arti famuża tinkludi tpinġija ta’ Isabella d'Este magħmula minn Leonardo fl-1499 u l-ittri tagħha tal-1501-1506 fejn talbet ir-ritratt impitter tagħha; argumenti oħra favur din l-ipoteżi huma l-muntanji fl-isfond tal-pittura u l-poġġaman bħala simbolu Rinaxximentali f’ritratt ta’ sovrana.

Identifikazzjonijiet potenzjali f’ritratti

Minkejja li kienet patruna sinifikanti tal-arti, inkluż għal għadd ta’ ritratti – l-ebda persuna oħra ta’ żmienha ma kien is-suġġett ta’ daqstant ritratti – ma tantx fadal wisq ritratti ta’ Isabella li waslu sa żminijietna. Dawn il-ftit ritratti huma magħrufa bħala mhux omoġenji, jiġifieri l-kulur tal-għajnejn u tax-xagħar ivarja kif ukoll ħaġbejha jvarjaw fiż-żewġ ritratti magħmula minn Tiziano. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda ritratt tagħha meta kellha bejn 26 u 54 sena. Huwa magħruf li meta kienet imdaħħla fiż-żmien, Isabella kienet tippreferi pitturi idealizzati u saħansitra rrifjutat li tippoża bħala mudella. Madankollu, jista’ jiġi preżunt li xorta waħda insistiet li tara l-fattizzi personali tagħha fl-eżitu tar-ritratti. Isabella kienet toqgħod b’seba’ għajnejn kif tiġġestixxi l-immaġni tagħha. Ritratt tagħha magħmul minn Andrea Mantegna ġie rrifjutat għaliex “ma kellu l-ebda xebħ”. Ir-ritratt wisq probabbli kien jixbah wisq lil Isabella, li kienet magħrufa għall-korpulenza tagħha.

F’dawn l-aħħar snin, diversi mużewijiet irtiraw il-ftit identifikazzjonijiet tar-ritratti bħala Isabella minħabba r-riskju ta’ identifikazzjoni żbaljata. L-aħħar tliet ritratti kkuluriti li fadal xorta waħda mhumiex omoġenji u jinsabu fil-Kunsthistorisches Museum/KHM, Vjenna, l-Awstrija:

  • Isabella bl-Aħmar ta’ Tiziano, madwar l-1529 (intilfet, magħrufa minn kopja ta’ għall-ħabta tal-1605
  • Isabella bl-Iswed ta’ Tiziano, 1536
  • “Minjatura ta’ Ambras”, is-seklu 16

La Bella (li tinsab fil-Palazzo Pitti, f’Firenze) ġiet diskussa bħala alternattiva għar-ritratt tal-1536 li għamel Tiziano fi Vjenna, minħabba li l-kummissjoni mill-patruna ta’ 60 sena kienet ritratt ta’ mara ta’ età iżgħar; kieku La Bella kienet Isabella, il-kulur tal-għajnejn, il-kulur tax-xagħar, il-ħaġbejn u d-dehra ġenerali kienu jkunu omoġenji fir-ritratti magħrufa kollha, u b’hekk kien ikun possibbli li jsiru iktar identifikazzjonijiet.

Attwalment, il-midalja tal-1495 magħmula minn (jeżistu diversi kopji) hija l-unika identifikazzjoni affidabbli minħabba l-iskrizzjoni li nħolqot matul il-ħajja ta’ Isabella.

Missjonijiet diplomatiċi u t-trattament tal-iskjavi

Isabella kienet iltaqgħet mar-Re Franċiż f’Milan fl-1500 matul missjoni diplomatika ta’ suċċess li kienet wettqet sabiex tipproteġi lil Mantova minn invażjoni min-naħa tal-Franċiżi. Ir-Re Louis kien baqa’ impressjonat mill-personalità distinta u mill-intelliġenza kbira tagħha. Kien matul dan iż-żmien, meta t-truppi tar-re kienu okkupaw il-belt ta’ Milan, li Isabella offriet l-ażil lir-refuġjati minn Milan, fosthom lil , il-mara raffinata li kienet taqlibha lir-raġel tagħha ma’ , id-Duka ta’ Milan u r-raġel ta’ Beatrice, oħt Isabella. Ludovico Sforza kien ġie mġiegħel jaħrab mid-dukat tiegħu fid-dawl tal-okkupazzjoni Franċiża. Isabella ppreżentat lil Cecilia lir-Re Louis, u ddeskrivietha bħala “mara mimlija kwalitajiet u grazzja rari”.

Isabella kienet ukoll eżempju estrem tat-tendenza Rinaxximentali Ewropea li tittratta lill-iskjavi Afrikani ta’ karnaġġjon iswed fl-unità domestika tagħha bħala aċċessorji eżotiċi. Isabella kienet affaxxinata bil-qaddejja tfal ta’ karnaġġjon iswed u dan ġie ddokumentat b’mod estensiv. Fl-1 ta’ Mejju 1491, Isabella staqsiet lil , l-aġent tagħha f’Venezja, biex isibilha tifla żgħira ta’ karnaġġjon iswed (una moreta) tal-età bejn sena u nofs u erba’ snin, u fil-bidu ta’ Ġunju fakkritu darbtejn dwar it-talba tagħha, u saħqet li t-tifla kellha jkollha “karnaġġjon iswed kemm jista’ jkun”. L-unità domestika ta’ Isabella u r-rekords finanzjarji tagħha juru li diġà kellha tfajla ta’ karnaġġjon iswed taqdiha li kienet ikbar fl-età, meta talbet għal tifla żgħira ta’ karnaġġjon iswed. Mir-rekords jidher ċar li kisbet tifla żgħira ta’ karnaġġjon iswed minn orfanatrofju Venezjan, fetħet negozjati ma’ entità Venezjana għall-bejgħ ta’ tifel żgħir ta’ karnaġġjon iswed u xtrat tifla żgħira skjava ta’ karnaġġjon iswed mingħand oħtha. Il-kummissjoni għax-xiri ta’ tifla żgħira “ta’ karnaġġjon iswed kemm jista’ jkun” tista’ titqies bħala xewqa li jkollha eżotiżmu massimu.

Meta romlot

“Kap ta’ stat devota”

Bħala armla, Isabella, meta kellha 45 sena, saret “kap ta’ stat devota”. Il-pożizzjoni tagħha bħala Markiża kien jitlob minnha li toqgħod attenta ferm, u għalhekk kellha tistudja l-problemi li jħabbat wiċċu magħhom mexxej ta’ belt-stat. Sabiex ittejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tagħha, hija studjat l-arkitettura, l-agrikoltura, u l-industrija, u segwiet il-prinċipji li kien fassal għall-mexxejja fil-ktieb tiegħu Il-Prinċep. Bis-saħħa ta’ dan kollu, il-poplu ta’ Mantova kien jirrispettaha u jħobbha.

Isabella telqet minn Mantova u marret tgħix f’Ruma fl-1527. Kienet preżenti matul is-Serqa katastrofika ta’ Ruma, meta kkonvertiet id-dar tagħha f’kenn għal madwar 2,000 persuna li kienu qed jaħarbu mis-suldati imperjali. Id-dar ta’ Isabella kienet waħda mill-ftit li ma ġewx attakkati, minħabba l-fatt li binha kien membru tal-armata li kienet qed twettaq l-invażjoni. Meta telqet, irnexxielha tikseb passaġġ sikur għar-refuġjati kollha li kienu marru għall-kenn f’darha.

L-aħħar snin u l-mewt

Wara li Ruma ġiet stabbilizzata wara s-serqa, Isabella telqet mill-belt u reġgħet lura f’Mantova. Hija għamlet il-belt ta’ Mantova ċentru tal-kultura, fetħet skola għall-bniet, u kkonvertiet l-appartamenti dukali tagħha f’mużew li kien fih teżori fini tal-arti. Dan kollu ma kienx biżżejjed biex jissodisfa lil Isabella, li diġà kellha iktar minn 65 sena, u għalhekk reġgħet lura fil-ħajja politika u kienet il-mexxejja ta’ , fir-, sa mewtha fit-13 ta’ Frar 1539. Isabella ġiet midfuna maġenb ir-raġel tagħha fil-Knisja ta’ San Franġisk f’Mantova.

Legat

Matul ħajjitha u wara mewtha, il-poeti, il-Papi, u l-istatisti taw ġieħ lil Isabella. Il- stidinha tittrattah “daqslikieku kien ħuha”. Is-segretarju tal-Papa Ljun X, Pietro Bembo, iddeskriviha bħala “waħda mill-iktar nisa għorrief u ffurtunati”; filwaqt li l-poeta Ariosto ddeskriviha bħala “Isabella l-liberali u l-ġeneruża”. L-awtur Matteo Bandello kiteb li hija kienet “suprema fost in-nisa”, u d-diplomatiku Niccolò da Correggio taha t-titlu ta’ “l-Ewwel Mara tad-Dinja”.

Fil-mezzi tax-xandir

Ix-xogħol tal-arti The Dinner Party ta’ jinkludi ambjent għal Isabella d'Este.

L-attriċi Belġjana ħadmitha ta’ Isabella d'Este fis-sensiela televiżiva Borgia (2011-2014).

Referenzi

  1. ^ Marek, George R. (1976). The Bed and the Throne: The Life of Isabella d'Este. New York: Harper and Row Publishers. p. 8. ISBN 978-0-06-012810-4.
  2. ^ Marek, p. 9.
  3. ^ Marek, p. 16.
  4. ^ a b Marek, p. 14.
  5. ^ Marek, p.12.
  6. ^ Julia Mary Cartwright Ady, Isabella d'Este, marchioness of Mantua, 1474–1539: a study of the renaissance, Volume 1, 1907.
  7. ^ Marek, p. 13.
  8. ^ Gardener, Edmund (1904). Dukes & Poets in Ferrara. London: Archibald Constable & Co. LTD. p. 238.
  9. ^ Ness, Arthur J. (2001). "Giovanni Angelo Testagrossa". In Root, Deane L. (ed.). The New Grove Dictionary of Music and Musicians. Oxford University Press.
  10. ^ Marek, pp.16–17.
  11. ^ "ISABELLA d'Este, marchesa di Mantova in "Dizionario Biografico"". www.treccani.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-05-18.
  12. ^ "ISABELLA d'Este, marchesa di Mantova in "Dizionario Biografico"". www.treccani.it (bit-Taljan). Miġbur 2021-05-18.
  13. ^ Marek, p. 28.
  14. ^ Marek, p. 30.
  15. ^ Marek, p. 33.
  16. ^ Marek, pp. 33–34.
  17. ^ Marek, p. 34.
  18. ^ a b Marek, p. 35.
  19. ^ "Gonzaga 3". genealogy.euweb.cz. Miġbur 2021-05-18.
  20. ^ Marek, pp.166-169.
  21. ^ Marek, pp.147-148.
  22. ^ Marek, p. 250.
  23. ^ Shemek, Deanna: Phaethon's Children: The Este Court and its Culture in Early Modern Ferrara. Medieval and Renaissance Texts and Studies (Arizona) 2005, p. 277.
  24. ^ Luzio, Alessandro: La Galleria dei Gonzaga – Appendice B: I ritratti d'Isabella d'Este. Casa Editrice L. F. Cogliati (Milan) 1913.
  25. ^ Ferino, Sylvia: Isabella d'Este – Fürstin und Mäzenatin der Renaissance. Kunsthistorisches Museum Wien (Vienna) 1994, pp. 86–425.
  26. ^ Ferino, Sylvia: Isabella d'Este – Fürstin und Mäzenatin der Renaissance. Kunsthistorisches Museum Wien (Vienna) 1994, pp. 86–425.
  27. ^ Cartwright (1907).
  28. ^ Ferino (1994), pp. 429–432.
  29. ^ Tick, Judith et al.: Women in music, §II: Western classical traditions in Europe & the USA. In: Macy, Laura: Grove Music Online. Oxford Music Online. Oxford University Press.
  30. ^ Ferino (1994), p. 18.
  31. ^ Marek (1952), p. 159.
  32. ^ Zöllner, Frank: Leonardo da Vinci – Sämtliche Werke. Taschen Verlag (Cologne) 2007, p. 241.
  33. ^ Vasari, Giorgio: Lebensläufe der berühmtesten Maler, Bildhauer und Architekten. 1550 / Manesse Verlag (Zurich) 2005, p. 330.
  34. ^ Lewis, Francis-Ames: Isabella and Leonardo. Yale University Press (New Haven) 2012, Appendix Letters pp. 223–240.
  35. ^ Ferino (1994), p. 86.
  36. ^ Ferino (1994), p. 94.
  37. ^ Luzio, Alessandro: Federico Gonzaga ostaggio alla corte di Giulio II. Societa Romana di storia patria (Rome) 1887, p. 59: "... pregandolo tuttavia a ritoccare il ritratto ne' capelli, che il pittore aveva fatti troppo biondi" u Luzio (1913), p. 213: "... a commutar gli occhij de nigri in bianchi".
  38. ^ KHM Vienna: Inv. 83, Inv 1534, Inv 5081.
  39. ^ Ozzola, Leandro (1931): Isabella d'Este e Tiziano. In: Bolletino d'Arte del Ministero della pubblica istruzione. BdA (Rome) 1931 No. 11, pp. 491–494.
  40. ^ KHM Vienna, Inv 6.272bß and Ferino (1994), pp. 373–378.
  41. ^ Marek, p. 80-81.
  42. ^ Marek, p. 80.
  43. ^ Alessandro Luzio and Rodolfo Renier, 'Buffoni, schiavi e nani alla corte dei Gonzaga ai tempi d'Esabella d'Este', Nuova Antologia, 19 (1891), pp. 112–46, 140–5.
  44. ^ Paul H.D. Kaplan, "Isabella d'Este and black African women," Black Africans in Renaissance Europe, (Cambridge: Cambridge University Press, 2005).
  45. ^ Kaplan, p. 153.
  46. ^ Joaneath Spicer, "European Perceptions of Blackness as Reflected in the Visual Arts," Revealing the African Presence in Renaissance Europe, (Baltimore: The Walters Art Museum, 2012).
  47. ^ Marek, p. 204.
  48. ^ Marek, p. 205.
  49. ^ "Este, Beatrice d' and Isabella d' | Encyclopedia.com". www.encyclopedia.com. Miġbur 2021-05-18.
  50. ^ "Brooklyn Museum: Place Settings". www.brooklynmuseum.org. Miġbur 2021-05-18.
  51. ^ "Borgia - imdb.com".

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 12 Ġun, 2025 / 10:01

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Isabella d'Este, X'inhi Isabella d'Este? Xi tfisser Isabella d'Este?

Isabella d Este twieldet fid 19 ta Mejju 1474 mietet fit 13 ta Frar 1539 kienet Markiza ta Mantova u waħda min nisa ewlenin tar Rinaxximent Taljan fl oqsma tal kultura u tal politika Hija kienet patruna tal arti u kellha rwol minn ta quddiem fil moda tant li l istil innovattiv tagħha ġie kkupjat min nisa fl Italja kollha u fi Franza imperjali Il poeta ddeskriviha bħala Isabella l liberali u l ġeneruza filwaqt li l awtur ddeskriviha bħala suprema fost in nisa Id diplomatiku faħħarha saħansitra iktar billi sostna li kienet l Ewwel Mara tad Dinja Isabella d EstereġġentĦajjaTwelid Ferrara 18 Mejju 1474Mewt Mantova 13 Frar 1539Post tad dfinFamiljaMissierOmmKonjuga i 12 Frar 1490 Gregorian Ulied uri en en en en en en Aħwa uri en en mul en en en Familja uri omm ir raġel TribuEdukazzjoniLingwi Taljan LatinGħalliemaOkkupazzjoniOkkupazzjoniPost tax xogħol MantovaStrument i tal muzika Hija kienet ir reġġent ta Mantova fl assenza tar raġel tagħha il Markiza ta Mantova u l maġġorenni responsabbli ta binha Federico id Duka ta Mantova Fl 1500 hi ltaqgħet mar Re ta Franza f Milan fuq missjoni diplomatika biex tipperswadieh ma jibgħatx it truppi tiegħu kontra Mantova Isabella d Este kienet kittieba prolifika tal ittri u kellha korrispondenza tul ħajjitha kollha ma oħtha tar rispett Lucrezia Borgia kienet oħt oħra tar rispett iktar il quddiem kienet taqlibielha mar raġel tagħha Hija kienet tiġi deskritta bħala mara fizikament attraenti għalkemm kemxejn mibruma madankollu kellha għajnejha jiġbduk u kienet grazzjuza Isabella d Este kibret f familja mdawra bil kultura fil belt stat ta Ferrara Hija ngħatat edukazzjoni klassika mill aqwa u fi tfulitha ltaqgħet ma ħafna studjuzi u artisti umanisti famuzi Minħabba l ammont kbir ta korrispondenzi bejn Isabella u l familja u l ħbieb tagħha il ħajja tagħha hija tassew iddokumentata tajjeb xi ħaġa mhux tas soltu għal dak iz zmien Ħajja bikrijaMinjatura ta Isabella Isabella twieldet nhar it Tlieta 19 ta Mejju 1474 fid disa ta filgħaxija f Ferrara bint id Duka ta Ferrara u Eleanora ta Napli Eleanora kienet bint ir Re Aragoniz ta Napli u Sena wara fid 29 ta Ġunju 1475 twieldet oħtha Beatrice u fl 1476 u fl 1477 twieldu zewġ aħwa oħra Alfonso u Ferrante Fl 1479 u fl 1480 twieldu zewġ aħwa oħra Ippolito u Sigismondo Mill aħwa kollha Isabella kienet meqjusa bħala l favorita Fl istess sena tat twelid ta Ferrante Isabella vvjaġġat lejn Napli ma ommha Meta ommha ġiet lura f Ferrara Isabella akkumpanjatha filwaqt li l aħwa l oħra baqgħu ma nannuwhom għal tmien snin Matul dan il vjaġġ ma ommha Isabella kisbet l arti tad diplomazija u ta x jiġri minn wara l kwinti fit tmexxija ta stat EdukazzjoniIsabella kellha edukazzjoni tajba ħafna meta kienet zagħzugħa Fi tfulitha studjat l istorja Rumana u malajr tgħallmet kif tittraduċi l Grieg u l Latin iktar il quddiem il Grieg sar il lingwa favorita tagħha Bis saħħa tal intellett straordinarju tagħha spiss iddiskutiet il klassiċi u l affarijiet tal istat mal ambaxxaturi Barra minn hekk personalment kienet midħla mal pitturi mal muziċisti mal kittieba u mal istudjuzi tal istat Minbarra l għarfien tagħha tal istorja u tal lingwi kienet taf tgħid bl amment l opri ta u ta Isabella kellha talent ukoll bħala kantanta u muziċista u kienet tgħallmet iddoqq il ljut mal għalliem tagħha Barra minn hekk hija kienet innovatriċi ta zifniet ġodda bis saħħa tat tagħlim li ngħatat minn maestro Lhudi taz zfin Dota u zwieġFrancesco II Gonzaga ir raġel ta Isabella Fl 1480 meta kellha sitt snin Isabella ġiet imwegħda lil Francesco li kellu tmien snin iktar minnha u wirtet it titlu ta Markiza ta Mantova għal dota ta 25 000 dukat Għalkemm jingħad li ma kienx raġel il ġmiel tiegħu bħala apparenza Isabella kienet tammirah għas saħħa u għall qlubija tiegħu u kienet tqisu bħala ġentlom Wara l ewwel ftit drabi li ltaqgħu ħadet pjaċir bil kumpanija tiegħu u qattgħet is snin ta wara ssir tafu u tħejji ruħha biex tkun il Markiza ta Mantova Matul l għerusija tagħhom Isabella kienet tgħozz l ittri il poeziji u s sunetti li kien jibgħatilha bħala rigali Għaxar snin wara fil 11 ta Frar 1490 meta kellha 15 il sena hija zzewġet lil Francesco bi prokura Isabella saret martu u l Markiza qalb il briju popolari spettakolari u l ċelebrazzjonijiet grandjuzi li seħħew fil 15 ta Frar Francesco kien ukoll il Kaptan Ġeneral tal armati tar Repubblika ta Venezja Bħala parti mid dota tagħha għaz zwieġ Isabella ngħatat somma ta 3 000 dukat kif ukoll ġojjellerija platti tal fidda u pozati tal fidda Qabel ma sar il bankett ta wara ċ ċerimonja tat tieġ Isabella ħarġet iddur fit toroq prinċipali ta Ferrara riekba ziemel imzejjen bil ħaġar prezzjuz u d deheb Peress li bħala koppja kienu ilhom jafu u jammiraw lil xulxin għal bosta snin l attrazzjoni reċiproka tagħhom inbidlet f imħabba jingħad li permezz taz zwieġ ma Francesco Isabella fforixxiet Meta zzewġet jingħad li Isabella kienet ħelwa irqiqa grazzjuza u taf tilbes Ix xagħar twil u fin tagħha ġie mizbugħ bjond mitfi u għajnejha kannella daqs il prinjoli taz znuber fil ħarifa kienu donnhom daħkana Francesco bħala Kaptan Ġeneral tal armati Venezjani spiss kien ikollu jmur Venezja għal konferenzi u kien iħalli lil Isabella waħedha f Mantova f La Reggia il palazz antik li kien is sede tal familja Madankollu xorta kien ikollha l kumpanija ta ommha u ta oħtha Beatrice u meta ltaqgħet ma Elisabetta Gonzaga oħtha tar rispett li kellha 18 il sena saru ħbieb kbar Kienu jieħdu gost jaqraw il kotba jilagħbu l karti u jivvjaġġaw fil kampanja flimkien Darba vvjaġġaw sal meta Francesco kien assenti u mbagħad ivvjaġġaw lejn Venezja It tnejn baqgħu qrib xulxin sal mewt ta Elisabetta fl 1526 Kwazi erba snin wara z zwieġ tagħha f Diċembru 1493 Isabella welldet l ewwel wild tagħha minn tmienja bintha Eleonora li kienu jgħajtulha Leonora fil qosor Tfal Isabella u Francesco kellhom tmint itfal twieldet fil 31 ta Diċembru 1493 mietet fit 13 ta Frar 1570 li zzewġet lil id Duka ta Urbino twieldet fit 13 ta Lulju 1496 mietet fit 22 ta Settembru 1496 id Duka ta Mantova twieled fis 17 ta Mejju 1500 miet fit 28 ta Awwissu 1540 li zzewweġ lil twieldet fl 1501 mietet f Jannar 1508 twieldet fit 13 ta Novembru 1503 mietet fis 16 ta Marzu 1570 li kienet soru twieled fit 23 ta Novembru 1505 miet fit 2 ta Marzu 1563 li kien Kardinal u Isqof ta Mantova twieled fit 28 ta Jannar 1507 miet fil 15 ta Novembru 1557 li kien kondottier li zzewweġ lil twieldet f Awwissu 1508 mietet fl 1569 li kienet soru Lucrezia Borgia Sena wara z zwieġ tagħha ma ħu Isabella Alfonso fl 1502 Lucrezia Borgia bdiet taqlibha lir raġel tagħha ma Francesco Isabella kienet welldet lil bintha Ippolita u matul ir relazzjoni sesswali klandestina tar raġel ma Lucrezia kompliet ikollha t tfal miegħu Preċedentement Lucrezia ppruvat tagħmel ħbieb ma Isabella izda Isabella qatt ma tatha wiċċ u injorata b disprezz Minn meta Lucrezia waslet għall ewwel darba f Ferrara bħala l mara mwegħda lil Alfonso Isabella minkejja li kienet l ospitant waqt iċ ċelebrazzjoni tat tieġ kienet tqis lil Lucrezia bħala rivali u kull opportunita li kien ikollha kienet tipprova tispikka minflokha Isabella kienet tgħir ħafna u kienet tbati emottivament minħabba r relazzjoni li r raġel tagħha kellu ma Lucrezia Ir relazzjoni klandestina tagħhom intemmet meta Francesco laqqat is sifilide bħala rizultat tar relazzjonijiet li kellu mal prostituti ReġġenzaRitratt ta Isabella d Este magħmul minn Tiziano għall ħabta tal 1534 1536 Isabella qdiet rwol importanti f Mantova meta l belt kienet fil għawġ Meta r raġel tagħha ġie maqbud fl 1509 u nzamm ostaġġ f Venezja hija ħadet il kontroll tal forzi miltari ta Mantova u rrezistiet l invazuri sa ma nħeles fl 1512 F dik l istess sena hija kienet l ospitant fil Kungress ta Mantova li sar biex jiġu solvuti xi kwistjonijiet li kienu jikkonċernaw lil Firenze u lil Milan Bħala mexxejja kienet tidher iktar assertiva u kompetenti mir raġel tagħha Meta Francesco ġie lura Mantova u ġie mgħarraf dwar dan inkorla ferm u ħassu umiljat li martu wriet li kellha ħila politika superjuri Dan wassal biex iz zwieġ tagħhom sfaxxa b mod irrevokabbli B hekk Isabella bdiet tivvjaġġa liberament u bdiet tgħix b mod indipendenti mir raġel tagħha sa mewtu fid 19 ta Marzu 1519 Wara li r raġel tagħha miet Isabella saret il mexxejja ta Mantova bħala reġġent ta binha Federico Hija bdiet taqdi rwol kulma jmur iktar importanti fil politika Taljana u kompliet tavvanza l pozizzjoni ta Mantova Kienet strumentali fil promozzjoni ta Mantova għal Dukat xi ħaġa li kisbet permezz tal uzu diplomatiku għaqli tal kuntratti taz zwieġ ta binha Irnexxielha wkoll tikseb kardinalat għal binha Ercole Fl 1502 uriet ukoll xi ssarraf politikament fin negozjati li kellha ma li ħa l artijiet minn taħt il kontroll ta id Duka ta Urbino u r raġel ta oħtha tar rispett u ħabibtha Elisabetta Gonzaga KulturaIsabella d Este hija famuza bħala l iktar patruna importanti tal arti Rinaxximentali ħajjitha hija ddokumentata bil korrispondenza tagħha li għadha arkivjata f Mantova irċeviet madwar 28 000 ittra u kitbet 12 000 ittra Patruna tal arti Fil qasam tal pittura Isabella kellha diversi artisti famuzi jaħdmu għaliha fosthom Leonardo da Vinci li kien pittur li kien jgħix u jaħdem mal familja tal Markiza sal 1506 Raffaello Tiziano li kien pittur li kien jgħix u jaħdem mal familja tal Markiza mill 1509 u bosta oħrajn Perezempju l i Studiolo tagħha fil Palazz Dukali ta Mantova kien imzejjen b allegoriji minn Mantegna Perugino Costa u Correggio Fl istess zmien ikkummissjonat l iktar skulturi u inċizuri importanti ta dak iz zmien jiġifieri Michelangelo L Antico u u kienet tikkollezzjona l arti Rumana antika Bħala kittieba ikkuntattjat lil Ludovico Ariosto u oħrajn Fil qasam tal muzika Isabella sponsorjat lill kompozituri u lil u hi kienet iddoqq il ljut Hija impjegat kantanti professjonali nisa ma djulha xi ħaġa li ma kinitx tas soltu fosthom lil il mara ta Marchetto Cara Fil qasam tal arkitettura ma kellhiex biex tibni palazzi ġodda izda kkummissjonat lil arkitetti bħal u Peress li kienet minn ta quddiem fil moda kienet tordna l ifjen ilbies inkluz pelliċċi kif ukoll distillazzjonijiet ġodda ta fwejjaħ li kienet toħloq hi stess u kienet tibgħat bħala rigali L istil tagħha li tilbes xedd ir ras capigliari u decolletage ġie imitat fl Italja kollha u fi Franza imperjali Rabta mal Mona Lisa ta Leonardo Mix xellug Leonardo da Vinci Isabella d Este 1499 Mona Lisa 1502 1506 Madrid Mona Lisa 1503 1506 Isabella d Este ġiet proposta bħala kandidat plawzibbli għall Mona Lisa ta Leonardo da Vinci tal 1503 1506 li s soltu jitqies bħala r ritratt ta Lisa kienet il mara ta merkant f Firenze u Giorgio Vasari kiteb dwar ritratt tagħha magħmul minn Leonardo madankollu mhux magħruf jekk dan ir ritratt kienx ir ritratt tal Mona Lisa Fost l evidenza favur Isabella bħala s suġġett tal opra tal arti famuza tinkludi tpinġija ta Isabella d Este magħmula minn Leonardo fl 1499 u l ittri tagħha tal 1501 1506 fejn talbet ir ritratt impitter tagħha argumenti oħra favur din l ipotezi huma l muntanji fl isfond tal pittura u l poġġaman bħala simbolu Rinaxximentali f ritratt ta sovrana Identifikazzjonijiet potenzjali f ritratti Ritratti ta Isabella d Este Dettalji midalja ta Gian Cristoforo Romano tpinġija ta Leonardo da Vinci Tiziano magħrufa iktar il kopja ta Peter Paul Rubens Isabella bl Aħmar Tiziano suġġett ta eta izgħar Isabella Bl Iswed vs La Bella 1536 minjatura ta Ambras ta artist mhux magħruf Minkejja li kienet patruna sinifikanti tal arti inkluz għal għadd ta ritratti l ebda persuna oħra ta zmienha ma kien is suġġett ta daqstant ritratti ma tantx fadal wisq ritratti ta Isabella li waslu sa zminijietna Dawn il ftit ritratti huma magħrufa bħala mhux omoġenji jiġifieri l kulur tal għajnejn u tax xagħar ivarja kif ukoll ħaġbejha jvarjaw fiz zewġ ritratti magħmula minn Tiziano Barra minn hekk ma hemm l ebda ritratt tagħha meta kellha bejn 26 u 54 sena Huwa magħruf li meta kienet imdaħħla fiz zmien Isabella kienet tippreferi pitturi idealizzati u saħansitra rrifjutat li tippoza bħala mudella Madankollu jista jiġi prezunt li xorta waħda insistiet li tara l fattizzi personali tagħha fl ezitu tar ritratti Isabella kienet toqgħod b seba għajnejn kif tiġġestixxi l immaġni tagħha Ritratt tagħha magħmul minn Andrea Mantegna ġie rrifjutat għaliex ma kellu l ebda xebħ Ir ritratt wisq probabbli kien jixbah wisq lil Isabella li kienet magħrufa għall korpulenza tagħha F dawn l aħħar snin diversi muzewijiet irtiraw il ftit identifikazzjonijiet tar ritratti bħala Isabella minħabba r riskju ta identifikazzjoni zbaljata L aħħar tliet ritratti kkuluriti li fadal xorta waħda mhumiex omoġenji u jinsabu fil Kunsthistorisches Museum KHM Vjenna l Awstrija Isabella bl Aħmar ta Tiziano madwar l 1529 intilfet magħrufa minn kopja ta għall ħabta tal 1605 Isabella bl Iswed ta Tiziano 1536 Minjatura ta Ambras is seklu 16 La Bella li tinsab fil Palazzo Pitti f Firenze ġiet diskussa bħala alternattiva għar ritratt tal 1536 li għamel Tiziano fi Vjenna minħabba li l kummissjoni mill patruna ta 60 sena kienet ritratt ta mara ta eta izgħar kieku La Bella kienet Isabella il kulur tal għajnejn il kulur tax xagħar il ħaġbejn u d dehra ġenerali kienu jkunu omoġenji fir ritratti magħrufa kollha u b hekk kien ikun possibbli li jsiru iktar identifikazzjonijiet Attwalment il midalja tal 1495 magħmula minn jezistu diversi kopji hija l unika identifikazzjoni affidabbli minħabba l iskrizzjoni li nħolqot matul il ħajja ta Isabella Missjonijiet diplomatiċi u t trattament tal iskjaviIsabella kienet iltaqgħet mar Re Franċiz f Milan fl 1500 matul missjoni diplomatika ta suċċess li kienet wettqet sabiex tipproteġi lil Mantova minn invazjoni min naħa tal Franċizi Ir Re Louis kien baqa impressjonat mill personalita distinta u mill intelliġenza kbira tagħha Kien matul dan iz zmien meta t truppi tar re kienu okkupaw il belt ta Milan li Isabella offriet l azil lir refuġjati minn Milan fosthom lil il mara raffinata li kienet taqlibha lir raġel tagħha ma id Duka ta Milan u r raġel ta Beatrice oħt Isabella Ludovico Sforza kien ġie mġiegħel jaħrab mid dukat tiegħu fid dawl tal okkupazzjoni Franċiza Isabella pprezentat lil Cecilia lir Re Louis u ddeskrivietha bħala mara mimlija kwalitajiet u grazzja rari Isabella kienet ukoll ezempju estrem tat tendenza Rinaxximentali Ewropea li tittratta lill iskjavi Afrikani ta karnaġġjon iswed fl unita domestika tagħha bħala aċċessorji ezotiċi Isabella kienet affaxxinata bil qaddejja tfal ta karnaġġjon iswed u dan ġie ddokumentat b mod estensiv Fl 1 ta Mejju 1491 Isabella staqsiet lil l aġent tagħha f Venezja biex isibilha tifla zgħira ta karnaġġjon iswed una moreta tal eta bejn sena u nofs u erba snin u fil bidu ta Ġunju fakkritu darbtejn dwar it talba tagħha u saħqet li t tifla kellha jkollha karnaġġjon iswed kemm jista jkun L unita domestika ta Isabella u r rekords finanzjarji tagħha juru li diġa kellha tfajla ta karnaġġjon iswed taqdiha li kienet ikbar fl eta meta talbet għal tifla zgħira ta karnaġġjon iswed Mir rekords jidher ċar li kisbet tifla zgħira ta karnaġġjon iswed minn orfanatrofju Venezjan fetħet negozjati ma entita Venezjana għall bejgħ ta tifel zgħir ta karnaġġjon iswed u xtrat tifla zgħira skjava ta karnaġġjon iswed mingħand oħtha Il kummissjoni għax xiri ta tifla zgħira ta karnaġġjon iswed kemm jista jkun tista titqies bħala xewqa li jkollha ezotizmu massimu Meta romlot Kap ta stat devota Bħala armla Isabella meta kellha 45 sena saret kap ta stat devota Il pozizzjoni tagħha bħala Markiza kien jitlob minnha li toqgħod attenta ferm u għalhekk kellha tistudja l problemi li jħabbat wiċċu magħhom mexxej ta belt stat Sabiex ittejjeb il benesseri taċ ċittadini tagħha hija studjat l arkitettura l agrikoltura u l industrija u segwiet il prinċipji li kien fassal għall mexxejja fil ktieb tiegħu Il Prinċep Bis saħħa ta dan kollu il poplu ta Mantova kien jirrispettaha u jħobbha Isabella telqet minn Mantova u marret tgħix f Ruma fl 1527 Kienet prezenti matul is Serqa katastrofika ta Ruma meta kkonvertiet id dar tagħha f kenn għal madwar 2 000 persuna li kienu qed jaħarbu mis suldati imperjali Id dar ta Isabella kienet waħda mill ftit li ma ġewx attakkati minħabba l fatt li binha kien membru tal armata li kienet qed twettaq l invazjoni Meta telqet irnexxielha tikseb passaġġ sikur għar refuġjati kollha li kienu marru għall kenn f darha L aħħar snin u l mewt Wara li Ruma ġiet stabbilizzata wara s serqa Isabella telqet mill belt u reġgħet lura f Mantova Hija għamlet il belt ta Mantova ċentru tal kultura fetħet skola għall bniet u kkonvertiet l appartamenti dukali tagħha f muzew li kien fih tezori fini tal arti Dan kollu ma kienx bizzejjed biex jissodisfa lil Isabella li diġa kellha iktar minn 65 sena u għalhekk reġgħet lura fil ħajja politika u kienet il mexxejja ta fir sa mewtha fit 13 ta Frar 1539 Isabella ġiet midfuna maġenb ir raġel tagħha fil Knisja ta San Franġisk f Mantova LegatMatul ħajjitha u wara mewtha il poeti il Papi u l istatisti taw ġieħ lil Isabella Il stidinha tittrattah daqslikieku kien ħuha Is segretarju tal Papa Ljun X Pietro Bembo iddeskriviha bħala waħda mill iktar nisa għorrief u ffurtunati filwaqt li l poeta Ariosto ddeskriviha bħala Isabella l liberali u l ġeneruza L awtur Matteo Bandello kiteb li hija kienet suprema fost in nisa u d diplomatiku Niccolo da Correggio taha t titlu ta l Ewwel Mara tad Dinja Fil mezzi tax xandirIx xogħol tal arti The Dinner Party ta jinkludi ambjent għal Isabella d Este L attriċi Belġjana ħadmitha ta Isabella d Este fis sensiela televiziva Borgia 2011 2014 Referenzi Marek George R 1976 The Bed and the Throne The Life of Isabella d Este New York Harper and Row Publishers p 8 ISBN 978 0 06 012810 4 Marek p 9 Marek p 16 a b Marek p 14 Marek p 12 Julia Mary Cartwright Ady Isabella d Este marchioness of Mantua 1474 1539 a study of the renaissance Volume 1 1907 Marek p 13 Gardener Edmund 1904 Dukes amp Poets in Ferrara London Archibald Constable amp Co LTD p 238 Ness Arthur J 2001 Giovanni Angelo Testagrossa In Root Deane L ed The New Grove Dictionary of Music and Musicians Oxford University Press Marek pp 16 17 ISABELLA d Este marchesa di Mantova in Dizionario Biografico www treccani it bit Taljan Miġbur 2021 05 18 ISABELLA d Este marchesa di Mantova in Dizionario Biografico www treccani it bit Taljan Miġbur 2021 05 18 Marek p 28 Marek p 30 Marek p 33 Marek pp 33 34 Marek p 34 a b Marek p 35 Gonzaga 3 genealogy euweb cz Miġbur 2021 05 18 Marek pp 166 169 Marek pp 147 148 Marek p 250 Shemek Deanna Phaethon s Children The Este Court and its Culture in Early Modern Ferrara Medieval and Renaissance Texts and Studies Arizona 2005 p 277 Luzio Alessandro La Galleria dei Gonzaga Appendice B I ritratti d Isabella d Este Casa Editrice L F Cogliati Milan 1913 Ferino Sylvia Isabella d Este Furstin und Mazenatin der Renaissance Kunsthistorisches Museum Wien Vienna 1994 pp 86 425 Ferino Sylvia Isabella d Este Furstin und Mazenatin der Renaissance Kunsthistorisches Museum Wien Vienna 1994 pp 86 425 Cartwright 1907 Ferino 1994 pp 429 432 Tick Judith et al Women in music II Western classical traditions in Europe amp the USA In Macy Laura Grove Music Online Oxford Music Online Oxford University Press Ferino 1994 p 18 Marek 1952 p 159 Zollner Frank Leonardo da Vinci Samtliche Werke Taschen Verlag Cologne 2007 p 241 Vasari Giorgio Lebenslaufe der beruhmtesten Maler Bildhauer und Architekten 1550 Manesse Verlag Zurich 2005 p 330 Lewis Francis Ames Isabella and Leonardo Yale University Press New Haven 2012 Appendix Letters pp 223 240 Ferino 1994 p 86 Ferino 1994 p 94 Luzio Alessandro Federico Gonzaga ostaggio alla corte di Giulio II Societa Romana di storia patria Rome 1887 p 59 pregandolo tuttavia a ritoccare il ritratto ne capelli che il pittore aveva fatti troppo biondi u Luzio 1913 p 213 a commutar gli occhij de nigri in bianchi KHM Vienna Inv 83 Inv 1534 Inv 5081 Ozzola Leandro 1931 Isabella d Este e Tiziano In Bolletino d Arte del Ministero della pubblica istruzione BdA Rome 1931 No 11 pp 491 494 KHM Vienna Inv 6 272bss and Ferino 1994 pp 373 378 Marek p 80 81 Marek p 80 Alessandro Luzio and Rodolfo Renier Buffoni schiavi e nani alla corte dei Gonzaga ai tempi d Esabella d Este Nuova Antologia 19 1891 pp 112 46 140 5 Paul H D Kaplan Isabella d Este and black African women Black Africans in Renaissance Europe Cambridge Cambridge University Press 2005 Kaplan p 153 Joaneath Spicer European Perceptions of Blackness as Reflected in the Visual Arts Revealing the African Presence in Renaissance Europe Baltimore The Walters Art Museum 2012 Marek p 204 Marek p 205 Este Beatrice d and Isabella d Encyclopedia com www encyclopedia com Miġbur 2021 05 18 Brooklyn Museum Place Settings www brooklynmuseum org Miġbur 2021 05 18 Borgia imdb com

L-aħħar artikli
  • Ġunju 13, 2025

    Napli

  • Ġunju 12, 2025

    Nagorno-Karabakh

  • Ġunju 13, 2025

    Nadur Youngsters

  • Ġunju 06, 2025

    Nazzjonijiet Uniti

  • Ġunju 08, 2025

    Nazzjonaliżmu

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq