Ravenna pronunzjata raˈvenna jew lokalment raˈvɛnna bir Romanjol Ravèna hija l belt kapitali tal Provinċja ta Ravenna fi
Ravenna

Ravenna (pronunzjata: [raˈvenna] jew lokalment [raˈvɛnna]; bir-Romanjol: Ravèna) hija l-belt kapitali tal-Provinċja ta' Ravenna, fir-reġjun ta' Emilia-Romagna fit-Tramuntana tal-Italja. Kienet il-belt kapitali tal-Imperu Ruman tal-Punent mill-402 sal-waqgħa tal-imperu fl-476. Imbagħad kienet il-kapitali tar- sa ma nħakmet mill-ġdid fil-540 mill-Imperu Biżantin. Wara dan iż-żmien, il-belt saret iċ-ċentru tal-Eżarkat Biżantin ta' Ravenna sal-qtil tal-aħħar eżark mil- fis-751. Għalkemm hija belt 'il ġewwa mill-baħar, Ravenna hija kkollegata mal- permezz tal-Kanal ta' Candiano. Il-belt hija magħrufa għall-arkitettura ppreservata sew tal-aħħar tal-Imperu Ruman u tal-Imperu Biżantin, bi tmien binjiet li jikkostitwixxu Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu "Monumenti Kristjani Bikrin ta' Ravenna".
Ravenna | |||
---|---|---|---|
Italja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Italja | ||
Region of Italy | Emilia-Romagna | ||
Provinċja tal-Italja | Province of Ravenna (en) | ||
Kap tal-Gvern | (en) | ||
Isem uffiċjali | Ravenna | ||
Ismijiet oriġinali | Ravenna | ||
Kodiċi postali | 48121–48125 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 44°24′58″N 12°12′06″E / 44.4161°N 12.2017°EKoordinati: 44°24′58″N 12°12′06″E / 44.4161°N 12.2017°E | ||
Ravenna Ravenna (Italy) | |||
Superfiċjenti | 653.82 kilometru kwadru | ||
Għoli | 4 m | ||
Fruntieri ma' | (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) u (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 155,751 abitanti (1 Jannar 2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon | 0544 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | (en) , (en) , , (en) u Dubrovnik | ||
comune.ra.it |
Storja
L-oriġini tal-isem Ravenna mhuwiex ċert. Uħud jispekulaw li "Ravenna" hija relatata ma' "Rasenna" (jew "Rasna"), li huwa t-terminu li l-Etruski kienu jużaw għalihom infushom, iżda qatt ma ntlaħaq qbil dwar dan fost l-istudjużi.
Era tal-qedem
L-oriġini tal-belt ta' Ravenna mhumiex ċerti lanqas. Madankollu, l-eqdem evidenza arkeoloġika li nstabet tippermettilna niddataw il-preżenza tal-Umbri f'Ravenna minn tal-inqas mis-seklu 5 Q.K., fejn baqgħu għall-kwiet sas-seklu 3 Q.K., meta bdew isiru l-ewwel kuntatti maċ-ċivilizzazzjoni Rumana. It-territorju tal-belt ġie insedjat ukoll mis-Senoni, speċjalment fil-kampanja fin-Nofsinhar tal-belt (li ma kinitx parti mil-laguna), jiġifieri l-Ager Decimanus. Ravenna kienet tikkonsisti minn djar mibnija fuq puntali fuq sensiela ta' gżejjer żgħar f'laguna mtajna – sitwazzjoni simili għal dik ta' Venezja diversi sekli wara. Ir-Rumani injorawha matul il-ħakma tagħhom tad-delta tax-xmara Po, iżda iktar 'il quddiem aċċettawha fir-Repubblika Rumana bħala raħal federat fid-89 Q.K.
Fl-49 Q.K., Ravenna kienet il-post fejn ġabar il-forzi tiegħu flimkien qabel il-qsim tax-xmara Rubicone. Iktar 'il quddiem , wara l-battalja tiegħu kontra fil-31 Q.K., stabbilixxa l-port militari ta' Classis. Dan il-port, protett fil-bidu bis-swar tiegħu stess, kien stazzjon importanti tal-Flotta Imperjali Rumana. Illum il-ġurnata l-belt hija interkjuża, iżda Ravenna baqgħet port marittimu importanti fuq l-Adrijatiku sal-bidu tal-Medjuevu. Matul il-kampanji militari Ġermaniċi, Thusnelda, l-armla ta' Arminius, u Marbod, ir-Re tal-Marcomanni, kienu ġew ikkonfinati f'Ravenna.
Ravenna gawdiet mill-prosperità taħt it-tmexxija Rumana. L- bena akkwedott twil 70 kilometru fil-bidu tas-seklu 2 W.K. Matul il-Gwerer tal-Marcomanni, l-insedjaturi Ġermaniċi f'Ravenna rvellaw u rnexxielhom jaħtfu l-belt. Għal din ir-raġuni, ddeċieda mhux biss kontra l-wasla ta' iktar Barbari fl-Italja, iżda saħansitra keċċa lil dawk li kienu nġabu hemmhekk qabel. Fl-402 W.K., l- ttrasferixxa l-belt kapitali tal-Imperu Ruman tal-Punent minn Milan għal Ravenna. Dak iż-żmien, il-belt kellha popolazzjoni ta' 50,000 ruħ. It-trasferiment sar parzjalment għal skopijiet difensivi: Ravenna kienet imdawra b'imraġ u b'artijiet bassasa, u kienet meqjusa bħala belt li faċli tiddefendiha (għalkemm fil-fatt il-belt inħakmet mill-forzi tal-għadu diversi drabi fl-istorja tagħha); x'aktarx ukoll li t-trasferiment tal-belt kapitali għal Ravenna kien minħabba l-port tal-belt u l-kollegamenti tajbin bil-baħar mal-Imperu Ruman tal-Lvant. Madankollu, fl-409, ir-Re tal-Viżigoti sempliċement qabeż lil Ravenna, u baqa' sejjer jattakka lil Ruma fl-410 u ħa lil Galla Placidia, bint l-Imperatur , bħala ostaġġ.
Wara bosta ħwejjeġ, Galla Placidia reġgħet lura Ravenna ma' binha, l-Imperatur Valentinjanu III, bis-saħħa tal-appoġġ tan-neputi tagħha Teodożju II. Ravenna gawdiet perjodu ta' paċi u matulu r-reliġjon Kristjana ġiet iffavorita mill-qorti imperjali. Dan wassal biex il-belt kisbet uħud mill-iżjed monumenti famużi tagħha, inkluż il-Battisterju Ortodoss, il-Mawżolew ta' Galla Placidia (li fil-fatt mhux mawżolew u effettivament Galla Placidia qatt ma ndifnet hemmhekk), u l-binja ddedikata lil San Ġwann Evanġelista.
Renju Ostrogotiku
Fl-aħħar tas-seklu 5 W.K. seħħ ix-xoljiment tal-awtorità Rumana fil-Punent, u l-aħħar persuna li kellha t-titlu ta' imperatur fil-Punent tneħħiet mill-poter fl-476 mill-Ġeneral . Odoacer mexxa bħala r-Re tal-Italja għal 13-il sena, iżda fl-489 l-Imperatur tal-Lvant bagħat lir-Re tal-Ostrogoti Teodoriku l-Kbir biex jerġa' jaħtaf il-peniżola Taljana. Wara li tilef il-Battalja ta' Verona, Odoacer irtira lejn Ravenna, fejn irreżista għal assedju li dam tliet snin min-naħa ta' Teodoriku, sa meta l-ħakma ta' ċaħdet lil Ravenna mill-provvisti. Teodoriku ħakem lil Ravenna fl-493, u jingħad li huwa stess qatel lil Odoacer. B'hekk Ravenna saret il-belt kapitali tar-Renju Ostrogotiku tal-Italja. Teodoriku, kompla fil-passi tal-predeċessuri imperjali tiegħu, u bena wkoll bosta binjiet mill-isbaħ f'Ravenna u qrib il-belt, inkluż il-knisja-palazz tiegħu ta' Sant'Apollinare Nuovo, katidral Arjan (issa tal-Ispirtu s-Santu) u l-Battisterju, kif ukoll il-Mawżolew tiegħu stess ftit 'il barra mis-swar tal-belt.
Kemm Odoacer kif ukoll Teodoriku u s-segwaċi tagħhom kienu Kristjani Arjani, iżda dawn baqgħu jgħixu flimkien b'mod paċifiku mal-Latini, li fil-biċċa l-kbira kienu Kattoliċi Ortodossi. L-isqfijiet Ortodossi ta' Ravenna wettqu diversi proġetti ta' binjiet notevoli, għalkemm l-unika binja li għadha eżistenti hija dik tal-Kappella tal-Arċisqof. Teodoriku ppermetta li ċ-ċittadini Rumani fi ħdan ir-renju tiegħu jkunu soġġetti għal-liġi Rumana u għas-sistema ġudizzjarja Rumana. Il-Goti, sadanittant, għexu skont il-liġijiet u d-drawwiet tagħhom stess. Fil-519, meta rvell wassal biex is-sinagogi ta' Ravenna jingħataw in-nar, Teodoriku ordna li jerġgħu jinbnew għas-spejjeż tal-belt.
Teodoriku miet fil-526 u minfloku laħaq in-neputi żgħir tiegħu Atalarika taħt l-awtorità ta' bintu Amalasunta, iżda sal-535 it-tnejn li huma mietu u l-arblu tar-razza ta' Teodoriku kien irrappreżentat biss minn bint Amalasunta, Matasunta. Diversi mexxejja militari Ostrogoti ħadu f'idejhom ir-Renju tal-Italja, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kellu s-suċċess li kellu Teodoriku. Sadanittant, l-Imperatur Biżantin Kristjan Ortodoss, , oppona kemm it-tmexxija Ostrogota kif ukoll il-varjetà Arjana tal-Kristjaneżmu. Fil-535, il-ġeneral tiegħu, Belisarju, invada l-Italja u fil-540 ħakem lil Ravenna. Wara l-ħakma tal-Italja li tlestiet fil-554, Ravenna saret is-sede tal-gvern Biżantin fl-Italja.
Mill-540 sas-600, l-isqfijiet ta' Ravenna wettqu programm ta' binjiet u knejjes notevoli f'Ravenna u qrib il-belt portwali ta' . Fost il-monumenti li għadhom eżistenti hemm il-Bażilika ta' San Vitale u l-Bażilika ta' Sant'Apollinare f'Classe, kif ukoll parti mill-binja ta' San Michele in Africisco.
Eżarkat ta' Ravenna
Wara l-konkwisti ta' Belisarju f'isem l-Imperatur Ruman tal-Lvant Ġustinjanu I fis-seklu 6 W.K., Ravenna saret is-sede tal-gvernatur Biżantin tal-Italja, magħruf bħala l-Eżarka, u saret magħrufa bħala l-Eżarkat ta' Ravenna. Kien għall-ħabta ta' dan iż-żmien li nkitbet il-Kożmografija ta' Ravenna.
Taħt it-tmexxija Biżantina, fis-666, l-arċisqof tal-Arċidjoċesi ta' Ravenna temporanjament ingħata awtoċefalija mill-Knisja Rumana min-naħa tal-imperatur, iżda din malajr ġie revokata. Minkejja dan, l-arċisqof ta' Ravenna kien meqjus fit-tieni post fl-Italja wara l-Papa, u kellu rwol importanti x'jaqdi f'bosta kontroversji teoloġiċi li nqalgħu matul dan il-perjodu.
Medju Evu u Rinaxximent
Il-Longobardi, taħt ir-Re Liutprand, okkupaw il-belt ta' Ravenna fis-712, iżda kellhom jirritornawha lill-Biżantini. Madankollu, fis-751, ir-Re tal-Longobardi, Aistulf, irnexxielu jaħkem lil Ravenna, u b'hekk temm it-tmexxija Biżantina fit-Tramuntana tal-Italja.
Ir-Re Pepin tal-Franki attakka lil-Longobardi skont l-ordnijiet tal-. Ravenna mbagħad bil-mod il-mod ġiet taħt l-awtorità diretta tal-Papiet, għalkemm dan ġie kkontestat mill-arċisqfijiet diversi drabi. Il- awtorizza lil jieħu kull ma xtaq minn Ravenna, u b'hekk kwantità mhux magħrufa ta' kolonni, mużajk, statwi u oġġetti Rumani portabbli oħra ttieħdu lejn it-Tramuntana sabiex jarrikkixxu l-belt kapitali tiegħu ta' .
Fl-1198, Ravenna mexxiet lega ta' bliet tar-Romagna kontra l-imperatur, u l-Papa rnexxielu jirreżisti. Wara l-gwerra tal-1218, il-familja Traversari setgħet timponi t-tmexxija tagħha fuq il-belt, li damet sal-1240. Wara perjodu qasir taħt it-tmexxija ta' vikarju imperjali, Ravenna ġiet irritornata lill-Istati Papali fl-1248 u mill-ġdid lill-familja Traversari sakemm, fl-1275, il-familja Da Polenta stabbiliet is-sinjorija dejjiema tagħha. Wieħed mir-residenti l-iktar illustri ta' Ravenna dak iż-żmien kien il-poeta eżiljat Dante. L-aħħar wieħed mill-familja Da Polenta, , tilef il-poter fi Frar 1441 bis-saħħa tar-Repubblika ta' Venezja, u l-belt ġiet annessa mat-territorji Venezjani permezz tat-Trattat ta' .
Ravenna kienet immexxija minn Venezja sal-1509, meta ż-żona tal-madwar ġarrbet invażjoni matul il-Gwerer Taljani. Fl-1512, matul il-gwerer tal-Lega Mqaddsa, ir-rikkezzi ta' Ravenna ġew misruqa mill-Franċiżi wara l-Battalja ta' Ravenna. Ravenna kienet magħrufa wkoll matul ir-Rinaxximent bħala l-post fejn twieled il-Mostru ta' Ravenna.
Wara li l-forzi ta' Venezja rtiraw, Ravenna reġgħet ġiet immexxija minn legati tal-Papa bħala parti mill-Istati Papali. Il-belt ġarrbet ħsarat estensivi minħabba għargħar f'Mejju 1636. Matul it-300 sena ta' wara, network ta' kanali bidlu l-fluss tax-xmajjar fil-qrib u dan wassal għad-drenaġġ tal-artijiet imtajna tal-madwar. B'hekk tnaqqset il-possibbiltà ta' għargħar u twittiet it-triq għal raba' agrikolu għammiel madwar il-belt.
Era moderna
Apparti okkupazzjoni qasira oħra minn Venezja (1527–1529), Ravenna kienet parti mill-Istati Papali sal-1796, meta ġiet annessa mal-istat pupazz Franċiż tar-Repubblika Ċisalpina (ir-Repubblika Taljana mill-1802 u r-Renju tal-Italja mill-1805). Ġiet irritornata lill-Istati Papali fl-1814. Bl-okkupazzjoni min-naħa tat-truppi ta' Piemonte fl-1859, Ravenna u ż-żona tal-madwar fir-Romagna saru parti mir-Renju unifikat il-ġdid tal-Italja fl-1861.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, it-truppi tal-Gwardji tar-Raba' Dragun tal-Prinċipessa Louise u tal-Ħames Diviżjoni Armata Kanadiża, flimkien mas-27 Lanċiera Brittaniċi, daħlu u lliberaw lil Ravenna fil-5 ta' Diċembru 1944. Total ta' 937 suldat tal-Commonwealth li mietu fix-xitwa tal-1944-1945 ġew midfuna fiċ-Ċimiterju tal-Gwerra ta' Ravenna, fosthom 438 Kanadiż. Il-belt ma tantx ġarrbet ħsarat estensivi matul il-gwerra.
Sit ta' Wirt Dinji
Tmien monumenti Kristjani bikrin ġew imniżżla bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996. Dawn huma:
- il-Battisterju Ortodoss magħruf ukoll bħala l-Battisterju ta' Neon (għall-ħabta tal-430)
- il-Mawżolew ta' Galla Placidia (għall-ħabta tal-430)
- il-Battisterju Arjan (għall-ħabta tal-500)
- il-Kappella tal-Arċisqof (għall-ħabta tal-500)
- il-Bażilika ta' Sant'Apollinare Nuovo (għall-ħabta tal-500)
- il-Mawżolew ta' Teodoriku (520)
- il-Bażilika ta' San Vitale (548)
- il-Bażilika ta' Sant'Apollinare f'Classe (549)
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Attrazzjonijiet oħra
Fost l-attrazzjonijiet l-oħra nsibu:
- Il-Knisja ta' San Ġwann l-Evanġelista tal-ħabta tas-seklu 5 W.K., li nbniet minn Galla Placidia wara li ħelsitha ħafif minn maltempata fuq il-baħar. Ġiet irrestawrata wara l-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija. It-torri tal-kampnar fih erba' qniepen, u ż-żewġ qniepen maġġuri jmorru lura għall-1208.
- Il-Knisja tal-Ispirtu s-Santu tas-seklu 6 W.K., li ġiet alterata b'mod drastiku mis-seklu 6 'l hawn. Oriġinarjament kienet il-katidral Arjan. Il-faċċata tal-knisja fiha portiku tas-seklu 16 b'ħames arkati.
- Il-Bażilika ta' San Franġisk, li reġgħet inbniet fis-sekli 10-11 fuq binja preċedenti ddedikata lill-appostli u iktar 'il quddiem lil San Pietru. Wara l-faċċata pjuttost umli tal-brikks, il-bażilika għandha navata u żewġ apsidi. Xi frammenti tal-mużajk mill-ewwel knisja huma viżibbli fuq l-art tal-bażilika, li spiss jitgħattew bl-ilma (flimkien mal-kripta) wara li tinżel xita qliel. Iċ-ċerimonja funebri ta' Dante Alighieri saret hawnhekk fl-1321. Il-poeta huwa midfun f'qabar anness mal-knisja, wara li l-awtoritajiet lokali rreżistew għal sekli sħaħ it-talbiet kollha minn Firenze biex jiġi rritornat il-katavru tal-iżjed eżiljat famuż tagħha.
- Il-Knisja Barokka ta' Santa Maria Maggiore (525–532; reġgħet inbniet fl-1671). Fiha pittura magħmula minn .
- Il-Knisja ta' San Ġwann Battista (1683), bi stil Barokk ukoll, li fiha torri tal-kampnar ta' żmien il-Medjuevu.
- Il-Bażilika ta' Santa Maria in Porto (tas-seklu 16), b'faċċata rikka tas-seklu 18. Għandha navata u żewġ apsidi, b'koppla għolja. Fiha pittura famuża tal-Madonna Griega, li allegatament inġabet Ravenna minn Kostantinopli.
- Il-Gallerija Komunali, li fiha diversi xogħlijiet ta' pitturi tar-Romagna.
- Ir-Rocca Brancaleone ("il-Kastell ta' Brancaleone"), li nbena mill-Venezjani fl-1457. Fl-imgħoddi kien parti mis-swar tal-belt u issa huwa park pubbliku. Huwa maqsum f'żewġ partijiet: il-Kastell proprja u ċ-Ċittadella; din tal-aħħar tkopri 14,000 m2.
- L-hekk imsejjaħ "Palazz ta' Teodoriku", li fil-fatt huwa d-daħla għall-eks Knisja ta' San Salvatore. Jinkludi mużajk mill-palazz proprju tar-re tal-Ostrogoti.
- Il-Knisja ta' Sant'Eufemia (tas-seklu 18), tagħti aċċess għall-hekk imsejħa Domus tat-Twapet tal-Ġebel (tas-sekli 6–7): fiha mużajk mill-isbaħ minn palazz Biżantin.
- Il-Mużew Nazzjonali.
- Il-Mużew tal-Arċisqof.
Mużika
Kull sena l-belt tospita l-Festival ta' Ravenna, wieħed mill-iżjed festivals prominenti tal-mużika klassika fl-Italja. Ikun hemm spettakli tal-opri fit-Teatru Alighieri, u kunċerti fil-Palazz Mauro de André kif ukoll fil-Bażilika Antika ta' San Vitale u fil-Bażilika ta' Sant'Apollinare f'Classe. Id-direttur mużikali taċ-Chicago Symphony Orchestra, , resident li ilu jgħixa long f'Ravenna, jipparteċipa regolarment fil-festival, fejn jiġu mistiedna orkestri u artisti oħra tal-ispettaklu minn madwar id-dinja.
Letteratura
- Qabel l-1800
- Wara li tkeċċa minn Firenze, belt twelidu, Dante qatta' l-bqija ta' ħajtu f'Ravenna, u jsemmi l-belt fil-Canto V tal-Inferno tad-Divina Commedia.
- Fis-seklu 16 ukoll, jipprovdi erba' profeziji:
- rigward "għawġ kbir fil-kanal ta' Magnavacca f'Ravenna", ikkawżat minn ħmistax-il sabotatur Franċiż;
- rigward battalja estiża sa Perugia fejn il-belt teħlisha ħafif;
- rigward il-ħtif ta' mara "ħdejn Ravenna" u l-ħtif ta' 70 ruħ fuq il-baħar mil-legat ta' Liżbona;
- rigward it-twelid tat-tielet u l-aħħar Antikrist tal-jasar tas-Slovenja; Ravenna hija waħda minn tlett ibliet b'isem simili.
- The Witch, reċta ta' (1580–1627), ġiet ambjentata f'Ravenna.
- Wara l-1800
- għex f'Ravenna bejn l-1819 u l-1821, fejn sar iħobb żagħżugħa aristokratika miżżewġa lokali, . Hemmhekk kompla jikteb Don Juan u kiteb Ravenna Diary, My Dictionary u Recollections.
- Lionel, il-protagonista tan-novella postapokalittika ta' Mary Shelley, The Last Man, jispiċċa mal-kosta f'Ravenna wara li jitlef lil sħabu f'maltempata fil-Baħar Eġew.
- Oscar Wilde (1854–1900) kiteb poeżija jisimha Ravenna fl-1878.
- Is-simbolista u poeta liriku (1880–1921) kiteb poeżija li jisimha Ravenna (Mejju–Ġunju 1909) ispirata mill-vjaġġ tiegħu fl-Italja (rebbiegħa tal-1909).
- Matul il-vjaġġi tiegħu, il-poeta u l-filosfu Ġermaniż (1877–1962) għadda minn Ravenna u ispira ruħu biex jikteb żewġ poeżiji dwar il-belt li jisimhom Ravenna (1) u Ravenna (2).
- (1888–1965) kiteb poeżija bil-Franċiż "Lune de Miel" li tiddeskrivi koppja minn Indiana fil-qamar il-għasel tagħhom li kienu reqdin mhux wisq 'il bogħod mill-Bażilika antika ta' Sant'Apollinare f'Classe (ftit 'il barra minn Ravenna), famuża għall-kapitelli mnaqqxin tal-kolonni tagħha, b'weraq tal-ħannewija minfuħa bir-riħ, b'kuntrast ma' weraq wieqaf fuq kolonni simili f'inħawi oħra.
- (1892–1973) jaf ibbaża l-belt tiegħu ta' Minas Tirith mill-inqas parzjalment fuq Ravenna.
Films
ġibed il-film tal-1964 tiegħu, Deserto Rosso (Deżert Aħmar) fiż-żoni industrijalizzati tal-wied ta' Pialassa.
Trasport
Ravenna għandha port kummerċjali u turistiku importanti.
L-istazzjon ferrovjarju ta' Ravenna għandha servizz dirett ta' Trenitalia lejn Bologna, Ferrara, , Milan, , , u Verona.
L-Ajruport ta' Ravenna jinsab proprju f'Ravenna. L-eqreb ajurporti kummerċjali huma dawk ta' , Rimini u Bologna.
Fost l-awtostradi li jgħaddu minn Ravenna hemm: l-A14-bis miċ-ċentru ta' Bologna; fuq l-assi Tramuntana–Nofsinhar tar-rotot tal-Unjoni Ewropea, ir-rotot E45 minn Ruma u l-E55 jew l-SS-309 "Romea" minn Venezja; u fuq l-assi reġjonali Ferrara-Rimini, l-SS-16 (parzjalment imsejħa l-"Adrijatika").
Parks tad-Divertiment
- Mirabilandia
- Safari Ravenna
Ġemellaġġ
Ravenna hija ġemellata ma':
- , l-Ingilterra, ir-Renju Unit, mill-1996
- , il-Ġermanja, mill-1989
- , Franza, mill-1957
Sport
Il-klabb tal-futbol tradizzjonali tal-belt huwa r-Ravenna F.C. Attwalment jilgħab fit-tielet diviżjoni tal-futbol Taljan, is-Serie C.
L-A.P.D. Ribelle 1927 huwa l-klabb tal-futbol ta' Castiglione di Ravenna, raħal li jinsab fin-Nofsinhar ta' Ravenna, u ġie stabbilit fl-1927. Attwalment jilgħab fir-raba' diviżjoni tal-futbol Taljan, is-Serie D, wara l-promozzjoni mir-Rawnd B tad-diviżjoni tal-Eccellenza Emilia-Romagna fl-istaġun 2013–2014. Il-president tal-klabb huwa u l-kowċ huwa . Il-grawnd tal-klabb jissejjaħ Stadio Massimo Sbrighi u jesa' 1,000 ruħ. Il-kuluri tat-tim huma l-abjad u l-blu.
F'Settembru 2011, fuq il-bajjiet ta' Ravenna, ġiet ospitata t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-Futbol fuq il-Bajja.
Nies notevoli
- (419-455), imperatur Ruman
- , baħri Taljan
- Laura Pausini (twieldet fl-1974), kantanta u kantawtriċi pop Taljana, produttur tad-diski u personalità televiżiva
- (1933-1993), negozjant Taljan
- (1931-1979), mużiċista Jazz li jdoqq it-tnabar
- (twieled fl-1965), sprinter Taljan
- (1653-1713), vjolinist u kompożitur Barokk
- (1790-1877), kitarrista u mużiċista li jdoqq il-ljut
- (twieled fl-1937), produttur tal-vjolini Taljan
- (għall-ħabta tal-988-1072 jew 1073), qaddis u kardinal Kattoliku
- (1578-1649), xjenzat, avukat u analizzatur ta' Galileo
- (1255-għall-ħabta tal-1285), persuna storika
- (miet fl-1310), lord ta' Ravenna
- (1888-1918), il-bdot ewlieni tal-fighters tal-Italja fl-Ewwel Gwerra Dinjija
- (twieled fl-1996), motoċiklista professjonali
- (twieled fl-1982), motoċiklista professjonali
- (twieled fl-1959), motoċiklista professjonali u maniġer ta' tim tas-Superbike
- (twieled fl-1946), attur
- (twieled fl-1962), preżentatur televiżiv
- (1831-1881), esploratur
- (għall-ħabta tad-951-għall-ħabta tal-1025/1027), superjur tal-qassisin u fundatur tal-Ordni Camaldolese
- (1493-1527),
- (twieled fl-1947), fotografu tal-moda
- (1821-1873), konduttur
- (1875-1932), matematiku
- (1606-1647), fiżiku u matematiku
- (twieled fl-1969), negozjant u fundatur ta' YOOX
- (twieled fl-1971), artist
- , mużiċista u kompożitur
- (1790-1857), artist
- (twieled fl-1971), fotografu
Iktar qari
- Cameron, Averil. "Ravenna: Capital of Empire, Crucible of Europe." History Today. pp 94–97.
- Janet Nelson, Judith Herrin, Ravenna: its role in earlier medieval change and exchange, London, Institute of Historical Research, 2016, ISBN 9781909646148.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Early Christian Monuments of Ravenna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-08.
- ^ a b ċ d e f Deborah M. Deliyannis, Ravenna in Late Antiquity (Cambridge University Press, 2010)
- ^ Mascanzoni, Leardo (1990). Ravenna: Una storia millenaria (in Italian). Giunti Barbera Editore. pp. 3–50.
- ^ Noble, Thomas F. X. (1984). The Republic of St. Peter: The Birth of the Papal State, 680–825. Philadelphia, Pennsylvania: University of Pennsylvania Press. ISBN 0-8122-1239-8.
- ^ Canada, Veterans Affairs (2021-06-23). "Canada - Italy 1943-1945 - The Second World War - History - Remembrance - Veterans Affairs Canada". www.veterans.gc.ca. Miġbur 2022-02-10.
- ^ Jones, Tom (2012). Nostradamus. Pittsburgh, PA: Dorrance Publishing. ISBN 9781434918239.
- ^ Reading, Mario (2009). The Complete Prophesies of Nostradamus. London: Watkins Publishing. ISBN 9781906787394.
- ^ "Ravenna / Wilde, Oscar". www.infomotions.com. Miġbur 2022-02-10.
- ^ "Tolkien's annotated map of Middle-earth discovered inside copy of Lord of the Rings". the Guardian (bl-Ingliż). 2015-10-23. Miġbur 2022-02-10.
- ^ "Gemellaggi" (bit-Taljan). Miġbur 2022-02-10.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ravenna, X'inhi Ravenna? Xi tfisser Ravenna?
Ravenna pronunzjata raˈvenna jew lokalment raˈvɛnna bir Romanjol Ravena hija l belt kapitali tal Provinċja ta Ravenna fir reġjun ta Emilia Romagna fit Tramuntana tal Italja Kienet il belt kapitali tal Imperu Ruman tal Punent mill 402 sal waqgħa tal imperu fl 476 Imbagħad kienet il kapitali tar sa ma nħakmet mill ġdid fil 540 mill Imperu Bizantin Wara dan iz zmien il belt saret iċ ċentru tal Ezarkat Bizantin ta Ravenna sal qtil tal aħħar ezark mil fis 751 Għalkemm hija belt il ġewwa mill baħar Ravenna hija kkollegata mal permezz tal Kanal ta Candiano Il belt hija magħrufa għall arkitettura ppreservata sew tal aħħar tal Imperu Ruman u tal Imperu Bizantin bi tmien binjiet li jikkostitwixxu Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO bit titlu Monumenti Kristjani Bikrin ta Ravenna Ravenna ItaljaAmministrazzjoniPajjizItaljaRegion of ItalyEmilia RomagnaProvinċja tal ItaljaProvince of Ravenna en Kap tal Gvern en Isem uffiċjali RavennaIsmijiet oriġinali RavennaKodiċi postali 48121 48125ĠeografijaKoordinati 44 24 58 N 12 12 06 E 44 4161 N 12 2017 E 44 4161 12 2017 Koordinati 44 24 58 N 12 12 06 E 44 4161 N 12 2017 E 44 4161 12 2017RavennaRavenna Italy Superfiċjenti 653 82 kilometru kwadruGħoli 4 mFruntieri ma en en en en en en en en en u en DemografijaPopolazzjoni 155 751 abitanti 1 Jannar 2023 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0544Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati en en en u Dubrovnikcomune ra itStorjaL oriġini tal isem Ravenna mhuwiex ċert Uħud jispekulaw li Ravenna hija relatata ma Rasenna jew Rasna li huwa t terminu li l Etruski kienu juzaw għalihom infushom izda qatt ma ntlaħaq qbil dwar dan fost l istudjuzi Era tal qedem Il belt ta Ravenna fis seklu 4 W K kif tidher fuq il Mappa ta Peutinger L oriġini tal belt ta Ravenna mhumiex ċerti lanqas Madankollu l eqdem evidenza arkeoloġika li nstabet tippermettilna niddataw il prezenza tal Umbri f Ravenna minn tal inqas mis seklu 5 Q K fejn baqgħu għall kwiet sas seklu 3 Q K meta bdew isiru l ewwel kuntatti maċ ċivilizzazzjoni Rumana It territorju tal belt ġie insedjat ukoll mis Senoni speċjalment fil kampanja fin Nofsinhar tal belt li ma kinitx parti mil laguna jiġifieri l Ager Decimanus Ravenna kienet tikkonsisti minn djar mibnija fuq puntali fuq sensiela ta gzejjer zgħar f laguna mtajna sitwazzjoni simili għal dik ta Venezja diversi sekli wara Ir Rumani injorawha matul il ħakma tagħhom tad delta tax xmara Po izda iktar il quddiem aċċettawha fir Repubblika Rumana bħala raħal federat fid 89 Q K Fl 49 Q K Ravenna kienet il post fejn ġabar il forzi tiegħu flimkien qabel il qsim tax xmara Rubicone Iktar il quddiem wara l battalja tiegħu kontra fil 31 Q K stabbilixxa l port militari ta Classis Dan il port protett fil bidu bis swar tiegħu stess kien stazzjon importanti tal Flotta Imperjali Rumana Illum il ġurnata l belt hija interkjuza izda Ravenna baqgħet port marittimu importanti fuq l Adrijatiku sal bidu tal Medjuevu Matul il kampanji militari Ġermaniċi Thusnelda l armla ta Arminius u Marbod ir Re tal Marcomanni kienu ġew ikkonfinati f Ravenna Muzajk tal Imperatur Ġustinjanu I fil Bazilika ta San Vitale Ravenna Ravenna gawdiet mill prosperita taħt it tmexxija Rumana L bena akkwedott twil 70 kilometru fil bidu tas seklu 2 W K Matul il Gwerer tal Marcomanni l insedjaturi Ġermaniċi f Ravenna rvellaw u rnexxielhom jaħtfu l belt Għal din ir raġuni ddeċieda mhux biss kontra l wasla ta iktar Barbari fl Italja izda saħansitra keċċa lil dawk li kienu nġabu hemmhekk qabel Fl 402 W K l ttrasferixxa l belt kapitali tal Imperu Ruman tal Punent minn Milan għal Ravenna Dak iz zmien il belt kellha popolazzjoni ta 50 000 ruħ It trasferiment sar parzjalment għal skopijiet difensivi Ravenna kienet imdawra b imraġ u b artijiet bassasa u kienet meqjusa bħala belt li faċli tiddefendiha għalkemm fil fatt il belt inħakmet mill forzi tal għadu diversi drabi fl istorja tagħha x aktarx ukoll li t trasferiment tal belt kapitali għal Ravenna kien minħabba l port tal belt u l kollegamenti tajbin bil baħar mal Imperu Ruman tal Lvant Madankollu fl 409 ir Re tal Vizigoti sempliċement qabez lil Ravenna u baqa sejjer jattakka lil Ruma fl 410 u ħa lil Galla Placidia bint l Imperatur bħala ostaġġ Wara bosta ħwejjeġ Galla Placidia reġgħet lura Ravenna ma binha l Imperatur Valentinjanu III bis saħħa tal appoġġ tan neputi tagħha Teodozju II Ravenna gawdiet perjodu ta paċi u matulu r reliġjon Kristjana ġiet iffavorita mill qorti imperjali Dan wassal biex il belt kisbet uħud mill izjed monumenti famuzi tagħha inkluz il Battisterju Ortodoss il Mawzolew ta Galla Placidia li fil fatt mhux mawzolew u effettivament Galla Placidia qatt ma ndifnet hemmhekk u l binja ddedikata lil San Ġwann Evanġelista Renju Ostrogotiku Fl aħħar tas seklu 5 W K seħħ ix xoljiment tal awtorita Rumana fil Punent u l aħħar persuna li kellha t titlu ta imperatur fil Punent tneħħiet mill poter fl 476 mill Ġeneral Odoacer mexxa bħala r Re tal Italja għal 13 il sena izda fl 489 l Imperatur tal Lvant bagħat lir Re tal Ostrogoti Teodoriku l Kbir biex jerġa jaħtaf il penizola Taljana Wara li tilef il Battalja ta Verona Odoacer irtira lejn Ravenna fejn irrezista għal assedju li dam tliet snin min naħa ta Teodoriku sa meta l ħakma ta ċaħdet lil Ravenna mill provvisti Teodoriku ħakem lil Ravenna fl 493 u jingħad li huwa stess qatel lil Odoacer B hekk Ravenna saret il belt kapitali tar Renju Ostrogotiku tal Italja Teodoriku kompla fil passi tal predeċessuri imperjali tiegħu u bena wkoll bosta binjiet mill isbaħ f Ravenna u qrib il belt inkluz il knisja palazz tiegħu ta Sant Apollinare Nuovo katidral Arjan issa tal Ispirtu s Santu u l Battisterju kif ukoll il Mawzolew tiegħu stess ftit il barra mis swar tal belt Il Mawzolew ta Teodoriku Kemm Odoacer kif ukoll Teodoriku u s segwaċi tagħhom kienu Kristjani Arjani izda dawn baqgħu jgħixu flimkien b mod paċifiku mal Latini li fil biċċa l kbira kienu Kattoliċi Ortodossi L isqfijiet Ortodossi ta Ravenna wettqu diversi proġetti ta binjiet notevoli għalkemm l unika binja li għadha ezistenti hija dik tal Kappella tal Arċisqof Teodoriku ppermetta li ċ ċittadini Rumani fi ħdan ir renju tiegħu jkunu soġġetti għal liġi Rumana u għas sistema ġudizzjarja Rumana Il Goti sadanittant għexu skont il liġijiet u d drawwiet tagħhom stess Fil 519 meta rvell wassal biex is sinagogi ta Ravenna jingħataw in nar Teodoriku ordna li jerġgħu jinbnew għas spejjez tal belt Teodoriku miet fil 526 u minfloku laħaq in neputi zgħir tiegħu Atalarika taħt l awtorita ta bintu Amalasunta izda sal 535 it tnejn li huma mietu u l arblu tar razza ta Teodoriku kien irrapprezentat biss minn bint Amalasunta Matasunta Diversi mexxejja militari Ostrogoti ħadu f idejhom ir Renju tal Italja izda l ebda wieħed minnhom ma kellu s suċċess li kellu Teodoriku Sadanittant l Imperatur Bizantin Kristjan Ortodoss oppona kemm it tmexxija Ostrogota kif ukoll il varjeta Arjana tal Kristjanezmu Fil 535 il ġeneral tiegħu Belisarju invada l Italja u fil 540 ħakem lil Ravenna Wara l ħakma tal Italja li tlestiet fil 554 Ravenna saret is sede tal gvern Bizantin fl Italja Mill 540 sas 600 l isqfijiet ta Ravenna wettqu programm ta binjiet u knejjes notevoli f Ravenna u qrib il belt portwali ta Fost il monumenti li għadhom ezistenti hemm il Bazilika ta San Vitale u l Bazilika ta Sant Apollinare f Classe kif ukoll parti mill binja ta San Michele in Africisco Ezarkat ta Ravenna Wara l konkwisti ta Belisarju f isem l Imperatur Ruman tal Lvant Ġustinjanu I fis seklu 6 W K Ravenna saret is sede tal gvernatur Bizantin tal Italja magħruf bħala l Ezarka u saret magħrufa bħala l Ezarkat ta Ravenna Kien għall ħabta ta dan iz zmien li nkitbet il Kozmografija ta Ravenna Taħt it tmexxija Bizantina fis 666 l arċisqof tal Arċidjoċesi ta Ravenna temporanjament ingħata awtoċefalija mill Knisja Rumana min naħa tal imperatur izda din malajr ġie revokata Minkejja dan l arċisqof ta Ravenna kien meqjus fit tieni post fl Italja wara l Papa u kellu rwol importanti x jaqdi f bosta kontroversji teoloġiċi li nqalgħu matul dan il perjodu Medju Evu u Rinaxximent Muzajk tat Trasfigurazzjoni ta Ġesu Immaġni allegorika tal Crux gemmata u ħrief li jirrapprezentaw l appostli 533 549 fl apsida tal Bazilika ta Sant Apollinare f Classe Il Longobardi taħt ir Re Liutprand okkupaw il belt ta Ravenna fis 712 izda kellhom jirritornawha lill Bizantini Madankollu fis 751 ir Re tal Longobardi Aistulf irnexxielu jaħkem lil Ravenna u b hekk temm it tmexxija Bizantina fit Tramuntana tal Italja Ir Re Pepin tal Franki attakka lil Longobardi skont l ordnijiet tal Ravenna mbagħad bil mod il mod ġiet taħt l awtorita diretta tal Papiet għalkemm dan ġie kkontestat mill arċisqfijiet diversi drabi Il awtorizza lil jieħu kull ma xtaq minn Ravenna u b hekk kwantita mhux magħrufa ta kolonni muzajk statwi u oġġetti Rumani portabbli oħra ttieħdu lejn it Tramuntana sabiex jarrikkixxu l belt kapitali tiegħu ta Fl 1198 Ravenna mexxiet lega ta bliet tar Romagna kontra l imperatur u l Papa rnexxielu jirrezisti Wara l gwerra tal 1218 il familja Traversari setgħet timponi t tmexxija tagħha fuq il belt li damet sal 1240 Wara perjodu qasir taħt it tmexxija ta vikarju imperjali Ravenna ġiet irritornata lill Istati Papali fl 1248 u mill ġdid lill familja Traversari sakemm fl 1275 il familja Da Polenta stabbiliet is sinjorija dejjiema tagħha Wieħed mir residenti l iktar illustri ta Ravenna dak iz zmien kien il poeta eziljat Dante L aħħar wieħed mill familja Da Polenta tilef il poter fi Frar 1441 bis saħħa tar Repubblika ta Venezja u l belt ġiet annessa mat territorji Venezjani permezz tat Trattat ta Ravenna kienet immexxija minn Venezja sal 1509 meta z zona tal madwar ġarrbet invazjoni matul il Gwerer Taljani Fl 1512 matul il gwerer tal Lega Mqaddsa ir rikkezzi ta Ravenna ġew misruqa mill Franċizi wara l Battalja ta Ravenna Ravenna kienet magħrufa wkoll matul ir Rinaxximent bħala l post fejn twieled il Mostru ta Ravenna Wara li l forzi ta Venezja rtiraw Ravenna reġgħet ġiet immexxija minn legati tal Papa bħala parti mill Istati Papali Il belt ġarrbet ħsarat estensivi minħabba għargħar f Mejju 1636 Matul it 300 sena ta wara network ta kanali bidlu l fluss tax xmajjar fil qrib u dan wassal għad drenaġġ tal artijiet imtajna tal madwar B hekk tnaqqset il possibbilta ta għargħar u twittiet it triq għal raba agrikolu għammiel madwar il belt Era moderna Apparti okkupazzjoni qasira oħra minn Venezja 1527 1529 Ravenna kienet parti mill Istati Papali sal 1796 meta ġiet annessa mal istat pupazz Franċiz tar Repubblika Ċisalpina ir Repubblika Taljana mill 1802 u r Renju tal Italja mill 1805 Ġiet irritornata lill Istati Papali fl 1814 Bl okkupazzjoni min naħa tat truppi ta Piemonte fl 1859 Ravenna u z zona tal madwar fir Romagna saru parti mir Renju unifikat il ġdid tal Italja fl 1861 Matul it Tieni Gwerra Dinjija it truppi tal Gwardji tar Raba Dragun tal Prinċipessa Louise u tal Ħames Divizjoni Armata Kanadiza flimkien mas 27 Lanċiera Brittaniċi daħlu u lliberaw lil Ravenna fil 5 ta Diċembru 1944 Total ta 937 suldat tal Commonwealth li mietu fix xitwa tal 1944 1945 ġew midfuna fiċ Ċimiterju tal Gwerra ta Ravenna fosthom 438 Kanadiz Il belt ma tantx ġarrbet ħsarat estensivi matul il gwerra Sit ta Wirt DinjiMuzajk fl arkata trijonfali tal Bazilika ta San Vitale Tmien monumenti Kristjani bikrin ġew imnizzla bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1996 Dawn huma il Battisterju Ortodoss magħruf ukoll bħala l Battisterju ta Neon għall ħabta tal 430 il Mawzolew ta Galla Placidia għall ħabta tal 430 il Battisterju Arjan għall ħabta tal 500 il Kappella tal Arċisqof għall ħabta tal 500 il Bazilika ta Sant Apollinare Nuovo għall ħabta tal 500 il Mawzolew ta Teodoriku 520 il Bazilika ta San Vitale 548 il Bazilika ta Sant Apollinare f Classe 549 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Attrazzjonijiet oħraIl muzajk tal koppla tal Battisterju Arjan ta Ravenna Fost l attrazzjonijiet l oħra nsibu Il Knisja ta San Ġwann l Evanġelista tal ħabta tas seklu 5 W K li nbniet minn Galla Placidia wara li ħelsitha ħafif minn maltempata fuq il baħar Ġiet irrestawrata wara l bumbardamenti tat Tieni Gwerra Dinjija It torri tal kampnar fih erba qniepen u z zewġ qniepen maġġuri jmorru lura għall 1208 Il Knisja tal Ispirtu s Santu tas seklu 6 W K li ġiet alterata b mod drastiku mis seklu 6 l hawn Oriġinarjament kienet il katidral Arjan Il faċċata tal knisja fiha portiku tas seklu 16 b ħames arkati Il Bazilika ta San Franġisk li reġgħet inbniet fis sekli 10 11 fuq binja preċedenti ddedikata lill appostli u iktar il quddiem lil San Pietru Wara l faċċata pjuttost umli tal brikks il bazilika għandha navata u zewġ apsidi Xi frammenti tal muzajk mill ewwel knisja huma vizibbli fuq l art tal bazilika li spiss jitgħattew bl ilma flimkien mal kripta wara li tinzel xita qliel Iċ ċerimonja funebri ta Dante Alighieri saret hawnhekk fl 1321 Il poeta huwa midfun f qabar anness mal knisja wara li l awtoritajiet lokali rrezistew għal sekli sħaħ it talbiet kollha minn Firenze biex jiġi rritornat il katavru tal izjed eziljat famuz tagħha Il Knisja Barokka ta Santa Maria Maggiore 525 532 reġgħet inbniet fl 1671 Fiha pittura magħmula minn Il Knisja ta San Ġwann Battista 1683 bi stil Barokk ukoll li fiha torri tal kampnar ta zmien il Medjuevu Il Bazilika ta Santa Maria in Porto tas seklu 16 b faċċata rikka tas seklu 18 Għandha navata u zewġ apsidi b koppla għolja Fiha pittura famuza tal Madonna Griega li allegatament inġabet Ravenna minn Kostantinopli Il Gallerija Komunali li fiha diversi xogħlijiet ta pitturi tar Romagna Ir Rocca Brancaleone il Kastell ta Brancaleone li nbena mill Venezjani fl 1457 Fl imgħoddi kien parti mis swar tal belt u issa huwa park pubbliku Huwa maqsum f zewġ partijiet il Kastell proprja u ċ Ċittadella din tal aħħar tkopri 14 000 m2 L hekk imsejjaħ Palazz ta Teodoriku li fil fatt huwa d daħla għall eks Knisja ta San Salvatore Jinkludi muzajk mill palazz proprju tar re tal Ostrogoti Il Knisja ta Sant Eufemia tas seklu 18 tagħti aċċess għall hekk imsejħa Domus tat Twapet tal Ġebel tas sekli 6 7 fiha muzajk mill isbaħ minn palazz Bizantin Il Muzew Nazzjonali Il Muzew tal Arċisqof MuzikaKull sena l belt tospita l Festival ta Ravenna wieħed mill izjed festivals prominenti tal muzika klassika fl Italja Ikun hemm spettakli tal opri fit Teatru Alighieri u kunċerti fil Palazz Mauro de Andre kif ukoll fil Bazilika Antika ta San Vitale u fil Bazilika ta Sant Apollinare f Classe Id direttur muzikali taċ Chicago Symphony Orchestra resident li ilu jgħixa long f Ravenna jipparteċipa regolarment fil festival fejn jiġu mistiedna orkestri u artisti oħra tal ispettaklu minn madwar id dinja LetteraturaQabel l 1800 Wara li tkeċċa minn Firenze belt twelidu Dante qatta l bqija ta ħajtu f Ravenna u jsemmi l belt fil Canto V tal Inferno tad Divina Commedia Fis seklu 16 ukoll jipprovdi erba profeziji rigward għawġ kbir fil kanal ta Magnavacca f Ravenna ikkawzat minn ħmistax il sabotatur Franċiz rigward battalja estiza sa Perugia fejn il belt teħlisha ħafif rigward il ħtif ta mara ħdejn Ravenna u l ħtif ta 70 ruħ fuq il baħar mil legat ta Lizbona rigward it twelid tat tielet u l aħħar Antikrist tal jasar tas Slovenja Ravenna hija waħda minn tlett ibliet b isem simili The Witch reċta ta 1580 1627 ġiet ambjentata f Ravenna Wara l 1800 għex f Ravenna bejn l 1819 u l 1821 fejn sar iħobb zagħzugħa aristokratika mizzewġa lokali Hemmhekk kompla jikteb Don Juan u kiteb Ravenna Diary My Dictionary u Recollections Lionel il protagonista tan novella postapokalittika ta Mary Shelley The Last Man jispiċċa mal kosta f Ravenna wara li jitlef lil sħabu f maltempata fil Baħar Eġew Oscar Wilde 1854 1900 kiteb poezija jisimha Ravenna fl 1878 Is simbolista u poeta liriku 1880 1921 kiteb poezija li jisimha Ravenna Mejju Ġunju 1909 ispirata mill vjaġġ tiegħu fl Italja rebbiegħa tal 1909 Matul il vjaġġi tiegħu il poeta u l filosfu Ġermaniz 1877 1962 għadda minn Ravenna u ispira ruħu biex jikteb zewġ poeziji dwar il belt li jisimhom Ravenna 1 u Ravenna 2 1888 1965 kiteb poezija bil Franċiz Lune de Miel li tiddeskrivi koppja minn Indiana fil qamar il għasel tagħhom li kienu reqdin mhux wisq il bogħod mill Bazilika antika ta Sant Apollinare f Classe ftit il barra minn Ravenna famuza għall kapitelli mnaqqxin tal kolonni tagħha b weraq tal ħannewija minfuħa bir riħ b kuntrast ma weraq wieqaf fuq kolonni simili f inħawi oħra 1892 1973 jaf ibbaza l belt tiegħu ta Minas Tirith mill inqas parzjalment fuq Ravenna Filmsġibed il film tal 1964 tiegħu Deserto Rosso Dezert Aħmar fiz zoni industrijalizzati tal wied ta Pialassa TrasportRavenna għandha port kummerċjali u turistiku importanti L istazzjon ferrovjarju ta Ravenna għandha servizz dirett ta Trenitalia lejn Bologna Ferrara Milan u Verona L Ajruport ta Ravenna jinsab proprju f Ravenna L eqreb ajurporti kummerċjali huma dawk ta Rimini u Bologna Fost l awtostradi li jgħaddu minn Ravenna hemm l A14 bis miċ ċentru ta Bologna fuq l assi Tramuntana Nofsinhar tar rotot tal Unjoni Ewropea ir rotot E45 minn Ruma u l E55 jew l SS 309 Romea minn Venezja u fuq l assi reġjonali Ferrara Rimini l SS 16 parzjalment imsejħa l Adrijatika Parks tad DivertimentMirabilandia Safari RavennaĠemellaġġRavenna hija ġemellata ma l Ingilterra ir Renju Unit mill 1996 il Ġermanja mill 1989 Franza mill 1957SportIl klabb tal futbol tradizzjonali tal belt huwa r Ravenna F C Attwalment jilgħab fit tielet divizjoni tal futbol Taljan is Serie C L A P D Ribelle 1927 huwa l klabb tal futbol ta Castiglione di Ravenna raħal li jinsab fin Nofsinhar ta Ravenna u ġie stabbilit fl 1927 Attwalment jilgħab fir raba divizjoni tal futbol Taljan is Serie D wara l promozzjoni mir Rawnd B tad divizjoni tal Eccellenza Emilia Romagna fl istaġun 2013 2014 Il president tal klabb huwa u l kowċ huwa Il grawnd tal klabb jissejjaħ Stadio Massimo Sbrighi u jesa 1 000 ruħ Il kuluri tat tim huma l abjad u l blu F Settembru 2011 fuq il bajjiet ta Ravenna ġiet ospitata t Tazza tad Dinja tal FIFA tal Futbol fuq il Bajja Nies notevoli 419 455 imperatur Ruman baħri Taljan Laura Pausini twieldet fl 1974 kantanta u kantawtriċi pop Taljana produttur tad diski u personalita televiziva 1933 1993 negozjant Taljan 1931 1979 muziċista Jazz li jdoqq it tnabar twieled fl 1965 sprinter Taljan 1653 1713 vjolinist u kompozitur Barokk 1790 1877 kitarrista u muziċista li jdoqq il ljut twieled fl 1937 produttur tal vjolini Taljan għall ħabta tal 988 1072 jew 1073 qaddis u kardinal Kattoliku 1578 1649 xjenzat avukat u analizzatur ta Galileo 1255 għall ħabta tal 1285 persuna storika miet fl 1310 lord ta Ravenna 1888 1918 il bdot ewlieni tal fighters tal Italja fl Ewwel Gwerra Dinjija twieled fl 1996 motoċiklista professjonali twieled fl 1982 motoċiklista professjonali twieled fl 1959 motoċiklista professjonali u maniġer ta tim tas Superbike twieled fl 1946 attur twieled fl 1962 prezentatur televiziv 1831 1881 esploratur għall ħabta tad 951 għall ħabta tal 1025 1027 superjur tal qassisin u fundatur tal Ordni Camaldolese 1493 1527 twieled fl 1947 fotografu tal moda 1821 1873 konduttur 1875 1932 matematiku 1606 1647 fiziku u matematiku twieled fl 1969 negozjant u fundatur ta YOOX twieled fl 1971 artist muziċista u kompozitur 1790 1857 artist twieled fl 1971 fotografuIktar qariCameron Averil Ravenna Capital of Empire Crucible of Europe History Today pp 94 97 Janet Nelson Judith Herrin Ravenna its role in earlier medieval change and exchange London Institute of Historical Research 2016 ISBN 9781909646148 Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Early Christian Monuments of Ravenna UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 02 08 a b ċ d e f Deborah M Deliyannis Ravenna in Late Antiquity Cambridge University Press 2010 Mascanzoni Leardo 1990 Ravenna Una storia millenaria in Italian Giunti Barbera Editore pp 3 50 Noble Thomas F X 1984 The Republic of St Peter The Birth of the Papal State 680 825 Philadelphia Pennsylvania University of Pennsylvania Press ISBN 0 8122 1239 8 Canada Veterans Affairs 2021 06 23 Canada Italy 1943 1945 The Second World War History Remembrance Veterans Affairs Canada www veterans gc ca Miġbur 2022 02 10 Jones Tom 2012 Nostradamus Pittsburgh PA Dorrance Publishing ISBN 9781434918239 Reading Mario 2009 The Complete Prophesies of Nostradamus London Watkins Publishing ISBN 9781906787394 Ravenna Wilde Oscar www infomotions com Miġbur 2022 02 10 Tolkien s annotated map of Middle earth discovered inside copy of Lord of the Rings the Guardian bl Ingliz 2015 10 23 Miġbur 2022 02 10 Gemellaggi bit Taljan Miġbur 2022 02 10