Il Mixja Neokatekumenali jew Neokatekumenat hija Katekumenat Post Batteżimali ċioè proċess ta inizjazzjoni Kristjana fi
Mixja Neokatekumenali

Il-Mixja Neokatekumenali jew Neokatekumenat hija Katekumenat Post-Batteżimali, ċioè proċess ta' inizjazzjoni Kristjana fi ħdan il-Knisja Kattolika li hija ddedikata għall-formazzjoni ta' fidi adulta. Hija nbdiet mill-pittur Spanjol Kiko Arguello fil-bidu tas-sittinijiet u ntlaqgħet bl-approvazzjoni tal-Kurja Rumana. Tul dawn l-aħħar tletin sena, hija għenet biex jiffurmaw iżjed minn 73 Seminarju Missjunarju Djoċesan madwar id-dinja. F'Ġunju tal-2002, is-Santa Sede approvat l-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali "ad experimentum" filwaqt li l-Knisja Kattolika tat l-approvazzjoni finali tagħha f'Ġunju tal-2008 fejn il-Mixja Neokatekumenali ġiet iddikjarata "Personae Giuridca Publica", jiġifieri f'dak kollu illi tagħmel il-Mixja Neokatekumenali, qiegħda tiġi rrapreżentata l-Knisja Kattolika. . Il-Mixja Neokatekumenali hija preżenti f'disa' mitt (900) djoċesi..
Il-Bidu tal-Mixja Neokatekumenali
Il-Mixja Neokatekumenali bdiet fl-1964 fil-faqar ta Palomeras Atlas, ġewwa Madrid, frott ix-xogħol ta' Kiko Arguello u Carmen Hernandez, illi bdew iħabbru l-Vanġelu lill-fqar tal-post. Hekk kif beda jgħaddi ż-żmien, din il-Kerygma (Aħbar tajba) ġiet imnedija f'sintesi katetika, fuq it-tripied; "Kelma t'Alla - Liturġija - Komunità", illi tfittex li twassal lin-nies f'komunjoni fraterna u fidi matura.
Din l-esperjenza katetika ġdida, imwielda fit-tiġdid tal-Konċilju Vatikan it-Tieni, ġibdet l-attenzjoni u l-interess profond tal-Arċisqof Casimiro Morcillo, li kien l-Arċisqof ta' Madrid, illi inkoraġġixxa lill-inizjaturi tal-Mixja biex ixerrduha fil-parroċċi li riduha. Din l-esperjenza ta' evanġelizzazzjoni b'hekk xterdet gradwalment fl-Arċidjoċesi ta' Madrid u fi djoċesijiet oħra Spanjoli.
Minn hemmek xterdet ukoll fl-Italja fejn, bil-permess tal-Kardinal Angelo dell'Acqua, li dak iż-żmien kien il-Vigarju Ġenerali tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Pawlu VI għad-distrett ta' Ruma, l-ewwel Komunità Neokatekumenali bdiet fil-parroċċa tal-Madonna tas-Sagrament Imqaddes u fil-parroċċa tal-Martri Kanadiżi. Minn dak iż-żmien 'il hemm, il-Mixja Neokatekumenali kompliet tinxtered fi djoċeżijiet madwar id-dinja kollha, fil-kontinenti kollha u f'iżjed minn mija u għoxrin pajjiż.
L-Isem ta' din l-inizjattiva ta' fidi ġej mill-katekumenat tal-Knisja Nisranija bikrija, illi kien iż-żmien ta' katekiżmu ta' qabel il-magħmudija.
Il-Komunitajiet Neokatekumenali
Il-Mixja Neokatekumenali hija itinerarju ta' Formazzjoni Kattolika, valida għas-soċjetà u għaż-żminijiet tal-lum.
Il-Mixja Neokatekumenali hija għas-servizz tal-isqfijiet bħala forma ta' implimentazzjoni djoċesana tal-inizjazzjoni fil-ħajja Nisranija u ta' edukazzjoni tal-fidi, skont l-indikazzjonijiet tal-Konċilju Vatikan II u l-Maġisteru tal-Knisja. .
Hija magħmula minn katekumenat post-batteżimali (jew katekumenat batteżimali għall-membri li ma rċevewx il-magħmudija), edukazzjoni li tkompli fil-fidi u servizz ta' katekeżi. .
Il-Mixja Neokatekumenali hija implimentata fid-djoċeżijiet taħt id-direzzjoni tal-Isqof Djoċeżan u taħt it-tmexxija tal-ekip Responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali, skont il-linji proposti mill-inizjaturi tagħha.
Dawn il-kwotazzjonijiet huma meħuda mill-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali maħruġa u approvati f'Ġunju tal-2002. Huma ġew ukoll tradotti u ppubblikati bil-Malti.
Struttura tal-Mixja
Il-Mixja Neokatekumenali, fidila għall-mudell tal-Knisja primittiva, hija strutturata bħala itinerarju bit-tarġiet, fidila wkoll għall-ispirazzjoni oriġinali biex "Tagħmel Komunità Nisranija bħall-Familja Mqaddsa ta' Nazzaret, illi tgħix f'umiltà, sempliċità, tifħir u fejn l-ieħor huwa Kristu" .
L-Itinerarju Neokatekumenali, jibda fil-parroċċa b'ċiklu ta' katekeżijiet, illi huma mqassma fuq xahrejn, fejn hija ppreparata u mħabbra l-Kerygma, l-Aħbar it-tajba tal-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesù Kristu. Fl-aħħar ta' dan il-perjodu, b'dawk illi jilqgħu s-sejħa li jibdew dan il-katekumenat post-batteżimali, il-komunità neokatekumenali tifforma. Din il-komunità hija fdata fil-kura pastorali tal-kappillan u ta' saċerdoti oħra fil-parroċċa, u tibda l-vjaġġ tagħha permezz tat-tripied tal-Ħajja Kristjana: Kelma ta' Alla, Liturġija u Komunità.
- L-ewwel fażi, il-katekumenat post-batteżimali, huma żmien neċessarju li fih titgħallem l-umiltà u li tgħin lill-membri tal-komunità jirbħu i-sempliċita interjuri nisranija.
- Id-Daħla għat-Talb (jingħata l-Liturġija tas-Sigħat)
- It-'Traditio Simboli' (l-għoti tal-Kredu), illi tkompli b'testimonjanza pubblika tal-fidi, ir-'Redditio Simboli'.
- L-għoti tat-talba tal-Missierna u l-akkoljenza tal-imħabba materna tal-Verġni Mqaddsa Marija.
- L-aħħar fażi li tiskopri mill-ġdid il-magħmudija hija fl-elezzjoni, fejn il-membri jitgħallmu jgħixu fit-tifħir ta' Alla. Dan il-perjodu jispiċċa bir-rinnovament tal-wegħdiet tal-magħmudija fil-Velja tal-Għid, preseduta mill-Isqof Lokali.
Responsabbli tal-Mixja
Bħalissa, l-ekipp internazzjonali responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali huwa magħmul mill-inizjaturi Kiko Arguello u Carmen Hernandez (it-tnejn Spanjoli), u minn presbiteru Taljan, Patri Mario Pezzi, mid-Djoċesi ta' Ruma. L-ekipp internazzjonali jinnomina l-kulleġġ elettorali (magħmul minn tmenin sa mija u għoxrin membru) illi huwa fdat bl-elezzjoni ta' Ekipp Responsabbli Ġdid. ).
Jiddependu mill-ekipp internazzjonali, l-ekippijiet lokali tal-Katekisti Itineranti (madwar seba' mija), mlaħħqa mill-ekipp internazzjonali tal-mixja Neokatekumenali fid-diversi pajjiżi jew reġjuni tad-dinja. Huma jikkontribwixxu fil-furmar tal-ewwel komunitajiet neokatekumenali ta' parroċċa, u jżommu kuntatt regolari mal-isqfijiet tad-Djoċesi fejn jaħdmu; l-ekippijiet itineranti jżommu wkoll kuntatt kontinwu mar-responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali, filwaqt illi jżuru l-komunitajiet li kkatekizzaw u jieħdu ħsieb l-iżvilupp tal-Mixja Neokatekumenali fit-territorju mogħti lilhom, waqt li jkunu totalment fidili lejn il-kariżma mogħtija lill-inizjaturi u ubbidjenti għall-Ordinarju Lokali.
Dawn l-ekippijiet ta' katekisti itineranti għall-evanġelizzazzjoni huma normalment iffurmati minn irġiel ċelibi jew nisa, minn koppji lajċi miżżewġa u bi presbiteru (saċerdot), bil-permess tal-Isqof jew tas-superjur tiegħu. Dawn joffru lilhom infushom liberalment u bir-rieda tagħhom, iħallu djarhom, il-karriera u l-ħbiberiji u jkunu lesti illi jintbgħatu f'liema parti tad-dinja, mingħajr sigurtajiet ekonomiċi, u jafdaw fil-Provvidenza Divina. Il-katekisti itineranti jibqgħu f'kuntatt kontinwu mal-parroċċa u il-komunità tagħhom, fejn huma jirritornaw perjodikalment. F'liema ħin iridu, huma jistgħu jinħallu mill-missjoni tagħhom.
L-Itineranti jistgħu jagħtu bidu għall-mixja Neokatekumenali fi djoċesi oħra wara li ssir talba tal-Kappillan u bil-permess tal-Ordinarju.
Attività Missjunarja
Quddiem is-sekularizzazzjoni tal-Ewropa ta' Fuq u inħawi kbar tad-dinja, l-Inizjaturi tal-Mixja Neokatekumenali bdew l-esperjenza tal-Familja fil-Missjoni, biex permezz ta' din il-kariżma, iħawlu il-preżenza tal-Knisja Kattolika fil-pajjiżi fejn ma teżistix jew waslet biex tmut ("Implantatio Ecclesiae" jew biex isaħħu l-komunitajiet kattolici f'inħawi partikolarment diffiċli.
Il-Papa Benedittu XVI feda dan il-mandat missjunarju lil madwar mitejn familja illi bdew din il-missjoni fit-tnax ta' Jannar 2006, u ġab in-numru ta' familji fil-Missjoni tal-Mixja Neokatekumenali għal iżjed minn ħames mija madwar id-dinja kollha. Il-familji l-oħra ntbgħatu kollha mill-Papa Ġwanni Pawlu II. .
Is-Seminarji Redemptoris Mater
Dawn is-Seminarji Djoċesani huma l-frott tal-Konċilju Vatikan II u tal-viżjoni profetika tal-Papa Ġwanni Pawlu II. L-idea li jitwaqqfu dawn is-seminarji bdiet ġewwa Ruma, id-djoċesi tal-Papa nnifsu, biex iwaqqfu seminarju b'dawn il-karatteristiċi:
- internazzjonali, jiġifieri b'vokazzjonijiet ġejjin minn diversi pajjiżi, u
- missjunarju, jiġifieri wara l-ordinazzjoni, il-presbiteri huma lesti imorru fejn jibgħathom l-Ordinarju. http://www.vatican.va/archive/hist_councils/ii_vatican_council/documents/vat-ii_decree_19651207_presbyterorum-ordinis_en.html.
Fl-1988, l-ewwel Seminarju Redemptoris Mater ġie mwaqqaf mill-Kardinal Poletti, Vigarju tal-Papa f'Ruma.
Dawn is-seminarji għandhom vokazzjonijiet imwielda fil-mixja Neokatekumenali. Is-seminaristi ta' dawn is-seminarji għandhom l-istess formazzjoni edukazzjonali bħas-seminarji djoċesani l-oħrajn, skond id-direttivi tal-pajjiżi fejn jinstabu.
Is-Seminarji Redemptoris Mater mhumiex Seminarji tal-Mixja Neokatekumenali, imma Seminarji Djoċesani taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ordinarju.
Sal-lum, 'il fuq minn tlieta u sebgħin (73) Seminarju Redemptoris Mater ġew miftuħa f'ħames kontinenti, u minnhom ġew ordnati iżjed minn elf u ħames mitt presbiteru.
Appoġġ u Tifħir mingħand il-Papiet
Minn mindu bdiet il-Mixja Neokatekumenali, dejjem sabet appoġġ kbir u kontinwu mingħand il-Papiet. L-ewwel Papa li laqgħa l-Mixja Neokatekumenali kien Pawlu VI, li fetaħ il-bibien sabiex tiġi rikonoxxuta u megħjuna.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II jibqa magħruf bħala l-Papa li tant ta apoġġ u għajnuna lill-Mixja Neokatekumenali. Sa minn mindu kien Arċisqof Kardinal fi Krakovja, il-Polonja, huwa laqa' l-Mixja Neokatekumenali fid-Djoċesi tiegħu. Dejjem semma l-Mixja Neokatekumenali bħala "itininerarju validu għaż-żminijiet tal-lum", u ħadem ħafna sabiex l-Istatuti jgħaddu u b'hekk il-Mixja Neokatekumenali tkun rikonoxxuta uffiċjalment mill-Knisja. Huwa qies dejjem lill-Mixja Neokatekumenali bħala strument utli ħafna għall-evanġelizzazzjoni l-ġdida u inkoraġġixxa kemm felaħ saħansitra lill-isqfijiet u 'l-kappillani biex jiftħu l-bibien għall-Mixja. Huwa wkoll għamel ir-rit Neokatekumenali bħala rit uffiċjali tal-Knisja Kattolika.
Il-Kardinal Ratzinger fetaħ il-Mixja Neokatekumnali ġewwa Munich, il-Ġermanja fuq xewqa tiegħu nnifsu fis-sebgħinijiet meta kien għadu Arċisqof ta' Munich, u offra ħafna appoġġ, tant illi taħtu għaddew l-istatuti u ġew approvati waqt li kien għadu l-Kap tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Wara li sar Papa Benedettu XVI, bagħat 'il fuq minn mitejn familja fil-Missjoni filwaqt illi faħħar il-frott tal-Mixja Neokatekumenali. Fis-sena 2007, huwa semma l-Mixja Neokatekumenali bħala eżempju ċar ta' kollaborazzjoni u koperazzjoni bejn il-"movimenti" u l-kappillani, u ħeġġeġ lill-movimenti biex jaddottaw l-istess attitudni. Fi kliemu stess, il-Papa ta, bħala eżempju, il-proċess tal-approvazzjoni tal-istatuti tal-Mixja Neokatekumenali: "Kienet triq twila, b'ħafna kumplikazzjonijiet li għadhom kultant iseħħu s'issa, imma sibna mod ekkleżjali li tant tejjeb ir-relazzjoni bejn il-kappillan u il-mixja; u hekk aħna nimxu 'il quddiem!" "...L-istess huwa veru għall-movimenti l-oħrajn!" żied ukoll.
Fi Frar tal-2007, wara dan id-diskors tal-Papa Benedettu XVI, l-Isqfijiet tad-diversi riti kattoliċi tal-Art Imqaddsa ssuġġerew lill-Mixja Neokatekumenali bħala mudell ta' koperazzjoni u żiedu jgħidu: "Għeżież aħwa tal-Mixja: Nilqgħukom fid-djoċesijiet tagħna!" "Nirringrazzjaw lil Alla tal-grazzja illi l-Mulej takom u tal-Kariżma li l-Ispirtu s-Santu nissel fil-Knisja permess tal-ministeru tagħkom ta' formazzjoni post-batteżimali. Ninsabu grati ħafna tal-preżenza tagħkom fi wħud mill-parroċċi tagħna, għat-tħabbir tal-Kelma ta' Alla, għall-għajnuna li tagħtu lill-fidili billi ssaħħu l-fidi tagħhom u tgħinuhom fil-Knejjes lokali tagħhom.
Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ
Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (magħruf iżjed bħala 'World Youth Day'), huwa avveniment li jseħħ, bejn wieħed u ieħor, kull sentejn jew tlieta. Huma avvenimenti organizzati mill-Knisja Kattolika, fejn żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha jinġabru flimkien mal-Papa f'belt partikolari magħżula f'xi parti tad-dinja. Il-Mixja Neokatekumenali huwa organizzatur attiv ħafna fi ħdan dawn il-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ u kull darba tiġbor għexieren ta' eluf ta' żgħażagħ mill-komunitajiet Neokatekumenali biex jattendu l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
Matul l-aħħar Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li sar f'Kolonja fil-Ġermanja f'Awwissu tal-2005, kważi mitt elf (100,000) żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neokatekumenali rħewlha lejn Kolonja; kważi wieħed minn kull għaxra taż-żgħażagħ kollha li kienu attendew dan l-avveniment. Kienu tliet mija u ħamsin iż-żgħażagħ tal-Mixja Neokatekumenali f'Malta li telgħu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f'Kolonja.
Wara il-laqgħa tal-Papa maż-żgħażagħ, l-inizjaturi tal-Mixja Neokatekumenali jorganiżżaw laqgħa maż-żagħżagħ tal-Mixja Neokatekumenali, u fl-aħħar ta' din il-laqgħa issir sejħa għall-vokazzjonijiet. F'Bonn fl-2005, madwar elf u ħames mitt (1500) ġuvintur irrispondew għall din is-sejħa, flimkien ma' disa mitt tfajliet (900) li ħassewhom imsejħin biex jidħlu f'ħajja reliġjuża. Dawn iż-żagħżagħ wara jibdew proċess ta' dixxerniment (imsejħin gruppi vokazzjonali) fid-djoċesijiet jew il-parroċċi tagħhom, li jista' jwassalhom għall-presbiterat jew ħajja ikkonsagrata.
Laqgħa Neokatekumenali maż-żgħażagħ ġewwa Loreto
Fl-4 ta' Settembru 2007, tħejjiet laqgħa għal dawk iż-żgħażagħ mill-Mixja Neokatekumenali li telgħu għall-pellegrinaġġ ta' Loreto.
Il-laqgħa f'Montorso, limiti ta' Loreto, seħħet sabiex il-Papa Benedittu XVI ikun jista' jiltaqa' maż-żgħażagħ tal-Ewropa kollha, li fil-laqgħa kienu jlaħħqu mal-ħames mitt elf. Din il-laqgħa ssemmiet "Agora' dei Giovani". L-għada, jiġifieri fl-4 ta' Settembru, ġew imlaqqgħa fl-istess post in-Neokatekumeni, li kienu numru kbir sew, dak ta' mitt elf mill-Ewropa biss. Minnhom kien hemm ukoll 320 żagħżugħ minn Malta.
Fl-aħħar ta' din il-laqgħa saret sejħa għall-vokazzjonijiet, u 3,200 żagħżugħ u żagħżugħa offrew ruħhom għall-ħajja ikkonsagrata. Minnhom kien hemm 2000 ġuvni u 1200 tfajla.
Statistiċi tal-Mixja Neokatekumenali madwar id-dinja
Din l-istatistika turi in-numru ta' komunitajiet Neokatekumenali fl-Ewropa, fl-Amerika ta' Fuq u fl-Amerika t'Isfel, fl-Asja, fil-Lvant Nofsani, fl-Oċeanja u fl-Afrika. Fi djoċesi tiġi stabbilita l-Mixja Neokatekumenali fuq stedina tal-Isqof. Imbagħad, il-komunitajiet huma stabbiliti ġewwa parroċċa u kull komunità normalment ikollha bejn 30 u 50 persuna.
L-ikbar numru ta' komunitajiet fl-Ewropa (u fid-Dinja) huma fl-Italja.
Spanja, il-Polonja, il-Portugall, il-Kroazja u Malta għandhom numru kbir ta' komunitajiet ukoll. Interessanti ħafna li l-akbar densità ta' komunitajiet per capita tinsab appuntu f'Malta! B'mitt komunità fi gżira ta' erba' mitt elf ruħ. Guam fil-paċifiku jiġi it-tieni b'ħamsa u tletin komunita (popolazzjoni ta' 115,000)
Hemm madwar ħames mitt komunità fl-Istati Uniti tal-Amerika. L-Amerika t'Isfel u l-Amerika Ċentrali, kif ukoll il-Messiku għandhom eluf ta' komunitajiet kull wieħed. Pajjiżi oħra b'numri kbar ta' komunitajiet jinkludu l-Filippini b'iżjed minn sitt mitt komunità. L-Awstralja għandha ħamsin komunità. Il-komunitajiet fl-Afrika jgħoddu mat-tmien mija u qegħdin jiżdiedu b'rata mgħaġġla.
L-Istatuti; Approvazzjoni tal-Mixja Neokatekumenali bħala Katekumenat post-Batteżimali
L-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali ġew approvati f'Ġunju tal-2002 mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, u huma mmarkati bħala ad experimentum, għal ħames snin, sa Ġunju tal-2007. Id-Direttorju Katetiku tal-Mixja diġà kien approvat mill-Kongregazzjoni għad-duttrina tal-Fidi, meta kienet immexxija mill-Kardinal Ratzinger.
L-Istatuti ġew approvati b'mod definittiv mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, nhar il-11 ta' Mejju 2008, Solennità ta' Pentekoste.
Kif jixhed l-isem, l-Istatuti huma r-rikonoxximent uffiċjali tal-Mixja bħala katekumenat post-batteżimali tal-Knisja Kattolika u jiddeskrivu kif tiffunzjona, waqt li d-Direttorju Katetiku għandu fih il-metodu u l-punti katetiċi tal-Mixja.
Il-Mixja Neokatekumenali f'Malta
Il-Mixja Neokatekumenali f'Malta twieldet fl-1973 fuq stedina tal-kappillan tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, Dun Ġużepp Mifsud Bonniċi, wara li l-Arċisqof ta' dak iż-żmien, Mons Mikiel Gonzi ta l-approvazzjoni tiegħu. Il-Katekisti Itineranti li introduċew il-Mixja Neokatekumenali f'Malta huma Eusebio u Gulietta Astiaso, u huma wkoll katekisti ta' żewġ reġjuni fl-Italja, l-Abruzzo u il-Marche. Mill-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, il-Mixja xterdet ukoll fil-parroċċi tal-Mosta, San Ġwann u Gwardamanġa.
Il-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, il-parroċċa ta' Santa Maria tal-Mosta u Tal-Madonna ta' Lourdes f'San Ġwann (inċidentalment dawn it-tliet parroċċi huma kollha ddedikati lill-Madonna) huma meqjusin bħala parroċċi prinċipali f'Malta fejn tidħol il-Mixja Neokatekumenali. Minnhom ħarġet il-mixja fil-parroċċi l-oħrajn f'Malta. In-numru ta' parroċċi f'Malta u Għawdex fejn il-Mixja Neokatekumenali hija attiva fihom, huwa ta' 26. F'Għawdex, il-Mixja Neokatekumenali tinsab fil-Katidral u fis-Sannat.
Il-Mixja f'Malta tinsab fil-lokalitajiet u l-parroċċi segwenti;
- Immakulata Kunċizzjoni (Ħamrun)
- San Gejtanu (Ħamrun)
- Mosta
- San Ġwann
- Gwardamanġa
- Il-Belt Valletta
- L-IMsida
- San Pawl il-Baħar
- Il-Qawra
- Il-Kalkara
- Ħal Għaxaq
- Iż-Żejtun
- Iż-Żurrieq
- Ħal Luqa
- Raħal Ġdid
- Ħal Balzan
- Birkirkara
- Marsaxlokk
- Il-Fgura
- Ħal Qormi
- Ħaż-Żabbar
- Ir-Rabat (Għawdex)
- Ta' Sannat (Għawdex)
- Santa Venera
- Swatar
F'dawn il-parroċċi kollha, kull sena jsiru l-katekeżijiet. Aktar informazzjoni fuq id-dati tal-katekeżijiet jista jinġieb mingħand il-kappillani tal-parroċċi rispettivi.
Minn dak iż-żmien 'il hawn, il-Mixja f'Malta xterdet tant li Malta saret l-iżjed pajjiż b'komunitajiet skont il-popolazzjoni ta' pajjiż. F'Malta hawn 'il fuq minn mitt (100) komunità Neokatekumenali u n-numru ta' dawk li jagħmlu din il-mixja jaqbeż it-tlett elef (3000) ruħ.
Fil-Parroċċa tal-Mosta jinsab iċ-Ċentru Neokatekumenali Djoċesan, magħruf bħala l-"Katekumenju". Fih saru wkoll ħafna laqgħat tas-Sinodu Djoċesan. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni (Ħamrun) qiegħed jinbena Katekumenju ġdid.
Il-Komunitajiet Neokatekumenali f'Malta taw ħafna frott, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Diversi huma ż-żwiġijiet li salvaw mit-tkissir, u ħafna huma l-familji kbar u Nsara li ffurmaw.
Mill-komunitajiet Neokatekumenali twieldu ħafna vokazzjonijiet u kariżmi. Dawn jinkludu familji itineranti, presbiteri itineranti u fil-missjoni, familji fil-missjoni, rġiel u nisa li offrew ħajjithom għall-evanġelizzazzjoni kemm bħala itineranti kif ukoll bħala servizz għall-familji fil-missjoni, fis-Seminarji Redemptoris Mater u seminaristi.
Kemm fil-passat u kif ukoll illum, dawn il-vokazzjonijiet u kariżmi kollha li ħarġu minn Malta, wettqu u għadhom iwettqu xogħol ta' evanġelizzazzjoni f'diversi pajjiżi barra minn Malta, bħall-Indja, il-Pakistan, il-Filippini, is-Sri Lanka, il-Veneżwela, il-Libya, il-Kenja, il-Ġorġja, l-Olanda, l-Awstralja, Franza, l-Istati Uniti, il-Gżejjer Turks & Caicos (fil-Karibew), il-Guam, il-Paċifiku (Kiribati, Hawaii, Saipan), l-Albanija, il-Korea t'Isfel, il-Finlandja, l-Iżvizzera, l-Italja, l-Irlanda, l-Ingilterra, iċ-Ċina u t-Tajwan.
Letteratura
- AA, VV., El Camino Neocatecumenal: de las barracas de Madrid a los Estatutos de Roma: Vida Nueva, n° 2338 (20 de julio de 2002) 23-30.
- AA. VV., En la cárcel, pero libres!, Bilbao 1996.
- AGUDO, J., De quincalleros transeúntes a predicadores de la Palabra: "YA" (Domingo 15 de marzo de 1987) 35;
- "Iglesia y carismas", en Del temor a la esperanza (t. II), Madrid 1993, 232.
- ARRIETA, J.I., Observaciones canónicas sobre el Estatuto del Camino. Itinerario de formación, no asociación ni movimiento: Alfa y Omega, n° 314 (4 de julio de 2002) 6-7.
- AZCONA, E, Las Comunidades Neocatecumenales. Una experiencia de evangelización a través de la Parroquia, Oficina de Estadística y Sociología de la Iglesia, Madrid 1992.
- BLAZQUEZ, R., Comunidades neocatecumenales: un camino de iniciación cristiana: Teología y Catequesis 4 (1984) 603-641;
- Las comunidades neocatecumenales, Bilbao 1988;
- La carta del Papa sobre las comunidades neocatecumenales: Ecclesia n. 2.508, (29-12-1990) 1965-1968;
- El Camino neocatecumenal y la formación para el presbiterado en el seminario Redemptoris Mater de Roma: Communio 12 (1990) 452-471;
- Initiación cristiana y nueva evangelización, Bilbao 1992;
- "María en el Camino Neocatecumenal", en Catecumenado en la Iglesia, Valencia 1998, 81-115.
- La Nuova Evangelizzazione, editore Grafitalica, 2000.
- Guai a me se non annunciassi il vangelo. Iniziazione cristiana e nuova evangelizzazione, edizioni Grafite (collana "Biblioteca Neocatecumenale"), 1997.
- BOGARIN, J., Los movimientos eclesiales en la VII Asamblea General Ordinaria del Sínodo de los Obispos: REDC 47 (1990) 69-135;
- La institucionalización del camino neocatecumenal. Comentario a sus estatutos: REDC 59 (2002) 705-825.
- BONETE, E., Reflexiones sobre la relación entre el Camino Neocatecumenal y el Concilio Vaticano II: Communio (noviembre-diciembre 1996), 547-555;
- La faz oculta de la modernidad, Madrid 1995;
- Éticas en esbozo, Bilbao 2003;
- Libres para morir? En torno a la Tanato-Ética, Bilbao 2004.
- BOROBIO, D., Catecumenado para la evangelización, Madrid 1997;
- El catecumenado y su situación en la Iglesia actual: Teología y Catequesis, 83 (julio-septiembre 2002) 77-112.
- BUGNINI, A., La riforma liturgica (1948-1975), CLV Edizioni liturgiche, Roma 1983 (la edición en castellano: La reforma de la Liturgia 1948-1975, Ed, Catolica, Madrid 1999);
- Catecumenato per la maturazione nella fede: Notitiae 10 (1974) 228-230; "Comunidades neocatecumenales", en AA. VV., Comunidades plurales en la Iglesia, Madrid 1981.
- BUTTURINI, G., Cammino catecumenale: una iniziazione cristiana alia fede: Credere Oggi 15 (1995) 109-126;
- Cammino: un autoritratto: II Regno-Doc 3 (1996) 121-128.
- CASTELLANO, J., Carismas para un "tercer milenio". Movimientos eclesiales y nuevas tendencias, Monte Carmelo, Burgos 2003.
- DEVOTO, P., Il neocatecumenato. Un'iniziazione cristiana per adulti, editore Chirico, Napoli, 1994.
- COLLADO, E., El Camino Neocatecumenal (los kikos).;Qué antropología? Qué teología? Qué moral?: Sal Terrae (abril 1996) 301-312.
- CONTI G.,, Neocatecumenali al bivio. Sussidio per una scelta (fra Catechismo della Chiesa Cattolica e catechismo di Kiko Argüello), edizioni Segno, Udine, 1996.
- CORDES, P.J., Nouveaux mouvements spirituels dans l'Église: Nouvelle Revue Theo-logique 109 (1987) 49-65;
- Una participación activa. Aproximación pastoral a la celebración de la Eucaristía en pequeñas comunidades, Bilbao 1998;
- "Kiko Argiiello, fundador del Camino Neocatecumenal", en Signos de esperanza, Madrid 1998, 13-33.
- DEL PALACIO, J.L., Comunidades neocatecumenales, Boletín del Arzobispado de Arequipa, n.15 (1986) 27-30;
- El catecumenado postconciliar de adultos, forma privilegiada de la evangelización de la Iglesia local. Estudio del Catecumenado en el Concilio Vaticano II y en el Ritual de Iniciación Cristiana de Adultos, Bilbao 1999;
- Arquitectura, Liturgia y Nueva Estética en el Tercer Milenio para la Nueva Evangelización (Inauguración del año académico 2001 en el Seminario Diocesano Misionero Redemptoris Mater Juan Pablo II del Callao-Peru);
- Arquitectura y Liturgia, Bilbao 2000.
- DELLA TORRE. L., Le comunita catecumenali: Rivista di Pastorale Liturgica 48 (1971) 512-515;
- Significato teologico-pastorale dell'OICA: RPL n. 5 (1973) 9-20; I DELLA TORRE. L., Neocatecumenato: Communio 32 (1977) 58-68;
- Balance de las aplicaciones del OICA: Concilium 142 (1979) 225-232.
- DELLA TORRE, L., SARTORE, D., Considerazioni pastorali sui Capitoli IV e V de, RICA: RPL n° 66 (1979) 471-493.
- DI GIOVANNI, C., Éramos terroristas, Bilbao 1993.
- ELORRIAGA, C., El Camino Neocatecumenal dentro de la iniciación cristiana de adultos: Comunidades n° 55 (octubre-diciembre 1986) 199-208;
- Bautismo y espiritualidad neocatecumenal: Revista de Espiritualidad, n° 184-185 (1987) 369- 388;
- San Cirilo de Jerusalen, Bilbao 1991;
- Bautismo y Catecumenado en la tradición patrística y litúrgica, Baracaldo 1998.
- ENGELS, I., Der Neokatechumenat: Liturgisches Jahrbuch 29 (1979) 180-185.
- FARNES, P., La celebración eucarística en pequeños grupos: Salmanticensis 43 (mayo- agosto 1996) 281-295.
- FAVALE, A.,' Movimenti ecclesiali (IV Comunita neocatecumenali)', en Nuovo Dizionario di Mariologia (ed. S. De Fiores y S. Meo) 965-968.
- FERNANDEZ, P., Cuestiones teológico-pastorales sobre la initiación cristiana: Ciencia Tomista 407 (septiembre-diciembre 1998) 529-567;
- FLORISTAN, C., El fenómeno de las Comunidades de Base en España: Pastoral Misionera 4 (1974);
- Modelos de comunidades cristianas: Sal Terrae 67 (1979) 6 72 y 145-154.
- FUENTES, A., Camino Neocatecumenal. Experiencia de un párroco: Communio 7 (1985) 185-188;
- Miles de jóvenes del Camino Neocatecumenal descubren su vocación sacerdotal y religiosa: Vida Religiosa. Boletín informativo 59 (1985 240-241;
- La espiritualidad del Camino Neocatecumenal: Vida Sobrenatural 1995;
- El Neocatecumenado: Un camino de iniciación cristiana, Bilbao 1996.
- PASOTTI, E. (a cura di), Il Cammino Neocatecumenale secondo Paolo VI e Giovanni Paolo II, edizioni Paoline, 1993
Referenzi
- ^ http://www.vatican.va/roman_curia/pontifical_councils/laity/documents/rc_pc_laity_doc_20020701_cammino-neocatecumenale_en.html
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-04-16. Miġbur 2007-03-13.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ http://www.vatican.va/roman_curia/pontifical_councils/laity/documents/rc_pc_laity_doc_20020701_cammino-neocatecumenale_en.html
- ^ John Paul II, Lett. Ogniqualvolta, 30 August 1990, AAS 82 (1990) 1515.
- ^ Statute of the Neocatechumenal Way, Title 1, Art. 1, § 2
- ^ Statute of the Neocatechumenal Way, Title 1, Art. 1, § 3
- ^ Statute of the Neocatechumenal Way, Title 1, Art. 2 and John Paul II, Lett. Ogniqualvolta, 30 August 1990, AAS 82 (1990) 1515
- ^ John Paul II - Address to Neocatechumenal Way, 24 January 1997, n. 4; ORE, 5 February 1997, p. 9 L-istorja issib posta fil-bidu u l-espansjoni tal-movimenti u l-gruppi ekkleżjali illi huma wħud mill-isbaħ frott tar-rinnovament spiritwali mibdi mil-Konċilju Vatikan it-Tieni. Dan kien u għadu rigal kbir tal-Ispirtu s-Santu u sinjal imdawwal ta' tama fuq l-għatba tat-tielet millenju. Kemm il-qassisin u kemm il-lajċi gġandhom jilqgħu dan ir-rigal bi gratitudni, kif ukll b'sens ta' responsabbilta', waqt li jżommu f'moħħhom li "fil-Knisja, kemm l-aspetti istituzzjonali u l-aspetti kariżmatiċi, il-ġerarkija u l-għaqiet u l-movimenti tal-fidili huma ko-essenzjali, u għalkemm b'modijiet differenti, jikkontribwixxu għall-ħajjitha, rinnovament u qdusija" (lil parteċipanti tal-Kulleġġ Internazzjonali tal-Movimenti Ekkleżjali, Insegnamenti, Vol. X/1, 1987, 478). Fid-Dinja sekulariżżata tal-lum, l-evanġeliżżazjoni l-ġdida tirrapreżenta sfida fundamentali. Il-movimenti ekkleżjali, illi huma immarkati preċiżament biż-żelu missjunarju tagħhom, huma msejjħa għal involviment speċjali fi Spirtu ta' komunjoni u kollaborazzjoni. Fl-Enċiklika Redemptoris Missio, jien ktibt fuq dan: "Meta dawn il-movimenti umilment ifittxu illi jsiru parti mil-ħajja tal-Knejjes lokali u huma mistiedna mill-Isqfijiet u s-saċerdoti fi ħdan l-istrutturi djoċeżani u parrokjali, huma jirrapreżentaw il-veru rigal ta' Alla kemm għall-evanġeliżżazjoni l-ġdida u għall-attivita' missjunarja kif hija msemmija sewwa sew. Jiena għalhekk nirrakomanda illi huma jixterdu, u li jingħataw enerġija ġdida, speċjalment qalb iż-żagħżagħ, għall-ħajja Nisranija" (n. 72).
- ^ Cfr. Art. 35 of the Statute. The list of the members of the Electoral College is deposited with the Pontifical Council for the Laity, and is updated every five years providing substitution of any whom through death, retirement or for grave reasons has ceased to be part of the college.
- ^ Benedict XVI speech to Neocatechumenals (English translation), 12-Jan-2006.
- ^ A first version of the Statutes got no approval in 1999; a second version also got no approval in late 1999.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mixja Neokatekumenali |
- (IT) Sit uffiċjali Neokatekumentali
- (ES) Redemptoris Mater Seminaries
- (IT) Blogg fuq il-Mixja Neokatekumenali
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mixja Neokatekumenali, X'inhi Mixja Neokatekumenali? Xi tfisser Mixja Neokatekumenali?
Il Mixja Neokatekumenali jew Neokatekumenat hija Katekumenat Post Battezimali ċioe proċess ta inizjazzjoni Kristjana fi ħdan il Knisja Kattolika li hija ddedikata għall formazzjoni ta fidi adulta Hija nbdiet mill pittur Spanjol Kiko Arguello fil bidu tas sittinijiet u ntlaqgħet bl approvazzjoni tal Kurja Rumana Tul dawn l aħħar tletin sena hija għenet biex jiffurmaw izjed minn 73 Seminarju Missjunarju Djoċesan madwar id dinja F Ġunju tal 2002 is Santa Sede approvat l Istatuti tal Mixja Neokatekumenali ad experimentum filwaqt li l Knisja Kattolika tat l approvazzjoni finali tagħha f Ġunju tal 2008 fejn il Mixja Neokatekumenali ġiet iddikjarata Personae Giuridca Publica jiġifieri f dak kollu illi tagħmel il Mixja Neokatekumenali qiegħda tiġi rraprezentata l Knisja Kattolika Il Mixja Neokatekumenali hija prezenti f disa mitt 900 djoċesi Ikona tal Mixja Neokatekumenali Il Bidu tal Mixja NeokatekumenaliIl Mixja Neokatekumenali bdiet fl 1964 fil faqar ta Palomeras Atlas ġewwa Madrid frott ix xogħol ta Kiko Arguello u Carmen Hernandez illi bdew iħabbru l Vanġelu lill fqar tal post Hekk kif beda jgħaddi z zmien din il Kerygma Aħbar tajba ġiet imnedija f sintesi katetika fuq it tripied Kelma t Alla Liturġija Komunita illi tfittex li twassal lin nies f komunjoni fraterna u fidi matura Din l esperjenza katetika ġdida imwielda fit tiġdid tal Konċilju Vatikan it Tieni ġibdet l attenzjoni u l interess profond tal Arċisqof Casimiro Morcillo li kien l Arċisqof ta Madrid illi inkoraġġixxa lill inizjaturi tal Mixja biex ixerrduha fil parroċċi li riduha Din l esperjenza ta evanġelizzazzjoni b hekk xterdet gradwalment fl Arċidjoċesi ta Madrid u fi djoċesijiet oħra Spanjoli Minn hemmek xterdet ukoll fl Italja fejn bil permess tal Kardinal Angelo dell Acqua li dak iz zmien kien il Vigarju Ġenerali tal Qdusija Tiegħu il Papa Pawlu VI għad distrett ta Ruma l ewwel Komunita Neokatekumenali bdiet fil parroċċa tal Madonna tas Sagrament Imqaddes u fil parroċċa tal Martri Kanadizi Minn dak iz zmien il hemm il Mixja Neokatekumenali kompliet tinxtered fi djoċezijiet madwar id dinja kollha fil kontinenti kollha u f izjed minn mija u għoxrin pajjiz L Isem ta din l inizjattiva ta fidi ġej mill katekumenat tal Knisja Nisranija bikrija illi kien iz zmien ta katekizmu ta qabel il magħmudija Il Komunitajiet NeokatekumenaliIl Mixja Neokatekumenali hija itinerarju ta Formazzjoni Kattolika valida għas soċjeta u għaz zminijiet tal lum Il Mixja Neokatekumenali hija għas servizz tal isqfijiet bħala forma ta implimentazzjoni djoċesana tal inizjazzjoni fil ħajja Nisranija u ta edukazzjoni tal fidi skont l indikazzjonijiet tal Konċilju Vatikan II u l Maġisteru tal Knisja Hija magħmula minn katekumenat post battezimali jew katekumenat battezimali għall membri li ma rċevewx il magħmudija edukazzjoni li tkompli fil fidi u servizz ta katekezi Il Mixja Neokatekumenali hija implimentata fid djoċezijiet taħt id direzzjoni tal Isqof Djoċezan u taħt it tmexxija tal ekip Responsabbli tal Mixja Neokatekumenali skont il linji proposti mill inizjaturi tagħha Dawn il kwotazzjonijiet huma meħuda mill Istatuti tal Mixja Neokatekumenali maħruġa u approvati f Ġunju tal 2002 Huma ġew ukoll tradotti u ppubblikati bil Malti Struttura tal MixjaIl Mixja Neokatekumenali fidila għall mudell tal Knisja primittiva hija strutturata bħala itinerarju bit tarġiet fidila wkoll għall ispirazzjoni oriġinali biex Tagħmel Komunita Nisranija bħall Familja Mqaddsa ta Nazzaret illi tgħix f umilta sempliċita tifħir u fejn l ieħor huwa Kristu L Itinerarju Neokatekumenali jibda fil parroċċa b ċiklu ta katekezijiet illi huma mqassma fuq xahrejn fejn hija ppreparata u mħabbra l Kerygma l Aħbar it tajba tal mewt u l qawmien ta Sidna Ġesu Kristu Fl aħħar ta dan il perjodu b dawk illi jilqgħu s sejħa li jibdew dan il katekumenat post battezimali il komunita neokatekumenali tifforma Din il komunita hija fdata fil kura pastorali tal kappillan u ta saċerdoti oħra fil parroċċa u tibda l vjaġġ tagħha permezz tat tripied tal Ħajja Kristjana Kelma ta Alla Liturġija u Komunita L ewwel fazi il katekumenat post battezimali huma zmien neċessarju li fih titgħallem l umilta u li tgħin lill membri tal komunita jirbħu i sempliċita interjuri nisranija Id Daħla għat Talb jingħata l Liturġija tas Sigħat It Traditio Simboli l għoti tal Kredu illi tkompli b testimonjanza pubblika tal fidi ir Redditio Simboli L għoti tat talba tal Missierna u l akkoljenza tal imħabba materna tal Verġni Mqaddsa Marija L aħħar fazi li tiskopri mill ġdid il magħmudija hija fl elezzjoni fejn il membri jitgħallmu jgħixu fit tifħir ta Alla Dan il perjodu jispiċċa bir rinnovament tal wegħdiet tal magħmudija fil Velja tal Għid preseduta mill Isqof Lokali Responsabbli tal MixjaBħalissa l ekipp internazzjonali responsabbli tal Mixja Neokatekumenali huwa magħmul mill inizjaturi Kiko Arguello u Carmen Hernandez it tnejn Spanjoli u minn presbiteru Taljan Patri Mario Pezzi mid Djoċesi ta Ruma L ekipp internazzjonali jinnomina l kulleġġ elettorali magħmul minn tmenin sa mija u għoxrin membru illi huwa fdat bl elezzjoni ta Ekipp Responsabbli Ġdid Kiko Arguello Jiddependu mill ekipp internazzjonali l ekippijiet lokali tal Katekisti Itineranti madwar seba mija mlaħħqa mill ekipp internazzjonali tal mixja Neokatekumenali fid diversi pajjizi jew reġjuni tad dinja Huma jikkontribwixxu fil furmar tal ewwel komunitajiet neokatekumenali ta parroċċa u jzommu kuntatt regolari mal isqfijiet tad Djoċesi fejn jaħdmu l ekippijiet itineranti jzommu wkoll kuntatt kontinwu mar responsabbli tal Mixja Neokatekumenali filwaqt illi jzuru l komunitajiet li kkatekizzaw u jieħdu ħsieb l izvilupp tal Mixja Neokatekumenali fit territorju mogħti lilhom waqt li jkunu totalment fidili lejn il karizma mogħtija lill inizjaturi u ubbidjenti għall Ordinarju Lokali Dawn l ekippijiet ta katekisti itineranti għall evanġelizzazzjoni huma normalment iffurmati minn irġiel ċelibi jew nisa minn koppji lajċi mizzewġa u bi presbiteru saċerdot bil permess tal Isqof jew tas superjur tiegħu Dawn joffru lilhom infushom liberalment u bir rieda tagħhom iħallu djarhom il karriera u l ħbiberiji u jkunu lesti illi jintbgħatu f liema parti tad dinja mingħajr sigurtajiet ekonomiċi u jafdaw fil Provvidenza Divina Il katekisti itineranti jibqgħu f kuntatt kontinwu mal parroċċa u il komunita tagħhom fejn huma jirritornaw perjodikalment F liema ħin iridu huma jistgħu jinħallu mill missjoni tagħhom L Itineranti jistgħu jagħtu bidu għall mixja Neokatekumenali fi djoċesi oħra wara li ssir talba tal Kappillan u bil permess tal Ordinarju Attivita MissjunarjaQuddiem is sekularizzazzjoni tal Ewropa ta Fuq u inħawi kbar tad dinja l Inizjaturi tal Mixja Neokatekumenali bdew l esperjenza tal Familja fil Missjoni biex permezz ta din il karizma iħawlu il prezenza tal Knisja Kattolika fil pajjizi fejn ma tezistix jew waslet biex tmut Implantatio Ecclesiae jew biex isaħħu l komunitajiet kattolici f inħawi partikolarment diffiċli Il Papa Benedittu XVI feda dan il mandat missjunarju lil madwar mitejn familja illi bdew din il missjoni fit tnax ta Jannar 2006 u ġab in numru ta familji fil Missjoni tal Mixja Neokatekumenali għal izjed minn ħames mija madwar id dinja kollha Il familji l oħra ntbgħatu kollha mill Papa Ġwanni Pawlu II Is Seminarji Redemptoris MaterDawn is Seminarji Djoċesani huma l frott tal Konċilju Vatikan II u tal vizjoni profetika tal Papa Ġwanni Pawlu II L idea li jitwaqqfu dawn is seminarji bdiet ġewwa Ruma id djoċesi tal Papa nnifsu biex iwaqqfu seminarju b dawn il karatteristiċi internazzjonali jiġifieri b vokazzjonijiet ġejjin minn diversi pajjizi u missjunarju jiġifieri wara l ordinazzjoni il presbiteri huma lesti imorru fejn jibgħathom l Ordinarju http www vatican va archive hist councils ii vatican council documents vat ii decree 19651207 presbyterorum ordinis en html Fl 1988 l ewwel Seminarju Redemptoris Mater ġie mwaqqaf mill Kardinal Poletti Vigarju tal Papa f Ruma Dawn is seminarji għandhom vokazzjonijiet imwielda fil mixja Neokatekumenali Is seminaristi ta dawn is seminarji għandhom l istess formazzjoni edukazzjonali bħas seminarji djoċesani l oħrajn skond id direttivi tal pajjizi fejn jinstabu Is Seminarji Redemptoris Mater mhumiex Seminarji tal Mixja Neokatekumenali imma Seminarji Djoċesani taħt il ġurisdizzjoni tal Ordinarju Sal lum il fuq minn tlieta u sebgħin 73 Seminarju Redemptoris Mater ġew miftuħa f ħames kontinenti u minnhom ġew ordnati izjed minn elf u ħames mitt presbiteru Appoġġ u Tifħir mingħand il PapietMinn mindu bdiet il Mixja Neokatekumenali dejjem sabet appoġġ kbir u kontinwu mingħand il Papiet L ewwel Papa li laqgħa l Mixja Neokatekumenali kien Pawlu VI li fetaħ il bibien sabiex tiġi rikonoxxuta u megħjuna Il Papa Ġwanni Pawlu II jibqa magħruf bħala l Papa li tant ta apoġġ u għajnuna lill Mixja Neokatekumenali Sa minn mindu kien Arċisqof Kardinal fi Krakovja il Polonja huwa laqa l Mixja Neokatekumenali fid Djoċesi tiegħu Dejjem semma l Mixja Neokatekumenali bħala itininerarju validu għaz zminijiet tal lum u ħadem ħafna sabiex l Istatuti jgħaddu u b hekk il Mixja Neokatekumenali tkun rikonoxxuta uffiċjalment mill Knisja Huwa qies dejjem lill Mixja Neokatekumenali bħala strument utli ħafna għall evanġelizzazzjoni l ġdida u inkoraġġixxa kemm felaħ saħansitra lill isqfijiet u l kappillani biex jiftħu l bibien għall Mixja Huwa wkoll għamel ir rit Neokatekumenali bħala rit uffiċjali tal Knisja Kattolika Il Kardinal Ratzinger fetaħ il Mixja Neokatekumnali ġewwa Munich il Ġermanja fuq xewqa tiegħu nnifsu fis sebgħinijiet meta kien għadu Arċisqof ta Munich u offra ħafna appoġġ tant illi taħtu għaddew l istatuti u ġew approvati waqt li kien għadu l Kap tal Kongregazzjoni tad Duttrina tal Fidi Wara li sar Papa Benedettu XVI bagħat il fuq minn mitejn familja fil Missjoni filwaqt illi faħħar il frott tal Mixja Neokatekumenali Fis sena 2007 huwa semma l Mixja Neokatekumenali bħala ezempju ċar ta kollaborazzjoni u koperazzjoni bejn il movimenti u l kappillani u ħeġġeġ lill movimenti biex jaddottaw l istess attitudni Fi kliemu stess il Papa ta bħala ezempju il proċess tal approvazzjoni tal istatuti tal Mixja Neokatekumenali Kienet triq twila b ħafna kumplikazzjonijiet li għadhom kultant iseħħu s issa imma sibna mod ekklezjali li tant tejjeb ir relazzjoni bejn il kappillan u il mixja u hekk aħna nimxu il quddiem L istess huwa veru għall movimenti l oħrajn zied ukoll Fi Frar tal 2007 wara dan id diskors tal Papa Benedettu XVI l Isqfijiet tad diversi riti kattoliċi tal Art Imqaddsa ssuġġerew lill Mixja Neokatekumenali bħala mudell ta koperazzjoni u ziedu jgħidu Għeziez aħwa tal Mixja Nilqgħukom fid djoċesijiet tagħna Nirringrazzjaw lil Alla tal grazzja illi l Mulej takom u tal Karizma li l Ispirtu s Santu nissel fil Knisja permess tal ministeru tagħkom ta formazzjoni post battezimali Ninsabu grati ħafna tal prezenza tagħkom fi wħud mill parroċċi tagħna għat tħabbir tal Kelma ta Alla għall għajnuna li tagħtu lill fidili billi ssaħħu l fidi tagħhom u tgħinuhom fil Knejjes lokali tagħhom Il Jum Dinji taz ZgħazagħIl Jum Dinji taz Zgħazagħ magħruf izjed bħala World Youth Day huwa avveniment li jseħħ bejn wieħed u ieħor kull sentejn jew tlieta Huma avvenimenti organizzati mill Knisja Kattolika fejn zgħazagħ minn madwar id dinja kollha jinġabru flimkien mal Papa f belt partikolari magħzula f xi parti tad dinja Il Mixja Neokatekumenali huwa organizzatur attiv ħafna fi ħdan dawn il Jiem Dinjija taz Zgħazagħ u kull darba tiġbor għexieren ta eluf ta zgħazagħ mill komunitajiet Neokatekumenali biex jattendu l Jum Dinji taz Zgħazagħ Matul l aħħar Jum Dinji taz Zgħazagħ li sar f Kolonja fil Ġermanja f Awwissu tal 2005 kwazi mitt elf 100 000 zagħzugħ u zagħzugħa mill Mixja Neokatekumenali rħewlha lejn Kolonja kwazi wieħed minn kull għaxra taz zgħazagħ kollha li kienu attendew dan l avveniment Kienu tliet mija u ħamsin iz zgħazagħ tal Mixja Neokatekumenali f Malta li telgħu għall Jum Dinji taz Zgħazagħ f Kolonja Wara il laqgħa tal Papa maz zgħazagħ l inizjaturi tal Mixja Neokatekumenali jorganizzaw laqgħa maz zagħzagħ tal Mixja Neokatekumenali u fl aħħar ta din il laqgħa issir sejħa għall vokazzjonijiet F Bonn fl 2005 madwar elf u ħames mitt 1500 ġuvintur irrispondew għall din is sejħa flimkien ma disa mitt tfajliet 900 li ħassewhom imsejħin biex jidħlu f ħajja reliġjuza Dawn iz zagħzagħ wara jibdew proċess ta dixxerniment imsejħin gruppi vokazzjonali fid djoċesijiet jew il parroċċi tagħhom li jista jwassalhom għall presbiterat jew ħajja ikkonsagrata Laqgħa Neokatekumenali maz zgħazagħ ġewwa Loreto Fl 4 ta Settembru 2007 tħejjiet laqgħa għal dawk iz zgħazagħ mill Mixja Neokatekumenali li telgħu għall pellegrinaġġ ta Loreto Il laqgħa f Montorso limiti ta Loreto seħħet sabiex il Papa Benedittu XVI ikun jista jiltaqa maz zgħazagħ tal Ewropa kollha li fil laqgħa kienu jlaħħqu mal ħames mitt elf Din il laqgħa ssemmiet Agora dei Giovani L għada jiġifieri fl 4 ta Settembru ġew imlaqqgħa fl istess post in Neokatekumeni li kienu numru kbir sew dak ta mitt elf mill Ewropa biss Minnhom kien hemm ukoll 320 zagħzugħ minn Malta Fl aħħar ta din il laqgħa saret sejħa għall vokazzjonijiet u 3 200 zagħzugħ u zagħzugħa offrew ruħhom għall ħajja ikkonsagrata Minnhom kien hemm 2000 ġuvni u 1200 tfajla Statistiċi tal Mixja Neokatekumenali madwar id dinjaDin l istatistika turi in numru ta komunitajiet Neokatekumenali fl Ewropa fl Amerika ta Fuq u fl Amerika t Isfel fl Asja fil Lvant Nofsani fl Oċeanja u fl Afrika Fi djoċesi tiġi stabbilita l Mixja Neokatekumenali fuq stedina tal Isqof Imbagħad il komunitajiet huma stabbiliti ġewwa parroċċa u kull komunita normalment ikollha bejn 30 u 50 persuna Amerika Pajjiz Komunitajiet Arġentina 1 500 Bolivja 400 Brazil 5 600 Ċili 460 Kanada 44 Kolombja 2 000 Kosta Rika 350 Kuba 45 Ekwador 570 El Salvador 500 Gwatemala 800 Ħonduras 440 Messiku 3 200 Nikaragwa 300 Panama 200 Paragwaj 500 Peru 960 Porto Riko 130 Repubblika Dominikana 560 Stati Uniti 580 Urugwaj 200 Venezwela 1 100 Lvant Nofsani Pajjiz Komunitajiet Eġittu 30 Iraq 9 Izrael 8 Ġordan 14 Kuwajt 3 Libanu 52 Palestina 30 Oċeanja Pajjiz Komunitajiet Awstralja 60 Guam 40 Kiribati 3 Northern Mariana Islands 10 Papua New Guinea Afrika Pajjiz Komunitajiet Eġittu 30 Marokk 2 Tunezija 2 Ewropa Pajjiz Komunitajiet Albanija 22 Andorra 20 Awstrija 38 Belarus 11 Belġju 20 Bulgarija 10 Ċipru 5 Danimarka 7 Estonja 3 Finlandja 6 Franza 60 Ġeorgja 6 Ġermanja 50 Greċja 6 Ingilterra 32 Irlanda 25 Italja 10 000 Kroazja 250 Latvja 9 Litwanja 20 Lussemburgu 1 Malta 80 Monako 4 Norveġja 4 Olanda 40 Polonja 1 000 Portugall 300 Repubblika Ċeka 40 Rumanija 50 Russja 6 San Marino 5 Serbja Boznija u l Maċedonja 30 Skozja 3 Slovakkja 65 Slovenja 40 Spanja 7 000 Turkija 8 Ukrajna 45 Ungerija 40 Zvezja 10 Zvizzera 35 L ikbar numru ta komunitajiet fl Ewropa u fid Dinja huma fl Italja Spanja il Polonja il Portugall il Kroazja u Malta għandhom numru kbir ta komunitajiet ukoll Interessanti ħafna li l akbar densita ta komunitajiet per capita tinsab appuntu f Malta B mitt komunita fi gzira ta erba mitt elf ruħ Guam fil paċifiku jiġi it tieni b ħamsa u tletin komunita popolazzjoni ta 115 000 Hemm madwar ħames mitt komunita fl Istati Uniti tal Amerika L Amerika t Isfel u l Amerika Ċentrali kif ukoll il Messiku għandhom eluf ta komunitajiet kull wieħed Pajjizi oħra b numri kbar ta komunitajiet jinkludu l Filippini b izjed minn sitt mitt komunita L Awstralja għandha ħamsin komunita Il komunitajiet fl Afrika jgħoddu mat tmien mija u qegħdin jizdiedu b rata mgħaġġla L Istatuti Approvazzjoni tal Mixja Neokatekumenali bħala Katekumenat post BattezimaliL Istatuti tal Mixja Neokatekumenali ġew approvati f Ġunju tal 2002 mill Kunsill Pontifiċju għal Lajċi u huma mmarkati bħala ad experimentum għal ħames snin sa Ġunju tal 2007 Id Direttorju Katetiku tal Mixja diġa kien approvat mill Kongregazzjoni għad duttrina tal Fidi meta kienet immexxija mill Kardinal Ratzinger L Istatuti ġew approvati b mod definittiv mill Kunsill Pontifiċju għal Lajċi nhar il 11 ta Mejju 2008 Solennita ta Pentekoste Kif jixhed l isem l Istatuti huma r rikonoxximent uffiċjali tal Mixja bħala katekumenat post battezimali tal Knisja Kattolika u jiddeskrivu kif tiffunzjona waqt li d Direttorju Katetiku għandu fih il metodu u l punti katetiċi tal Mixja Il Mixja Neokatekumenali f MaltaIl Mixja Neokatekumenali f Malta twieldet fl 1973 fuq stedina tal kappillan tal parroċċa tal Immakulata Kunċizzjoni fil Ħamrun Dun Ġuzepp Mifsud Bonniċi wara li l Arċisqof ta dak iz zmien Mons Mikiel Gonzi ta l approvazzjoni tiegħu Il Katekisti Itineranti li introduċew il Mixja Neokatekumenali f Malta huma Eusebio u Gulietta Astiaso u huma wkoll katekisti ta zewġ reġjuni fl Italja l Abruzzo u il Marche Mill parroċċa tal Immakulata Kunċizzjoni fil Ħamrun il Mixja xterdet ukoll fil parroċċi tal Mosta San Ġwann u Gwardamanġa Il parroċċa tal Immakulata Kunċizzjoni fil Ħamrun il parroċċa ta Santa Maria tal Mosta u Tal Madonna ta Lourdes f San Ġwann inċidentalment dawn it tliet parroċċi huma kollha ddedikati lill Madonna huma meqjusin bħala parroċċi prinċipali f Malta fejn tidħol il Mixja Neokatekumenali Minnhom ħarġet il mixja fil parroċċi l oħrajn f Malta In numru ta parroċċi f Malta u Għawdex fejn il Mixja Neokatekumenali hija attiva fihom huwa ta 26 F Għawdex il Mixja Neokatekumenali tinsab fil Katidral u fis Sannat Il Mixja f Malta tinsab fil lokalitajiet u l parroċċi segwenti Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun San Gejtanu Ħamrun Mosta San Ġwann Gwardamanġa Il Belt Valletta L IMsida San Pawl il Baħar Il Qawra Il Kalkara Ħal Għaxaq Iz Zejtun Iz Zurrieq Ħal Luqa Raħal Ġdid Ħal Balzan Birkirkara Marsaxlokk Il Fgura Ħal Qormi Ħaz Zabbar Ir Rabat Għawdex Ta Sannat Għawdex Santa Venera Swatar F dawn il parroċċi kollha kull sena jsiru l katekezijiet Aktar informazzjoni fuq id dati tal katekezijiet jista jinġieb mingħand il kappillani tal parroċċi rispettivi Minn dak iz zmien il hawn il Mixja f Malta xterdet tant li Malta saret l izjed pajjiz b komunitajiet skont il popolazzjoni ta pajjiz F Malta hawn il fuq minn mitt 100 komunita Neokatekumenali u n numru ta dawk li jagħmlu din il mixja jaqbez it tlett elef 3000 ruħ Fil Parroċċa tal Mosta jinsab iċ Ċentru Neokatekumenali Djoċesan magħruf bħala l Katekumenju Fih saru wkoll ħafna laqgħat tas Sinodu Djoċesan Fil parroċċa tal Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun qiegħed jinbena Katekumenju ġdid Il Komunitajiet Neokatekumenali f Malta taw ħafna frott kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta Diversi huma z zwiġijiet li salvaw mit tkissir u ħafna huma l familji kbar u Nsara li ffurmaw Mill komunitajiet Neokatekumenali twieldu ħafna vokazzjonijiet u karizmi Dawn jinkludu familji itineranti presbiteri itineranti u fil missjoni familji fil missjoni rġiel u nisa li offrew ħajjithom għall evanġelizzazzjoni kemm bħala itineranti kif ukoll bħala servizz għall familji fil missjoni fis Seminarji Redemptoris Mater u seminaristi Kemm fil passat u kif ukoll illum dawn il vokazzjonijiet u karizmi kollha li ħarġu minn Malta wettqu u għadhom iwettqu xogħol ta evanġelizzazzjoni f diversi pajjizi barra minn Malta bħall Indja il Pakistan il Filippini is Sri Lanka il Venezwela il Libya il Kenja il Ġorġja l Olanda l Awstralja Franza l Istati Uniti il Gzejjer Turks amp Caicos fil Karibew il Guam il Paċifiku Kiribati Hawaii Saipan l Albanija il Korea t Isfel il Finlandja l Izvizzera l Italja l Irlanda l Ingilterra iċ Ċina u t Tajwan LetteraturaAA VV El Camino Neocatecumenal de las barracas de Madrid a los Estatutos de Roma Vida Nueva n 2338 20 de julio de 2002 23 30 AA VV En la carcel pero libres Bilbao 1996 AGUDO J De quincalleros transeuntes a predicadores de la Palabra YA Domingo 15 de marzo de 1987 35 Iglesia y carismas en Del temor a la esperanza t II Madrid 1993 232 ARRIETA J I Observaciones canonicas sobre el Estatuto del Camino Itinerario de formacion no asociacion ni movimiento Alfa y Omega n 314 4 de julio de 2002 6 7 AZCONA E Las Comunidades Neocatecumenales Una experiencia de evangelizacion a traves de la Parroquia Oficina de Estadistica y Sociologia de la Iglesia Madrid 1992 BLAZQUEZ R Comunidades neocatecumenales un camino de iniciacion cristiana Teologia y Catequesis 4 1984 603 641 Las comunidades neocatecumenales Bilbao 1988 La carta del Papa sobre las comunidades neocatecumenales Ecclesia n 2 508 29 12 1990 1965 1968 El Camino neocatecumenal y la formacion para el presbiterado en el seminario Redemptoris Mater de Roma Communio 12 1990 452 471 Initiacion cristiana y nueva evangelizacion Bilbao 1992 Maria en el Camino Neocatecumenal en Catecumenado en la Iglesia Valencia 1998 81 115 La Nuova Evangelizzazione editore Grafitalica 2000 Guai a me se non annunciassi il vangelo Iniziazione cristiana e nuova evangelizzazione edizioni Grafite collana Biblioteca Neocatecumenale 1997 BOGARIN J Los movimientos eclesiales en la VII Asamblea General Ordinaria del Sinodo de los Obispos REDC 47 1990 69 135 La institucionalizacion del camino neocatecumenal Comentario a sus estatutos REDC 59 2002 705 825 BONETE E Reflexiones sobre la relacion entre el Camino Neocatecumenal y el Concilio Vaticano II Communio noviembre diciembre 1996 547 555 La faz oculta de la modernidad Madrid 1995 Eticas en esbozo Bilbao 2003 Libres para morir En torno a la Tanato Etica Bilbao 2004 BOROBIO D Catecumenado para la evangelizacion Madrid 1997 El catecumenado y su situacion en la Iglesia actual Teologia y Catequesis 83 julio septiembre 2002 77 112 BUGNINI A La riforma liturgica 1948 1975 CLV Edizioni liturgiche Roma 1983 la edicion en castellano La reforma de la Liturgia 1948 1975 Ed Catolica Madrid 1999 Catecumenato per la maturazione nella fede Notitiae 10 1974 228 230 Comunidades neocatecumenales en AA VV Comunidades plurales en la Iglesia Madrid 1981 BUTTURINI G Cammino catecumenale una iniziazione cristiana alia fede Credere Oggi 15 1995 109 126 Cammino un autoritratto II Regno Doc 3 1996 121 128 CASTELLANO J Carismas para un tercer milenio Movimientos eclesiales y nuevas tendencias Monte Carmelo Burgos 2003 DEVOTO P Il neocatecumenato Un iniziazione cristiana per adulti editore Chirico Napoli 1994 COLLADO E El Camino Neocatecumenal los kikos Que antropologia Que teologia Que moral Sal Terrae abril 1996 301 312 CONTI G Neocatecumenali al bivio Sussidio per una scelta fra Catechismo della Chiesa Cattolica e catechismo di Kiko Arguello edizioni Segno Udine 1996 CORDES P J Nouveaux mouvements spirituels dans l Eglise Nouvelle Revue Theo logique 109 1987 49 65 Una participacion activa Aproximacion pastoral a la celebracion de la Eucaristia en pequenas comunidades Bilbao 1998 Kiko Argiiello fundador del Camino Neocatecumenal en Signos de esperanza Madrid 1998 13 33 DEL PALACIO J L Comunidades neocatecumenales Boletin del Arzobispado de Arequipa n 15 1986 27 30 El catecumenado postconciliar de adultos forma privilegiada de la evangelizacion de la Iglesia local Estudio del Catecumenado en el Concilio Vaticano II y en el Ritual de Iniciacion Cristiana de Adultos Bilbao 1999 Arquitectura Liturgia y Nueva Estetica en el Tercer Milenio para la Nueva Evangelizacion Inauguracion del ano academico 2001 en el Seminario Diocesano Misionero Redemptoris Mater Juan Pablo II del Callao Peru Arquitectura y Liturgia Bilbao 2000 DELLA TORRE L Le comunita catecumenali Rivista di Pastorale Liturgica 48 1971 512 515 Significato teologico pastorale dell OICA RPL n 5 1973 9 20 I DELLA TORRE L Neocatecumenato Communio 32 1977 58 68 Balance de las aplicaciones del OICA Concilium 142 1979 225 232 DELLA TORRE L SARTORE D Considerazioni pastorali sui Capitoli IV e V de RICA RPL n 66 1979 471 493 DI GIOVANNI C Eramos terroristas Bilbao 1993 ELORRIAGA C El Camino Neocatecumenal dentro de la iniciacion cristiana de adultos Comunidades n 55 octubre diciembre 1986 199 208 Bautismo y espiritualidad neocatecumenal Revista de Espiritualidad n 184 185 1987 369 388 San Cirilo de Jerusalen Bilbao 1991 Bautismo y Catecumenado en la tradicion patristica y liturgica Baracaldo 1998 ENGELS I Der Neokatechumenat Liturgisches Jahrbuch 29 1979 180 185 FARNES P La celebracion eucaristica en pequenos grupos Salmanticensis 43 mayo agosto 1996 281 295 FAVALE A Movimenti ecclesiali IV Comunita neocatecumenali en Nuovo Dizionario di Mariologia ed S De Fiores y S Meo 965 968 FERNANDEZ P Cuestiones teologico pastorales sobre la initiacion cristiana Ciencia Tomista 407 septiembre diciembre 1998 529 567 FLORISTAN C El fenomeno de las Comunidades de Base en Espana Pastoral Misionera 4 1974 Modelos de comunidades cristianas Sal Terrae 67 1979 6 72 y 145 154 FUENTES A Camino Neocatecumenal Experiencia de un parroco Communio 7 1985 185 188 Miles de jovenes del Camino Neocatecumenal descubren su vocacion sacerdotal y religiosa Vida Religiosa Boletin informativo 59 1985 240 241 La espiritualidad del Camino Neocatecumenal Vida Sobrenatural 1995 El Neocatecumenado Un camino de iniciacion cristiana Bilbao 1996 PASOTTI E a cura di Il Cammino Neocatecumenale secondo Paolo VI e Giovanni Paolo II edizioni Paoline 1993Referenzi http www vatican va roman curia pontifical councils laity documents rc pc laity doc 20020701 cammino neocatecumenale en html Archive copy Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 04 16 Miġbur 2007 03 13 Manutenzjoni CS1 kopja arkivjata bħala titlu link http www vatican va roman curia pontifical councils laity documents rc pc laity doc 20020701 cammino neocatecumenale en html John Paul II Lett Ogniqualvolta 30 August 1990 AAS 82 1990 1515 Statute of the Neocatechumenal Way Title 1 Art 1 2 Statute of the Neocatechumenal Way Title 1 Art 1 3 Statute of the Neocatechumenal Way Title 1 Art 2 and John Paul II Lett Ogniqualvolta 30 August 1990 AAS 82 1990 1515 John Paul II Address to Neocatechumenal Way 24 January 1997 n 4 ORE 5 February 1997 p 9 L istorja issib posta fil bidu u l espansjoni tal movimenti u l gruppi ekklezjali illi huma wħud mill isbaħ frott tar rinnovament spiritwali mibdi mil Konċilju Vatikan it Tieni Dan kien u għadu rigal kbir tal Ispirtu s Santu u sinjal imdawwal ta tama fuq l għatba tat tielet millenju Kemm il qassisin u kemm il lajċi gġandhom jilqgħu dan ir rigal bi gratitudni kif ukll b sens ta responsabbilta waqt li jzommu f moħħhom li fil Knisja kemm l aspetti istituzzjonali u l aspetti karizmatiċi il ġerarkija u l għaqiet u l movimenti tal fidili huma ko essenzjali u għalkemm b modijiet differenti jikkontribwixxu għall ħajjitha rinnovament u qdusija lil parteċipanti tal Kulleġġ Internazzjonali tal Movimenti Ekklezjali Insegnamenti Vol X 1 1987 478 Fid Dinja sekularizzata tal lum l evanġelizzazjoni l ġdida tirraprezenta sfida fundamentali Il movimenti ekklezjali illi huma immarkati preċizament biz zelu missjunarju tagħhom huma msejjħa għal involviment speċjali fi Spirtu ta komunjoni u kollaborazzjoni Fl Enċiklika Redemptoris Missio jien ktibt fuq dan Meta dawn il movimenti umilment ifittxu illi jsiru parti mil ħajja tal Knejjes lokali u huma mistiedna mill Isqfijiet u s saċerdoti fi ħdan l istrutturi djoċezani u parrokjali huma jirraprezentaw il veru rigal ta Alla kemm għall evanġelizzazjoni l ġdida u għall attivita missjunarja kif hija msemmija sewwa sew Jiena għalhekk nirrakomanda illi huma jixterdu u li jingħataw enerġija ġdida speċjalment qalb iz zagħzagħ għall ħajja Nisranija n 72 Cfr Art 35 of the Statute The list of the members of the Electoral College is deposited with the Pontifical Council for the Laity and is updated every five years providing substitution of any whom through death retirement or for grave reasons has ceased to be part of the college Benedict XVI speech to Neocatechumenals English translation 12 Jan 2006 A first version of the Statutes got no approval in 1999 a second version also got no approval in late 1999 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Mixja Neokatekumenali IT Sit uffiċjali Neokatekumentali ES Redemptoris Mater Seminaries IT Blogg fuq il Mixja Neokatekumenali