Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Ferrara ferˈraːra bl Emiljan Fràra ˈfraːra hija belt u komun fl fit Tramuntana tal Italja Hija l belt kapitali tal Provi

Ferrara

  • Paġna Ewlenija
  • Ferrara
Ferrara
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Ferrara ([ferˈraːra]; bl-Emiljan: Fràra [ˈfraːra]) hija belt u komun fl-, fit-Tramuntana tal-Italja. Hija l-belt kapitali tal-Provinċja ta' Ferrara. Sal-2016 kellha 132,009 abitant. Tinsab 44 kilometru fil-Grigal ta' Bologna, fuq il-Po di Volano, fergħa tal-fluss prinċipali tax-xmara , li tinsab ħames kilometri fit-Tramuntana. Il-belt għandha toroq wesgħin u bosta binjiet li jmorru lura għar-Rinaxximent, meta l-belt ospitat il-qorti tal-familja D'Este. Iċ-ċentru storiku ta' Ferrara u l-inħawi ta' fejn id-delta tal-Po ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għas-sbuħija u l-importanza kulturali tagħhom.

Ferrara
 Italja
Amministrazzjoni
PajjiżItalja
Region of ItalyEmilia-Romagna
Provinċja tal-ItaljaProvinċja ta' Ferrara
Isem uffiċjali Ferrara
Ismijiet oriġinali Ferrara
Kodiċi postali 44121–44124
Ġeografija
Koordinati 44°50′21″N 11°37′03″E / 44.8392°N 11.6175°E / 44.8392; 11.6175Koordinati: 44°50′21″N 11°37′03″E / 44.8392°N 11.6175°E / 44.8392; 11.6175
Ferrara
Ferrara (Italy)
Superfiċjenti 405.16 kilometru kwadru
Għoli 9 m
Fruntieri ma' (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (mul) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) u (en)
Demografija
Popolazzjoni 129,340 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 0532
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati (en) , (en) , Kaunas, (en) , (en) , (mul) , (en) , , Sarajevo, (en) , , (mul) , (en) , (en) , Lleida, Praga, (en) , , , , (en) , , (mul) , (en) , , (en) , Damasku, (en) , (en) u (en)
comune.fe.it

Storja

Żmien il-Qedem u Medju Evu

L-ewwel insedjamenti ddokumentati fiż-żona ta' fejn illum hemm il-Provinċja ta' Ferrara jmorru lura għas-seklu 6 Q.K. Il-fdalijiet tar-raħal tal- msejjaħ Spina, stabbilit tul il-laguni tad-delta antika tax-xmara Po, intilfu sa żminijietna, sa meta skemi ta' drenaġġ fil-widien u fl-imraġ ta' fl-1922 żvelaw uffiċjalment għall-ewwel darba nekropoli b'iżjed minn 4,000 qabar, li kienet evidenza ta' popolazzjoni li kienet tgħix hemmhekk fi żmien il-qedem u x'aktarx li kellha rwol importanti x'taqdi.

Hemm inċertezza fost l-istudjużi dwar l-oriġini Rumana proposta tal-insedjament fil-post attwali (Tacito u Boccaccio jirreferu għal "Forum Alieni"), peress li ma tantx nafu wisq dwar dan il-perjodu, iżda xi evidenza arkeoloġika xxaqleb favur l-ipoteżi li Ferrara setgħet oriġinat minn żewġ insedjamenti Biżantini żgħar: raggruppament ta' faċilitajiet madwar il-Katidral ta' San Ġorġ, fuq ix-xatt tal-lemin tal-fergħa prinċipali tax-xmara Po, li dak iż-żmien kien ferm eqreb tal-belt milli huwa llum, u castrum, jiġifieri kumpless iffortifikat fuq ix-xatt tax-xellug bħala difiża kontra l-.

Ferrara tissemma għall-ewwel darba f'dokument tar-re tal-Longobardi Desiderju tas-753 W.K., meta ħakem ir-raħal mill-Eksarkat ta' Ravenna. Iktar 'il quddiem, il-Franki, wara li ħakmu lil-Longobardi, ippreżentaw lil Ferrara lill-Papat fis-754 jew fis-756. Fid-988 Ferrara ġiet ċeduta mill-Knisja lill-familja Canossa, iżda mal-mewt ta' fl-1115, saret komun ħieles. Matul is-seklu 12 l-istorja tar-raħal kienet ikkaratterizzata minn żewġ familji prominenti jissieltu għall-poter, l-Adelardi tal-Gwelfi u s-Salinguerra tal-Gibellini. Il-familja D'Este kienet setgħana u appoġġat lis-Salinguerra u eventwalment ħasdu l-frott tal-benefiċċji mir-rebħa tagħhom għalihom infushom. B'hekk, fl-1264, ġie pproklamat mexxej ta' Ferrara għal ħajtu kollha, u ngħata titli addizzjonali, fosthom dawk ta' Sinjur ta' Modena fl-1288 u ta' Reggio fl-1289. It-tmexxija tiegħu mmarkat it-tmiem tal-perjodu komunali f'Ferrara u l-bidu tat-tmexxija tal-familja D'Este, li damet sal-1598.

Żmien modern bikri

Fl-1452, sar id-Duka ta' Modena u ta' Reggio permezz tal-Imperatur u fl-1471 sar id-Duka ta' Ferrara permezz tal-. Lionello u, speċjalment, kienu fost l-iktar patruni importanti tal-arti fl-aħħar tas-seklu 15 u l-bidu tas-seklu 16. Matul dan iż-żmien, Ferrara saret ċentru kulturali internazzjonali, u saret rinomata għall-arkitettura, għall-mużika, għal- u għall-arti viżivi.

L-arkitettura ta' Ferrara ibbenefikat ferm mill-ġenju ta' , li fl-1484 ġie mitlub minn Erkole I biex ifassal pjan direzzjonali ewlieni għall-espansjoni tar-raħal. Iż-"Żieda Erkoljana" li rriżultat titqies bħala waħda mill-iżjed eżempji importanti ta' ppjanar urban Rinaxximentali u kkontribwiet biex Ferrara tintgħażel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Minkejja li kienet għaddejja minn epoka tad-deheb, Ferrara ntlaqtet sew minn gwerra kontra Venezja li ġġieldet u tilfet fl-1482-1484. kien is-suċċessur fuq it-tron fl-1505 u żżewweġ lill-famuża Lucrezia Borgia. Mill-ġdid iġġieled kontra Venezja fil-Gwerer Taljani wara li ngħaqad mal-Lega ta' . Fl-1509 ġie skomunikat mill-, iżda rnexxielu jegħleb l-armati Papali u Spanjoli fl-1512 fil-Battalja ta' Ravenna. Dawn is-suċċessi kienu bbażati fuq l-artillerija ta' Ferrara, li kienet prodotta fil-fonderija tal-belt stess li kienet fost l-aqwa dak iż-żmien.

Mal-mewt tiegħu fl-1534, is-suċċessur ta' Alfonso I kien ibnu Erkole II, u ż-żwieġ tiegħu fl-1528 mat-tieni bint ta' , Renée ta' Franza, ġab prestiġju kbir għall-qorti ta' Ferrara. Taħt ir-renju tiegħu, id-Dukat baqa' post affluwenti u ta' poter kulturali. Madankollu, terremot heżżeż ir-raħal fl-1570 u wassal biex l-ekonomija tikkollassa. Meta iben Erkole II, , miet mingħajr ma ħalla werrieta, il-familja D'Este tilfet lil Ferrara li għaddiet għand l-Istati Papali.

Żmien modern aħħari u kontemporanju

Ferrara, belt universitarja li tiġi t-tieni biss wara Bologna, baqgħet parti mill-Istati Papali għal kważi 300 sena; epoka mmarkata minn deklin kostanti. Fl-1792, il-popolazzjoni tar-raħal kienet tammonta biss għal 27,000 ruħ, inqas milli fis-seklu 17. Fl-1805-1814 għal żmien qasir kienet parti mir-Renju tal-Italja ta' Napuljun, stat klijent tal-Imperu Franċiż. Wara l-Kungress ta' Vjenna tal-1815, Ferrara ngħatat lura lill-Papa, li mbagħad kellu l-garanzija mill-Imperu tal-Awstrija. Fortizza b'bastjun inbena fis-seklu 17 mill- fis-sit ta' Castel Tedaldo, kastell antik fil-Lbiċ tar-raħal, u dan kien okkupat minn gwarniġġjon Awstrijaku mill-1832 sal-1859. Il-fortizza ġiet meqruda għalkollox mat-twelid tar-Renju tal-Italja u l-brikks tiegħu ntużaw għal kostruzzjonijiet ġodda mar-raħal kollu.

Fl-aħħar deċennji tas-sekli 19 u l-bidu tas-seklu 20, Ferrara baqgħet ċentru kummerċjali mudest permezz tal-periferija rurali kbira tagħha li kienet tiddependi fuq għelejjel kummerċjali bħall-pitrava zokkrija u l-qanneb industrijali. Għal deċennji sħaħ twettqu xogħlijiet kbar ta' rkupru tal-art bl-għan li r-raba' disponibbli jitwessa' u tiġi eradikata l-malarja mill-artijiet mistagħdra tul id-delta tax-xmara Po. L-industrijalizzazzjoni tal-massa waslet f'Ferrara lejn l-aħħar tas-snin 30 tas-seklu 20 biss bl-istabbiliment ta' impjant kimiku mir-reġim li suppost kellha tforni lir-reġim b'lastiku sintetiku. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Ferrara ġiet ibbumbardjata darba wara l-oħra mill-ajruplani tal-gwerra tal-Alleati li mmiraw lejn il-kollegamenti ferrovjarji u l-faċilitajiet industrijali u qerduhom. Wara l-gwerra, iż-żona industrijali f'Pontelagoscuro ġiet imwessa' biex issir impjant ġgantesk tal-prodotti petrokimiċi mħaddem minn Montecatini u kumpaniji oħra, li fl-aqwa tiegħu kien jimpjega 7,000 ħaddiem u kien jipproduċi 20% tal-plastik fl-Italja. F'dawn l-aħħar deċennji, bħala parti minn xejra ġenerali fl-Italja u fl-Ewropa, Ferrara bdiet tiddependi iktar fuq is-settur terzjarju u fuq it-turiżmu, filwaqt li l-industrija tqila, li għadha preżenti fir-raħal, tnaqqset ferm.

Wara kważi 450 sena, terremot ieħor heżżeż lil Ferrara f'Mejju 2012 u kkawża ħsara limitata biss lill-binjiet storiċi tar-raħal u ma kien hemm l-ebda vittma.

Sit ta' Wirt Dinji

Iċ-ċentru storiku ta' Ferrara u l-inħawi ta' fejn id-delta tax-xmara Po ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Ġeografija u klima

Ir-raħal ta' Ferrara jinsab fuq ix-xtut tan-Nofsinhar tax-xmara Po, madwar 44 kilometru fil-Grigal tal-belt kapitali reġjonali, Bologna, u 87 kilometru fin-Nofsinhar ta' Venezja. It-territorju tal-muniċipalità, li kollu kemm hu jagħmel parti mill-pjanura Padana, huwa pjuttost ċatt, u jinsab bħala medja disa' metri biss 'il fuq mil-livell tal-baħar. Il-prossimità mal-ikbar xmara Taljana kienet tħassib kostanti fl-istorja ta' Ferrara, li ġiet affettwata minn għargħar rikorrenti u diżastrużi. L-iktar għargħar reċenti kien dak tal-1951. Il-kollegamenti tal-Idrovia Ferrarese jikkollegaw ix-xmara Po minn Ferrara mal- f'Porto Garibaldi.

Il-klima tal-wied tax-xmara Po hija kklassifikata bħala klima subtropikali umduża (Cfa) skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, li hija tip ta' klima rreferuta komunement bħala "kontinentali", bi xtieqi ħorox u sjuf sħan, b'xita qliel fir-rebbiegħa u fil-ħarifa.

Governanza

Il-korp leġiżlattiv tal-komuni Taljani huwa l-Kunsill Komunali (Consiglio Comunale), li, fil-bliet b'popolazzjoni ta' bejn 100,000 ruħ u 250,000 ruħ, ikun magħmul minn 32 kunsillier li jiġu eletti kull ħames snin b'sistema proporzjonali, kuntestwalment mal-elezzjonijiet tas-sindku. Il-korp eżekuttiv huwa l-Giunta Comunale, magħmula minn 12-il kunsillier, li jiġi nnominat u ppresjedut minn sindku elett direttament. Is-sindku attwali ta' Ferrara huwa tal-Lega Nord. L-organizzazzjoni urbana hija rregolata mill-Kostituzzjoni Taljana (l-Artikolu 114), mill-Istatut Muniċipali u minn diversi liġijiet, b'mod partikolari d-Digriet Leġiżlattiv Nru 267/2000 jew it-Test Uniku dwar l-Amministrazzjoni Lokali (Testo Unico degli Enti Locali).

It-tqassim attwali tas-siġġijiet fil-kunsill lokali, wara l-elezzjoni lokali tal-2019, huwa kif ġej:

  • il-Lega Nord – 14
  • il-Partit Demokratiku – 8
  • Cambio Ferrara (Ċentru Lemin) – 3
  • Forza Italia – 2
  • Fratelli d'Italia – 1
  • Gente a Modo (Ċentru Xellug) – 1

Pajsaġġ urban

Arkitettura

Il-Kastell imponenti tal-Familja D'Este, li jinsab fil-qalba tal-belt, huwa l-iktar bini ikoniku ta' Ferrara. Huwa binja residenzjali kbira ħafna b'erba' bastjuni kbar u ħandaq bl-ilma li nbena fl-1385 mill-arkitett bil-funzjoni li jħares il-belt minn theddidiet esterni u li jservi ta' residenza ffortifikata għall-familja D'Este. Ġie rinnovat b'mod estensiv fis-sekli 15 u 16.

Il-Katidral ta' San Ġorġ, iddisinjat minn Wiligelmo u kkonsagrat fl-1135, huwa wieħed mill-ifjen eżempji ta' arkitettura . Il-katidral ġie rinnovat bosta drabi matul is-sekli, u b'hekk l-istil ekklettiku li jirriżulta huwa taħlita armonjuża ta' struttura ċentrali u portal Rumaneski, il-parti ta' fuq tal-faċċata Gotika u kampnar Rinaxximentali. L-iskulturi tal-portal prinċipali ġew attribwiti lil Niklaw. Il-parti ta' fuq tal-faċċata prinċipali, b'arkati bi ħnejjiet ippuntati, tmur lura għas-seklu 13. L-iljuni tal-irħam faċċata ta' xulxin u għassa mal-portali huma kopji tal-oriġinali, li issa jinsabu fil-mużew tal-katidral. Riljiev elaborat tas-seklu 13 ta' Jum il-Ħaqq jinstab fit-tieni sular tal-loġġa. Minn ġewwa l-katidral ġie rrestawrat bi stil Barokk fl-1712. Il-kampnar tal-irħam attribwit lil nbeda fl-1412 iżda baqa' qatt ma tlesta għalkollox, u fil-fatt għad jonqsu sular addizzjonali u koppla li kienu ġew ipproġettati abbażi tal-pjanti storiċi u l-pitturi dwar dan is-suġġett.

Ħdejn il-katidral u l-kastell hemm ukoll il-binja muniċipali tas-seklu 15, li kienet serviet ukoll bħala residenza bikrija tal-familja D'Este, b'garigor grandjuż tal-irħam u żewġ statwi antiki tal-bronż ta' u ta' .

Id-distrett fin-Nofsinhar tal-belt huwa l-eqdem, u fih sensiela ta' sqaqien u toroq dojoq li jmorru lura għall-bidu tal-Medju Evu. Il-Casa Romei x'aktarx li hija l-iktar binja Medjevali ppreservata tajjeb f'Ferrara. Din kienet ir-residenza privata tal-merkant , li kien marbut mal-familja D'Este biż-żwieġ, u x'aktarx kienet frott ix-xogħol tal-arkitett tal-qorti . Bis-saħħa tas-sorijiet tal-Ordni tal-Corpus Domini, il-biċċa l-kbira tad-dekorazzjonijiet oriġinali fil-kmamar ta' ġewwa ġew salvati. Id-dar fiha ċikli ta' affreski fis-"Sala delle Sibille", fuklar oriġinali tat-terrakotta bl-istemma ta' Giovanni Romei fis-"Saletta dei Profeti" biswitha, b'allegoriji mill-Bibbja, u fi kmamar oħra, li wħud minnhom kienu ġew ikkummissjonati mill-Kardinal , u pitturi mill-iskola ta' u (is-seklu 16).

Il-Palazzo Schifanoia ("sans souci") inbena fl-1385 għal . Dan il-palazz jinkludi affreski dwar il-ħajja ta' Borso d'Este, is-sinjali taż-żodjaku u rappreżentazzjonijiet allegoriċi tax-xhur. Il-vestibolu kien iddekorat bl-istukko minn . Il-binja fiha wkoll kotba fini tal-kor b'minjaturi u kollezzjoni ta' muniti u medalji Rinaxximentali. Il-Palazzo Paradiso Rinaxximentali, li huwa parti mis-sistema tal-librerija tal-Università ta' Ferrara, jeżebixxi parti mill-manuskritt tal-Orlando furioso u ittri ta' kif ukoll il-qabar ta' Ludovico Ariosto. Fost l-istudenti famużi li studjaw hemm kien hemm u .

Id-distrett fit-Tramuntana tal-belt, li żdied minn Erkole I fl-1492–1505 bis-saħħa tal-pjan direzzjonali ewlieni ta' Biagio Rossetti, u b'hekk imsejjaħ l-Addizione Erculea, fih għadd ta' binjiet Rinaxximentali. Fost l-ifjen hemm il-Palazzo dei Diamanti (il-Palazz tad-Djamanti), li ngħata ismu għall-ponot qishom tad-djamanti tal-faċċata tal-binja. Il-binja tospita l-Gallerija tal-Arti Nazzjonali, b'kollezzjoni kbira tal-iskola ta' Ferrara, li saret prominenti għall-ewwel darba fl-aħħar nofs tas-seklu 15, b', u . Fost il-pitturi ewlenin tal-Iskola ta' Ferrara fis-seklu 16 kien hemm , , u (il Garofalo). Id-distrett jospita wkoll il-Ġnien Botaniku tal-Università ta' Ferrara.

Parks u ġonna

Il-belt għadu mdawwar kważi għalkollox b'disa' kilometri ta' swar antiki tal-brikks, li nbnew l-iktar bejn l-1492 u l-1520. Illum il-ġurnata s-swar, wara restawr bir-reqqa, jiffurmaw park urban kbir madwar il-belt u huma destinazzjoni popolari għall-ġiri u għaċ-ċikliżmu.

Demografija

Fl-2007, kien hemm 135,369 resident f'Ferrara, u 46.8 % minnhom kienu rġiel u 53.2 % kienu nisa. L-ammont ta' minorenni (tfal taħt l-età ta' 18-il sena) kien ilaħħaq total ta' 12.28 % tal-popolazzjoni, filwaqt li l-pensjonanti kienu jammontaw għal 26.41 %. Dan huwa paragonabbli mal-medja Taljana ta' 18.06 % (minorenni) u ta' 19.94 % (pensjonanti). L-età medja tar-residenti ta' Ferrara hija 49 sena, meta mqabbla mal-medja Taljana ta' 42 sena. Fil-ħames snin bejn l-2002 u l-2007, il-popolazzjoni ta' Ferrara kibret bi 2.28 %, filwaqt li l-popolazzjoni tal-Italja inġenerali kibret bi 3.85 %. Ir-rata tat-twelid attwali ta' Ferrara hija li jitwieldu 7.02 għal kull 1,000 abitant, meta mqabbla mal-medja Taljana fejn jitwieldu 9.45 għal kull 1,000 abitant. Ferrara hija magħrufa bħala l-iktar belt anzjana b'popolazzjoni ta' iktar minn 100,000 anzjan, kif ukoll bħala l-belt bl-iktar rata tat-twelid baxxa.

Mill-2006, 95.59 % tal-popolazzjoni kienu Taljani. L-ikbar grupp ta' immigranti kien jiġi minn nazzjonijiet Ewropej oħra flimkien mal-Ukrajna u l-Albanija: 2.59 %, segwiti bit-Tramuntana tal-Afrika: 0.51 %, u l-Lvant tal-Asja: 0.39 %. Il-maġġoranza tal-belt huma Kattoliċi Rumani, u hemm ftit Kristjani Ortodossi. Il-komunità Lhudija storika għadha teżisti wkoll.

Ġemellaġġ

Ferrara hija ġemellata ma':

  • , il-Latvja
  • , Hesse, il-Ġermanja
  • Highland Park, IL, l-Istati Uniti
  • , il-Bavarja, il-Ġermanja
  • , is-Slovenja
  • , Krasnodar Krai, ir-Russja
  • Lleida, Lleida, il-, Spanja
  • , il-Kroazja
  • , il-Kroazja
  • Saint-Étienne, Loire, Auvergne-Rhône-Alpes, Franza
  • Sarajevo, il-Bożnija-Ħerzegovina (mill-1964)
  • , Wales, ir-Renju Unit
  • , l-Ungerija
  • , l-Estonja
  • , is-Slovakkja

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ferrara, City of the Renaissance, and its Po Delta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-21.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 00:34

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ferrara, X'inhi Ferrara? Xi tfisser Ferrara?

Ferrara ferˈraːra bl Emiljan Frara ˈfraːra hija belt u komun fl fit Tramuntana tal Italja Hija l belt kapitali tal Provinċja ta Ferrara Sal 2016 kellha 132 009 abitant Tinsab 44 kilometru fil Grigal ta Bologna fuq il Po di Volano fergħa tal fluss prinċipali tax xmara li tinsab ħames kilometri fit Tramuntana Il belt għandha toroq wesgħin u bosta binjiet li jmorru lura għar Rinaxximent meta l belt ospitat il qorti tal familja D Este Iċ ċentru storiku ta Ferrara u l inħawi ta fejn id delta tal Po ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO għas sbuħija u l importanza kulturali tagħhom Ferrara ItaljaAmministrazzjoniPajjizItaljaRegion of ItalyEmilia RomagnaProvinċja tal ItaljaProvinċja ta FerraraIsem uffiċjali FerraraIsmijiet oriġinali FerraraKodiċi postali 44121 44124ĠeografijaKoordinati 44 50 21 N 11 37 03 E 44 8392 N 11 6175 E 44 8392 11 6175 Koordinati 44 50 21 N 11 37 03 E 44 8392 N 11 6175 E 44 8392 11 6175FerraraFerrara Italy Superfiċjenti 405 16 kilometru kwadruGħoli 9 mFruntieri ma en en en en en en en en mul en en en en en en en u en DemografijaPopolazzjoni 129 340 abitanti 1 Jannar 2023 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0532Zona tal Ħin UTC 1u UTC 2bliet ġemellati en en Kaunas en en mul en Sarajevo en mul en en Lleida Praga en en mul en en Damasku en en u en comune fe itStorjaZmien il Qedem u Medju Evu L ewwel insedjamenti ddokumentati fiz zona ta fejn illum hemm il Provinċja ta Ferrara jmorru lura għas seklu 6 Q K Il fdalijiet tar raħal tal msejjaħ Spina stabbilit tul il laguni tad delta antika tax xmara Po intilfu sa zminijietna sa meta skemi ta drenaġġ fil widien u fl imraġ ta fl 1922 zvelaw uffiċjalment għall ewwel darba nekropoli b izjed minn 4 000 qabar li kienet evidenza ta popolazzjoni li kienet tgħix hemmhekk fi zmien il qedem u x aktarx li kellha rwol importanti x taqdi Hemm inċertezza fost l istudjuzi dwar l oriġini Rumana proposta tal insedjament fil post attwali Tacito u Boccaccio jirreferu għal Forum Alieni peress li ma tantx nafu wisq dwar dan il perjodu izda xi evidenza arkeoloġika xxaqleb favur l ipotezi li Ferrara setgħet oriġinat minn zewġ insedjamenti Bizantini zgħar raggruppament ta faċilitajiet madwar il Katidral ta San Ġorġ fuq ix xatt tal lemin tal fergħa prinċipali tax xmara Po li dak iz zmien kien ferm eqreb tal belt milli huwa llum u castrum jiġifieri kumpless iffortifikat fuq ix xatt tax xellug bħala difiza kontra l Ferrara tissemma għall ewwel darba f dokument tar re tal Longobardi Desiderju tas 753 W K meta ħakem ir raħal mill Eksarkat ta Ravenna Iktar il quddiem il Franki wara li ħakmu lil Longobardi ipprezentaw lil Ferrara lill Papat fis 754 jew fis 756 Fid 988 Ferrara ġiet ċeduta mill Knisja lill familja Canossa izda mal mewt ta fl 1115 saret komun ħieles Matul is seklu 12 l istorja tar raħal kienet ikkaratterizzata minn zewġ familji prominenti jissieltu għall poter l Adelardi tal Gwelfi u s Salinguerra tal Gibellini Il familja D Este kienet setgħana u appoġġat lis Salinguerra u eventwalment ħasdu l frott tal benefiċċji mir rebħa tagħhom għalihom infushom B hekk fl 1264 ġie pproklamat mexxej ta Ferrara għal ħajtu kollha u ngħata titli addizzjonali fosthom dawk ta Sinjur ta Modena fl 1288 u ta Reggio fl 1289 It tmexxija tiegħu mmarkat it tmiem tal perjodu komunali f Ferrara u l bidu tat tmexxija tal familja D Este li damet sal 1598 Zmien modern bikri Fl 1452 sar id Duka ta Modena u ta Reggio permezz tal Imperatur u fl 1471 sar id Duka ta Ferrara permezz tal Lionello u speċjalment kienu fost l iktar patruni importanti tal arti fl aħħar tas seklu 15 u l bidu tas seklu 16 Matul dan iz zmien Ferrara saret ċentru kulturali internazzjonali u saret rinomata għall arkitettura għall muzika għal u għall arti vizivi L arkitettura ta Ferrara ibbenefikat ferm mill ġenju ta li fl 1484 ġie mitlub minn Erkole I biex ifassal pjan direzzjonali ewlieni għall espansjoni tar raħal Iz Zieda Erkoljana li rrizultat titqies bħala waħda mill izjed ezempji importanti ta ppjanar urban Rinaxximentali u kkontribwiet biex Ferrara tintgħazel bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Minkejja li kienet għaddejja minn epoka tad deheb Ferrara ntlaqtet sew minn gwerra kontra Venezja li ġġieldet u tilfet fl 1482 1484 kien is suċċessur fuq it tron fl 1505 u zzewweġ lill famuza Lucrezia Borgia Mill ġdid iġġieled kontra Venezja fil Gwerer Taljani wara li ngħaqad mal Lega ta Fl 1509 ġie skomunikat mill izda rnexxielu jegħleb l armati Papali u Spanjoli fl 1512 fil Battalja ta Ravenna Dawn is suċċessi kienu bbazati fuq l artillerija ta Ferrara li kienet prodotta fil fonderija tal belt stess li kienet fost l aqwa dak iz zmien Mal mewt tiegħu fl 1534 is suċċessur ta Alfonso I kien ibnu Erkole II u z zwieġ tiegħu fl 1528 mat tieni bint ta Renee ta Franza ġab prestiġju kbir għall qorti ta Ferrara Taħt ir renju tiegħu id Dukat baqa post affluwenti u ta poter kulturali Madankollu terremot hezzez ir raħal fl 1570 u wassal biex l ekonomija tikkollassa Meta iben Erkole II miet mingħajr ma ħalla werrieta il familja D Este tilfet lil Ferrara li għaddiet għand l Istati Papali Zmien modern aħħari u kontemporanju Ferrara belt universitarja li tiġi t tieni biss wara Bologna baqgħet parti mill Istati Papali għal kwazi 300 sena epoka mmarkata minn deklin kostanti Fl 1792 il popolazzjoni tar raħal kienet tammonta biss għal 27 000 ruħ inqas milli fis seklu 17 Fl 1805 1814 għal zmien qasir kienet parti mir Renju tal Italja ta Napuljun stat klijent tal Imperu Franċiz Wara l Kungress ta Vjenna tal 1815 Ferrara ngħatat lura lill Papa li mbagħad kellu l garanzija mill Imperu tal Awstrija Fortizza b bastjun inbena fis seklu 17 mill fis sit ta Castel Tedaldo kastell antik fil Lbiċ tar raħal u dan kien okkupat minn gwarniġġjon Awstrijaku mill 1832 sal 1859 Il fortizza ġiet meqruda għalkollox mat twelid tar Renju tal Italja u l brikks tiegħu ntuzaw għal kostruzzjonijiet ġodda mar raħal kollu Fl aħħar deċennji tas sekli 19 u l bidu tas seklu 20 Ferrara baqgħet ċentru kummerċjali mudest permezz tal periferija rurali kbira tagħha li kienet tiddependi fuq għelejjel kummerċjali bħall pitrava zokkrija u l qanneb industrijali Għal deċennji sħaħ twettqu xogħlijiet kbar ta rkupru tal art bl għan li r raba disponibbli jitwessa u tiġi eradikata l malarja mill artijiet mistagħdra tul id delta tax xmara Po L industrijalizzazzjoni tal massa waslet f Ferrara lejn l aħħar tas snin 30 tas seklu 20 biss bl istabbiliment ta impjant kimiku mir reġim li suppost kellha tforni lir reġim b lastiku sintetiku Matul it Tieni Gwerra Dinjija Ferrara ġiet ibbumbardjata darba wara l oħra mill ajruplani tal gwerra tal Alleati li mmiraw lejn il kollegamenti ferrovjarji u l faċilitajiet industrijali u qerduhom Wara l gwerra iz zona industrijali f Pontelagoscuro ġiet imwessa biex issir impjant ġgantesk tal prodotti petrokimiċi mħaddem minn Montecatini u kumpaniji oħra li fl aqwa tiegħu kien jimpjega 7 000 ħaddiem u kien jipproduċi 20 tal plastik fl Italja F dawn l aħħar deċennji bħala parti minn xejra ġenerali fl Italja u fl Ewropa Ferrara bdiet tiddependi iktar fuq is settur terzjarju u fuq it turizmu filwaqt li l industrija tqila li għadha prezenti fir raħal tnaqqset ferm Wara kwazi 450 sena terremot ieħor hezzez lil Ferrara f Mejju 2012 u kkawza ħsara limitata biss lill binjiet storiċi tar raħal u ma kien hemm l ebda vittma Sit ta Wirt DinjiIċ ċentru storiku ta Ferrara u l inħawi ta fejn id delta tax xmara Po ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1995 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem il kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Ġeografija u klimaIr raħal ta Ferrara jinsab fuq ix xtut tan Nofsinhar tax xmara Po madwar 44 kilometru fil Grigal tal belt kapitali reġjonali Bologna u 87 kilometru fin Nofsinhar ta Venezja It territorju tal muniċipalita li kollu kemm hu jagħmel parti mill pjanura Padana huwa pjuttost ċatt u jinsab bħala medja disa metri biss il fuq mil livell tal baħar Il prossimita mal ikbar xmara Taljana kienet tħassib kostanti fl istorja ta Ferrara li ġiet affettwata minn għargħar rikorrenti u dizastruzi L iktar għargħar reċenti kien dak tal 1951 Il kollegamenti tal Idrovia Ferrarese jikkollegaw ix xmara Po minn Ferrara mal f Porto Garibaldi Il klima tal wied tax xmara Po hija kklassifikata bħala klima subtropikali umduza Cfa skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen li hija tip ta klima rreferuta komunement bħala kontinentali bi xtieqi ħorox u sjuf sħan b xita qliel fir rebbiegħa u fil ħarifa GovernanzaIl korp leġizlattiv tal komuni Taljani huwa l Kunsill Komunali Consiglio Comunale li fil bliet b popolazzjoni ta bejn 100 000 ruħ u 250 000 ruħ ikun magħmul minn 32 kunsillier li jiġu eletti kull ħames snin b sistema proporzjonali kuntestwalment mal elezzjonijiet tas sindku Il korp ezekuttiv huwa l Giunta Comunale magħmula minn 12 il kunsillier li jiġi nnominat u ppresjedut minn sindku elett direttament Is sindku attwali ta Ferrara huwa tal Lega Nord L organizzazzjoni urbana hija rregolata mill Kostituzzjoni Taljana l Artikolu 114 mill Istatut Muniċipali u minn diversi liġijiet b mod partikolari d Digriet Leġizlattiv Nru 267 2000 jew it Test Uniku dwar l Amministrazzjoni Lokali Testo Unico degli Enti Locali It tqassim attwali tas siġġijiet fil kunsill lokali wara l elezzjoni lokali tal 2019 huwa kif ġej il Lega Nord 14 il Partit Demokratiku 8 Cambio Ferrara Ċentru Lemin 3 Forza Italia 2 Fratelli d Italia 1 Gente a Modo Ċentru Xellug 1Pajsaġġ urbanArkitettura Il Kastell imponenti tal Familja D Este li jinsab fil qalba tal belt huwa l iktar bini ikoniku ta Ferrara Huwa binja residenzjali kbira ħafna b erba bastjuni kbar u ħandaq bl ilma li nbena fl 1385 mill arkitett bil funzjoni li jħares il belt minn theddidiet esterni u li jservi ta residenza ffortifikata għall familja D Este Ġie rinnovat b mod estensiv fis sekli 15 u 16 Il Katidral ta San Ġorġ iddisinjat minn Wiligelmo u kkonsagrat fl 1135 huwa wieħed mill ifjen ezempji ta arkitettura Il katidral ġie rinnovat bosta drabi matul is sekli u b hekk l istil ekklettiku li jirrizulta huwa taħlita armonjuza ta struttura ċentrali u portal Rumaneski il parti ta fuq tal faċċata Gotika u kampnar Rinaxximentali L iskulturi tal portal prinċipali ġew attribwiti lil Niklaw Il parti ta fuq tal faċċata prinċipali b arkati bi ħnejjiet ippuntati tmur lura għas seklu 13 L iljuni tal irħam faċċata ta xulxin u għassa mal portali huma kopji tal oriġinali li issa jinsabu fil muzew tal katidral Riljiev elaborat tas seklu 13 ta Jum il Ħaqq jinstab fit tieni sular tal loġġa Minn ġewwa l katidral ġie rrestawrat bi stil Barokk fl 1712 Il kampnar tal irħam attribwit lil nbeda fl 1412 izda baqa qatt ma tlesta għalkollox u fil fatt għad jonqsu sular addizzjonali u koppla li kienu ġew ipproġettati abbazi tal pjanti storiċi u l pitturi dwar dan is suġġett Ħdejn il katidral u l kastell hemm ukoll il binja muniċipali tas seklu 15 li kienet serviet ukoll bħala residenza bikrija tal familja D Este b garigor grandjuz tal irħam u zewġ statwi antiki tal bronz ta u ta Id distrett fin Nofsinhar tal belt huwa l eqdem u fih sensiela ta sqaqien u toroq dojoq li jmorru lura għall bidu tal Medju Evu Il Casa Romei x aktarx li hija l iktar binja Medjevali ppreservata tajjeb f Ferrara Din kienet ir residenza privata tal merkant li kien marbut mal familja D Este biz zwieġ u x aktarx kienet frott ix xogħol tal arkitett tal qorti Bis saħħa tas sorijiet tal Ordni tal Corpus Domini il biċċa l kbira tad dekorazzjonijiet oriġinali fil kmamar ta ġewwa ġew salvati Id dar fiha ċikli ta affreski fis Sala delle Sibille fuklar oriġinali tat terrakotta bl istemma ta Giovanni Romei fis Saletta dei Profeti biswitha b allegoriji mill Bibbja u fi kmamar oħra li wħud minnhom kienu ġew ikkummissjonati mill Kardinal u pitturi mill iskola ta u is seklu 16 Il Palazzo Schifanoia sans souci inbena fl 1385 għal Dan il palazz jinkludi affreski dwar il ħajja ta Borso d Este is sinjali taz zodjaku u rapprezentazzjonijiet allegoriċi tax xhur Il vestibolu kien iddekorat bl istukko minn Il binja fiha wkoll kotba fini tal kor b minjaturi u kollezzjoni ta muniti u medalji Rinaxximentali Il Palazzo Paradiso Rinaxximentali li huwa parti mis sistema tal librerija tal Universita ta Ferrara jezebixxi parti mill manuskritt tal Orlando furioso u ittri ta kif ukoll il qabar ta Ludovico Ariosto Fost l istudenti famuzi li studjaw hemm kien hemm u Id distrett fit Tramuntana tal belt li zdied minn Erkole I fl 1492 1505 bis saħħa tal pjan direzzjonali ewlieni ta Biagio Rossetti u b hekk imsejjaħ l Addizione Erculea fih għadd ta binjiet Rinaxximentali Fost l ifjen hemm il Palazzo dei Diamanti il Palazz tad Djamanti li ngħata ismu għall ponot qishom tad djamanti tal faċċata tal binja Il binja tospita l Gallerija tal Arti Nazzjonali b kollezzjoni kbira tal iskola ta Ferrara li saret prominenti għall ewwel darba fl aħħar nofs tas seklu 15 b u Fost il pitturi ewlenin tal Iskola ta Ferrara fis seklu 16 kien hemm u il Garofalo Id distrett jospita wkoll il Ġnien Botaniku tal Universita ta Ferrara Parks u ġonna Il belt għadu mdawwar kwazi għalkollox b disa kilometri ta swar antiki tal brikks li nbnew l iktar bejn l 1492 u l 1520 Illum il ġurnata s swar wara restawr bir reqqa jiffurmaw park urban kbir madwar il belt u huma destinazzjoni popolari għall ġiri u għaċ ċiklizmu DemografijaFl 2007 kien hemm 135 369 resident f Ferrara u 46 8 minnhom kienu rġiel u 53 2 kienu nisa L ammont ta minorenni tfal taħt l eta ta 18 il sena kien ilaħħaq total ta 12 28 tal popolazzjoni filwaqt li l pensjonanti kienu jammontaw għal 26 41 Dan huwa paragonabbli mal medja Taljana ta 18 06 minorenni u ta 19 94 pensjonanti L eta medja tar residenti ta Ferrara hija 49 sena meta mqabbla mal medja Taljana ta 42 sena Fil ħames snin bejn l 2002 u l 2007 il popolazzjoni ta Ferrara kibret bi 2 28 filwaqt li l popolazzjoni tal Italja inġenerali kibret bi 3 85 Ir rata tat twelid attwali ta Ferrara hija li jitwieldu 7 02 għal kull 1 000 abitant meta mqabbla mal medja Taljana fejn jitwieldu 9 45 għal kull 1 000 abitant Ferrara hija magħrufa bħala l iktar belt anzjana b popolazzjoni ta iktar minn 100 000 anzjan kif ukoll bħala l belt bl iktar rata tat twelid baxxa Mill 2006 95 59 tal popolazzjoni kienu Taljani L ikbar grupp ta immigranti kien jiġi minn nazzjonijiet Ewropej oħra flimkien mal Ukrajna u l Albanija 2 59 segwiti bit Tramuntana tal Afrika 0 51 u l Lvant tal Asja 0 39 Il maġġoranza tal belt huma Kattoliċi Rumani u hemm ftit Kristjani Ortodossi Il komunita Lhudija storika għadha tezisti wkoll ĠemellaġġFerrara hija ġemellata ma il Latvja Hesse il Ġermanja Highland Park IL l Istati Uniti il Bavarja il Ġermanja is Slovenja Krasnodar Krai ir Russja Lleida Lleida il Spanja il Kroazja il Kroazja Saint Etienne Loire Auvergne Rhone Alpes Franza Sarajevo il Boznija Ħerzegovina mill 1964 Wales ir Renju Unit l Ungerija l Estonja is SlovakkjaReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Ferrara City of the Renaissance and its Po Delta UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 02 21

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Vjetnam

  • Ġunju 13, 2025

    Vjenna

  • Ġunju 14, 2025

    Virġilju

  • Ġunju 14, 2025

    Vilnius

  • Ġunju 09, 2025

    Villa Gwardamanġa

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq